<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑499/11 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0499</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:482">EU:C:2013:482</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20130718">18.7.2013</DATE> – KAWŻA C-499/11 P</P><P>DOW CHEMICAL <HT TYPE="ITALIC">ET</HT> vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Akkordji</KEYWORD><KEYWORD>Suq tal-gomma butadiene u tal-gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni</KEYWORD><KEYWORD>Iffissar tal-miri ta’ prezzijiet, qsim tal-klijenti permezz ta’ ftehimiet ta’ nuqqas ta’ aggressjoni u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur</KEYWORD><KEYWORD>Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni</KEYWORD><KEYWORD>Koeffiċjent ta’ multiplikazzjoni b’għan dissważiv</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-499/11 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fis-<DATE ISO="20110926">26 ta’ Settembru 2011</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">The Dow Chemical Company</HT>, stabbilita fi Midland, (l-Istati Uniti),</P><P><HT TYPE="BOLD">Dow Deutschland Inc.</HT>, stabbilita fi Schwalbach (il-Ġermanja),</P><P><HT TYPE="BOLD">Dow Deutschland Anlagengesellschaft mbH,</HT> stabbilita fi Schwalbach,</P><P><HT TYPE="BOLD">Dow Europe GmbH</HT>, stabbilita fi Horgen (l-Isvizzera),</P><P>irrappreżentati minn D. Schroeder u T. Kuhn, Rechtsanwälte, u T. Graf, advokat,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><P>il-parti l-oħra fil-kawża li hija:</P><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn M. Kellerbauer u V. Bottka, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Tizzano, President tal-Awla, M. Berger (Relatur), A. Borg-Barthet, E. Levits u J.-J. Kasel, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: C. Strömholm, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20130116">16 ta’ Jannar 2013</DATE>,</VISA><?PAGE NO="2"?><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħhom, The Dow Chemical Company (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Dow Chemical<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), Dow Deutschland Inc. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Dow Deutschland<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), Dow Deutschland Anlagengesellschaft mbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Dow Deutschland Anlagengesellschaft<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u Dow Europe GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Dow Europe<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, u dawn il-kumpanniji kollha, meħuda flimkien, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Dow<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), jitolbu l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tat-<DATE ISO="20110713">13 ta’ Lulju 2011</DATE>, Dow Chemical <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-42/07" PAGE.ECR="II-4531" YEAR="2011">T-42/07, Ġabra p. II-4531</REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), permezz ta’ liema sentenza din ċaħdet parzjalment ir-rikors tagħhom intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 5700 finali, tad-<DATE ISO="20061129">29 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.638 – Gomma butadiene u gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), intiż għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tikkonċerna lil Dow chemical, u intiż għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuq Dow.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża u d-deċiżjoni kkontestata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20021220">20 ta’ Diċembru 2002</DATE>, Bayer AG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Bayer<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) għamlet kuntatt mad-dipartimenti tal-Kummissjoni Ewropea u esprimiet ix-xewqa tagħha li tikkoopera skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi tal-ammont tagħhom fil-kawżi li jirrigwardaw akkordji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 155, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Avviż dwar il-klemenza<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) f’dak li jikkonċerna l-gomma butadiene (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>GB<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) u l-gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>GSB<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), li huma gomma sintetika użata essenzjalment fil-produzzjoni tat-tajers.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20031016">16 ta’ Ottubru 2003</DATE>, Dow Deutschland u Dow Deutschland Anlagengesellschaft iltaqgħu mad-dipartimenti tal-Kummissjoni u esprimew ix-xewqa tagħhom li jikkooperaw skont l-Avviż dwar il-klemenza. Fl-<DATE ISO="20050304">4 ta’ Marzu 2005</DATE>, Dow Deutschland ġiet informata bl-intenzjoni tal-Kummissjoni li tagħtiha tnaqqis tal-multa ta’ bejn 30 % u 50 %.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20050607">7 ta’ Ġunju 2005</DATE>, il-Kummissjoni fetħet proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-<DATE ISO="19900502">2 ta’ Mejju 1990</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 52, p. 3, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Ftehim ŻEE<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) dwar is-suq tal-GB u tal-GSB. Hija bagħtet l-ewwel dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>ewwel dikjarazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) b’mod partikolari, lil Dow.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20060406">6 ta’ April 2006</DATE>, il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet oħra (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>tieni dikjarazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-proċedura amministrattiva wasslet għall-adozzjoni, fid-<DATE ISO="20061129">29 ta’ Novembru 2006</DATE>, tad-deċiżjoni kkontestata. Skont l-Artikolu 1 ta’ din id-deċiżjoni, Dow u l-impriżi l-oħra destinatarji tal-imsemmija deċiżjoni, jiġifieri Bayer, Versalis SpA, (li kienet Polimeri Europa SpA), u Eni SpA (iktar ’il quddiem ilkoll flimkien <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Eni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), Shell Petroleum NV, Shell Nederland BV u Shell Nederland Chemie BV (iktar ’il quddiem ilkoll flimkien <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Shell<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), Unipetrol a.s., Kaučuk a.s. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Kaučuk<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) u Trade-Stomil sp. z o.o. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Stomil<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), kisru l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi<?PAGE NO="3"?> pparteċipaw fi ftehim wieħed u kontinwu li fil-kuntest tiegħu huma ftehmu li jiffissaw il-miri ta’ prezzijiet, li jaqsmu l-klijenti permezz ta’ ftehimiet ta’ nuqqas ta’ aggressjoni u jiskambjaw informazzjoni sensittiva dwar prezzijiet, kompetituri u klijenti fis-setturi tal-GB u tal-GSB.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-perijodu kkunsidrat għat-tul taż-żmien tal-ksur huwa mill-<DATE ISO="19960701">1 ta’ Lulju 1996</DATE> sat-<DATE ISO="20021128">28 ta’ Novembru 2002</DATE> għal Dow Chemical, mill-<DATE ISO="19960701">1 ta’ Lulju 1996</DATE> sas-<DATE ISO="20011127">27 ta’ Novembru 2001</DATE> għal Dow Deutschland, mit-<DATE ISO="20010222">22 ta’ Frar 2001</DATE> sat-<DATE ISO="20020228">28 ta’ Frar 2002</DATE> għal Dow Deutschland Anlagengesellschaft, u mis-<DATE ISO="20011126">26 ta’ Novembru 2001</DATE> sat-<DATE ISO="20021128">28 ta’ Novembru 2002</DATE> għal Dow Europe.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont il-premessi 16 sa 21 tad-deċiżjoni kkontestata, f’dak li jirrigwarda l-perijodu li matulu Dow ipparteċipat fil-ksur inkwistjoni, Dow Deutschland, Dow Deutschland Anlagengesellschaft u Dow Europe kienu kkontrollati totalment, b’mod dirett jew indirett, minn Dow Chemical.