Official Journal L 314 , 16/12/1993 P. 0038 - 0043
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 13 P. 0080
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 13 P. 0080
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/112/KE tal-10 ta' Diċembru 1993 li temenda d-Direttiva tal-Kummissjoni 91/155/KEE li tiddefinixxi u tistabbilixxi arranġamenti dettaljati għas-sistema ta' tagħrif speċifikat li għandu x'jaqsam ma' preparazzjonijiet perikolużi fl-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 88/379/KEE IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/379/KEE tas-7 ta' Ġunju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-klassifikar, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' preparazzjonijiet perikolużi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/18/KEE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 10 (2) tagħha, Billi l-Artikolu 10 (2) tad-Direttiva 88/379/KEE jipprovdi illi l-Kummissjoni għandha tagħmel arranġamenti ddettaljati sabiex tiġi implimentata sistema ta' tagħrif fil-għamla ta' data sheets dwar is-sigurtà li għandhom x'jaqsmu ma' preparazzjonijiet perikolużi; billi, għal dan il-għan, id-Direttiva tal-Kummissjoni 91/155/KEE [3] stabbilixxiet dawn l-arranġamenti ddettaljati; Billi d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjonii tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi dwar is-sustanzi perikolużi [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 92/21/KEE [5] u b'mod partikolari l-Artikolu 27 tagħha, tipprovdi illi l-Kummissjoni għandha tagħmel regoli ġenerali għall-elaborazzjoni, id-distribuzzjoni, il-kontenut u l-format ta' data sheets dwar is-sigurtà fejn għandhom x'jaqsmu s-sustanzi perikolużi; Billi huwa approprjat illi l-arranġamenti li għandhom x'jaqsmu ma' data sheets dwar is-sigurtà jkunu l-istess għas-sustanzi u għal-preparazzjonijiet; billi dan l-approċċ kien previst bid-Direttiva 91/155/KEE; billi, għal dan il-għan, huwa meħtieġ illi d-Direttiva 91/155/KEE tiġi emendata f'dan is-sens; Billi huwa meħtieġ illi jsiru ċerti bidliet lill-Anness sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni ta' l-ambjent; Billi minħabba l-emendi għad-Direttiva 91/155/KEE, l-Artikolu 4 tagħha għandu għalhekk jiġi mħassar; Billi d-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Addattamenti għall-progress tekniku tad-direttivi dwar it-tneħħija ta' l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ fis-sustanzi u l-preparazzjonijiet perikolużi, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Id-Direttiva 91/155/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. L-Artikolu 4 jiġi mħassar. 2. L-Anness għandu jiġi mibdul bl-Anness ma' din id-Direttiva. Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-disposizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1995 u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih. 2. Dawn id-disposizzjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 1995. Madankollu, is-sistemi tat-tagħrif tat-tip ta' data sheets dwar is-sigurtà fl-użu f'uħud mill-Istati Membri jistgħu jissoktaw jintużaw sa l-1 ta' Lulju 1995. 3. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva u għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri. Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, il-10 ta' Diċembru, 1993. Għall-Kummissjoni Yannis Paleokrassas Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU Nru L 187, 16. 7. 1988, p. 14. [2] ĠU Nru L 104, 29. 4. 1993, p. 46. [3] ĠU Nru L 76, 22. 3. 1991, p. 35 [4] ĠU Nru 196, 16. 8. 1967, p. 1. [5] ĠU Nru L 110, 4. 5. 1993, p. 20. -------------------------------------------------- ANNESS IL-GWIDA GĦALL-KUMPILAZZJONI TA' DATA SHEETS DWAR IS-SIGURTÀ In-noti ta' spjega li ġejjin huma maħsuba bħala gwida. Il-għan tagħhom huwa li jiżguraw illi l-kontenut f'kull intestatura mandatorja elenkata fl-Artikolu 3 jgħin lill-utenti professjonisti sabiex jieħdu l-miżuri meħtieġa li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni tas-saħħa u mas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u sabiex jipproteġu l-ambjent. It-tagħrif għandu ikun miktub b'mod ċar u konċiż. F'ċerti każi jista' jkun meħtieġ tagħrif addizzjonali minħabba l-varjetà wiesgħa tal-proprjetajiet tas-sustanzi u tal-preparazzjonijiet. Jekk f'każijiet oħra jirriżulta illi t-tagħrif minn ċerti proprjetajiet ma jkun ta' l-ebda sinifikat jew ikun teknikament impossibbli li jiġi pprovvdut għandhom jiġu ddikjarati biċ-ċar ir-raġunijiet għal dan. Minkejja li l-ordni ta' l-intestaturi mhix obbligatorja, hija rrakkommandata s-sekwenza mogħtija fl-Artikolu 3. Meta data sheet dwar is-sigurtà tiġi rriveduta, il-bidliet għandhom jinġiebu għall-attenzjoni tar-riċevitur. 1. L-identifikazzjoni tas-sustanza/preparazzjoni u tal-kumpannija/impriża 1.1. L-identifikazzjoni tas-sustanza jew tal-preparazzjoni: It-terminu wżat għall-identifikazzjoni għandu jkun identiku għal dak ipprovvdut fuq it-tikketta kif stabbilit fl-Anness VI mad-Direttiva 67/548/KEE. Mezzi oħra disponibbli ta' identifikazzjoni jistgħu jkunu indikati wkoll. 1.2. L-identifikazzjoni tal-kumpannija/impriża: - l-identifikazzjoni tal-persuna stabbilita fil-Kommunità responsabbli mit-tqegħid tas-sustanza jew tal-preparazzjoni fis-suq sewwa jekk ikun il-fabbrikant, sewwa l-importatur jew sewwa d-distributur, - l-indirizz sħiħ u n-numru tat-telefon ta' din il-persuna 1.3. B'żieda mat-tagħrif imsemmi hawn fuq, agħti n-numru tat-telefon ta' emerġenza tal-kumpannija u/jew il-korp konsultattiv skond l-Artikolu 12 tad-Direttiva 88/379/KEE. 2. Il-komposizzjoni/tagħrif dwar l-ingredjenti It-tagħrif għandu jgħin lir-riċevitur sabiex jidentifika malajr ir-riskji marbuta mas-sustanza jew mal-preparazzjoni. Fil-każ ta' preparazzjoni: (a) mhux meħtieġ li tingħata l-kompożizzjoni kollha (in-natura ta' l-ingredjenti u l-konċentrazzjoni tagħhom); (b) madankollu, is-sustanzi li ġejjin għandhom jiġu indikati, flimkien mal-konċentrazzjoni jew il-firxa tal-konċentrazzjoni tagħhom, jekk ikunu