|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2448 |
3.10.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 131/2024
tat-12 ta’ Ġunju 2024
li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2024/2448]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/473 tat-18 ta’ Diċembru 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti dwar id-dokumenti ta’ informazzjoni, dwar il-kostijiet u t-tariffi inklużi fil-kost massimu u dwar tekniki dwar il-mitigazzjoni tar-riskju tal-Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (1) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/895 tal-24 ta’ Frar 2021 i jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ intervent fuq il-prodotti (2) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/896 tal-24 ta’ Frar 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-konverġenza tar-rapportar superviżorju (3) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/897 tal-4 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-format tar-rapportar superviżorju lill-awtoritajiet kompetenti u l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (4) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 31da (ir-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:
|
“31daa. |
32021 R 0473: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/473 tat-18 ta’ Diċembru 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti dwar id-dokumenti ta’ informazzjoni, dwar il-kostijiet u t-tariffi inklużi fil-kost massimu u dwar tekniki dwar il-mitigazzjoni tar-riskju tal-Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (ĠU L 99, 22.3.2021, p. 1). Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat għandhom jinqraw bl-adattament li ġej: Għal-Liechtenstein, fir-rigward tal-kalkoli skont il-paragrafu 26 tal-Anness III, għandu jintuża l-Indiċi Armonizzat Żvizzeru tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP). |
|
31dab. |
32021 R 0895: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/895 tal-24 ta’ Frar 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ intervent fuq il-prodotti (ĠU L 197, 4.6.2021, p. 1). Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat għandhom jinqraw bl-adattament li ġej: Fl-Artikolu 1 sa 7, il-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandhom jiddaħħlu wara l-kelma ‘EIOPA’. |
|
31dac. |
32021 R 0896: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/896 tal-24 ta’ Frar 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-konverġenza tar-rapportar superviżorju (ĠU L 197, 4.6.2021, p. 5). |
|
31dad. |
32021 R 0897: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/897 tal-4 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-format tar-rapportar superviżorju lill-awtoritajiet kompetenti u l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (ĠU L 197, 4.6.2021, p. 7). Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni għandhom jinqraw bl-adattament li ġej: Fl-Artikoli 7 u 13(1), il-kliem ‘u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandhom jiddaħħlu wara l-kelma ‘EIOPA’.” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2021/473, (UE) 2021/895 u (UE) 2021/896 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/897 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Ġunju 2024 dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 71/2024 tal-15 ta’ Marzu 2024 (5), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
(5) ĠU L 2024/1626, 4.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1626/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2448/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)