<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-735/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0735</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1014">EU:C:2020:1014</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>18</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20201210">10.12.2020</DATE> – Kawża C-735/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Euromin Holdings (Cyprus)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20201210">10 ta’ Diċembru 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Latvjan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Dritt tal-kumpanniji</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/25/KE</KEYWORD><KEYWORD>Offerta pubblika ta’ akkwiżizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>L-ewwel u t-tieni subparagrafu Artikolu 5(4)</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-azzjonisti minoritarji</KEYWORD><KEYWORD>Offerta obbligatorja ta’ akkwiżizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Metodu ta’ kalkolu tal-valur tal-azzjonijiet sabiex jiġi ddeterminat il-prezz raġonevoli</KEYWORD><KEYWORD>Setgħa ta’ tibdil tal-prezz raġonevoli</KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjonijiet mill-mod ta’ kalkolu standard f’ċirkustanzi u skont kriterji ddeterminati b’mod ċar</KEYWORD><KEYWORD>Responsabbiltà tal-Istat Membru kkonċernat</KEYWORD><KEYWORD>Dannu mġarrab mill-offerent li jirriżulta minn offerta ta’ prezz għoli wisq</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑735/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Augstākā tiesa Senāts (il-Qorti Suprema, il-Latvja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20190930">30 ta’ Settembru 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20191007">7 ta’ Ottubru 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">Euromin Holdings (Cyprus) Limited,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Finanšu un kapitāla tirgus komisija,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn M. Vilaras (Relatur), President tal-Awla, N. Piçarra, D. Šváby, S. Rodin u K. Jürimäe, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Kap ta’ Diviżjoni,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Euromin Holdings (Cyprus) Limited, minn K. Bērziņa, advokāta palīgs, u minn I. Kramiņa, advokāte,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Latvjan, minn V. Soņeca, V. Kalniņa u K. Pommere, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller u D. Klebs, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn H. Støvlbæk, V. Di Bucci u I. Naglis, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20200910">10 ta’ Settembru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni, minn naħa, tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE> fuq offerti ta’ xiri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2 p. 20), u, min-naħa l-oħra, tal-prinċipju ta’ effettività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Euromin Holdings (Cyprus) Limited u l-Finanšu un kapitāla tirgus komisija (il-Kummissjoni tas-Swieq Finanzjarji u tal-Kapital, il-Latvja) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Kummissjoni tas-Swieq Finanzjarji<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), dwar talba intiża, minn naħa, sabiex tiġi ddikjarata l-illegalità tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE> li permezz tagħha din il-kummissjoni awtorizzat ix-xiri lura tal-azzjonijiet ta’ Ventspils nafta AS, li kienu s-suġġett ta’ offerta pubblika ta’ akkwiżizzjoni (iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>OPA<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), bi prezz ta’ EUR 4.56 għal kull azzjoni (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), u, min-naħa l-oħra, sabiex jinkiseb il-kumpens għad-dannu mġarrab minħabba din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2004/25</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 9 tad-Direttiva 2004/25 tgħid li:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipproteġu lid-detenturi tas-sigurtajiet, b’mod partikolari dawk b’assi f’minoranza, meta jinkiseb il-kontroll tal-kumpanniji tagħhom. L-Istati Membri għandhom jassiguraw din il-protezzjoni billi jobbligaw lill-persuna li tkun kisbet il-kontroll ta’ xi kumpannija biex tagħmel offerta lid-detenturi kollha tas-sigurtajiet tal-kumpannija għall-assi kollha tagħhom bi prezz raġonevoli skond id-definizzjoni komuni. L-Istati Membri għandhom ikunu liberi biex jistabbilixxu strumenti oħra għall-protezzjoni ta’ l-interessi tad-detenturi tas-sigurtajiet, bħal ma huma l-obbligu li ssir offerta parzjali fejn dak li jagħmel l-offerta ma jakkwistax il-kontroll tal-kumpannija u l-obbligu li tiġi żvelata l-offerta fl-istess żmien meta jittieħed il-kontroll tal-kumpannija.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-iskop li tiġi implimentata din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-prinċipji li ġejjin jiġu mħarsa:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>id-detenturi kollha tas-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta ta’ l-istess klassi għandhom jiġu trattati b’mod ugwali; aktar minn hekk jekk persuna tikseb il-kontroll ta’ kumpannija, id-detenturi l-oħra tas-sigurtajiet għadhom jiġu protetti;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Bl-iskop li tiġi aċċertata l-konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għandhom jassiguraw li l-ħtiġiet minimi kif stabbiliti f’din id-Direttiva jiġu osservati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet addizzjonali u disposizzjonijiet aktar stretti minn dawk ta’ din id-Direttiva għall-kontroll ta’ l-offerti.