European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/642

28.3.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/642

tal-24 ta’ Marzu 2025

li temenda d-Deċiżjoni 98/481/KE li tapprova l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2025/6 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Frar 2025 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat ta’ Baker Tilly GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft bħala l-awditur estern tal-BĊE intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2024. Għalhekk huwa neċessarju li jinħatar awditur estern mis-sena finanzjarja 2025 ’il quddiem.

(3)

Il-BĊE għażel lil Forvis Mazars GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft Steuerberatungsgesellschaft bħala l-awditur estern tiegħu għas-snin finanzjarji 2025 sa 2029, bl-opzjoni li l-mandat jiġi estiż b’mhux aktar minn sentejn finanzjarji addizzjonali, jiġifieri sal-2030 jew sal-2031.

(4)

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE għalhekk irrakkomanda lill-Kunsill li Forvis Mazars GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft Steuerberatungsgesellschaft jinħatar bħala l-awditur estern tal-BĊE għas-snin finanzjarji 2025 sa 2029, bl-opzjoni li l-mandat jiġi estiż b’mhux aktar minn sentejn finanzjarji addizzjonali, jiġifieri sal-2030 jew sal-2031.

(5)

B’segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/481/KE (2) tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 98/481/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Forvis Mazars GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft Steuerberatungsgesellschaft huwa b’dan approvat bħala l-awditur estern tal-BĊE għas-snin finanzjarji 2025 sa 2029.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-BĊE.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

C. SIEKIERSKI


(1)   ĠU C, C/2025/1362, 21.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/c/2025/1362/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/481/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 li tapprova l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 216, 4.8.1998, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/481/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/642/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)