preżenti f'konċentrazzjonijiet ugwali jew akbar minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 3 (6) (a) tad-Direttiva 88/379/KEE (sakemm limitu aktar baxx ma jkunx ikkunsidrat aktar approprjat): - is-sustanzi li jippreżentaw periklu għas-saħħa fit-tifsira tad-Direttiva 67/548/KEE, u - mill-inqas is-sustanzi soġġetti għall-valuri tal-limitu ta' l-esposizzjoni rrikonoxxuti skond id-disposizzjonijiet Komunitarji iżda li mhumiex koperti bid-Direttiva ta' hawn fuq; (c) il-klassifikazzjoni (jew mill-Artikolu 6 tad-Direttiva 67/548/KEE jew mill-Anness I ta' magħha) tas-sustanzi ta' hawn fuq għandhom jingħataw fil-għamla tas-simboli u l-frażijiet R li huma assenjati skond il-perikoli tagħhom għas-saħħa; (d) jekk, skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 7 (1) tad-Direttiva 88/379/KEE, l-identità ta' ċerti sustanzi għandha tibqa' kunfidenzjali, in-natura kimika tagħhom għandha tiġi deskritta sabiex jiġi żgurat il-manipulazzjoni fis-sigurtà. L-isem għandu jkun dak li joħroġ mill-proċedura ta' hawn fuq. 3. L-identifikazzjoni tar-riskji Indika b'mod ċar u fil-qosor l-aktar riskji importanti li jippreżentaw is-sustanza jew il-preparazzjoni, b'mod partikolari r-riskji kritiċi għall-bniedem u għall-ambjent. Iddeskrivi l-aktar effetti avversi importanti għas-saħħa tal-bniedem u s-sintomi li għandhom x'jaqsmu ma' l-użi u l-użi possibbilment ħżiena tas-sustanza jew tal-preparazzjoni li jistgħu jkunu previsti b'mod raġjonevoli. It-tagħrif għandu jkun kompatibbli ma' dak muri fuq it-tikketta tal-prodott iżda mhemmx bżonn li jiġi mtenni. 4. Il-miżuri ta' l-ewwel għajnuna Iddeskrivi l-miżuri ta' l-ewwel għajnuna; iżda, huwa importanti li jiġi speċifikat jekk hix meħtieġa attenzjoni medika immedjata. It-tagħrif dwar l-ewwel għajnuna għandu ikun fil-qosor u faċli li tinftiehem mill-vittma, minn dawk li jkunu jinsabu madwar u min-nies li jagħtu l-ewwel għajnuna. Is-sintomi u l-effetti għandhom jiġu ssommarizzati fil-qosor. L-istruzzjonijiet għandhom jindikaw x'għandu jsir fuq il-post f'każ ta' inċident u jekk jistgħux jiġu mistennija effetti rritardati wara l-esposizzjoni. Issuddividi t-tagħrif skond ir-rotot differenti ta' l-esposizzjoni, jiġifieri l-inalazzjoni, il-kuntatt mal-ġilda jew mal-għajnejn u l-inġestjoni, taħt subintestaturi differenti. Indika jekk hix meħtieġa jew hux tal-parir li tingħata assistenza professjonali minn tabib. Għal ċerti sustanzi jew preparazzjonijiet jista' jkun importanti li ssir enfasi illi mezzi speċjali li jipprovdu trattament speċifiku u immedjat għandhom ikunu disponibbli fuq il-post tax-xogħol. 