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-multa imposta bid-deċiżjoni kkontestata, din ġiet stabbilita skont il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Linji ta’ gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi mposti skond l-artikolu 15(2) tar-Regolament Nru. 17 u l-Artikolu 65(5) [KEFA]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 171, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Linji gwida<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Kummissjoni qabelxejn qieset il-ksur imwettaq bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>serju ħafna<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> u ffissat l-ammont inizjali għall-kalkolu tal-multa billi stabbilixxiet differenza skont il-bejgħ ta’ GB u ta’ GSB ta’ kull waħda mill-impriżi kkonċernati matul is-sena 2001. Fir-rigward ta’ Dow, skont il-premessa 469 tad-deċiżjoni kkontestata, il-bejgħ ta’ GB u ta’ GSB kien ta’ EUR 126.936 miljun għas-sena 2001. B’teħid inkunsiderazzjoni ta’ dan l-ammont, Dow tqiegħed, f’termini ta’ bejgħ ta’ GB u ta’ GSB, fit-tieni kategorija ta’ impriżi involuti fl-imsemmi ksur. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni stabbilixxiet l-ammont bażiku tal-multa imposta fuq Dow għal EUR 41 miljun.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Kummissjoni applikat koeffiċjenti ta’ multiplikazzjoni b’għan dissważiv, imqassma skont id-dħul mill-bejgħ dinji mwettaq mill-impriżi kkonċernati matul is-sena 2005. Filwaqt li qieset li ma kellu japplika ebda koeffiċjent ta’ multiplikazzjoni fir-rigward ta’ Stomil, li d-dħul mill-bejgħ tagħha kien ta’ EUR 38 miljun, u lanqas fir-rigward ta’ Kaučuk, li d-dħul mill-bejgħ tagħha kien ta’ EUR 2.718 biljun, il-Kummissjoni applikat koeffiċjenti ta’ multiplikazzjoni ta’ 1.5 fir-rigward ta’ Bayer, ta’ 1.75 fir-rigward ta’ Dow, ta’ 2 fir-rigward ta’ Eni, u ta’ 3 fir-rigward ta’ Shell, li d-dħul mill-bejgħ tagħhom kien ta’ EUR 27.383 biljun, EUR 37.221 biljun, EUR 73.738 biljun u EUR 246.549 biljun rispettivament.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Barra minn hekk, f’dak li jikkonċerna lil Dow Chemical, l-ammont inizjali għall-kalkolu tal-multa żdied b’50 % minħabba, b’mod partikolari, parteċipazzjoni ta’ din il-kumpannija fil-ksur inkwistjoni matul perijodu ta’ sitt snin u erba’ xhur. Fir-rigward ta’ Dow Deutschland, din iż-żieda kienet ta’ 40 %. Fuq Dow Deutschland Anlagengesellschaft u Dow Europe ġiet imposta żieda ta’ 10 %, li tikkorrispondi għat-tul tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-akkordju.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, billi qieset li Dow kienet it-tieni impriża li avviċinat, b’mod konformi mal-Avviż dwar il-klemenza, lill-Kummissjoni, u l-ewwel impriża li ssodisfat il-kundizzjonijiet elenkati fil-punt 21 ta’ dan l-avviż, il-Kummissjoni tatha tnaqqis ta’ 40 % tal-multa li kienet tiġi imposta fuqha kieku Dow ma kinitx ikkooperat fl-investigazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Konsegwentement, fl-Artikolu 2(b) tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni imponiet fuq Dow Chemical multa ta’ EUR 64.575 miljun, fejn fosthom hemm EUR 60.27 miljun b’mod konġunt u <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ma’ Dow Deutschland, kif ukoll EUR 47.355 miljun b’mod konġunt u <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ma’ Dow Deutschland Anlagengesellschaft u Dow Europe.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20070216">16 ta’ Frar 2007</DATE>, Dow ressqet azzjoni kontra d-deċiżjoni kkontestata intiża, fir-rigward ta’ Dow Chemical, sabiex din id-deċiżjoni tiġi annullata sa fejn din kienet tikkonċernaha; fir-rigward ta’ Dow Deutschland, sabiex jiġi annullat l-Artikolu 1 tal-imsemmija deċiżjoni sa fejn dan jikkonkludi li Dow Deutschland kisret l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE sa mill-<DATE ISO="19960701">1 ta’ Lulju 1996</DATE> u, fir-rigward tar-rikorrenti kollha – fosthom Dow Chemical sussidjarjament –, intiża għal tnaqqis sostanzjali tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqhom.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti kollha talbu lill-Qorti Ġenerali, minn naħa, sabiex tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tieħu responsabbiltà tal-piż tal-ispejjeż kollha tagħhom u l-ispejjeż marbuta mal-preżenti kawża kif ukoll l-ispejjeż li huma sostnew sabiex jikkostitwixxu garanzija bankarja li, sakemm il-Qorti Ġenerali tiddeċiedi dwar l-azzjoni, tkopri l-ammont tal-multa imposta fuqhom bid-deċiżjoni kkontestata, u, min-naħa l-oħra, sabiex tieħu kull miżura oħra li hija tqis xierqa.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Bħala l-ewwel motiv insostenn tar-rikors, Dow invokat l-illegalità tal-imputazzjoni tal-ksur lil Dow Chemical. It-tieni motiv kien ibbażat fuq determinazzjoni żbaljata tat-tul tal-parteċipazzjoni ta’ Dow Deutschland fil-ksur. It-tielet motiv, maqsum f’disa’ partijiet, kien ibbażat fuq determinazzjoni żbaljata tal-ammont tal-multi imposti fuq Dow.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-ewwel motiv, kollu kemm hu, bħala infondat. F’dan ir-rigward, hija ddeċidiet b’mod partikolari, fil-punti 74 u 75 tas-sentenza appellata, li Dow Chemical kienet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>[i]l-kumpannija kap tal-grupp<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>ma [kienx] ikkontestat li hija [kienet] tikkontrolla, anki jekk indirettament, il-kapital kollu tal-kumpanniji li pparteċipaw direttament fil-ksur<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>. Barra minn hekk, hija qieset li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>l-imputazzjoni tal-ksur lill-kumpannija parent [kienet] fakultà li titħalla għad-diskrezzjoni tal-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>li l-fatt biss li l-Kummissjoni [kienet] [i]ddeċidiet, fil-prattika deċiżjonali preċedenti tagħha, li ċ-ċirkustanzi ta’ kawża ma kinux jiġġustifikaw li l-aġir ta’ sussidjarja jiġi imputat lill-kumpannija parent tagħha ma [kienx ifisser] li hija obbligata li tagħmel l-istess evalwazzjoni f’deċiżjoni sussegwenti<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fil-punt 76 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali qieset li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>[f]ir-rigward tal-fatt li Dow Chemical [ġiet] indebitament leża bħala destinatarja tad-deċiżjoni kkontestata, dan ma jistax jikkontesta l-legalità tal-istess deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>. Fl-aħħar nett, fir-rigward tan-nuqqas ta’ motivazzjoni allegat, il-Qorti Ġenerali fakkret, fil-punt 77 tas-sentenza appellata li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>[i]r-rekwiżit tal-motivazzjoni [kellu] jiġi evalwat skont iċ-ċirkustanzi tal-każ<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>[m]a [kienx] meħtieġ li l-motivazzjoni tispeċifika l-punti kollha rilevanti ta’ fatt u ta’ liġi, inkwantu l-kwistjoni dwar jekk din [kinitx tissodisfa] ir-rekwiżiti tal-Artikolu [296 TFUE] [kellhiex] tiġi evalwata fid-dawl mhux biss tal-kliem tal-att ikkonċernat, iżda wkoll tal-kuntest li fih dan l-att [kien] ġie adottat<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. Issa, il-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>identifikat b’mod ċar, fil-premessi 333 sa 338 u 340 sa 364 tad-deċiżjoni kkontestata, l-elementi ta’ evalwazzjoni li [kienu] ppermettewlha tikkonstata r-responsabbiltà ta’ Dow Chemical f’dan il-każ<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> (ara l-punt 79 tas-sentenza appellata).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna t-tieni motiv, il-Qorti Ġenerali qieset li l-Kummissjoni, fir-rigward ta’ Dow Deutschland, ma kinitx uriet l-eżistenza tal-fatti li jikkostitwixxu ksur għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju sat-<DATE ISO="19960902">2 ta’ Settembru 1996</DATE> b’mod suffiċjenti fid-dritt.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tielet motiv, il-Qorti Ġenerali qabelxejn fakkret, fil-punti 123 u 124 tas-sentenza appellata, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>[kellha] ssir distinzjoni bejn il-kontribuzzjoni individwali ta’ kull impriża, f’termini ta’ kapaċità ekonomika effettiva, għas-suċċess tal-akkordju, u l-impatt konkret tal-ksur imsemmi fl-ewwel paragrafu tal-punt 1 A tal-Linji gwida<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> u li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>anki fin-nuqqas ta’ impatt konkret tal-ksur li jista’ jitkejjel, il-Kummissjoni [setgħet] tiddeċiedi, skont it-tielet, ir-raba’ u s-sitt paragrafi tal-punt 1 A tal-Linji gwida, u wara li tkun ikklassifikat il-ksur bħala ftit serju, serju jew serju ħafna, li tagħmel distinzjoni bejn l-impriżi kkonċernati<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Sussegwentement, fil-punti 126 u 127, il-Qorti Ġenerali qieset li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>Dow ma [kkontestatx] l-għan illegali tal-akkordju, kif imsemmi fid-deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>il-Kummissjoni ma [kinitx wettqet] żball meta kkonstatat li l-prattiki inkwistjoni kienu, min-natura tagħhom, ksur serji ħafna, mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni l-impatt konkret tal-ksur fis-suq<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kienet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>indikat b’mod ċar, fil-premessa 462 tad-deċiżjoni kkontestata, li hija ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-impatt konkret tal-ksur fis-suq għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ammont tal-multi<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ksur allegat tad-dritt għal smigħ ta’ Dow, fil-punt 128 tas-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>il-Kummissjoni [ssodisfat] l-obbligu tagħha li tirrispetta d-dritt għas-smigħ tal-impriżi meta hija [indikat] espressament, fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, li hija [kienet] ser teżamina jekk [kellhomx] jiġu imposti multi kontra l-impriżi kkonċernati, u li hija [iddikjarat] [i]l-punti prinċipali ta’ fatt u ta’ liġi li jistgħu jagħtu lok għal multa<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. F’dan il-każ, il-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-impatt tal-akkordju fis-suq biex tistabbilixxi l-gravità tal-ksur (premessa 462 tad-deċiżjoni kkontestata)<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>. Skont il-Qorti Ġenerali, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>[f]’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jista’ jkun hemm ebda ksur tad-dritt għal smigħ ta’ Dow f’dan ir-rigward<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-applikazzjoni illegali ta’ koeffiċjent ta’ multiplikazzjoni b’għan dissważiv, allegata minn Dow fil-kuntest tas-seba’ parti tat-tielet motiv, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet, fil-punt 146 tas-sentenza appellata, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>din [kienet] [i]bbażata fuq l-argumenti mressqa fil-kuntest tal-ewwel motiv<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> u li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>[p]eress li l-ewwel motiv [kellu] jiġi miċħud bħala infondat, [kellha] tiġi miċħuda, konsegwentement, [din il-]parti tat-tielet motiv [...] bħala li hija wkoll infondata<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-punti 147 u 149 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali fakkret li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>[kien] jeħtieġ li tiġi kkunsidrata l-kapaċità ekonomika effettiva tal-awturi tal-ksur biex joħolqu dannu sinjifikattiv lill-operaturi l-oħra, b’mod partikolari lill-konsumaturi, u li tiġi stabbilita l-multa f’livell li [kien] jiżgura effett suffiċjentement dissważiv (ir-raba’ paragrafu tal-Punt 1 A tal-Linji gwida)<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>[d]an [kien] jitlob li l-ammont tal-multa jiġi aġġustat sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni l-impatt mixtieq fuq l-impriża li fuqha din [ġiet] imposta<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>. Fil-punt 150 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali żiedet li, f’dan ir-rigward, kien rilevanti b’mod partikolari, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>[i]t-teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul mill-bejgħ globali ta’ kull impriża li tipparteċipa fl-akkordju sabiex jiġi ffissat l-ammont tal-multa<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Skont il-Qorti Ġenerali, lanqas ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament ma jista’ jintlaqa’. F’dan ir-rigward, hija ddeċidiet, fil-punt 153 tas-sentenza appellata, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>Dow ma [kkontestatx] id-dħul mill-bejgħ imsemmi mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> u, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>[b]’mod partikolari, [...] li hija kienet, fl-2005, impriża ta’ daqs ħafna ikbar minn Bayer u ħafna iżgħar minn EniChem [jiġifieri, skont id-definizzjoni ta’ dan il-kunċett fil-premessa 36 tad-deċiżjoni kkontestata, kull kumpannija miżmuma minn Eni SpA]<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>. <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>Għaldaqstant, [kien] koerenti u oġġettivament iġġustifikat li l-koeffiċjent ta’ multiplikazzjoni b’għan dissważiv użat għall-kalkolu tal-multi imposti fuq Dow [kien] ogħla minn dak użat għall-kalkolu tal-multa imposta fuq Bayer u iktar baxx minn dak użat għall-kalkolu tal-multa imposta lil EniChem<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Minn dan, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet, fil-punt 154 tas-sentenza appellata, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>[billi] d-dħul mill-bejgħ dinji tas-sena 2005 kien ta’ EUR 27[.]383 biljun għal Bayer u ta’ EUR 37[.]221 biljun għal Dow (jiġifieri 35.93 % iktar minn Bayer) [...], il-fatt li l-koeffiċjent ta’ multiplikazzjoni relatat mal-multi ta’ Dow żdied b’16.66 % meta pparagunat ma’ dak użat għad-determinazzjoni tal-ammont tal-multa ta’ Bayer (1.75 kontra 1.5) ma jistax jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ [ugwaljanza fit-trattament]<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>. Fil-fatt, skont il-Qorti Ġenerali, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>mid-deċiżjoni kkontestata [kien] jirriżulta li l-koeffiċjent ta’ multiplikazzjoni adottat għal Dow ġie kkalkulat abbażi tal-koeffiċjent adottat għal Bayer u mhux abbażi tal-koeffiċjenti adottati għal EniChem jew Shell<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>. Il-Qorti Ġenerali enfasizzat ukoll li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>l-Kummissjoni [kellha] setgħa diskrezzjonali fid-determinazzjoni tal-ammont tal-multa u ma [kinitx] obbligata tapplika formola matematika preċiża<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, fil-punt 155 tas-sentenza appellata, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>[Dow] ma [pproduċiet] ebda prova ddettaljata li tippermetti li jiġi kkunsidrat li l-koeffiċjent ta’ multiplikazzjoni adottat fil-konfront tagħha [kien] sproporzjonat fir-rigward tal-gravità tal-ksur u mal-għan li jiġi żgurat li l-multi jkunu ta’ natura dissważiva<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li kien hemm lok li t-tieni motiv imqajjem minn Dow Deutschland jintlaqa’ u li l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata jiġi annullat, sa fejn dan kien iqis il-parteċipazzjoni ta’ din il-kumpannija fil-ksur inkwistjoni mill-<DATE ISO="19960701">1 ta’ Lulju 1996</DATE> minflok mit-<DATE ISO="19960902">2 ta’ Settembru 1996</DATE>. Madankollu, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li ma kienx hemm lok li l-ammont tal-multa imposta jitnaqqas. Hija ċaħdet il-motivi l-oħra kollha mqajma minn Dow. Sa fejn dawn l-aħħar motivi tressqu insostenn tat-talbiet intiżi għat-tibdil tal-ammont tal-multa, il-Qorti Ġenerali ċaħdithom bħala infondati. L-istess jgħodd għal dak li jikkonċerna t-talbiet imressqa minn Dow intiżi sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-ispejjeż.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Dow Chemical titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata inkwantu din tiċħad it-talba tagħha għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din id-deċiżjoni tikkonċerna lil Dow Chemical, u</P></ITEM><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din id-deċiżjoni tikkonċerna lil Dow Chemical.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>L-appellanti kollha jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata inkwantu din tiċħad it-talba tagħhom għal tnaqqis sostanzjali tal-ammont tal-multa imposta fuqhom, u</P></ITEM><ITEM><P>tnaqqas b’mod sostanzjali l-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqhom, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż u tieħu l-miżuri kollha li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li huma xierqa.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil Dow għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Insostenn tat-talbiet tagħha, Dow tinvoka erba’ aggravji. L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi li l-Qorti Ġenerali wettqet, minn naħa, billi qieset li l-Kummissjoni ma kinitx obbligata teżerċita s-setgħa diskrezzjonali tagħha b’mod xieraq u, min-naħa l-oħra, billi ma eżerċitatx is-setgħa tagħha ta’ stħarriġ ġudizzjarju b’mod sħiħ fir-rigward ta’ kif il-Kummissjoni eżerċitat is-setgħa diskrezzjonali tagħha sabiex ikkonkludiet li Dow Chemical kienet responsabbli. It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi li jikkonċerna t-trattament differenti applikat għall-ammonti bażiċi tal-multa. It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi li l-Qorti Ġenerali wettqet meta kkonfermat li l-Kummissjoni kellha dritt tieħu inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ ta’ Dow Chemical. Permezz tar-raba’ aggravju, Dow issostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonfermat li l-applikazzjoni, li għamlet il-Kummissjoni, tal-koeffiċjent ta’ multiplikazzjoni b’għan dissważiv ma kinitx diskriminatorja.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju, ibbażat, essenzjalment, fuq il-fatt li l-istħarriġ, mill-Qorti Ġenerali, tal-mod kif il-Kummissjoni eżerċitat is-setgħa diskrezzjonali tagħha sabiex ikkonkludiet li Dow Chemical kienet responsabbli, huwa vvizzjat bi żbalji ta’ liġi</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju, Dow issostni li meta ċaħdet l-ewwel motiv imqajjem insostenn tar-rikors fl-ewwel istanza, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, minn naħa, billi qieset li l-Kummissjoni ma kinitx obbligata teżerċita s-setgħa diskrezzjonali tagħha b’mod xieraq u, min-naħa l-oħra, billi ma eżerċitatx b’mod sħiħ is-setgħa tagħha ta’ stħarriġ ġudizzjarju fir-rigward tal-mod kif il-Kummissjoni eżerċitat is-setgħa diskrezzjonali tagħha sabiex ikkonkludiet li Dow Chemical kienet responsabbli għall-aġir tas-sussidjarji tagħha. Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet biss li l-Kummissjoni kellha dritt li tikkonstata r-responsabbiltà ta’ Dow Chemical, mingħajr ma eżaminat il-kwistjoni dwar jekk u kif il-Kummissjoni eżerċitat is-setgħa diskrezzjonali tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Dow tippreċiża li, fir-rikors tagħha fl-ewwel istanza hija sostniet li l-Kummissjoni ma wiżnitx l-argumenti li jikkonċernaw ir-responsabbiltà ta’ Dow Chemical, u li d-deċiżjoni kkontestata ma kinitx motivata f’dan ir-rigward. Skont Dow, meta tieħu deċiżjoni b’eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha, il-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-punti kollha ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti, u hija, b’mod iktar partikolari, marbuta b’obbligu ta’ motivazzjoni. Issa, fil-premessa 362 tad-deċiżjoni kkontestata, kulma għamlet il-Kummissjoni kien li semmiet politika ġenerali allegata li tikkonsisti fl-imputazzjoni tar-responsabbiltà tal-ksur ikkonċernat lill-kumpannija parent tal-impriża li pparteċipat fih u ċaħdet l-argumenti ta’ Dow bħala li kienu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>ta’ natura eminentement politika<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Skont Dow, billi kkunsidrat li hija ma għandhiex l-obbligu li tispjega l-għażla tad-destinatarji tad-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-indirizzar tad-deċiżjoni lil Dow Chemical esponiet lil din il-kumpannija għal riskju ta’ kawża mhux ġustifikata għad-danni ċivili fl-Istati Uniti, li, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-kwalità ta’ Dow Chemical bħala applikant għall-klemenza, ma kinitx konformi mal-politika tal-Kummissjoni fil-qasam tal-klemenza, sa fejn tali prattika kellha l-effett li tiskoraġġixxi lill-kumpanniji milli jitolbu li jibbenefikaw mill-programm ta’ klemenza. Fi kwalunkwe każ, fid-deċiżjoni kkontestata l-Kummissjoni ma spjegatx għaliex hija ma kinitx ħadet dawn il-fatturi inkunsiderazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Dow tenfasizza li l-Kummissjoni ma hijiex limitata minn politika ġenerali bħal dik invokata fil-premessa 362 tad-deċiżjoni kkontestata, u li jeżistu għadd kbir ta’ deċiżjonijiet fejn il-Kummissjoni ma żammitx lill-kumpannija parent responsabbli minkejja li din tal-aħħar kienet iżżomm 100 % tal-kapital tas-sussidjarja li tkun wettqet il-ksur.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Ukoll, skont Dow, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta, fil-punt 76 tas-sentenza appellata, iddeċidiet li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>fatt li Dow Chemical hija indebitament leża bħala destinatarja tad-deċiżjoni kkontestata, dan ma jistax jikkontesta l-legalità tal-istess deċiżjoni kkontestata, peress li [...] il-Kummissjoni setgħet timputa r-responsabbiltà tal-ksur inkwistjoni lil Dow Chemical<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>. Minkejja li l-Qorti Ġenerali, fil-punt 75 tas-sentenza appellata, iddeċidiet li l-Kummissjoni kellha dritt tindirizza d-deċiżjoni kkontestata lil Dow Chemical, peress li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>l-imputazzjoni tal-ksur lill-kumpannija parent hija fakultà li titħalla għad-diskrezzjoni tal-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, hija ma vverifikatx jekk din fil-fatt eżerċitatx is-setgħa diskrezzjonali tagħha u, fil-każ li tkun eżerċitata, jekk hija għamlitx dan mingħajr ma wettqet żball ta’ liġi jew żball manifest ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Dow issostni li effettivament ma teżisti ebda politika ġenerali li tikkonsisti fl-imputazzjoni tar-responsabbiltà lill-kumpannija parent, u li l-biża’ tagħha li tiġi esposta għal riskju ta’ kawża mhux ġustifikata għad-danni ċivili fl-Istati Uniti ma huwiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>ta’ natura eminentement politika<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>. Skont Dow, il-premessi tad-deċiżjoni kkontestata li l-Qorti Ġenerali tagħmel riferiment għalihom fil-punt 79 tas-sentenza appellata ma jirrigwardawx motivi li wasslu lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra lil Dow<?PAGE NO="8"?> Chemical bħala responsabbli għall-aġir, tas-sussidjarji tagħha, li jikkostitwixxi ksur. Billi naqset milli teżamina u tevalwa n-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Matul is-seduta, Dow ippreżentat dokument li jinkludi xi informazzjoni legali dwar l-eżerċizzju tajjeb, mill-awtoritajiet nazzjonali, ta’ setgħa diskrezzjonali fid-dritt Ġermaniż, Spanjol, Taljan u Awstrijak.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, dan l-aggravju ma huwiex fondat. Hija tqis li l-Qorti Ġenerali eżerċitat b’mod sħiħ is-setgħa tagħha ta’ stħarriġ ġudizzjarju. Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-Qorti Ġenerali ma hijiex obbligata twettaq espożizzjoni li ssegwi b’mod eżawrjenti, wieħed wieħed, l-argumenti kollha mressqa mill-partijiet fil-kawża. Skont il-Kummissjoni, impriża li tikser ir-regoli tat-Trattat FUE fil-qasam tal-kompetizzjoni ma tgawdi minn ebda dritt li jobbliga lill-Kummissjoni tibbilanċja it-tajjeb u l-ħażin meta timponi fuqha r-responsabbiltà tal-ksur tagħha. Barra minn hekk, ir-riskju li l-impriża li twettaq il-ksur tesponi ruħha għal azzjoni ċivili huwa konsegwenza li ġeneralment tkun mixtieqa meta din tkun adottat aġir illeċitu.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex ma tiħux inkunsiderazzjoni d-dokument ippreżentat minn Dow, li jirrigwarda drittijiet nazzjonali oħra fil-qasam tal-eżerċizzju ta’ setgħa diskrezzjonali, minħabba t-tardività tal-preżentazzjoni ta’ dan id-dokument.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Qabelxejn għandu jiġi kkonstatat li, skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE>, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 TFUE] u [102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205), il-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>tista’<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, permezz ta’ deċiżjoni, timponi multi fuq l-impriżi li intenzjonalment jew b’negliġenza jiksru d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 101 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Mill-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta, minn naħa, li l-Kummissjoni tgawdi minn marġni ta’ diskrezzjoni f’dak li jikkonċerna l-għażla li timponi jew le multa fuq impriża li tkun wettqet tali ksur u, min-naħa l-oħra, li limiti possibbli għas-setgħa diskrezzjonali mogħtija f’dan ir-rigward lill-Kummissjoni huma rregolati biss mid-dritt tal-Unjoni, billi l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 ma jinkludi ebda riferiment għad-drittijiet tal-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Konsegwentement, f’dan il-każ għandu jiġi kkonstatat li s-sinteżi tal-ġurisprudenza ta’ għadd ta’ qrati nazzjonali, li tidher fid-dokument li Dow ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja matul is-seduta, hija manifestament nieqsa minn rilevanza, mingħajr ma hemm il-bżonn li tingħata deċiżjoni dwar il-kwistjoni ta’ jekk il-preżentazzjoni, minn Dow, ta’ dan id-dokument hijiex tardiva jew le.