|
|
Isem
|
Informazzjoni għall-identifikazzjoni
|
Dikjarazzjoni tar-raġunijiet
|
Data tal-elenkar
|
|
“12.
|
Evghenia GUȚUL
|
Funzjoni: Gvernatur tal-Unità Territorjali Awtonoma ta’ Gagauzia
Data tat-twelid: 5.9.1986
Post tat-twelid: Etulia, Vulcănești, SSR Moldova (issa Republic of Moldova)
Sess: mara
Nazzjonalità: Ir-Repubblika tal-Moldova
|
Evghenia Guţul hija l-Gvernatur (Bashkan) tal-Unità Territorjali Awtonoma ta’ Gagauzia fir-Repubblika tal-Moldova. Qabel kienet taħdem għall-partit politiku ‘SHOR’ (‘ȘOR’) ta’ Ilan Shor, li issa huwa pprojbit, u kienet involuta fil-finanzjament illegali tiegħu. Hija pproponiet diversi assoċjati ta’ Shor biex jimlew pożizzjonijiet fil-Kumitat Eżekuttiv ta’ Gagauzia, minkejja l-fatt li dawk l-individwi ma għandhomx rabtiet ma’ Gagauzia.
Minkejja li ma kellhiex il-kompetenza kostituzzjonali biex tagħmel dan, bħala Gvernatur hija involviet ruħha fi żjara formali fil-Federazzjoni Russa u ltaqgħet mal-President Russu Vladimir Putin. Hija talbet lil Putin għal u rċeviet assigurazzjoni tal-appoġġ tar-Russja għad-drittijiet, l-awtorità u l-pożizzjonijiet ta’ Gagauzia.
Bil-promozzjoni tas-separatiżmu fl-Unità Territorjali Awtonoma ta’ Gagauzia u r-rabtiet mill-qrib mal-Federazzjoni Russa, Evghenia Guţul qed tipprova twaqqa’ l-ordni kostituzzjonali, u b’hekk qed thedded is-sovranità u l-indipendenza tar-Repubblika tal-Moldova, u d-demokrazija, l-istabbiltà u s-sigurtà fir-Repubblika tal-Moldova.
|
14.10.2024
|
|
13.
|
Iurii CUZNEŢOV
|
Funzjoni: Viċi Kap tad-Dipartiment Ġenerali għall- għar-Relazzjonijiet Esterni, Unità Territorjali Awtonoma ta’ Gagauzia
Data tat-twelid: 18.7.1988
Post tat-twelid: SSR Moldova (issa Republic of Moldova)
Sess: raġel
Nazzjonalità: Ir-Repubblika tal-Moldova
Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Istat (IDNP): 2004042080868
|
Iurii Cuzneţov, eks membru tal-partit politiku SHOR’ (‘ȘOR’) ta’ Ilan Shor’, huwa l-Viċi Kap tad-Dipartiment Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Unità Territorjali Awtonoma ta’ Gagauzia. Huwa ngħaqad ma’ Evghenia Guţul fiż-żjara tagħha fil-Federazzjoni Russa u kien involut fl-iskema biex jiġu ffinanzjati ċittadini Gagauzjani permezz ta’ bank Russu. Huwa appoġġa b’mod attiv il-kampanja ta’ Evghenia Guţul għall-Gvernatur (Bashkan) ta’ Gagauzia.
Iurii Cuzneţov huwa għalhekk assoċjat ma’ Evghenia Guţul.
|
14.10.2024
|
|
14.
|
Nelli PARUTENCO
|
Funzjoni: Fundatur/Direttur ta’ Evrazia
Data tat-twelid: 21.3.1962
Sess: mara
Nazzjonalità: Ir-Repubblika tal-Moldova
Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Istat (IDNP): 0970403899047
|
Nelli Parutenco kienet it-teżorier tal-partit politiku ‘SHOR’ (‘ȘOR’) ta’ Ilan Shor, sakemm ġie pprojbit. Fil-kuntest tal-investigazzjonijiet dwar SHOR għal finanzjament illegali, hija ħarbet lejn Moska fl-2022.