5. Il-miżuri għat-tifi tan-nar Irreferi għall-ħtiġiet sabiex jintefa nar ikkawżat mis-sustanza jew mil-preparazzjoni, jew li jkun hemm fil-qrib billi tindika: - il-mezzi adatti għat-tifi tan-nar, - il-mezzi għat-tifi tan-nar li ma għandhomx jintużaw għal raġunijiet tas-sigurtà, - il-perikli speċjali ta' l-esposizzjoni li jinħolqu mis-sustanza jew mil-preparazzjoni nfushom, minn prodotti tal-kombustjoni, mill-gassijiet li jirriżultaw, - it-tagħmir speċjali protettiv għall-persuni tat-tifi tan-nar. 6. Il-miżuri għar-rilaxx aċċidentali Jiddependi fuq is-sustanza jew il-preparazzjoni involuta, jista' jkun meħtieġa tagħrif dwar: - il-prekawzjonijiet personali bħalma huma: it-tneħħija ta' sorsi tal-qbid, il-provvediment ta' ventilazzjoni suffiċjenti/protezzjoni tar-respirazzjoni, il-kontroll ta' trab, il-prevenzjoni tal-kuntatt mal-ġilda u l- għajnejn, - il-prekawzjonijiet ambjentali bħalma huma: iż-żamma 'l bogħod mill-katusi tad-drenaġġ, l-ilma tal-wiċċ u ta' taħt l-art u l-ħamrija, il-ħtieġa possibbli li jiġi avżat l-viċinat, - il-metodi tat-tindif bħalma huma: l-użu ta' materjali assorbenti (e.g. ir-ramel, il-ħamrija dijatonika, il-binder ta' l-aċidu, il-binder universali, is-serratura…) it-tnaqqis tal-gassijiet/id-dħaħen bl-ilma, bid-dilwit. Ikkunsidra wkoll il-ħtieġa għall-indikazzjonijiet bħalma huma: ‘qatt tuża, innewtralizza bi,…'. NB: Jekk approprjat irreferi għall-punti 8 u 13. 7. Il-manipulazzjoni u l-ħażna 7.1. Il-manipulazzjoni Ikkunsidra l-prekawzjonijiet għal manipulazzjoni b'sigurtà li jinkludu pariri dwar miżuri tekniċi bħalma huma: il-ventilazzjoni lokali u ġenerali, il-miżuri sabiex tiġi pprevenuta l-ġenerazzjoni ta' l-ajrusoli u tat-trab u tan-nar, u kull ħtieġa speċifika jew regoli speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mas-sustanza jew mal-preparazzjoni (p.e. il-proċeduri jew it-tagħmir li huma pprojbiti jew irrakkomandati) u jekk huwa possibli agħti deskrizzjoni qasira. 7.2. Il-ħażna Ikkunsidra l-kondizzjonijiet tal-ħażna fis-sigurtà bħalma huma: id-disinn speċifiku tal-kmamar jew tar-reċipjenti tal-ħażna (li jinkludu l-ħitan ta' retenzjoni u l-ventilazzjoni), il-materjali inkompatibbli, il-kondizzjonijiet tal-ħażna (il-limitu/firxa tat-temperatura u ta' l-umdità, id-dawl, il-gass inert…), it-tagħmir speċjali ta' l-elettriku u l-prevenzjoni ta' l-elettriċità statika. Agħti parir jekk rilevanti dwar il-limiti tal-kwantità skond il-kondizzjonijiet tal-ħażna. Indika b'mod partikolari kull ħtieġa speċjali bħalma hu t-tip tal-materjal użat fl-imballaġġ/il-kontenituri tas-sustanza jew tal-preparazzjoni. 8. Il-kontrolli ta' l-esposizzjoni/protezzjoni personali. Għall-għanijiet ta' dan id-dokument il-kontroll ta' l-esposizzjoni tfisser il-firxa kollha tal-miżuri ta' prekawzjoni li għandhom jittieħdu waqt l-użu sabiex tiġi mminimmizzata l-esposizzjoni tal-ħaddiem. Għandhom jittieħdu l-miżuri dwar l-inġinerija qabel ma jkun meħtieġ it-tagħmir għall-protezzjoni personali. Għalhekk agħti t-tagħrif dwar id-disinn tas-sistema, p.e. l-kjużura. Dan it-tagħrif għandu jikkumplimenta lil dak diġà mogħti fil-punt 7.1. Indika, bir-referenza tagħhom, kull paratmetru speċifiku tal-kontroll bħalma huma l-valuri tal-limitu jew l-istandards bijoloġiċi. Agħti t-tagħrif dwar il-proċeduri rrakkommandati rigward il-monitoraġġ u indika r-referenza. Fejn tkun meħtieġa protezzjoni personali, ispeċifika t-tip tat-tagħmir li jipprovdi l-protezzjoni adegwata