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-limiti, skont id-dritt tal-Unjoni, tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni, din l-istituzzjoni hija marbuta, skont l-Artikolu 105(1) TFUE, li tissorvelja l-osservanza tal-prinċipji stabbiliti, b’mod partikolari, fl-Artikolu 101 TFUE, kif il-Kummissjoni sostniet ġustament matul is-seduta.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Issa, bla dubju tagħmel parti minn dawn il-prinċipji l-impożizzjoni ta’ multi fuq l-impriżi li jkunu kkonkludew ftehim antikompetittiv, abbażi tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, b’mod li l-Kummissjoni, meta b’mod eċċezzjonali tiddeċiedi li ma timponix multa fuq impriża minkejja li din tkun wettqet ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni Ewropea, għandha tibbaża din id-deċiżjoni fuq raġunijiet oġġettivi, li jistgħu jiġġustifikaw tali deroga mill-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 101 TFUE. Hija ta’ natura li tikkostitwixxi tali raġuni oġġettiva, b’mod partikolari, iċ-ċirkustanza li, f’każ konkret, il-Kummissjoni ma hijiex kapaċi tagħti prova b’mod suffiċjenti fid-dritt li l-kumpannija parent eżerċitat influwenza determinanti fuq is-sussidjarja tagħha, peress li din hija immedjatament involuta fil-ksur, liema prova hija barra minn hekk iffaċilitata b’mod kunsiderevoli, skont ġurisprudenza<?PAGE NO="9"?> stabbilita, fil-każ fejn il-kumpannija parent iżżomm il-kapital kollu tas-sussidjarja tagħha (ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="20090910">10 ta’ Settembru 2009</DATE>, Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-97/08 P" PAGE.ECR="I-8237" YEAR="2009">C-97/08 P, Ġabra p. I-8237</REF.DOC.ECR>, punt 60, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’dan ir-rigward għandu jitfakkar li, minn naħa, skont ġurisprudenza stabbilita, il-possibbiltà li tiġi imposta multa fuq il-kumpannija parent ta’ sussidjarja li, hija, ipparteċipat direttament fi ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni tippreżupponi li l-imsemmija sussidjarja ma tiddeterminax b’mod awtonomu l-aġir fuq is-suq, iżda essenzjalment tapplika l-istruzzjonijiet mogħtija lilha mill-kumpannija parent, fid-dawl b’mod partikolari tar-rabtiet ekonomiċi, organizzazzjonali u legali li jgħaqqdu li dawn iż-żewġ entitajiet legali, u, min-naħa l-oħra, li dan huwa l-każ peress li, f’tali sitwazzjoni, il-kumpannija parent u s-sussidjarja tagħha jagħmlu parti mill-istess unità ekonomika u, għaldaqstant, jiffurmaw impriża waħda fis-sens tal-ġurisprudenza (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punti 58 u 59, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra dan, billi l-kumpannija parent u s-sussidjarja tagħha jiffurmaw, fl-ipoteżi msemmija fil-punt ta’ qabel dan, impriża waħda, l-obbligu tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 105(1) TFUE li tissorvelja, meta hija tiddeċiedi jekk timponix multa jew le, l-applikazzjoni tal-prinċipji stabbiliti, b’mod partikolari, fl-Artikolu 101 TFUE, japplika bl-istess mod, sew jekk din tkun il-kumpannija parent ikkonċernata kif ukoll jekk din tkun is-sussidjarja tagħha. Fil-fatt, hekk kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, ma teżistix <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>prijorità<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> f’dak li jikkonċerna l-impożizzjoni ta’ multa, mill-Kummissjoni, fuq waħda jew l-oħra minn dawn il-kumpanniji (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<DATE ISO="20090924">24 ta’ Settembru 2009</DATE>, Erste Group Bank <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-125/07 P+C-133/07 P+C-135/07 P+C-137/07 P" PAGE.ECR="I-8681" YEAR="2009">C-125/07 P, C-133/07 P, C-135/07 P u C-137/07 P, Ġabra p. I-8681</REF.DOC.ECR>, punti 81 u 82).</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jikkostitwixxi wkoll wieħed mill-prinċipji msemmija fil-punt 46 tas-sentenza preżenti l-fatt li meta l-Kummissjoni tadotta, fir-rigward ta’ akkordju, metodu speċifiku għad-determinazzjoni tar-responsabbiltà tal-kumpanniji parent ikkonċernati għall-ksur tas-sussidjarji tagħhom, hija għandha, ħlief f’ċirkustanzi partikolari, tibbaża ruħha fuq l-istess kriterji fil-każ tal-kumpanniji parent kollha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, Alliance One International u Standard Commercial Tobacco vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs Alliance One International <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C-628/10 P u C-14/11 P, punti 57 u 59).</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Konsegwentement, f’dan il-każ, il-Kummissjoni ma kellhiex bażi sabiex timponi multa anki fuq Dow Chemical fil-każ biss ta’ raġunijiet oġġettivi, li jistgħu jiġġustifikaw deroga mill-prinċipji msemmija fl-Artikolu 101 TFUE, u jekk tali deċiżjoni ma tkunx wasslet għal trattament preferenzjali għal Dow Chemical meta mqabbla mal-kumpanniji parent l-oħrajn involuti fil-ksur inkwistjoni. Issa, f’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li dawn il-kundizzjonijiet, għall-Kummissjoni, ma ġewx issodisfatti.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel nett, is-sempliċi fatt li Dow Chemical tirriskja kawża għad-danni ċivili fl-Istati Uniti, evidentement ma jistax iwassal sabiex jiġi ġġustifikat il-fatt li l-Kummissjoni tastjeni milli timponi multa fuq din il-kumpannija. Minn naħa, ir-riskju li jinbdew proċeduri għal kumpens għad-danni jikkonċerna, bl-istess mod, anki lis-sussidjarji ta’ Dow Chemical, bħalma, barra minn hekk, jikkonċerna lill-kumpanniji destinatarji kollha tad-deċiżjoni kkontestata. Fuq il-mertu, dan ir-riskju huwa biss marbut mal-fatt li Dow Chemical kienet involuta f’aġir antikompetittiv, u mhux mal-fatt li l-Kummissjoni kkonstatat dan l-aġir b’mod formali.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, f’dan ir-rigward l-affermazzjoni li tgħid li, fir-rigward ta’ Dow Chemical, tali kawża għad-danni tista’ sseħħ fl-Istati Uniti, minħabba l-fatt li Dow Chemical għandha s-sede tagħha hemmhekk, hija manifestament irrilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>It-tieni nett, mid-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-Kummissjoni kkonstatat ir-responsabbiltà tal-kumpanniji parent u l-kumpanniji kapijiet tal-gruppi kollha involuti fil-ksur inkwistjoni, sa fejn dawn kienu jżommu 100 % jew kważi 100 % tal-kapital tas-sussidjarji tagħhom, mingħajr ma vverifikat<?PAGE NO="10"?> jekk il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tiġi indirizzata lil dawn il-kumpanniji jwassalx għal danni ekonomiċi li jmorru lil hinn mid-dannu inerenti għall-ħlas innifsu tal-multa imposta. Konsegwentement, il-Kummissjoni ma setgħetx tieħu inkunsiderazzjoni tali danni allegati biss fir-rigward ta’ Dow Chemical mingħajr ma twettaq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, fil-punt 76 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ġustament iddeċidiet li l-Kummissjoni kellha dritt timputa r-responsabbiltà tal-ksur inkwistjoni lil Dow Chemical.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, f’dak li jikkonċerna l-allegat nuqqas ta’ motivazzjoni tas-sentenza appellata f’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tobbligax lill-Qorti Ġenerali sabiex tipprovdi espożizzjoni li ssegwi b’mod eżawrjenti, wieħed wieħed, l-argumenti kollha mressqa mill-partijiet fil-kawża, u li l-motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali tista’ għaldaqstant tkun impliċita bil-kundizzjoni li din tkun tippermetti lill-persuni kkonċernati li jsiru jafu r-raġunijiet li għalihom il-Qorti Ġenerali ma laqgħatx l-argumenti tagħhom u tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja li jkollha elementi biżżejjed sabiex tkun tista’ teżerċita l-istħarriġ tagħha (ara, b’mod partikolari, id-digriet tat-<DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE>, Alliance Once International vs Il-Kummissjoni, C-593/11 P, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, fil-punti 74 sa 80 tas-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali eżaminat il-kwistjonijiet li jirrigwardaw allegat żball fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni kif ukoll nuqqas ta’ motivazzjoni f’dan il-kuntest. Fir-rigward tal-mertu ta’ dan il-motiv, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod espliċitu fil-punt 76 ta’ din is-sentenza li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>fatt li Dow Chemical hija indebitament leża bħala destinatarja tad-deċiżjoni kkontestata, dan ma jistax jikkontesta l-legalità tal-istess deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>. Fir-rigward tar-rekwiżit ta’ motivazzjoni li għandha l-Kummissjoni, fil-punt 79 tas-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali għamlet riferiment għall-premessi 333 sa 338 u 340 sa 364 tad-deċiżjoni kkontestata u kkonstatat li hemmhekk, il-Kummissjoni kienet identifikat b’mod ċar l-elementi ta’ evalwazzjoni li ppermettewlha tistabbilixxi r-responsabbiltà ta’ Dow Chemical.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Minkejja li din il-motivazzjoni tas-sentenza appellata tidher qasira sa fejn din tikkonċerna l-kwistjoni dwar jekk il-Kummissjoni – fid-dawl ta’ riskji probabbli, ta’ Dow, ta’ kawża għad-danni fl-Istati Uniti – kellhiex tistabbilixxi r-responsabbiltà tagħha fid-deċiżjoni kkontestata, xorta waħda jibqa’ l-fatt li din ippermettiet li din il-kumpannija tifhem li l-Qorti Ġenerali kienet tal-istess fehma tal-Kummissjoni, esposta b’mod partikolari fil-premessa 362 tad-deċiżjoni kkontestata, li tgħid li dan l-argument, li huwa ta’ natura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>eminentement politika<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>, ma setax jikkontesta l-leġittimità tad-deċiżjoni kkontestata f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, is-sentenza appellata la hija vvizzjata minn żball ta’ liġi u lanqas minn nuqqas ta’ motivazzjoni f’dan il-kuntest, u lanqas minn ksur, imsemmi minn Dow matul is-seduta, tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Konsegwentement, billi ebda wieħed minn dawn l-argumenti ta’ Dow imressqa insostenn tal-ewwel aggravju ma huwa fondat, hemm lok li dan l-aggravju jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi li jikkonċerna t-trattament differenti applikat għall-ammonti bażiċi tal-multa</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Insostenn tat-tieni aggravju tagħha, Dow issostni li l-Kummissjoni applikat trattament differenti għall-ammonti bażiċi tal-multa meta ddikjarat, fil-premessa 466 tad-deċiżjoni kkontestata, li kellu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>[jittieħed] inkunsiderazzjoni l-piż speċifiku ta’ kull impriża, u għaldaqstant l-effett reali tal-aġir illegali tagħha fuq il-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>, filwaqt li fl-istess ħin iddikjarat, fil-premessa 462 ta’ din id-deċiżjoni, li<?PAGE NO="11"?> huwa impossibbli li jitkejjel dan l-effett reali fuq is-suq taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u li l-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-effett tas-suq sabiex tiddetermina l-multi applikabbli f’dan il-każ<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>, dikjarazzjonijiet dawk li huma inkonsistenti.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma evalwatx l-effett reali tal-akkordju fuq is-suq minkejja li dan l-effett jista’ jitkejjel. Skont Dow, hija la qieset il-probabbiltà ta’ tali effett u lanqas ma tat prova tal-implementazzjoni tal-ksur inkwistjoni. Minbarra dan, il-Kummissjoni kisret id-dritt għal smigħ ta’ Dow billi ma tathiex l-okkażjoni li turi l-perspettiva tagħha dwar il-mod ta’ kif il-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li tieħu inkunsiderazzjoni l-impatt reali tal-aġir illegali ta’ kull impriża fuq il-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Dow issostni li l-Qorti Ġenerali ċaħdet dawn l-argument meta, fil-punt 124 tas-sentenza appellata, iddeċidiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>anki fin-nuqqas ta’ impatt konkret tal-ksur li jista’ jitkejjel, il-Kummissjoni [setgħet] tiddeċiedi, skont it-tielet, ir-raba’ u s-sitt paragrafi tal-punt 1 A tal-Linji gwida, [...] li tagħmel distinzjoni bejn l-impriżi kkonċernati<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>. Madankollu, skont Dow, fl-assenza ta’ impatt konkret fuq is-suq, ma jista’ jkun hemm ebda impatt reali fuq il-kompetizzjoni u, għaldaqstant, il-Kummissjoni lanqas ma tista’ tieħu kont ta’ dan l-impatt sabiex tistabbilixxi differenzi fl-iffissar tal-ammont bażiku tal-multi. F’dan ir-rigward, billi rtirat l-ewwel dikjarazzjoni u billi sussegwentement tat it-tieni dikjarazzjoni, li la kienet tirrigwarda l-impatt konkret fuq is-suq u lanqas l-impatt reali fuq il-kompetizzjoni, il-Kummissjoni kisret ukoll id-dritt għal smigħ ta’ Dow.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Konsegwentement, skont Dow, l-ammont bażiku tal-multa ffissat għall-appellanti ma jistax jeċċedi dak li ġie ffissat għall-impriżi kkonċernati l-oħra u għaldaqstant għandu jitnaqqas għal EUR 5.5 miljun, b’tali mod li l-multa tkun ta’ EUR 8 662 500 għal Dow Chemical, EUR 8 085 000 għal Dow Deutschland u EUR 6 352 000 għal Dow Deutschland Anlagengesellschaft kif ukoll għal Dow Europe.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali ġustament stabbilixxiet, fil-punti 127 u 128 tas-sentenza appellata, li ma kienx hemm bżonn li Dow tinstema’ dwar l-impatt konkret tal-ksur u li d-dritt ta’ Dow li tagħti l-perspettiva tagħha dwar din il-kwistjoni ma nkisirx. Il-Kummissjoni tqis li fil-premessa 462 tad-deċiżjoni kkontestata, stabbilixxiet sew l-implementazzjoni tal-akkordju, minkejja li din l-implementazzjoni ma ttiħditx inkunsiderazzjoni matul l-evalwazzjoni tal-livell tal-multa. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li billi fit-tieni dikjarazzjoni hija indikat espressament li hija ser teżamina jekk għandhomx jiġu imposti multi fuq l-impriżi kkonċernati, u billi semmiet il-punti ta’ fatt u ta’ liġi prinċipali li jistgħu iwasslu għal multa, hija ssodisfat l-obbligu tagħha li tirrispetta d-dritt għal smigħ tal-impriżi.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-aħħar nett, tal-impatt konkret tal-akkordju, mill-premessa 465 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li t-trattament differenti applikat jibbaża ruħu fuq il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>kapaċità ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> li tikkawża preġudizzju lill-kompetizzjoni u li, konsegwentement, ma huwiex neċessarju li l-impatt konkret tal-ksur fuq is-suq jitkejjel. Dan l-approċċ huwa konformi mal-Linji gwida u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll dik tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna, qabelxejn, l-affermazzjoni ta’ Dow li tgħid li l-Kummissjoni la qieset il-probabbiltà ta’ effett reali tal-ksur fuq is-suq inkwistjoni u lanqas ma tat prova tal-implementazzjoni ta’ dan il-ksur, għandu jiġi kkonstatat li din l-affermazzjoni ma hijiex eżatta. Fil-fatt, fil-premessa 462 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni osservat b’mod espliċitu li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>f’dak li jikkonċerna ż-ŻEE, il-ftehimiet antikompetittivi ġew implementati mill-produtturi Ewropej u din l-implementazzjoni effettivament kellha effett fuq is-suq, minkejja li l-effett konkret tagħha huwa diffiċli sabiex jitkejjel<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>. Dow ma tressaq ebda argument ibbażat fuq punt ta’ fatt jew ta’ liġi li jista’ jirribatti din il-konstatazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Konsegwentement, billi l-eżistenza ta’ effett reali – għalkemm diffiċli biex jitkejjel – tal-ksur inkwistjoni fuq is-suq ġiet stabbilita, l-argument imressaq minn Dow, li jgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>fl-assenza ta’ impatt konkret fuq il-kompetizzjoni, ma jista’ jkun hemm ebda impatt reali fuq il-kompetizzjoni u, għaldaqstant, il-Kummissjoni lanqas ma tista’ tieħu kont ta’ dan l-impatt sabiex tistabbilixxi differenzi fl-iffissar tal-ammont bażiku tal-multi<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>, huwa ineffettiv.