|
18.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 22/9 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9241 — Cattolica/IMA France/IMA Italia Group)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 22/05)
1.
Fil-11 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Società Cattolica di Assicurazione - Società cooperativa (“Cattolica”, l-Italja), |
|
— |
Inter Mutuelles Assistance S.A. (“IMA France”, Franza), |
|
— |
IMA Italia Assistance Spa u l-IMA Servizi Scarl (flimkien, “IMA Italia Group”, l-Italja), li bħalissa huma kkontrollati biss mill-IMA France. |
Cattolica takkwista, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-IMA Italia Group. Bħala riżultat tat-Tranżazzjoni, l-IMA Italia Group se jkun ikkontrollat b’mod konġunt minn Cattolica u l-IMA France.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Cattolica: assigurazzjoni fuq il-ħajja u forom oħra ta’ assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja fl-Italja,
— għall-IMA France: assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja, riassikurazzjoni mhux fuq il-ħajja u għoti ta’ servizzi ta’ assistenza, primarjament fi Franza;
— IMA Italia Group: assigurazzjoni mhux tal-ħajja, riassikurazzjoni mhux fuq il-ħajja u għoti ta’ servizzi ta’ assistenza fl-Italja.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9241 — Cattolica/IMA France/IMA Italia Group
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).