u adatta: - il-protezzjoni respiratorja: fil-każ tal-gassijiet, il-fwar jew it-trab perikolużi, ikkunsidra l-ħtieġa tat-tagħmir protettiv approprjat, bħalma hu l-apparat tan-nifs li jkun fih il-ħtiġiet kollha, il-maskri u l-filtri adegwati, - il-protezzjoni ta' l-idejn: ispeċifika t-tip ta' l-ingwanti li għandhom jintlibsu meta tkun manipulata s-sustanza jew il-preparazzjoni. Jekk meħtieġ indika kull miżura addizzjonali dwar il-protezzjoni tal-ġilda u l-idejn, - il-protezzjoni tal-għajnejn: ispeċifika t-tip tat-tagħmir meħtieġ għall-protezzjoni tal-għajnejn bħalma huma: in-nuċċalijiet tas-sigurtà, il-goggles tas-sigurtà, il-lqugħ għall-wiċċ, - il-protezzjoni tal-ġilda: Jekk huwa meħtieġ li tiġi protetta parti mill-ġisem għajr l-idejn, ispeċifika t-tip u l-kwalità tat-tagħmir meħtieġ tal-protezzjoni, bħalma huma: il-fardal, l-istivali u l-libsa intiera protettiva. Jekk meħtieġ, indika l-miżuri speċifiċi dwar l-iġjene. Fejn approprjat għandha ssir referenza għall-istandards rilevanti tas-CEN. 9. Il-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi Din it-taqsima tinkludi t-tagħrif li ġej, fejn japplika, dwar is-sustanzi jew il-preparazzjoni. Id-Dehra: | indika l-istat fiżiku (solidu, likwidu, gass) u l- kulur tas-sustanza jew tal-preparazzjoni kif ikunu ġew forniti. | Ir-Riħa: | jekk tinxtamm xi riħa, agħti deskrizzjoni tagħha fil-qosor. | Il-pH: | indika l-pH tas-sustanza jew tal-preparazzjoni kif ikunu ġew forniti jew ta' soluzzjoni milwiema; fl-aħħar każ, indika l-konċentrazzjoni. | Il-waqt ta' meta jagħli/il-firxa tat-togħlija: | Fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 67/548/KEE | Il-waqt ta' meta jinħall/il-firxa tat-tidwib: | Il-waqt tal-berqa: | Il-fjammabbiltà (is-solidu, il-gass): | L-awtofjammabbiltà: | Il-proprjertajiet splussivi: | Il-proprjetajiet ta' l-ossidazzjoni: | Il-pressa tal-fwar: | Id-densità relattiva: | Is-solubbiltà: | is-solubbiltà bl-ilmais-solubbiltà bix-xaħam (iż-żejt-solvent għandu jiġi speċifikat): | Il-koeffiċjent tal-qsim: l-n-ottano/l-ilma: | | Tagħrif ieħor: | indika l-parametri tas-sigurtà importanti, bħalma huma id-densità tal-fwar, il-kapaċità tat-taħlit, ir-rata ta' l-evaporazzjoni, il-konduttività, il-viskosità, eċċ. | Il-proprjetajiet ta' hawn fuq għandhom jiġu stabbiliti skond l-ispeċifikazzjonijiet tal-Parti A ta' l-Anness V mad-Direttiva 67/548/KEE jew kull metodu ieħor paragunabbli. 10. L-istabbiltà u r-reattività. Iddikjara l-istabbilità tas-sustanza jew tal-preparazzjoni u l-possibbiltà ta' reazzjonijiet perikolużi li jiġru taħt ċerti kondizzjonijiet. Il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu evitati: Elenka dawk il-kondizzjonijiet bħalma huma t-temperatura, il-pressjoni, id-dawl, ix-xokk, eċċ., li jistgħu jikkawżaw reazzjoni perikoluża u jekk possibbli, agħti deskrizzjoni qasira. Il-materjali li għandhom jiġu evitati: Bħalma huma l-ilma, l-arja, l-aċidi, il-bażijiet, l-aġenti ta' l-ossidazzjoni jew kull sustanza speċifika oħra li tista' tikkawża reazzjoni perikoluża