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(6) tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Din id-Direttiva m’għandiex tolqot il-poter ta’ l-Istati Membri biex dawn jaħtru awtoritajiet ġudizzjarji jew oħrajn responsabbli biex jieħdu ħsieb kwistjonijiet u biex jiddeċiedu fuq irregolaritajiet magħmula waqt l-offerti jew il-poter ta’ l-Istati Membri li jirregolaw taħt liema ċirkostanzi l-partijiet ta’ l-offerta jkunu intitolati jressqu proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji. B’mod partikolari, din id-Direttiva m’għandiex tolqot il-poter li l-qrati jista’ jkollhom fi Stat Membru biex dawn jiċħdu s-smiegħ tal-proċeduri legali u biex jiddeċiedu jekk proċeduri bħal dawn jolqtux ir-riżultat ta’ l-offerta jew le. Din id-Direttiva m’għandiex taffettwa l-poter ta’ l-Istati Membri li jiddeterminaw il-posizzjoni legali li tikkonċerna r-responsabbiltà ta’ l-awtoritajiet superviżorji jew li tikkonċerna l-kwistjonijiet bejn il-partijiet ta’ l-offerta.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-istess direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn persuna naturali jew legali, bħala riżultat ta’ l-akkwist tagħha jew ta’ l-akkwist tal-persuni li qed jaħdmu magħha, iżżomm sigurtajiet tal-kumpannija kif imsemmija fl-Artikolu 1(1) li, b’żieda ma’ l-assi eżistenti ta’ dawk is-sigurtajiet tagħha u l-assi ta’ dawk is-sigurtajiet tal-persuni li qed jaħdmu magħha, b’mod dirett jew indirett, jagħtuha l-persentaġġ speċifiku tad-drittijiet tal-vot f’dik il-kumpannija, li jagħtuha l-kontroll ta’ dik il-kumpannija, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li persuni bħal dawn ikunu meħtieġa jagħmlu offerta bħala mezz ta’ protezzjoni għall-azzjonisti f’minoranza ta’ dik il-kumpannija. Offerta bħal din għandha tiġi indirizzata fl-aktar opportunità kmieni lid-detenturi kollha ta’ dawk is-sigurtajiet għall-assi kollha tagħhom bi prezz raġonevoli kif stabbilit fil-paragrafu 4.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-għola prezz imħallas għall-istess sigurtajiet minn min qed jagħmel l-offerta, jew mill-persuni li qed jaħdmu flimkien magħha, f’perjodu li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri, ta’ mhux inqas minn sitt xhur u mhux aktar minn 12-il xahar qabel ma l-offerta msemmija fil-paragrafu 1 tibda titqies bħala l-prezz raġonevoli. Jekk, wara li l-offerta tkun saret pubblika u qabel ma l-offerta tingħalaq għall-aċċettazzjoni, dak li qed jagħmel l-offerta jew kwalunkwe persuna li taħdem flimkien miegħu jixtru sigurtajiet bi prezz għola mill-prezz ta’ l-offerta, dak li qed jagħmel l-offerta għandu jgħolli l-offerta tiegħu biex ma tkunx anqas mill-għola prezz imħallas għas-sigurtajiet miksuba b’dan il-mod.</ALINEA><ALINEA>Jekk jiġu rispettati l-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 3(1), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom biex jemendaw il-prezz imsemmi fl-ewwel subparagrafu fiċ-ċirkostanzi u skont il-kriterji li huma ddeterminati b’mod ċar. Għal dak il-għan, huma jistgħu jagħmlu lista taċ-ċirkostanzi li fihom l-għola prezz jista’ jiġi rranġat -il fuq jew ‘l isfel, pereżempju fejn l-għola prezz ikun stabbilit permezz ta’ ftehim bejn dak li jbiegħ u dak li jixtri, fejn il-prezzijiet tas-suq tas-sigurtajiet imsemmija jiġu manipulati, fejn il-prezzijiet tas-suq in ġenerali jew ċerti prezzijiet tas-suq ikunu partikolarment milquta minn ċirkostanzi eċċezzjonali jew biex tiġi mgħejjuna ditta li tkun f’diffikultà. Huma jistgħu jiddeterminaw ukoll il-kriterji li jiġu applikati f’dawn il-każi, pereżempju il-medja tal-valur tas-suq f’perjodu partikolari, il-valur maqsum ta’ kumpannija jew kriterji oħra ta’ valutazzjoni li ġeneralment jintużaw fl-analiżi finanzjarja.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (UE) Nru 1254/2012</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1)(a) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2012 tal-<DATE ISO="20121211">11 ta’ Diċembru 2012</DATE> li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 10 u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 11, l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 12, l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 27 (2011) u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 28 (2011) (2011) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="360" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 360, p. 1</REF.DOC.OJ>), daħħal l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju IFRS 10, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Dikjarazzjonijiet Finanzjarji Konsolidati<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>istandard IFRS 10<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), li jinsab fl-anness ta’ dan ir-regolament, fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-<DATE ISO="20081103">3 ta’ Novembru 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="320" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 320, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-punt 22 tal-parti tal-anness tar-Regolament Nru 1254/2012 dwar l-istandard IFRS 10 jipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Kumpanija prinċipali għandha tippreżenta l-interessi nonkontrollanti fir-rapport ikkonsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja fi ħdan l-ekwità, separatament mill-ekwità tas-sidien tal-kumpanija prinċipali.