Parutenco issa hija l-fundatur u d-direttur u tal-assoċjazzjoni mhux governattiva Evrazia bbażata fir-Russja, li l-għan tagħha huwa li tippromwovi l-interessi Russi fl-eks repubbliki Sovjetiċi, inkluż fir-Repubblika tal-Moldova. Evrazia tippromwovi narrattivi ta’ propaganda Russi, inkluż fost it-tfal żgħar fil-kampijiet taż-żgħażagħli torganizza. Evrazia sservi bħala mezz biex jiġi pprovdut finanzjament minn bank Russu u minn Ilan Shor liċ-ċittadini u proġetti ta’ infrastruttura f’Gagauzia.
Permezz ta’ Evrazia, Nelli Parutenco għalhekk qed tipprova twaqqa’ l-ordni kostituzzjonali, u b’hekk qed thedded is-sovranità u l-indipendenza tar-Repubblika tal-Moldova, u d-demokrazija, l-istabbiltà u s-sigurtà fir-Repubblika tal-Moldova.
Nelli Parutenco hija assoċjata ma’ Evrazia. Barra minn hekk, Nelli Parutenco hija assoċjata ma’ Ilan Shor.
|
14.10.2024
|
|
15.
|
Ilia UZUN
|
Funzjoni: Viċi President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Unità Territorjali Awtonoma ta’ Gagauzia, membru tal-Assemblea tal-Poplu ta’ Gagauzia
Data tat-twelid: 16.5.1967
Post tat-twelid: Chioselia Rusă, Comrat, SSR Moldova (issa Republic of Moldova)
Sess: raġel
Nazzjonalità: Ir-Repubblika tal-Moldova
Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Istat (IDNP): 0961607975268
|
Ilia Uzun huwa membru tal-Assemblea tal-Poplu ta’ Gagauzia u Viċi President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Unità Territorjali Awtonoma ta’ Gagauzia. Huwa ltaqa’ ma’ Ilan Shor f’Iżrael biex jiddiskuti l-implimentazzjoni fil-Gagauzia tal-pjanijiet elettorali tal-Gvernatur (Bashkan) Evghenia Guţul. Ilia Uzun huwa involut fit-tixrid tal-propaganda Russa, imnedija mit-tim ta’ Ilan Shor. Huwa ppjana, attenda u mexxa dimostrazzjonijiet kontra l-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova organizzati minn Ilan Shor jew is-soċji tiegħu. Huwa appoġġa pubblikament lil Ilan Shor jew l-azzjonijiet tiegħu. Għaldaqstant huwa assoċjat ma’ Ilan Shor.
|
14.10.2024
|
|
16.
|
Mihail VLAH
|
Funzjoni: Viċi Gvernatur u Konsulent dwar ir-relazzjonijiet mal-media tal-Gvernatur tal-Unità Territorjali Awtonoma ta’ Gagauzia
Data tat-twelid: 4.2.1978
Sess: raġel
Nazzjonalità: Ir-Repubblika tal-Moldova
Numru tal-Passaport: 2000019014568
|
Mihail Vlah huwa viċi għall-Gvernatur (Bashkan) ta’ Gagauzia, Evghenia Guţul. Huwa ġie maħtur minn Evghenia Guţul iżda l-ħatra tiegħu ma ġietx approvata mill-Assemblea tal-Poplu ta’ Gagauzia. Huwa wkoll il-konsulent tar-relazzjonijiet mal-media ta’ Evghenia Guţul. Huwa ltaqa’ ma’ Ilan Shor f’Iżrael biex jiddiskuti l-implimentazzjoni f’Gagauzia tal-pjanijiet elettorali tal-Gvernatur Guţul. Huwa ppjana u attenda dimostrazzjonijiet kontra l-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova, b’appoġġ ta’ Evghenia Guţul jew organizzati minn Ilan Shor jew is-soċji tiegħu. Huwa appoġġa pubblikament l-azzjonijiet ta’ Ilan Shor jew ta’ Evghenia Guţul. Għaldaqstant, Mihail Vlah huwa assoċjat ma’ Ilan Shor u Evghenia Guţul. Barra minn hekk, huwa ħa sehem f’dimostrazzjoni vjolenti kontra l-Gvern tar-Repubblika tal-Moldova u pprova jiddestabbilizza l-ordni kostituzzjonali billi sostna li r-Reġjun Territorjali Awtonomu ta’ Gagauzia għandu d-dritt li jiftaħ rappreżentanzi diplomatiċi barra mill-pajjiż.
|
14.10.2024”;
|