u jekk possibbli, agħti deskrizzjoni qasira. Il-prodotti ta' dekomposizzjoni perikolużi: Elenka l-materjali perikolużi prodotti f'ammonti perikolużi mad-dekomposizzjoni. N.B. Indirizza b'mod speċifiku: - il-ħtieġa u l-preżenza ta' l-istabbilizzaturi, - il-possibbiltà ta' reazzjoni esotermika perikoluża, - is-sinifikat tas-sigurtà, jekk ikun hemm minnhom, tal-bidla fid-dehra fiżika tas-sustanza jew tal-preparazzjoni, - il-prodotti ta' dekomposizzjoni perikolużi, jekk ikun hemm minnhom, li jiffurmaw meta jmissu ma' l-ilma, - il-possibbiltà ta' degradazzjoni għall-prodotti li mhumiex stabbli. 11. It-tagħrif tossikoloġiku. Din it-taqsima tittratta l-ħtieġa ta' deskrizzjoni konċiża iżda kompleta li tista' tinftiehem sewwa dwar l-effetti varji tossikoloġiċi (tas-saħħa) li jistgħu jinħolqu jekk l-utent jiġi f'kuntatt mas-sustanza jew mal-preparazzjoni. Inkludi l-effetti perikolużi għas-saħħa mill-esposizzjoni għas-sustanza jew il-preparazzjoni-, ibbażati kemm fuq l-esperjenzi u kemm fuq il-konklużjonijiet mill-esperimenti xjentifiċi. Inkludi t-tagħrif dwar ir-rotot differenti ta' l-esposizzjoni (l-inalazzjoni, l-inġestjoni, il-kuntatt mal-ġilda u mal-għajnejn), u iddeskrivi s-sintomi li għandhom x'jaqsmu mal-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tossikoloġiċi. Inkludi l-effetti magħrufa irritardati u immedjati u kif ukoll l-effetti kroniċi mill-esposizzjoni għal żmien qasir u fit-tul: per eżempju, is-sensitizzazzjoni, il-karċinoġeniċità, il-mutaġeniċità u t-tossiċità riproduttiva li tinkludi t-teratoġeniċità u n-narkosi. Filwaqt li jitqies it-tagħrif diġà pprovvdut fil-punt 2, ‘Il-komposizzjoni/tagħrif dwar l-ingredjenti', jista' jkun meħtieġ li ssir referenza għall-effetti speċifiċi rigward is-saħħa ta' ċerti komponenti fil-preparazzjoniet. 12. It-tagħrif ekoloġiku. Identifika l-effetti, l-imġieba u d-destin ambjentali li jirriżultaw min-natura tas-sustanza jew tal-preparazzjoni u l-użi tagħha previsti b'mod raġjonevoli. Għandu jiġi fornit it-tagħrif ta' l-istess tip dwar il-prodotti perikolużi li jinħolqu mid-degredazzjoni tas-sustanzi u tal-preparazzjonijiet. Eżempji tat-tagħrif ekoloġika rilevanti huma elenkati hawn taħt: Il-mobbiltà: | id-distribuzzjoni magħrufa jew prevista rigward il-kompartamenti ambjentali.it-tensjoni tal-wiċċ,l-assorbiment/id-desorbiment,il-proprjetajiet fiżiċi-kimiċi oħra, ara t-taqsima 9; | Id-degradabbiltà: | id-degradazzjoni biotika u abiotika,id-degradazzjoni aerobika u anaerobika,il-persistenza; | L-akkumulazzjoni: | il-bioakkumulazzjoni potenzjali,il-biomanikifikazzjoni; | L-effetti fi żmien qasir u fit-tul fuq: L-ekotossiċità: | l-organiżmi akwatiċi,l-organiżmi tal-ħamrija,il-pjanti u annimali terrestri; | Effetti avversi oħra: | il-potenzjal tat-tbattil ta' l-ożonu,il-potenzjal tal-ħolqien fotokimiku ta' l-ożonu,il-potenzjal taż-żieda tas-sħana globali,l-effetti fuq impjanti tat-trattament ta' l-ilma mormi; | Rimarki. Iżgura illi jiġi pprovvdut it-tagħrif rilevanti għall-ambjent fit-taqsimiet