|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1010 |
12.2.2025 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU
tat-3 ta' Diċembru 2024
li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom
(BERS/2024/7)
(C/2025/1010)
IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Anness IX tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 16 sa 18 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (3), u b’mod partikolari t-Taqsima I tal-Kapitolu 4 tat-Titolu VII tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BERS/2011/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Jannar 2011 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 18 sa 20 tagħha,
Filwaqt li:
|
(1) |
Sabiex jiġu żgurati miżuri ta’ politika makroprudenzjali nazzjonali effettivi u konsistenti, huwa importanti li jiġi kkumplimentat l-għarfien meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni b’reċiproċità volontarja. |
|
(2) |
Il-qafas dwar ir-reċiproċità volontarja għal miżuri tal-politika makroprudenzjali stabbilit fir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (5) għandu l-għan li jiżgura li l-miżuri kollha tal-politika makroprudenzjali bbażati fuq skopertura attivati fi Stat Membru wieħed ikunu rreċiprokati fl-Istati Membri l-oħrajn. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 79/2019 (6) inkorporat id-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Ftehim ŻEE) b’effett mill-1 ta’ Jannar 2020. Id-Direttiva (UE) 2021/338 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u r-Regolament (UE) 2021/558 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), li introduċew emendi sinifikanti għad-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013, ġew inkorporati fil-Ftehim ŻEE permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 213/2021 (9) u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2024 (10), rispettivament. Id-Direttiva (UE) 2021/338 u r-Regolament (UE) 2021/558 issa huma applikabbli fin-Norveġja. |
|
(4) |
Fid-29 ta’ Awwissu 2024, Finansdepartementet (il-Ministeru tal-Finanzi Norveġiż), li jaġixxi bħala awtorità nominata għall-fini tal-Artikolu 133(2) tad-Direttiva 2013/36/UE, innotifika lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) bl-intenzjoni tiegħu li jiffissa mill-ġdid ir-rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku (SyRB) imposta preċedentement, fl-istess rata ta’ 4,5 %, fuq l-iskoperturi kollha li jinsabu fin-Norveġja. Il-miżura applikat mill-31 ta’ Diċembru 2020, u attwalment hija rrakkomandata għal reċiproċità skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (11). Fl-istess data, Finansdepartementet innotifika lill-BERS bl-intenzjoni tiegħu li jirrikjedi ċerti istituzzjonijiet li jżommu rata ta’ riżerva “‘istituzzjonijiet sistemikament importanti oħrajn’” (O-SII) għal kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, skont l-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE. |
|
(5) |
Sussegwentement, fis-26 ta’ Settembru 2024, Finansdepartementet issottometta talba biex il-BERS jirrakkomanda r-reċiproċità tar-rata SyRB fuq bażi konsolidata, subkonsolidata u individwali, skont l-Artikolu 134 (5) tad-Direttiva 2013/36/UE. Il-miżura tal-politika makroprudenzjali nnifisha tibqa’ bla tibdil. |
|
(6) |
Fis-7 ta’ Ottubru 2024, il-BERS adotta l-Opinjoni BERS/2024/6 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (12), fejn iddikjara li jqis ir-rata kumulattiva ta’ riżerva SyRB u O-SII xierqa u effettiva biex tindirizza r-riskji identifikati għal kull waħda mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn iż-żewġ miżuri. |
|
(7) |
Ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, kif emendata bir-Rakkomandazzjoni BERS/2017/4 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (13), tirrakkomanda li l-awtorità rilevanti li tattiva miżura ta’ politika makroprudenzjali għandha, meta tippreżenta talba għal reċiproċità lill-BERS, tipproponi limitu massimu ta’ materjalità li taħtu l-iskopertura ta’ fornitur individwali ta’ servizzi finanzjarji għar-riskju makroprudenzjali identifikat fil-ġurisdizzjoni fejn il-miżura ta’ politika makroprudenzjali tiġi applikata mill-awtorità ta’ attivazzjoni tista’ titqies bħala mhux materjali. Il-BERS jista’ jirrakkomanda livell limitu differenti jekk jitqies neċessarju. Il-limitu ta’ materjalità għar-reċiproċità tas-SyRB huwa stabbilit għal ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju ta’ NOK 5 biljun, li jikkorrispondi għal madwar 0,16 % tal-ammont tal-iskopertura totali ponderati għar-riskju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jirrapportaw fin-Norveġja (14). |
|
(8) |
Ir-reċiproċità tar-rekwiżiti kapitali makroprudenzjali attivata mill-awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra, fuq bażi konsolidata, subkonsolidata, u individwali, irrispettivament minn jekk l-iskoperturi kkonċernati humiex miżmuma permezz ta’ sussidjarji jew fergħat, jew jirriżultawx minn self transkonfinali dirett, tillimita t-tnixxijiet u l-arbitraġġ regolatorju, tindirizza r-riskji sistemiċi u b’hekk tippromwovi l-effettività ġenerali tal-politika makroprudenzjali billi tiżgura li r-riskji miżjuda jiġu indirizzati mhux biss fl-Istat Membru li introduċa s-SyRB iżda wkoll fi Stati Membri oħra fejn il-gruppi bankarji huma esposti għal dawk ir-riskji miżjuda. Ir-rikonoxximent għandu għalhekk jimmira wkoll li jiżgura li gruppi bankarji esposti għal dawk ir-riskji sistemiċi jkunu reżiljenti biżżejjed. Għalhekk, ir-rekwiżiti kapitali makroprudenzjali li jirriżultaw minn deċiżjoni li jiġu rikonoxxuti l-miżuri makroprudenzjali ta’ Stati Membri oħra għandhom b’mod ġenerali jiġu applikati fuq bażi konsolidata, subkonsolidata, u individwali. |
