02012D0347 — MT — 16.02.2021 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tat-28 ta’ Ġunju 2012 li tawtorizza l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mis-sojja MON 87701 × MON 89788 (MON-877Ø1-2 × MON-89788-1) ġenetikament modifikata skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2012) 4312) (It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 171 30.6.2012, p. 13) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1579 tat-18 ta' Settembru 2019 |
L 244 |
8 |
24.9.2019 |
|
|
ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/184 tat-12 ta’ Frar 2021 |
L 55 |
4 |
16.2.2021 |
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta’ Ġunju 2012
li tawtorizza l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mis-sojja MON 87701 × MON 89788 (MON-877Ø1-2 × MON-89788-1) ġenetikament modifikata skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 4312)
(It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/347/UE)
Artikolu 1
L-organiżmu ġenetikament modifikat u l-identifikatur uniku
Is-sojja MON 87701 × MON 89788 ġenetikament modifikata hu assenjat l-identifikatur uniku MON-877Ø1-2 × MON-89788-1, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.
Artikolu 2
L-awtorizzazzjoni
Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni:
ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, li jikkonsistu minna, jew li huma prodotti mis-sojja MON-877Ø1-2 × MON-89788-1;
għalf li fih, li jikkonsisti minn, jew hu prodott mis-sojja MON-877Ø1-2 × MON-89788-1;
Is-sojja MON-877Ø1-2 × MON-89788-1 preżenti fi prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li jikkonsistu minnha, għall-istess użu bħal kwalunkwe sojja oħra bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.
Artikolu 3
L-ittikkettjar
Artikolu 4
Il-monitoraġġ tal-effetti ambjentali
Artikolu 5
Ir-reġistru tal-UE
It-tagħrif stipulat fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni għandu jiddaħħal fir-reġistru tal-UE tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.
Artikolu 6
Detentur tal-awtorizzazzjoni
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer CropScience LP, l-Istati Uniti tal-Amerka, irrappreżentat fl-Unjoni minn Bayer Agriculture BV, il-Belġju.
Artikolu 7
Il-validità
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 8
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BV, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.
ANNESS
(a) Applikant u detentur tal-awtorizzazzjoni
|
Isem |
: |
Bayer CropScience LP |
|
Indirizz |
: |
800 N. Lindbergh Boulevard, St. Louis, Missouri 63167, l-Istati Uniti tal-Amerka |
Irrappreżentat minn Bayer Agriculture BV, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.
(b) Id-denominazzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-prodotti
ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, li jikkonsistu minna, jew li huma prodotti mis-sojja MON-877Ø1-2 × MON-89788-1.
għalf li fih, li jikkonsisti minn, jew hu prodott mis-sojja MON-877Ø1-2 × MON-89788-1.
prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li għandhom jew jikkonsistu mis-sojja MON-877Ø1-2 × MON-89788-1 għall-istess użu bħal kwalunkwe sojja oħra ħlief għall-kultivazzjoni.
Is-sojja MON-877Ø1-2 × MON-89788-1 ġenetikament modifikata, kif deskritt fl-applikazzjoni, hija prodotta minn taħlit bejn is-sojja li fihom l-avvenimenti MON-877Ø1-2 u MON-89788-1 u tesprimi l-proteina Cry1Ac li tagħti protezzjoni kontra ċerti parassiti lepidotteri u l-proteina CP4 EPSPS li tagħti tolleranza għall-erbiċida tal-glifosat.
(c) L-ittikkettjar
Għall-finijiet tar-rekwiżiti speċifiċi tal-ittikkettjar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “sojja”.
Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta, u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom jew li jikkonsistu mis-sojja MON-877Ø1-2 × MON-89788-1 li jissemmew fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni.
(d) Metodu ta’ investigazzjoni
(e) Identifikatur uniku
MON-877Ø1-2 × MON-89788-1
(f) It-tagħrif meħtieġ skont l-Anness II tal-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza mal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika
Clearing House tal-Bijosikurezza, Rekord ID: ara [għandu jimtela meta notifikat]
(g) Il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq, l-użu jew it-trattament tal-prodotti
Mhux meħtieġa.
(h) Il-pjan ta’ monitoraġġ
Il-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.
[Link: il-pjan se jiġi ppubblikat fuq l-Internet]
(i) Rekwiżiti ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem
Mhux meħtieġa.
Nota: il-links għal dokumenti rilevanti jista’ jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki se jkunu disponibbli għall-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru tal-UE tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati.