31990R3499



Official Journal L 338 , 05/12/1990 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 35 P. 0177
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 35 P. 0177


Ir-Regolament Tal-Kunsill (KEE) Nru 3499/90

tas-27 ta’ Novembru 1990

li jemenda r-Regolament Nru 136/66/KEE dwar l-istabbiliment ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari Artikoli 42 u 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi sistema ta’ kwantitajiet massimi garantiti kienet introdottta b’Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 136/66/KEE [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2902/89 [5] għall-għajnuna ta’ produzzjoni; billi taħt din is-sistema l-ammont ta’ unit tal-għajnuna huwa mnaqqas meta l-kwantita massima ffissata għal sena ta’ suq partikolari tinqabeż; billi, sabiex ikun assigurat ekwilibriju tas-suq aħjar u jiġu evitati spejjeż fuq id-disponiment taż-żejt taż-żebbuġa, din is-sistema għandha tiġi estiża biex tkopri l-prezz tal-intervent; billi, b’dankollu, prezz tal-intervent għandu jkun imnaqqas biss mis-sena ta’ suq segwenti; billi limitu għal dan it-tnaqis ta’ prezz għandu jkun iffissat;

Billi l-kwantità ta’ żejt taż-żebbuġa li produtturi ma jistgħux jilħqu biex igawdu minn vantaġġi speċjali biex jikkompensaw għad-daqs żgħir tagħhom għandu jkun rivedut; billi r-rata fissa tal-ammont tal-għajnuna tal-produzzjoni addizjonali għandha tingħata lil dawn il-produtturi biex itaffu l-impatt tat-tnaqqis tal-prezz fis-suq li jista’ jirriżulta jekk il-kwantità massima garantita tkun misbuqa;

Billi fl-interessi tal-immaniġjar tajjeb u sabiex tkun issimplifikata is-sistema tal-għoti tal-għajnuna tal-produzzjoni, għandha issir distinzzjoni bejn iż-żewġ kategoriji ta’ koltivaturi taż-żebbuġ jiddependi fuq jekk jew le l-produzzjoni tilħaq il-kwantità mogħtija taż-żejt taż-żebbuġa; billi l-ammont tal-unità tal-għajnuna għandu jkun iffissat skond rata fissa għall-produtturi li ma jilħqux din il-kwantità

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament Nru 136/66 KEE huwa emendat kif ġej:

1. il-paragrafu li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 4:

"4a. Jekk għal sena tas-suq:

- il-produzzjoni kalkolata taż-żejt taż-żebbuġa teċċedi l-kwantità massima garantita ffissata għal dik is-sena, possibiliment miżjuda skond Artikolu 5(1), il-ħames subparagrafu (a) il-prezz tal-intervent għas-sena segwenti għandu ikun imnaqqas billi jiġi applikkat il-koeffiċjent li hemm referenza dwaru f’Artikolu 5(1), il-ħames subparagrafu (b) B’danakollu dan it-tnaqqis ma jistax jeċċedi 3 %

- il-produzzjoni attwali ta’ żejt taż-żebbuġa hija anqas jew aktar mill-produzzjoni kalkolata, il-prezz tal-intervent tat-tieni sena tas-suq li ssegwi ‘ l-dik li għaliha din il-produzzjoni tirreferi għandha tkun hekk miżjuda jew imnaqqsa, mingħajr preġudizzju għat-3 % mewwieta kull sena tas-suq.

It-tnaqqis u ż-żjieda fil-prezz tal-intervent li hemm referenza dwaru fl-ewwel subparagrafu għandu jsir mill-Kummissjoni kull sena qabel il-bidu tas-sena tas-suq f’dan il-każ.";

2. f’Artikolu 5:

(a) fil-paragrafu 1, it-tieni u s-sitt subparagrafi, "400" huwa mibdul bi "500";

(b) il-paragrafu 2 huwa mibdul b’dan li ġej:

"2. L-għajnuna għandha tingħata:

- lill-kultivaturi li jipproduċu medja ta’ mill-anqas 500 kilogramma ta’ żejt taż-żebbuġa f’sena tas-suq partikolari, fuq il-bażi tal-kwantità taż-żejt taż-żebbuġa attwalment prodott,

- lill-kultivaturi l-oħrajn, fuq il-bażi tal-potenzjal tan-numru u l-produzzjoni tas-siġar taż-żebbuġ li huma jikkoltivaw u tal-prodotti ta’ dawk is-siġar kif iffissati skond rata fissa u basta li ż-żebbuġ prodott ikun ġie ppressat.";

3. L-Artikolu li ġej huwa miżjud:

"Artikolu 5a

1. Mis-sena tas-suq 1991/92 għat-tul ta’ żmien tal-perjodu tal-applikazzjoni ta’ Artikolu 4(4)(a), l-għajnuna addizzjonali tal-produzzjoni għandha tingħata lil-kultivaturi li jipproduċu medja ta’ anqas minn 500 kg kull sena tas-suq. Din l-għajnuna għandha tammonta għal ECU 3/100 kilogramma.

2. Jekk meħtieġ, ir-regoli dettaljati għall applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 38."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal- Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta’ Novmbru 1990.

Għall-Kunsill

Il-President

V. Saccomandi

[1] ĠU Ċ 277, tal- 5.11.1990, p. 1.

[2] L-Opinjoni mogħtija fit-23 ta’ Novembru 1990 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] L-Opinjoni mogħtija fit-19 ta’ Settembru 1990 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU Ċ 172, tat- 30.9.1966, p. 3025/66.

[5] ĠU L 280, tad-29.8.1989, p. 2.

--------------------------------------------------