9.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9668 — JD Sports Fashion/Iberian Sports Retail Group)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 5/04)

1.   

Fis-17 ta’ Diċembru 2019 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

JD Sports Fashion Plc (“JD”) (l-Ingilterra u Wales);

—

Bħalissa Iberian Sports Retail Group SL (‘ISRG’) (Spanja) huwa kkontrollat b’mod konġunt minn JD, Sonae, SGPS, S.A. u Balaiko Firaja Invest S.L.

JD takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tal-ISRG kollu kemm hu.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ kuntratt.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

JD: bejgħ bl-imnut ta’ lbies u żraben sportivi; l-operat ta’ ċentri tal-fitness fir-Renju Unit. L-azzjonist maġġoritarju ta’ JD huwa l-Pentland Group, li huwa attiv fil-provvista bl-ingrossa ta’ prodotti tad-ditta li jintużaw fil-beraħ lil bejjiegħa ta’ dawn it-tip ta’ prodotti.

—

ISRG: bejgħ bl-imnut speċjalizzat ta’ prodotti tal-isports fi Spanja u l-Portugall. Preċedentement ISRG kienet magħrufa bħala JD Sprinter Holdings 2010, S.L.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9668 - JD Sports Fashion/Iberian Sports Retail Group.

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Jekk jogħġbok uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks+32 122964301

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Fużjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-”Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.