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minn dak kollu suespost jirriżulta li l-kontradizzjoni allegata minn Dow bejn il-premessa 462 u l-premessa 466 tad-deċiżjoni kkontestata ma teżistix. Fil-fatt, minn naħa, din il-premessa 462, fejn il-Kummissjoni ppreċiżat li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-effett tas-suq sabiex tiddetermina l-multi applikabbli<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>, tinsab fil-punt 9.1 tad-deċiżjoni kkontestata, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>Gravità [tal-ksur inkwistjoni]<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>, u tirreferi biss għall-klassifikazzjoni tal-ksur inkwistjoni bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>serju ħafna<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/>. Min-naħa l-oħra, l-imsemmija premessa 466, li tinsab fil-punt 9.2 tal-istess deċiżjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>Trattament differenti<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/>, tirrigwarda biss id-differenza fl-ammont inizjali tal-multa skont il-kapaċità ekonomika effettiva ta’ kull impriża kkonċernata li tirrestrinġi l-kompetizzjoni, differenzazzjoni li tista’ validament tkun ibbażata, bħal fil-każ ineżami, fuq id-dħul mill-bejgħ, imwettaq minn kull impriża kkonċernata, tal-prodotti li l-ksur inkwistjoni jirrigwarda, u dan anki fl-assenza ta’ effett, fuq is-suq, li jista’ jitkejjel.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-aħħar nett, tal-argument ta’ Dow ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ tagħha, dan l-argument ma jistax jintlaqa’. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, li tgħid li meta l-Kummissjoni, bħal f’dan il-każ, tindika espressament, fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tagħha, li hija ser teżamina jekk għandhomx jiġu imposti multi fuq l-impriżi kkonċernati u li hija ssemmi l-punti prinċipali ta’ fatt u ta’ liġi li jistgħu jwasslu għal multa, bħall-gravità u d-dewmien tal-ksur allegat u l-fatt li kienet wettqet dan il-ksur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>intenzjonalment jew b’negliġenza<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/>, hija tissodisfa l-obbligu tagħha li tirrispetta d-dritt għal smigħ tal-impriżi. Fil-fatt, meta tagħmel hekk, il-Kummissjoni tagħtihom l-elementi neċessarji sabiex jiddefendu ruħhom mhux biss kontra konstatazzjoni tal-ksur, iżda wkoll kontra s-sanzjoni ta’ din tal-aħħar permezz tal-impożizzjoni ta’ multa (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<DATE ISO="20050628">28 ta’ Ġunju 2005</DATE>, Dansk Rørindustri <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-189/02 P+C-202/02 P+C-205/02 P+C-206/02 P+C-207/02 P+C-208/02 P+C-213/02 P" PAGE.ECR="I-5425" YEAR="2005">C-189/02 P, C-202/02 P, C-205/02 P sa C-208/02 P u C-213/02 P, Ġabra p. I-5425</REF.DOC.ECR>, punt 428 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Barra minn hekk, u għall-finijiet ta’ kompletezza, f’dan ir-rigward għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni, fit-tieni dikjarazzjoni tagħha, ippreċiżat sewwasew, fil-punt 425 tar-raġunijiet, li hija kellha l-intenzjoni tieħu inkunsiderazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>l-impatt konkret [tal-ksur] fuq is-suq jekk dan jista’ jitkejjel<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/>. Barra minn hekk, fit-tielet inċiż tal-punt 420 tar-raġunijiet ta’ din id-dikjarazzjoni, il-Kummissjoni semmiet li hija se tikkunsidra, fid-deċiżjoni kkontestata, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>impatt tal-aġir li jikkostitwixxi ksur, ta’ kull impriża, fuq il-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/>. Għaldaqstant, ksur tad-dritt għal smigħ ta’ Dow ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, il-Qorti Ġenerali ma wettqet ebda żball meta, fil-punt 124 tas-sentenza appellata, hija kkonstatat li l-Kummissjoni setgħet tiddeċiedi li tagħmel differenza bejn l-impriżi kkonċernati anki fl-assenza ta’ impatt konkret tal-ksur inkwistjoni li jista’ jitkejjel.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, it-tieni aggravju mqajjem insostenn tal-appell għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi li l-Qorti Ġenerali wettqet meta kkonfermat li l-Kummissjoni kellha dritt tieħu inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ ta’ Dow Chemical</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet aggravju tagħha, Dow issostni li d-deċiżjoni kkontestata, għar-raġunijiet imsemmija fil-kuntest tal-ewwel aggravju tal-appell tagħha, ma kellhiex tiġi indirizzata lil Dow Chemical u li għaldaqstant, il-Kummissjoni wettqet żball meta ħadet inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ ta’ din il-kumpannija sabiex tiffissa koeffiċjent ta’ multiplikazzjoni b’għan dissważiv. Skont Dow, fil-punt 146 tas-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali ċaħdet, bħala infondata, is-seba’ parti tat-tielet motiv imqajjem minn Dow u li hija bbażata fuq l-istess argumenti żviluppati fil-kuntest tal-ewwel motiv, minħabba li hija kienet ċaħdet bħala infondat anki l-ewwel motiv imqajjem quddiemha u bbażat fuq imputazzjoni illegali tal-ksur lil Dow Chemical.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Peress li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet dan l-ewwel motiv, hija wettqet żball ta’ liġi wkoll meta ċaħdet l-argument ibbażat fuq it-teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul mill-bejgħ ta’ Dow Chemical. Minn dan Dow iddeduċiet li l-multa imposta fuq Dow Chemical għandha tiġi annullata.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, billi l-ewwel aggravju mqajjem minn Dow ma kienx fondat, lanqas l-aggravju preżenti ma għandu jintlaqa’.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>It-tielet aggravju mqajjem minn Dow huwa bbażat fuq il-premessa li tgħid li d-deċiżjoni kkontestata ma kellhiex tiġi indirizzata lil Dow Chemical bħala kumpannija kap tal-grupp Dow, liema argument huwa s-suġġett tal-ewwel aggravju ta’ dan l-appell.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Issa, hekk kif jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet li jinsabu fil-punti 43 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> ta’ din is-sentenza, din il-premessa hija żbaljata, tant li, fil-punt 60 ta’ din is-sentenza, l-ewwel aggravju ġie miċħud bħala infondat. Għaldaqstant, dan it-tielet aggravju għandu wkoll jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi li l-Qorti Ġenerali wettqet meta kkonfermat li l-applikazzjoni, li għamlet il-Kummissjoni, tal-koeffiċjent ta’ multiplikazzjoni b’għan dissważiv ma kinitx diskriminatorja</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ aggravju tagħha, Dow issostni, hekk kif għamlet quddiem il-Qorti Ġenerali, li l-koeffiċjent ta’ multiplikazzjoni b’għan dissważiv ta’ 1.75 li ġie applikat fir-rigward tagħha kien eċċessiv u diskriminatorju. Il-Qorti Ġenerali ċaħdet il-motiv li jikkorrispondi għar-raġuni li, b’teħid inkunsiderazzjoni tar-relazzjoni bejn id-dħul mill-bejgħ ta’ Dow u dak ta’ Bayer, il-koeffiċjent ta’ multiplikazzjoni relattiv għall-multi ta’ Dow ma jikkostitwixxix ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tqabbil tal-koeffiċjent ta’ multiplikazzjoni b’għan dissważiv applikat fil-konfront ta’ Dow ma’ dak applikat fil-konfront ta’ EniChem u ta’ Shell, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 154 tas-sentenza appellata, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>l-koeffiċjent ta’ multiplikazzjoni adottat għal Dow [1.75] ġie kkalkulat abbażi tal-koeffiċjent adottat għal Bayer [1.5] u mhux abbażi tal-koeffiċjenti adottati għal EniChem [2] jew Shell [3]<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/>. Dow tqis li l-Qorti Ġenerali, meta qabblet lil Dow ma’ Bayer biss u meta naqset milli tqabbilha anki ma’ EniChem u ma’ Shell, wettqet żball ta’ liġi.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Dow tqis li l-applikazzjoni tal-istess żieda fil-konfront ta’ żewġ impriżi li għandhom differenza fid-dħul mill-bejgħ ta’ 36 %, jiġifieri Bayer, li d-dħul mill-bejgħ tagħha kien ta’ EUR 27.383 biljun, u Dow, bi dħul mill-bejgħ, dak iż-żmien, ta’ EUR 37.221 biljun, ma’ żewġ impriżi li d-differenza fid-dħul mill-bejgħ tagħhom hija ta’ 100 %, jiġifieri Dow u EniChem, fejn din tal-aħħar irreġistrat dħul mill-bejgħ ta’ EUR 73.738 biljun, hija manifestament diskriminatorja.