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Appendiċi A tal-parti tal-anness tar-Regolament Nru 1254/2012 dwar l-istandard IFRS 10, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>interess nonkontrollanti<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> huwa ddefinit bħala li jirreferi għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>[e]kwità f’sussidjarja li ma tkunx attribwita, direttament jew indirettament, lil kumpanija prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Latvjan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-Finanšu instrumentu tirgus likums (il-Liġi dwar is-Suq għall-Istrumenti Finanzjarji) (<HT TYPE="ITALIC">Latvijas Vēstnesis</HT> 2003, Nru 175), fil-verżjoni tagħha applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>FITL<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Il-Kummissjoni [tas-Swieq Finanzjarji], l-impjegati tagħha u l-aġenti tagħha ma humiex responsabbli għad-danni kkawżati lill-atturi tas-suq tal-istrumenti finanzjarji jew lil terzi u ma jistgħux jinżammu responsabbli għall-atti li jkunu wettqu b’mod legali, korrett, leġittimu u <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT>, fil-kuntest tal-eżekuzzjoni xierqa tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom skont il-modalitajiet previsti mil-liġi u d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi l-oħra.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 74(1) tal-FITL huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Fil-kuntest ta’ offerta obbligatorja għax-xiri lura ta’ azzjonijiet, il-prezz għal kull azzjoni ma għandux ikun inqas minn:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>il-prezz li l-offerent jew li l-persuni li jaġixxu bi qbil miegħu jkunu ħallsu għall-azzjonijiet tal-kumpannija li qiegħda tirċievi l-offerta matul l-aħħar tnax-il xahar. Jekk l-azzjonijiet ikunu ġew akkwistati bi prezzijiet differenti, il-prezz ta’ xiri lura għandu jkun l-ogħla prezz ta’ xiri tal-azzjonijiet matul it-tnax-il xahar preċedenti għas-seħħ taċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 66(1) ta’ din il-liġi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>il-prezz medju ponderat tal-azzjoni f’suq irregolat jew f’sistema multilaterali ta’ kummerċ bl-ikbar volum ta’ skambji għall-azzjoni kkonċernata matul l-aħħar tnax-il xahar. Il-prezz medju ponderat tal-azzjoni għandu jiġi kkalkolat abbażi tal-aħħar tnax-il xahar preċedenti għas-seħħ taċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 66(1) ta’ din il-liġi;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>il-valur tal-azzjoni li jiġi kkalkolat billi l-assi nett tal-kumpannija li qiegħda tirċievi l-offerta jiġu diviżi bin-numru ta’ azzjonijiet maħruġa. Sabiex jiġu kkalkolati l-assi netti, għandhom jitnaqqsu mill-assi totali l-azzjonijiet miżmuma mill-kumpannija stess li qiegħda tirċievi l-offerta, kif ukoll l-impenji tagħha. Jekk il-kumpannija li qiegħda tirċievi l-offerta jkollha azzjonijiet b’valuri nominali differenti, sabiex jiġi kkalkolat il-valur tal-azzjoni, l-assi netti għandhom jinqasmu skont x’jirrappreżentaw proporzjonalment l-azzjonijiet ta’ ċertu valur nominali fil-kapital tal-kumpannija.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 74(2) tal-FITL:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Għall-finijiet tal-kalkolu tal-valur ta’ azzjoni mixtrija lura skont il-punt 3 tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, id-data użata hija dik li toħroġ mill-aħħar kontijiet annwali tal-kumpannija li qiegħda tirċievi l-offerta approvati mil-laqgħa tal-azzjonisti u li kienu s-suġġett ta’ rapport ta’ awditjar. Il-perijodu ta’ żmien bejn l-aħħar jum tas-sena finanzjarja li hija s-suġġett tar-rapport annwali u d-data li fiha l-offerta tiġi sottomessa lill-kummissjoni [tas-swieq finanzjarji] ma jistax ikun ta’ iktar minn sittax-il xahar. Meta, skont it-testi applikabbli, il-kumpannija li qiegħda tirċievi l-offerta tipprepara rapport annwali mhux iktar tard minn seba’ xhur wara t-tmiem tas-sena ta’ referenza, il-perijodu ta’ żmien bejn l-aħħar jum tas-sena finanzjarja li fir-rigward tagħha r-rapport annwali huwa ppreparat u d-data li fiha l-offerta hija sottomessa lill-kummissjoni [tas-swieq finanzjarji] ma jistax ikun ta’ iktar minn 19‑il xahar. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-valur ta’ azzjoni, għandha tintuża d-data li toħroġ mill-aħħar rapport trimestrali tal-kumpannija li qiegħda tirċievi l-offerta jekk il-valur tal-azzjonijiet ikkalkolat bl-użu ta’ din id-data jkun mill-inqas ogħla minn 10 % mill-valur miksub abbażi tad-data tar-rapport annwali. Jekk il-kumpannija li qiegħda tirċievi l-offerta tipprepara wkoll rapport annwali kkonsolidat, hija tuża d-data li toħroġ minn dan ir-rapport sabiex tiddetermina l-valur tal-azzjoni mixtrija lura. Jekk il-kumpannija li qiegħda tirċievi l-offerta tipprepara kontijiet annwali kemm taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat fejn hija stabbilita kif ukoll skont l-istandards internazzjonali ta’ informazzjoni finanzjarja, hija għandha tuża d-data li toħroġ mill-kontijiet ippreparati skont l-istandards internazzjonali ta’ informazzjoni finanzjarja.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tal-Valsts pārvaldes iestāžu nodarīto zaudējumu atlīdzināšanas likums (il-Liġi dwar il-Kumpens għal Danni Kkawżati minn Awtoritajiet Nazzjonali) (<HT TYPE="ITALIC">Latvijas Vēstnesis</HT> 2005, Nru 96), fil-verżjoni tagħha applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Liġi dwar il-Kumpens għal Danni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Determinazzjoni tad-Dannu Materjali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex jiġi stabbilit l-ammont adegwat tas-somma li għandha tingħata bħala kumpens għad-dannu kkawżat mill-awtorità kkonċernata, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni r-raġunijiet ta’ fatt u ta’ liġi li fuqhom huma bbażati l-atti ta’ din l-awtorità, kif ukoll l-atti tal-persuna leża.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex jiġi stabbilit l-ammont adegwat tas-somma li għandha tingħata bħala kumpens għad-dannu kkawżat mill-awtorità kkonċernata, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll iċ-ċirkustanzi rilevanti l-oħra tal-każ inkwistjoni, jekk ikun possibbli li dawn jiġu pprovati b’mod oġġettiv.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Bħala regola ġenerali, l-ammont ta’ kumpens huwa ddeterminat fuq il-bażi tal-ammont ikkalkolat skont l-Artikolu 12 ta’ din il-liġi u huwa:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>jekk l-ammont ikkalkolat ma jaqbiżx EUR <FT TYPE="NUMBER">142288</FT>, 100 % ta’ dan l-ammont;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>jekk l-ammont ikkalkolat ikun bejn EUR <FT TYPE="NUMBER">142289</FT> u EUR <FT TYPE="NUMBER">1422872</FT>, bejn 50 u 100 % ta’ dan l-ammont;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>jekk l-ammont ikkalkolat jaqbeż EUR <FT TYPE="NUMBER">1422872</FT>, ammont raġonevoli, li jista’ jkun inqas minn 50 % ta’ dan l-ammont;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="6"?><PARAG IDENTIFIER="013.004"><NO.PARAG>4)</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità tista’ <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tikkumpensa d-dannu materjali mġarrab mill-persuna leża mhux billi tħallasha kumpens, iżda billi tqiegħdha mill-ġdid fis-sitwazzjoni ta’ fatt li kienet tinsab fiha qabel ma l-patrimonju tagħha ġarrab dan id-dannu.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(1) tal-Konsolidēto gada pārskatu likums (il-Liġi dwar ir-Rapporti Finanzjarji Kkonsolidati) (<HT TYPE="ITALIC">Latvijas Vēstnesis</HT> 2006, Nru 178), fil-verżjoni tagħha applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Liġi dwar ir-Rapporti Finanzjarji Kkonsolidati<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Modalitajiet ta’ konsolidazzjoni tar-rapporti finanzjarji tal-kumpanniji<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Ir-rapporti finanzjarji kkonsolidati huma r-riżultat tal-kombinazzjoni tal-kontijiet annwali tal-kumpannija omm tal-grupp u tal-kontijiet annwali tas-sussidjarji kkonċernati, fir-rigward tal-ammonti indikati fil-kontijiet annwali rispettivi tagħhom bħala attiv, passiv, kapital proprju, dħul u nfiq (spejjeż). L-elementi tal-attiv u tal-passiv fil-karti tal-bilanċ tal-kumpanniji kkonsolidati jiġu integrati kollha kemm huma fil-karta tal-bilanċ ikkonsolidata. Il-profitti jew it-telf ta’ dawn il-kumpanniji huma inklużi fl-intier tagħhom fil-kalkolu tal-profitti u tat-telf ikkonsolidati.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 21 ta’ din il-liġi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Preżentazzjoni tal-ishma tal-azzjonisti minoritarji<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="021.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-proporzjon tal-kapital proprju tas-sussidjarji kkonsolidati li tikkorrispondi għall-azzjonijiet u għall-ishma miżmuma minn azzjonisti minoritarji għandha tiġi indikata bħala oġġett separat tal-kapital proprju, taħt it-terminu ‘sehem ta’ azzjonisti minoritarji.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="021.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-profitti u t-telf tas-sena li jidhru fil-kontijiet tas-sussidjarji kkonsolidati u li jikkorrispondu għall-azzjonijiet u għall-ishma miżmuma minn azzjonisti minoritarji għandhom jiġu indikati bħala oġġett ikkonsolidat separat li jikkonċerna l-kalkolu tal-profitti u tat-telf, taħt it-terminu <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Parti tal-azzjonisti minoritarji fil-profitti u fit-telf<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="2019" ID="QE0025"/>.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Peress li akkwistat 93.24 % tal-azzjonijiet bi dritt tal-vot ta’ Ventspils Nafta, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kellha l-obbligu, skont il-FITL, li tagħmel offerta obbligatorja ta’ xiri lura tal-azzjonijiet ta’ din il-kumpannija. Għal dan il-għan, hija ppreżentat quddiem il-Kummissjoni tas-Swieq Finanzjarji <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>prospett<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> li jesponi l-offerta tagħha ta’ xiri lura, fejn indikat li l-prezz tax-xiri lura kien ta’ EUR 3.12 għal kull azzjoni tal-imsemmija kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Billi bbażat ruħha fuq il-punt 3 tal-Artikolu 74(1) tal-FITL, il-Kummissjoni tas-Swieq Finanzjarji ċaħdet, fis-<DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, il-kalkoli tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali. Sussegwentement, permezz tad-deċiżjoni kontenzjuża, hija awtorizzat lil din tagħmel offerta obbligatorja ta’ akkwiżizzjoni bil-prezz ta’ EUR 4.56 għal kull azzjoni tal-istess kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali adixxiet lill-Administratīvā apgabaltiesa (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali, il-Latvja) b’rikors intiż sabiex tiġi ddikjarata l-illegalità ta’ din id-deċiżjoni u sabiex tikseb kumpens għad-dannu li hija allegatament ġarrbet minħabba din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali sostniet li l-Artikolu 74 tal-FITL kellu l-għan li jiffissa l-metodu ta’ kalkolu tal-prezz tax-xiri lura ta’ azzjoni, b’tali mod li dan ikun ġust u konformi mas-sitwazzjoni tas-suq ikkonċernat. Għal dan il-għan, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-assi totali reali ta’ Ventspils nafta u mhux l-ammont tal-assi indikati fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati marbut ma’ din il-kumpannija, li jinkludi l-attiv u l-passiv tas-sussidjarji kollha tagħha, inklużi l-ishma miżmuma f’dawn is-sussidjarji minn azzjonisti minoritarji, li la jikkostitwixxu assi u lanqas impenji tal-imsemmija kumpannija. Hija kkonkludiet li, fid-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni tas-Swieq Finanzjarji kienet żiedet b’mod mhux iġġustifikat il-prezz tal-azzjoni ta’ Ventspils nafta billi ħadet inkunsiderazzjoni assi li ma jappartjenux lil din ta’ l-aħħar.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tas-Swieq Finanzjarji sostniet li bbażat ruħha fuq l-istandard IFRS 10, riprodott fir-Regolament Nru 1254/2012, li jistabbilixxi l-prinċipji dwar il-preparazzjoni ta’ rapporti finanzjarji kkonsolidati fil-każijiet fejn kumpannija tkun tikkontrolla kumpannija waħda jew iktar u li l-punt 22 tiegħu jipprovdi li sehem li ma jagħtix il-kontroll għandu jiġi indikat, fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati, bħala element tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>kapital proprju<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. Hija ppreċiżat li l-ammont tal-assi indikat f’dawn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji ma kienx jippermetti li jiġi ddeterminat liema parti mill-assi kienet miżmuma minn azzjonisti maġġoritarji u liema parti kienet miżmuma minn azzjonisti minoritarji. Minn dan hija ddeduċiet li kien ikun kuntrarju għall-għan tal-Artikolu 74 tal-FITL li jitnaqqsu mill-assi ta’ Ventspils nafta l-ishma li ma jagħtux il-kontroll, peress li l-iffissar tal-prezz għal kull azzjoni permezz tal-valur totali tal-assi ta’ din il-kumpannija jippermetti li dan il-prezz jiġi ffissat għall-eqreb valur reali ta’ din l-azzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20170310">10 ta’ Marzu 2017</DATE>, l-Administratīvā apgabaltiesa (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali) laqgħet parzjalment it-talba tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, billi ddikjarat id-deċiżjoni kontenzjuża bħala illegali u kkundannat lill-Kummissjoni tas-Swieq Finanzjarji tagħti lil din kumpens ta’ 50 % tad-dannu mġarrab minħabba din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-Administratīvā apgabaltiesa (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali) irrilevat li l-punt 3 tal-Artikolu 74(1) tal-FITL ma kien jagħti l-ebda kjarifika fir-rigward tal-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>assi totali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>assi netti<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> li kien juża. Hija enfasizzat li dan ma kienx ġie diskuss, meta, fl-2006, il-leġiżlatur Latvjan kien ippreveda, fir-rigward ta’ din id-dispożizzjoni, l-obbligu li tintuża data li toħroġ mir-rapporti finanzjarji kkonsolidati sabiex jiġi ddeterminat il-prezz ta’ azzjoni. Hija osservat li, għalkemm l-Artikolu 74(1) tal-FITL ma huwiex ifformulat fis-sens li l-metodi msemmija fil-punti 2 u 3 ta’ dan il-paragrafu jistgħu jintużaw biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali, tali użu jista’ jirriżulta mill-fatt li s-suq tal-azzjonijiet Latvjan huwa estremament limitat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Hija kkunsidrat li kellhom jintużaw kriterji oġġettivi ta’ valutazzjoni sabiex jiġi kkalkolat il-prezz ta’ azzjoni u li l-punt 3 tal-Artikolu 74(1) tal-FITL kellu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>assi netti<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> ma jinkludix l-ishma minoritarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Administratīvā apgabaltiesa (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali) qieset li, skont l-Artikolu 13(3) tal-Liġi dwar il-Kumpens għal Danni, kienu jeżistu ċirkustanzi li kienu jiġġustifikaw tnaqqis tal-kumpens ikkalkolat, iżda mingħajr ma dan it-tnaqqis ikun jista’ jeċċedi 50 % tal-ammont mitlub.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tas-Swieq Finanzjarji u r-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentaw appell ta’ kassazzjoni kontra s-sentenza tal-Administratīvā apgabaltiesa (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali), tal-<DATE ISO="20170310">10 ta’ Marzu 2017</DATE>, quddiem l-Augstākās tiesas (Senāts) (il-Qorti Suprema, il-Latvja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tas-Swieq Finanzjarji tqis li l-Administratīvā apgabaltiesa (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali) ma ħaditx inkunsiderazzjoni diversi ċirkustanzi li jeskludu l-interpretazzjoni li hija adottat tal-punt 3 tal-Artikolu 74(1) tal-FITL. B’hekk, l-obbligu li tiġi inkluża, għall-kalkolu tal-prezz ta’ akkwiżizzjoni għal kull azzjoni, data li toħroġ mir-rapporti finanzjarji kkonsolidati jagħmel parti mill-modifiki tal-FITL adottati għall-finijiet tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/25 fid-dritt Latvjan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tas-Swieq Finanzjarji ssostni li l-Administratīvā apgabaltiesa (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali) interpretat il-punt 3 tal-Artikolu 74(1) tal-FITL b’mod kuntrarju għall-għan ewlieni tad-Direttiva 2004/25, li huwa li jiġu protetti l-interessi tal-azzjonisti minoritarji fil-proċess ta’ ffissar tal-prezz tal-azzjonijiet mixtrija lura. Din il-kummissjoni tispeċifika li, billi inkludiet fil-kalkolu tal-prezz tax-xiri lura tal-azzjonijiet ta’ Ventspils nafta s-sehem tal-azzjonisti minoritarji tagħha fil-kapital tas-sussidjarji ta’ din tal-aħħar, hija kkonformat ruħha mal-għan tad-Direttiva 2004/25, u kkalkolat dan il-prezz skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) ta’ din id-direttiva, jiġifieri skont <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>kriterji [oġġettivi] ta’ valutazzjoni li ġeneralment jintużaw fl-analiżi finanzjarja<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali titlob l-annullament tas-sentenza tal-Administratīvā apgabaltiesa (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali) sa fejn din tal-aħħar ċaħdet parzjalment it-talba tagħha għal kumpens għad-dannu mġarrab minħabba d-deċiżjoni kontenzjuża. Hija ssostni li l-punt 3 tal-Artikolu 13(3) tal-Liġi dwar il-Kumpens għal Danni jippermetti li jiġi kkumpensat id-dannu kollu mġarrab u li jekk jiġi aċċettat, fl-assenza ta’ ċirkustanzi partikolari, tnaqqis tal-kumpens li jista’ jammonta sa 50 % ta’ dan id-dannu, dan jista’ jwassal għal sitwazzjonijiet li fihom l-awtorità pubblika titratta b’mod inqas rigoruż kwistjonijiet diffiċli ta’ interpretazzjoni tal-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tenfasizza li, sabiex jiġi interpretat korrettament il-punt 3 tal-Artikolu 74(1) tal-FITL, għandu jiġi ddeterminat jekk il-metodu li din id-dispożizzjoni tipprevedi għall-kalkolu tal-prezz għal kull azzjoni huwiex metodu ekwu għall-iffissar tal-prezz, fis-sens tad-Direttiva 2004/25.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Hija tistaqsi jekk l-inklużjoni ta’ sehem minoritarju fl-assi netti, li jservi bħala bażi għall-kalkolu tal-prezz tax-xiri lura għal kull azzjoni, twassalx sabiex jiġi ddeterminat prezz raġonevoli, fis-sens ta’ din id-direttiva, u jekk din hijiex, konsegwentement, konformi mal-għanijiet ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Hija tfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Istati Membri għandhom marġni ta’ diskrezzjoni sabiex jiddefinixxu ċ-ċirkustanzi li fihom l-awtoritajiet superviżorji tagħhom jistgħu jibdlu l-prezz tax-xiri lura għal kull azzjoni, bil-kundizzjoni madankollu li dawn iċ-ċirkustanzi jkunu ddeterminati b’mod ċar. Issa, hija tistaqsi jekk il-metodu ta’ kalkolu tal-assi netti li jinsab fil-punt 3 tal-Artikolu 74(1) tal-FITL jissodisfax din il-kundizzjoni, filwaqt li tirrileva li l-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>assi totali<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>assi netti<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> ma humiex spjegati la f’din id-dispożizzjoni u lanqas f’xi dispożizzjoni oħra ta’ din il-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar jekk il-punt 3 tal-Artikolu 74(1) u l-Artikolu 74(2) tal-FITL, li ma jindikawx b’mod ċar jekk, għall-finijiet tal-kalkolu tal-prezz tax-xiri lura għal kull azzjoni, l-assi netti għandhomx ukoll jinkludu sehem minoritarju, humiex konformi mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kompatibbiltà tal-Artikolu 13(3) tal-Liġi dwar il-Kumpens għal Danni mal-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, b’mod iktar partikolari mal-prinċipju ta’ effettività, fid-dawl tal-fatt li, skont din id-dispożizzjoni, l-ammont tal-kumpens jista’ jitnaqqas mingħajr limitu meta d-dannu mġarrab ikun ogħla minn EUR <FT TYPE="NUMBER">1422872</FT>. Hija tistaqsi wkoll jekk il-kundizzjonijiet kollha għar-responsabbiltà tal-Istat humiex issodisfatti, b’mod partikolari jekk ir-regoli applikabbli tad-Direttiva 2004/25 jagħtux drittijiet lill-individwi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi l-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE> fuq offerti ta’ xiri, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, għall-finijiet ta’ offerta obbligatorja ta’ xiri lura, il-valur tal-azzjoni għandu jiġi kkalkolat billi l-attiv nett tal-kumpannija li qegħda tirċievi l-offerta (inkluż is-sehem ta’ azzjonist minoritarju li, għaldaqstant, ma jagħtix kontroll) jiġi diviż bin-numru ta’ azzjonijiet maħruġa?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta negattiva fir-rigward tal-punt dwar jekk is-sehem ta’ azzjonist minoritarju (li, għaldaqstant, ma jagħtix kontroll) għandux jiġi inkluż fl-attiv nett tal-kumpannija li qegħda tirċievi l-offerta, il-metodu tal-iffissar tal-prezz tal-azzjoni jista’ jitqies bħala ddeterminat b’mod ċar fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25, jekk ikun neċessarju, sabiex jinftiehem il-kontenut ta’ dan il-metodu, li jiġi applikat wieħed mill-metodi ta’ interpretazzjoni praetorjana tad-dritt, jiġifieri dak tat-tnaqqis teleoloġiku?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="9"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25, jiġifieri d-dispożizzjoni ta’ din id-direttiva dwar l-iffissar ta’ prezz ekwu, jipprekludi leġiżlazzjoni li tipprevedi li għandu jintgħażel l-ogħla prezz fost it-tliet varjanti possibbli sussegwenti?</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Il-prezz li [bih] l-offerent jew li l-persuni li qegħdin jaġixxu bi qbil miegħu kisbu [l]-azzjonijiet tal-kumpannija li qegħda tirċievi l-offerta matul l-aħħar tnax-il xahar. Jekk l-azzjonijiet inxtraw bi prezzijiet differenti, il-prezz ta’ xiri lura għandu jkun l-ogħla prezz ta’ xiri tal-azzjonijiet matul it-tnax-il xahar preċedenti għat-tnissil tal-obbligu legali li ssir offerta ta’ xiri lura;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Il-prezz medju ponderat tal-azzjoni f’suq irregolat jew f’sistema multilaterali ta’ kummerċ bl-ikbar volum ta’ skambji għall-azzjoni kkonċernata matul l-aħħar tnax-il xahar. Il-prezz medju ponderat tal-azzjoni għandu jiġi kkalkolat abbażi tal-aħħar tnax-il xahar preċedenti għat-tnissil tal-obbligu legali li ssir offerta ta’ xiri lura;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Il-valur tal-azzjoni li jiġi kkalkolat billi l-attiv nett tal-kumpannija li qegħda tirċievi l-offerta jiġi diviż bin-numru ta’ azzjonijiet maħruġa. Sabiex jiġi kkalkolat l-attiv nett, għandhom jitnaqqsu mill-attiv totali l-azzjonijiet miżmuma mill-kumpannija stess li qegħda tirċievi l-offerta, kif ukoll l-impenji tagħha. Jekk il-kumpannija li qegħda tirċievi l-offerta jkollha azzjonijiet b’valuri nominali differenti, sabiex jiġi kkalkolat il-valur tal-azzjoni, l-attiv nett għandu jinqasam skont x’jirrappreżentaw proporzjonalment l-azzjonijiet ta’ ċertu valur nominali fil-kapital tal-kumpannija.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Jekk il-metodu ta’ kalkolu ddefinit fil-leġiżlazzjoni nazzjonali (fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali li l-Istati Membri għandhom permezz tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25) iwassal għal prezz ogħla minn dak li kieku ġie applikat l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tal-istess direttiva, ikun konformi mal-għan tad-Direttiva li dejjem jintgħażel l-ogħla prezz?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Jekk individwu jissubixxi dannu minħabba l-applikazzjoni żbaljata tad-dritt tal-Unjoni, id-dritt nazzjonali jista’ jipprevedi limitu fir-rigward tal-kumpens għal dan id-dannu meta tali limitu japplika kemm fir-rigward tad-danni subiti minħabba applikazzjoni żbaljata tad-dritt nazzjonali kif ukoll fir-rigward ta’ dawk subiti minħabba applikazzjoni żbaljata tad-dritt tal-Unjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/25, bħal dawk inkwistjoni f’din il-kawża, jagħtu drittijiet lill-individwi; fi kliem ieħor, ir-rekwiżit korrispondenti għar-responsabbiltà tal-Istat huwa ssodisfatt?<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, is-soluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali tiddependi, essenzjalment, mill-kwistjoni dwar, minn naħa, jekk l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25 jipprekludix il-metodu ta’ ffissar tal-prezz raġonevoli previst minn leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, għall-finijiet ta’ OPA, il-valur tal-azzjoni jinkiseb billi l-assi netti tal-kumpannija li qiegħda tirċievi l-offerta, inkluż is-sehem ta’ azzjonist minoritarju li, konsegwentement, ma jagħtix il-kontroll, jiġu diviżi bin-numru ta’ azzjonijiet maħruġa. Min-naħa l-oħra, hija tqis neċessarju li tikseb risposta fuq il-punt dwar jekk din id-direttiva tagħtix drittijiet lill-individwi u jekk id-dritt tal-Unjoni jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-kumpens għad-dannu mġarrab minħabba l-applikazzjoni żbaljata ta’ dan id-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Peress li d-diversi domandi preliminari jikkoinċidu fuq diversi livelli, dawn għandhom jinġabru flimkien, sabiex il-qorti tar-rinviju tingħata l-iktar risposti preċiżi possibbli.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet u r-raba’ domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet u r-raba’ domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25 jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi tliet metodi sabiex jiġi ddeterminat il-prezz raġonevoli li bih l-offerent għandu jixtri lura l-azzjonijiet ta’<?PAGE NO="10"?> kumpannija, fosthom il-metodu li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(4) ta’ din id-direttiva, u li timponi li dejjem jiġi adottat il-metodu li jwassal għall-ogħla prezz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Kif jirriżulta b’mod partikolari mill-premess 9 tagħha, id-Direttiva 2004/25 għandha bħala għan li tipproteġi l-interessi tad-detenturi ta’ sigurtajiet ta’ kumpanniji li l-kontroll tagħhom ikun ittieħed minn persuna fiżika jew ġuridika u hija intiża, f’din il-perspettiva, li tiżgura ċ-ċarezza u t-trasparenza tar-regoli fil-qasam tal-OPA (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Marco Tronchetti Provera <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑206/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:572">EU:C:2017:572</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għaldaqstant, konformement mal-Artikolu 1(1) tagħha, din id-direttiva tipprevedi miżuri ta’ koordinazzjoni tad-drittijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-OPA ta’ sigurtajiet ta’ kumpanniji li jaqgħu taħt id-dritt ta’ wieħed minn dawn l-Istati, meta dawn is-sigurtajiet kollha jew parti minnhom ikunu ammessi għall-kummerċ f’suq irregolat (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Marco Tronchetti Provera <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑206/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:572">EU:C:2017:572</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva jistabbilixxi, billi jikklassifikahom bħala prinċipji ġenerali, il-prinċipji gwida li għandhom jiġu osservati fl-applikazzjoni tagħha, fosthom dak li, meta persuna tikseb il-kontroll ta’ kumpannija, id-detenturi tas-sigurtajiet għandhom ikunu protetti (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Marco Tronchetti Provera <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑206/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:572">EU:C:2017:572</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Bl-għan li tiġi żgurata l-osservanza tal-imsemmija prinċipji, l-Artikolu 3(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2004/25 jipprevedi li l-Istati Membri, minn naħa, għandhom jaraw li r-rekwiżiti minimi stabbiliti minn din id-direttiva jiġu osservati u, min-naħa l-oħra, ikunu jistgħu jipprevedu kundizzjonijiet addizzjonali u dispożizzjonijiet iktar stretti minn dawk li huma previsti mill-imsemmija direttiva sabiex jiġu rregolati l-offerti (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Marco Tronchetti Provera <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑206/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:572">EU:C:2017:572</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>Il-protezzjoni ta’ l-azzjonisti f’minoranza, l-offerta obbligatorja u l-prezz raġonevoli<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, l-Artikolu 5 tal-istess direttiva jipprevedi, bl-għan li jiġu protetti l-interessi tad-detenturi ta’ sigurtajiet ta’ kumpanniji, essenzjalment żewġ regoli li huma imposti fuq l-Istati Membri u oħra li huma jistgħu jagħżlu li japplikaw (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Marco Tronchetti Provera <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑206/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:572">EU:C:2017:572</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>L-ewwel nett, l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/25 jistabbilixxi l-prinċipju tal-offerta obbligatorja ta’ akkwiżizzjoni tas-sigurtajiet ta’ kumpannija