31988R1494



Official Journal L 137 , 02/06/1988 P. 0018 - 0018


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1494/88

tat-3 ta' Mejju 1988

fl-għeluq tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-gżejjer Comoros dwar is-sajd lil hinn mix-xtut tal-gżejjer Comoros.

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi l-Komunità u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-gżejjer Comoros innegozjaw u inizjalaw Ftehim dwar is-sajd lil hinn mix-xtut tal-gżejjer Comoros: billi dan jipprovdi opportunitajiet ta' sajd għas-sajjieda tal-Komunità f'ibħra li fuqhom ir-Repubblika Federali Iżlamika tal-gżejjer Comoros għandha sovranità u ġurisdizzjoni;

Billi huwa fl-interess tal-Komunità li tapprova l-Ftehim,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim għas-sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-gżejjer Comoros dwar is-sajd lil hinn mix-xtut tal-gżejjer Comoros huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna li għandha l-jedd li tiffirma l-Ftehim li jorbot lill-Komunità.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-3 ta' Mejju 1988.

F'isem il-Kunsill

Il-President

M. Bangemann

[1] ĠU C 73, tad-19.3.1988, pġ. 6.

[2] ĠU C 122, tad-9.5.1988.

--------------------------------------------------