l-oħra tad-data sheet dwar is-sigurtà, b'mod speċjali l-pariri għar-rilaxx ikkontrollat, il-miżuri f'każ ta' rilaxx aċċidentali u l-konsiderazzjonijiet dwar l-eliminazzjoni fil-punti 6, 7, 13 u 15. Sakemm jiġu stabbiliti l-kriterji għall-evalwazzjoni ta' l-impatt ambjentali ta' preparazzjoni, għandu jingħata t-tagħrif li għandu x'jaqsam mal-fatturi t'hawnfuq għas-sustanzi kklassifikati bħala perikolużi għall-ambjent li jkunu preżenti fil-preparazzjoni. 13. Il-konsiderazzjonijiet dwar l-eliminazzjoni Jekk l-eliminazzjoni tas-sustanza jew tal-preparazzjoni (il-fdal jew l-iskart li jirriżultaw mill-użu previst) jippreżenta periklu, għandha tingħata deskrizzjoni ta' dawn ir-residwi u tagħrif dwar il-manipulazzjoni tagħhom b'mod ta' sigurtà. Indika l-metodi approprjati ta' l-eliminazjoni kemm tas-sustanza jew tal-preparazzjoni u kemm ta' imballaġġ pakkeġġ ikkontaminat (l-inċinerazzjoni, ir-riċiklaġġ, l-irdim, eċċ.). Kumment Irreferi għal kull disposizzjoni Komunitarja li għandha x'taqsam ma' l-iskart. Fin-nuqqas ta' dawn, huwa utli li l-utent jiġi mfakkar illi jista' jkun hemm fis-seħħ disposizzjonijiet nazzjonali jew reġjonali. 14. It-tagħrif dwar it-trasport Indika kull prekawzjoni speċjali li utent jeħtieġ li jsir konxju tagħha jew li jeħtieġ li jikkonforma magħha fejn jidħol it-trasport jew il-ġarr ġewwa jew barra mill-fond tiegħu. Jista' jingħata wkoll it-tagħrif addizzjonali pprovvdut fir-rakommandazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti u l-ftehim internazzjonali l-iehor dwar it-trasport u l-imballaġġ ta' l-oġġetti perkolużi. 15. It-tagħrif regolatorju Agħti t-tagħrif fuq it-tikketta skond id-Direttivi li għandhom x'jaqsmu mal-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar tas-sustanzi u l-preparazzjonijiet perikolużi. Jekk is-sustanza jew il-preparazzjoni koperta b'din id-data sheet dwar is-sigurtà jkun is-suġġett ta' disposizzjonijiet speċifiċi fejn għandha x'taqsam il-protezzjoni tal-bniedem jew ta' l-ambjent fil-livell Komunitarju (p.e. ir-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu, il-valuri tal-limitu ta' l-esposizzjoni fuq il-post tax-xogħol) dawn id-disposizzjonijiet għandhom, safejn huwa possibbli, jiġu ddikjarati. Għandha wkoll tinġibed l-attenzjoni tar-riċevituri dwar l-eżistenza ta' liġijiet nazzjonali li jimplimentaw dawn id-disposizzjonijiet. Huwa rrakkomandat ukoll illi d-data sheet għandha tfakkar lir-riċevituri sabiex jirreferu għal kull miżura nazzjonali oħra li tista' tkun rilevanti. 16. Tagħrif ieħor Indika kull tagħrif ieħor li jista' jkun ta' importanza għas-sigurtà u s-saħħa u għall-protezzjoni ta' l-ambjent, per eżempju: - il-parir dwar it-taħriġ, - l-użi u r-restrizzjonijiet irrakkommandati, - tagħrif ieħor (referenza bil-miktub u/jew punt tal-kuntatt tekniku), - is-sorsi ta' data importanti ħafna wżata sabiex issir il-kumpilazzjoni tad-data sheet. Agħti wkoll id-data tal-ħruġ tad-data sheet, jekk ma tkunx iddikjarata imkien ieħor. --------------------------------------------------