|
16.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 298/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1032/2010
tal-15 ta’ Novembru 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 174/2005 li jimponi restrizzjonijiet dwar l-għoti ta' assistenza relatata ma’ attivtajiet militari lill-Côte-d'Ivoire
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK tad-29 ta’ Ottubru 2010 li ġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 174/2005 tal-31 ta' Jannar 2005 li jimponi restrizzjonijijiet dwar l-għoti ta' assistenza relatat ma' attivitajiet militari lill-Côte d’Ivoire (2) jipprevedi projbizzjonijiet dwar l-esportazzjoni ta' tagħmir li jista' jintuża għar-ripressjoni interna u dwar l-għoti ta' ċerta assitenza teknika, finanzjament u assistenza finanzjarja. Dawk ir-restrizzjonijiet kienu approvati taħt il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/852/PESK tat-13 ta' Diċembru 2004 dwar miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (3). |
|
(2) |
B’kont meħud tar-Riżoluzzjoni 1946(2010) tal-15 ta' Ottubru 2010 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK, huwa meħtieġ li jkun emendat ir-Regolament (KE) Nru 174/2005 sabiex tkun permessa l-esportazzjoni ta' tagħmir mhux letali, kif ukoll ta' tagħmir mhux letali li jista' jintuża għal ripressjoni interna, maħsubin biss biex jippermettu lill-forzi ta' sigurtà Ivorjani jużaw biss forza xierqa u proporzjonata waqt iż-żamma tal-ordni pubbliku, kif ukoll l-għoti ta' assistenza teknika relatata, ta’ finanzjament u ta’ assistenza finanzjarja. |
|
(3) |
Il-lista ta’ tagħmir li jista’ jintuża għar-ripressjoni interna għandha tkun aġġornata wara rakkomandazzjonijiet magħmula minn esperti, b’kont meħud tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (4). |
|
(4) |
Huwa xieraq li l-Artikolu dwar il-ġurisdizzjoni tal-Unjoni jkun aġġornat fid-dawl tal-prattika reċenti tat-tfassil tal-leġiżlazzjoni. |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 174/2005 għandu jkun emendat kif jeħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 174/2005 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 4(1) għandu jinbidel b’dan li ġej: “1. B’deroga mill-Artikolu 2, il-projbizzjonijiet imsemmija fih ma għandhomx japplikaw għal:
|
|
(2) |
għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 4a 1. B’deroga mill-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti, kif elenkata fl-Anness II, tal-Istat Membru fejn l-esportatur jew il-fornitur tas-servizzi huwa stabbilit tista' tawtorizza, taħt dawk il-kundizzjonijiet li hi tqis xierqa, il-bejgħ, il-fornitura, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir mhux letali elenkat fl-Anness I jew l-għoti ta' assistenza teknika, finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma' tali tagħmir mhux letali, wara li tkun iddeterminat li t-tagħmir mhux letali kkonċernat huwa maħsub biss biex jippermetti lill-forzi ta' sigurtà Ivorjani jużaw biss forza xierqa u proporzjonata waqt iż-żamma tal-ordni pubbliku. 2. L-Istat Membru relevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt il-paragrafu 1. 3. L-ebda awtorizzazzjoni ma għandha tingħata għal attivitajiet li diġà seħħew.”; |
|
(3) |
l-Artikolu 9 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 9 Dan ir-Regolament għandu japplika:
|
|
(4) |
l-Anness I għandu jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament; |
|
(5) |
it-titolu tal-Anness I għandu jinbidel b’dan li ġej: “Lista ta' awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 4 u 4a”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mid-29 ta’ Ottubru 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
S. VANACKERE
(1) ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.
ANNESS
“ANNESS I
Lista ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal ripressjoni interna kif imsemmi fl-Artikoli 3 u 4a
|
1. |
Armi tan-nar, munizzjon u aċċessorji relatati magħhom, kif ġej:
|
|
2. |
Bombi u granati mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE. |
|
3. |
Vetturi kif ġej:
|
|
4. |
Sustanzi splussivi u tagħmir relatat kif ġej:
|
|
5. |
Tagħmir protettiv mhux ikkontrollat mill-ML 13 tal-Lista Militari Komuni tal-UE kif ġej:
|
|
6. |
Simulaturi, minbarra dawk ikkontrollati mill-ML 14 tal-Lista Militari Komuni tal-UE, għal taħriġ fl-użu ta’ armi tan-nar, u softwer mfassal apposta għalihom. |
|
7. |
Tagħmir ta’ viżjoni għal bil-lejl, tal-ħolqien ta’ immaġni termali u tubi tal-intensifikazzjoni tal-immaġni, minbarra dawk ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE. |
|
8. |
Fildiferru mxewwek (barbed wire) li jaqta’. |
|
9. |
Skieken militari, skieken tal-ġlied u bajunetti b’xafra itwal minn 10 cm. |
|
10. |
Tagħmir ta’ produzzjoni mfassal apposta għall-oġġetti speċifikati f’din il-lista. |
|
11. |
Teknoloġija speċifika għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu tal-oġġetti speċifikati f’din il-lista.”. |