European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/2085

7.4.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.12340 – MOTHERSON / NEXANS AUTOELECTRIC)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/2085)

1.   

Fl-25 ta’ Marzu 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Motherson Global Investments B.V. (“MGI”, in-Netherlands), li tappartjeni għall-grupp Samvardhana Motherson (“Motherson”, l-Indja),

—

Nexans autoelectric GmbH (“Nexans autoelectric”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Nexans S.A. (Franza).

MGI se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Nexans.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

MGI hija parti minn Motherson, produttur u fornitur diversifikat ta’ firxa wiesgħa ta’ komponenti awtomobilistiċi, inklużi faxx ta’ wajers, moduli interni u esterni awtomobilistiċi, sistemi awtomobilistiċi ta’ viżjoni ta’ wara, partijiet u assemblaġġi tal-plastik iffurmat, għodod tal-iffurmar bl-injezzjoni, komponenti tal-lastiku ffurmati u estrużi, sistemi tad-dawl, elettronika, metalli u moduli ta’ preċiżjoni,

—

Nexans tiddisinja u timmanifattura soluzzjonijiet ta’ faxx ta’ wajers prinċipalment għall-industrija awtomobilistika.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12340 — MOTHERSON / NEXANS AUTOELECTRIC

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2085/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)