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Matul is-seduta, Dow ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja dokument li jinkludi formula matematika li tippermetti, f’dan il-każ, li jiġi kkalkolat il-koeffiċjent ta’ multiplikazzjoni b’għan dissważiv li jevita, minn naħa, kull diskriminazzjoni bejn id-destinatarji tad-deċiżjoni kkontestata u, min-naħa l-oħra, l-applikazzjoni ta’ koeffiċjent ta’ multiplikazzjoni li jaqbeż it-3. Skont din il-formula, il-koeffiċjent ta’ multiplikazzjoni li għandu jiġi applikat fil-konfront ta’ Dow huwa ta’ madwar 1.3.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni twieġeb li l-koeffiċjent ta’ multiplikazzjoni stabbilit sabiex jiġi ffissat l-ammont bażiku ta’ multa għandu jirrifletti l-proporzjonijiet aritmetiċi b’mod proporzjonali biss. F’dan il-każ, eżistiet diskrepanza kbira fid-daqs bejn l-impriżi li ħadu sehem fil-ksur inkwistjoni. Konsegwentement, skont il-Kummissjoni, ma kienx realistiku u kien kważi matematikament impossibbli li jiġi applikat koeffiċjent ta’ multiplikazzjoni li kien proporzjonali eżattament mal-proporzjoni tad-dħul mill-bejgħ tal-impriżi kollha kkonċernati.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li għaldaqstant iddeċidiet li tapplika koeffiċjenti ta’ multiplikazzjoni billi bdiet mill-impriżi l-iktar żgħar u billi ħadet ħsieb tissorvelja li l-koeffiċjent applikat fil-konfront ta’ kull waħda minnhom kien bejn wieħed u ieħor proporzjonali mad-dħul mill-bejgħ tal-impriża li tinsab eżattament warajha. Barra minn hekk, hekk kif indikat ġustament il-Qorti Ġenerali, abbażi ta’ dan il-Kummissjoni setgħet anki tapplika koeffiċjent ta’ multiplikazzjoni anki iktar għoli fil-konfront ta’ Dow.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dokument ippreżentat minn Dow matul is-seduta, il-Kummissjoni tqis li dan id-dokument huwa inammissibbli, inkwantu dan ġie prodott wara t-tmiem tal-proċedura bil-miktub.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, minn naħa, l-għan tal-koeffiċjent ta’ multiplikazzjoni b’għan dissważiv u tat-teħid inkunsiderazzjoni, f’dan il-kuntest, tad-daqs u tar-riżorsi globali tal-impriża inkwistjoni jinsab fl-impatt imfittex fuq din l-impriża, peress li s-sanzjoni ma għandhiex tkun negliġibbli fid-dawl, b’mod partikolari, tal-kapaċità finanzjarja tal-imsemmija impriża (ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<DATE ISO="20100617">17 ta’ Ġunju 2010</DATE>, Lafarge vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-413/08 P" PAGE.ECR="I-5361" YEAR="2010">C-413/08 P, Ġabra p. I-5361</REF.DOC.ECR>, punti 104 u 105, kif ukoll id-digriet tas-<DATE ISO="20120207">7 ta’ Frar 2012</DATE>, Total u Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni, C-421/11 P, punt 82). Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni li tippreċiża li ma tistax tingħata importanza sproporzjonata lid-dħul mill-bejgħ (ara d-digriet Total u Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 80).</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Għall-kalkolu tal-multi imposti fuq l-impriżi li pparteċipaw f’akkordju, trattament differenti bejn l-impriżi kkonċernati huwa għaldaqstant inerenti għall-eżerċizzju tas-setgħat li l-Kummissjoni għandha fil-qasam. Fil-fatt, fil-kuntest tal-marġni ta’ diskrezzjoni tagħha, il-Kummissjoni hija msejħa tindividwalizza s-sanzjoni skont l-aġir u l-karatteristiċi proprji ta’ dawn l-impriżi, sabiex tiggarantixxi, f’kull każ ineżami, l-effikaċja sħiħa tal-kompetizzjoni tal-Unjoni (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20091112">12 ta’ Novembru 2009</DATE>, SGL Carbon vs Il-Kummissjoni, C-564/08 P, punt 43 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Abbażi tal-ġurisprudenza msemmija fil-punt 86 ta’ din is-sentenza, il-Kummissjoni hija qabelxejn marbuta tissorvelja li s-sanzjoni ma ssirx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0072" REF.END="QE0072"/>negliġibbli<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/> fir-rigward, b’mod partikolari, tal-kapaċità finanzjarja tal-impriżi kkonċernati, liema ħaġa madankollu ma teħtieġx li impriża li jkollha dħul mill-bejgħ partikolarment għoli meta mqabbel ma’ dak tal-membri l-oħra ta’ akkordju tiġi imposta<?PAGE NO="15"?> fuqha multa miżjuda strettament abbażi tar-relazzjoni bejn id-dħul mill-bejgħ tagħha u dak tal-impriżi l-oħra kollha involuti fl-akkordju kkonċernat. Fil-fatt, li kieku dan kien il-każ, il-multi imposti fuq l-impriżi l-iktar kbar ta’ akkordju u miżjuda skont tali metodu aritmetiku ċertament ikunu jistgħu jkollhom effett dissważiv, iżda jirriskjaw li jkunu sproporzjonati fir-rigward tal-gravità tal-ksur imwettaq konkretament, b’mod partikolari fl-ipoteżi fejn, bħal fil-każ ineżami, tkun teżisti differenza kunsiderevoli bejn id-dħul mill-bejgħ tal-impriżi kkonċernati (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20130613">13 ta’ Ġunju 2013</DATE>, Versalis vs Il-Kummissjoni, C-511/11 P, punt 105).</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Hija wkoll ġurisprudenza stabbilita li l-Qorti Ġenerali, fil-kuntest tal-kompetenza tagħha ta’ ġurisdizzjoni sħiħa, ma tistax, billi tirrikorri b’mod esklużiv u mekkaniku għal metodu ta’ kalkolu aritmetiku bbażat fuq id-dħul mill-bejgħ biss tal-impriża kkonċernata, tiċċaħħad mis-setgħa diskrezzjonali tagħha f’dak li jikkonċerna l-iffissar tal-ammont tal-multi (ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19830607">7 ta’ Ġunju 1983</DATE>, Musique Diffusion française <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="100/80+101/80+102/80+103/80" PAGE.ECR="1825" YEAR="1983">100/80 sa 103/80, Ġabra p. 1825</REF.DOC.ECR>, punt 121; tas-<DATE ISO="20001116">16 ta’ Novembru 2000</DATE>, Mo och Domsjö vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-283/98 P" PAGE.ECR="I-9855" YEAR="2000">C-283/98 P, Ġabra p. I-9855</REF.DOC.ECR>, punt 47, kif ukoll Dansk Rørindustri <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 243).</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata li approvat, essenzjalment, l-approċċ segwit mill-Kummissjoni li stabbilixxiet koeffiċjent ta’ multiplikazzjoni b’għan dissważiv ta’ 1.75 fil-konfront ta’ Dow u ta’ 2 fil-konfront ta’ EniChem u ta’ 3 fil-konfront ta’ Shell. Dan l-approċċ huwa intiż, minn naħa, li jissorvelja li l-multa imposta fuq kull impriża ma ssirx negliġibbli meta mqabbla mal-kapaċitajiet finanzjarji tagħha u, min-naħa l-oħra, li ma jiġux imposti koeffiċjenti ta’ multiplikazzjoni b’għan dissważiv sproporzjonati fuq l-impriżi li huma l-iktar kbar li, abbażi biss tar-rapport matematiku eżistenti bejn id-dħul mill-bejgħ tagħhom u dawk tal-impriżi ta’ daqs iżgħar, teoretikament setgħu jiġu imposti fuqhom koeffiċjenti ta’ multiplikazzjoni b’għan dissważiv ħafna iktar għoljin.</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huwa rrilevanti l-fatt li mid-dokument ippreżentat minn Dow matul is-seduta jirriżulta, mingħajr ma jkun hemm il-bżonn li tingħata deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà ta’ dan id-dokument, li kalkolu tal-koeffiċjenti ta’ multiplikazzjoni b’għan dissważiv skont id-dħul mill-bejgħ biss ta’ kull impriża kkonċernata – filwaqt li jinżamm koeffiċjent massimu ta’ 3 – huwa matematikament possibbli. Fil-fatt, tali kalkolu purament aritmetiku jxekkel lill-Kummissjoni milli tissodisfa l-obbligu tagħha, li jirriżulta b’mod partikolari mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 86 sa 89 ta’ din is-sentenza, li timponi multi li, fil-konfront ta’ kull impriża, la huma negliġibbli u lanqas sproporzjonati.</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-raba’ aggravju mqajjem minn Dow lanqas ma għandu jintlaqa’.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Konsegwentement, billi ebda wieħed mill-aggravji mqajma minn Dow insostenn tal-appell tagħha ma ntlaqa’, hemm lok li l-appell jiġi miċħud kollu kemm hu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ma huwiex fondat, din għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 138(1) ta’ dawn ir-regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) tal-istess regoli, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li Dow tilfet, hemm lok li tiġi ordnata tbati l-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="16"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">The Dow Chemical Company, Dow Deutschland Inc., Dow Deutschland Anlagengesellschaft mbH u Dow Europe GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>