|
(9) |
Biex tiġi rikonoxxuta r-rata SyRB Norveġiża kif mitlub mill-Finansdepartementet, l-awtoritajiet kompetenti u/jew nominati rilevanti ta’ Stat Membru ieħor jistgħu jistabbilixxu rata SyRB f’konformità mal-Artikoli 133(4) u 134(1) tad-Direttiva 2013/36/UE. |
|
(10) |
Din l-emenda għar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 ma taffettwax il-kontinwità li tiġi rrakomandata r-reċiproċità tal-miżuri makroprudenzjali nazzjonali attivata mill-awtoritajiet Norveġiżi fl-31 ta’ Diċembru 2022, kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni BERS/2023/1. L-emendi attwali għar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, bl-eċċezzjoni għar-reċiproċità tas-SyRB fuq bażi konsolidata, subkonsolidata u individwali, huma ta’ natura editorjali. Għaldaqstant, il-perijodu tranżitorju standard ta’ tliet xhur wara l-publikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huwa applikabbli biss għal miżuri, jew emendi għalihom, li l-awtoritajiet nazzjonali se jadottaw biex jirreċiprokaw s-SyRB fuq bażi konsolidata, subkonsolidata u individwali. |
|
(11) |
Għalhekk, ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
EMENDI
L-Anness għar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 huwa emendat skont l-Anness għal din ir-Rakkomandazzjoni.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-3 ta’ Diċembru 2024
Il-Kap tas-Segretarjat tal-BERS,
F’isem il-Bord Ġenerali tal-BERS
Francesco MAZZAFERRO
(2) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.
(3) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.
(5) Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-15 ta’ Diċembru 2015 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 97, 12.3.2016, p. 9).
(6) 6 Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 79/2019 tad-29 ta’ Marzu 2019 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2019/2133] (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 170).
(7) 7 Direttiva (UE) 2021/338 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2021li temenda d-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward ta’rekwiżiti ta’ informazzjoni, governanza tal-prodotti u limiti ta’ pożizzjoni, u d-Direttivi 2013/35/UE u (UE) 2019/878 fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom għad-ditti tal-investiment, għas-sostenn tal-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19 (ĠU L 68, 26.2.2021, p.14).
(8) Regolament (UE) 2021/558 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta’ ċerti aġġustamenti għall-qafas ta’ titolizzazzjoni bħala appoġġ għall-irkupru ekonomiku b’reazzjoni għall-kriżi tal-COVID-19 (ĠU L 116, 6.4.2021, p. 25).
(9) Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 213/2022 tat-8 ta’ Lulju 2022 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2023/630] (ĠU L 85, 23.3.2023, p. 23).
(10) Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2024 tat-12 ta’ Ġunju 2024 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2024/2433] (ĠU L, 2024/2433, 3.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2433/oj).
(11) 11 Rakkomandazzjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tas-6 ta’ Marzu 2023 li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (BERS/2023/1) (ĠU C 158, 4.5.2023, p. 1).
(12) Opinjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tas-7 ta’ Ottubru 2024 rigward in-notifiki Norveġiżi tal-iffissar mill-ġdid ta’ rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku skont l-Artikolu 133 u tal-iffissar mill-ġdid tar-rata ta’ riżerva O-SII skont l-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (BERS/2024/6), disponibbli fuq is-sit web tal-BERS fuq www.esrb.europa.eu.
(13) Rakkomandazzjoni BERS/2017/4 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Ottubru 2017 li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 431, 15.12.2017, p. 1).
(14) Rakkomandazzjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tas-6 ta’ Marzu 2023 li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU Ċ 158, 4.5.2023, p. 1).
ANNESS
L-Anness għar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
taħt in-Norveġja, il-paragrafu 2 tat-taqsima intitolata “I. Deskrizzjoni tal-miżuri” hija ssostitwita b’dan li ġej:
|
|
(2) |
taħt in-Norveġja, it-taqsima intitolata “II. Reċiproċità” hija ssostitwita b’dan li ġej: “II. Reċiproċità
(*1) Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.” " |
|
(3) |
taħt in-Norveġja, il-paragrafu 8, il-punt (a), tat-taqsima intitolata “III. Livell limitu ta’ materjalità” huwa ssostitwit b’dan li ġej:
|
(*1) Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.” ”
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1010/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)