02018R0683 — MT — 07.05.2018 — 000.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/683

tal-4 ta' Mejju 2018

li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b'wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b'indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/163

(ĠU L 116 7.5.2018, p. 8)


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 174, 10.7.2018, p.  38 (2018/683)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/683

tal-4 ta' Mejju 2018

li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b'wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b'indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/163



Artikolu 1

1.  Id-dazju antidumping proviżorju huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b'wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b'indiċi ta' tagħbija li jaqbeż il-121, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 4011 20 90 u ex 4012 12 00 (kodiċi TARIC 4012120010 ) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.  Ir-rati tad-dazji antidumping proviżorji applikabbli f'EUR għal kull unità tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej:



Kumpanija

Dazju antidumping proviżorju

(f'EUR/unità)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Xingyuan Tire Group Ltd, Co.; Guangrao Xinhongyuan Tyre Co., Ltd

82,17

C331

Giti Tire (Anhui) Company Ltd; Giti Tire (Fujian) Company, Ltd; Giti Tire (Hualin) Company Ltd; Giti Tire (Yinchuan) Company, Ltd

57,42

C332

Aeolus Tyre Co., Ltd; Chonche Auto Double Happiness Tyre Corp., Ltd; Qingdao Yellow Sea Rubber Co., Ltd; Pirelli Tyre Co, Ltd

64,13

C333

Chongqing Hankook Tire Co., Ltd; Jiangsu Hankook Tire Co., Ltd;

52,85

C334

Kumpaniji oħra li kkooperaw elenkati fl-Anness

62,79

 

Il-kumpaniji l-oħra kollha

82,17

C999

3.  L-applikazzjoni tar-rati ta' dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji elenkati fil-paragrafu 2 jew fl-Anness għandha tkun bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha tidher dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat b'ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(unità/unitajiet) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħa sabiex tiġi esportata/jiġu esportati lejn l-Unjoni Ewropea koperta/i minn din il-fattura ġiet/ġew immanifatturata/immanifatturati minn (isem il-kumpanija u l-indirizz) (kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f'din il-fattura hija kollha u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata din il-fattura, id-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha għandu japplika.

4.  Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun suġġett għall-għoti ta' depożitu ta' garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.

5.  Roti tat-triq, tat-trejlers u tas-semitrejlers mgħammrin b'tajers pnewmatiċi, ġodda jew b'wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b'indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, għandhom jaqgħu taħt il-kodiċijiet TARIC 8708701015 , 8708701080 , 8708705015 , 8708705080 , 8708709115 , 8708709915 , 8716909015 u 8716909080 .

6.  Dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet rilevanti dwar id-dazji doganali li huma fis-seħħ.

Artikolu 2

1.  Fi żmien 25 jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-partijiet interessati jistgħu:

(a) jitolbu divulgazzjoni tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament;

(b) jippreżentaw il-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni, inklużi l-kummenti dwar il-klassifikazzjoni tal-marki fil-livelli; u

(c) jitolbu seduta ta' smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali.

2.  Fi żmien 25 jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ dan ir-Regolament, il-partijiet imsemmija fl-Artikolu 21(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni tal-miżuri proviżorji.

Artikolu 3

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/163, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.  L-awtoritajiet doganali huma b'dan mitluba, skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament (UE) 2016/1037, biex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' tajers ġodda jew b'wiċċ ġdid għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet b'indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 4011 20 90 u ex 4012 12 00 (il-kodiċi TARIC 4012120010 ), u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.”

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak li fih jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 għandu japplika għal perjodu ta' sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

Produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun:



Isem il-Kumpanija

Il-kodiċi TARIC addizzjonali

Bayi Rubber Co., Ltd.

C335

Bridgestone (Huizhou) Tire Co. Ltd.

C336

Briway Tire Co., Ltd.

C337

Chaoyang Long March Tyre Co., Ltd.

C338

Goodyear Dalian Tire Co. Limited

C339

Guizhou Tyre Co., Ltd.

C340

Jiangsu General Science Technology Co., Ltd.

C341

Megalith Industrial Group Co., Ltd.

C342

Michelin Shenyang Tire Co., Ltd.

C343

Nanjing Kumho Tire Co., Ltd.

C344

Ningxia Shenzhou Tire Co., Ltd.

C345

Prinx Chengshan (Shandong) Tire Co., Ltd.

C346

Qingdao Doublestar Tire Industrial Co., Ltd.

C347

Qingdao Fudong Tyre Co., Ltd.

C348

Qingdao Hairunsen Tyre Co., Ltd.

C349

▼C1

Qingdao GRT Rubber Co., Ltd.

C350

▼B

Sailun Jinyu Group Co., Ltd.

C351

Shaanxi Yanchang Petroleum Group Rubber Co., Ltd.

C352

Shandong Kaixuan Rubber Co., Ltd.

C353

Shandong Changfeng Tyres Co., Ltd.

C354

Shandong Haohua Tire Co., Ltd.

C355

Shandong Hawk International Rubber Industry Co., Ltd.

C356

Shandong Hengfeng Rubber & Plastic Co.,Ltd

C357

Shandong Hengyu Science & Technology Co., Ltd.

C358

Shandong Homerun Tires Co., Ltd.

C359

Shandong Huasheng Rubber Co., Ltd.

C360

Shandong Hugerubber Co., Ltd.

C361

Shandong Jinyu Tire Co., Ltd.

C362

Shandong Linglong Tyre Co., Ltd.

C363

Shandong Mirage Tyres Co., Ltd.

C364

Shandong Vheal Group Co., Ltd.

C365

Shandong Wanda Boto Tyre Co., Ltd.

C366

Shandong Wosen Rubber Co., Ltd.

C367

Shandong Yongfeng Tyres Co., Ltd.

C368

Shandong Yongsheng Rubber Group Co., Ltd.; Shandong Santai Rubber Co., Ltd.

C369

Shandong Yongtai Group Co., Ltd.

C370

Shanghai Huayi Group Corp. Ltd.; Double Coin Group (Jiang Su) Tyre Co., Ltd.

C371

Shengtai Group Co., Ltd.

C372

Sichuan Kalevei Technology Co., Ltd.

C373

Toyo Tire (Zhucheng) Co., Ltd.

C374

Triangle Tyre Co., Ltd.

C375

Weifang Goldshield Tire Co., Ltd.

C376

Weifang Shunfuchang Rubber And Plastic Products Co., Ltd.

C377

Xuzhou Armour Rubber Company Ltd.

C378

Zhongce Rubber Group Co., Ltd.

C379