|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1503 |
24.7.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1503
tat-8 ta’ Lulju 2025
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Każakistan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fil-5 ta’ Ġunju 2003 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi rigward is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim fil-livell tal-Unjoni. |
|
(2) |
Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem l-Unjoni, Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Każakistan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (il-“Ftehim”). In-negozjati ġew konklużi b’suċċess bl-inizjalar tal-Ftehim fl-14 ta’ Ottubru 2024. |
|
(3) |
L-objettiv tal-Ftehim huwa li l-ftehimiet bilaterali dwar servizzi tal-ajru bejn 16-il Stat Membru u l-Każakistan jiġu jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Każakistan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (il-“Ftehim”) b’dan qed jiġi awtorizzat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tat-tali Ftehim (1).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
S. LOSE
(1) It-test tal-Ftehim se jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni tal-konklużjoni tiegħu.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1503/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)