|
4.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 154/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/720
tad-29 ta’ April 2021
li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika Portugiża, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Portugiż,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta’ korpi reġjonali u lokali li jew għandhom mandat elettorali ta ‘awtorità reġjonali jew lokali jew huma politikament responsabbli lejn assemblea eletta. |
|
(2) |
Fl-20 ta’ Jannar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/102 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. |
|
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Rui Jorge DA SILVA LEITE DE BETTENCOURT, sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni bħala riżultat tat-tmiem tal-mandat tiegħu bħala membru ta’ Eżekuttiv Reġjonali (Governo Regional dos Açores). |
|
(4) |
Il-Gvern Portugiż ippropona s-Sur Pedro CHAVES DE FARIA E CASTRO, li huwa rappreżentant ta’ korp reġjonali b’responsabbiltà politika lejn assemblea eletta (Subsecretário Regional da Presidência do Governo Regional dos Açores), bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Pedro CHAVES DE FARIA E CASTRO, rappreżentant ta’ korp reġjonali politikament responsabbli quddiem assemblea eletta: Subsecretário Regional da Presidência do Governo Regional dos Açores, huwa b’dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/102 tal-20 ta’ Jannar 2020 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 20, 24.1.2020, p. 2).