speċifika. B’dan il-mod, huwa jipprevedi li, fejn persuna fiżika jew ġuridika, wara akkwiżizzjoni magħmula minnha jew minn persuni li qed jaħdmu magħha, iżżomm sigurtajiet ta’ kumpannija li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, li, b’żieda mal-ishma kollha tagħha u tal-persuni li qed jaħdmu flimkien magħha jżommu diġà, b’mod dirett jew indirett, jagħtuha perċentwali speċifika tad-drittijiet tal-vot f’dik il-kumpannija, li jagħtuha l-kontroll tal-istess kumpannija, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li din il-persuna tkun obbligata tagħmel offerta bħala mezz ta’ protezzjoni għall-azzjonisti minoritarji ta’ din il-kumpannija, u din l-offerta għandha tkopri l-ishma kollha ta’ dawn l-azzjonisti bi prezz raġonevoli kif iddefinit fl-Artikolu 5(4) tal-imsemmija direttiva (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Marco Tronchetti Provera <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑206/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:572">EU:C:2017:572</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Sussegwentement, bl-għan ukoll li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-azzjonisti minoritarji tal-kumpannija koperta mill-OPA, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25 jikkunsidra bħala prezz raġonevoli l-ogħla prezz imħallas għall-istess sigurtajiet mill-offerent, jew mill-persuni li jaħdmu flimkien miegħu, matul perijodu ddeterminat mill-Istati Membri, ta’ mhux inqas minn sitt xhur u ta’ mhux iktar minn tnax-il xahar qabel l-offerta msemmija fl-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Marco Tronchetti Provera <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑206/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:572">EU:C:2017:572</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25 jipprevedi li, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom, imsemmija fl-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva, sabiex jibdlu l-prezz raġonevoli f’ċirkustanzi u skont kriterji ddeterminati b’mod ċar. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu, minn naħa, jikkompilaw lista ta’ ċirkustanzi li fihom dan il-prezz raġonevoli jista’ jiġi mibdul, ’il fuq jew ’l isfel, u, minn naħa l-oħra, jiddefinixxu l-kriterji li għandhom jintużaw f’dawn il-każijiet, filwaqt li jingħad li dawn iċ-ċirkustanzi u kriterji għandhom jiġu ddeterminati b’mod ċar. Eżempji ta’ tali ċirkustanzi u ta’ tali kriterji jissemmew fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tal-imsemmija direttiva (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Marco Tronchetti Provera <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑206/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:572">EU:C:2017:572</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għalhekk, sabiex jiġi ffissat il-prezz raġonevoli tas-sigurtajiet li huma s-suġġett ta’ OPA, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25 jistabbilixxi metodu li, skont il-premessa 9 ta’ din, jissodisfa definizzjoni komuni fi ħdan l-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-istruttura tal-Artikolu 5(4) ta’ din id-direttiva timponi li dan il-metodu għall-iffissar tal-prezz raġonevoli għandu jkun l-uniku metodu permess f’dan ir-rigward. Fil-fatt, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tal-imsemmija direttiva jipprevedi, meta l-Istati Membri jkunu għażlu tali fakultà, li huwa possibbli li jinbidel il-prezz raġonevoli, kif previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tal-istess direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Konsegwentement, huwa biss fil-kuntest ta’ din is-setgħa ta’ tibdil tal-prezz raġonevoli tas-sigurtajiet li huma s-suġġett ta’ OPA li l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom sabiex jiddeterminaw il-prezz li bih dawn is-sigurtajiet għandhom jinbiegħu, skont metodi li huma differenti minn dak previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Madankollu, meta leġiżlazzjoni nazzjonali tipprovdi li l-prezz raġonevoli għandu jiġi ddeterminat skont diversi metodi, li wieħed minnhom jirriproduċi dak previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(4) ta’ din id-direttiva, jista’, taħt ċerti kundizzjonijiet, jitqies li l-metodi l-oħra previsti jikkorrispondu għas-setgħa ta’ tibdil tal-prezz raġonevoli prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati f’dan ir-rigward huma dawk li jirriżultaw mit-test innifsu ta’ din l-aħħar dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Minn naħa, il-metodi ta’ ffissar tal-prezz raġonevoli, differenti minn dak previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25, għandhom jiġu applikati mill-awtoritajiet superviżorji stabbiliti mill-Istati Membri u b’osservanza tal-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva. Min-naħa l-oħra, dawn il-metodi għandhom jiġu implimentati <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>fiċ-ċirkustanzi u skont il-kriterji li huma ddeterminati b’mod ċar<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandha titfakkar il-ġurisprudenza li tgħid li, sabiex jiġu osservati kemm il-prinċipju ta’ ċertezza legali kif ukoll in-neċessità li tiġi ggarantita l-applikazzjoni sħiħa tad-direttivi, fid-dritt u mhux biss fil-fatt, ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2004/25 għandhom jiġu riprodotti f’kuntest legali ċar, preċiż u trasparenti li jipprevedi dispożizzjonijiet vinkolanti fil-qasam ikkonċernat minnha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Marco Tronchetti Provera <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑206/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:572">EU:C:2017:572</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Istati Membri huma obbligati jiżguraw ruħhom, permezz tal-istrument legali tal-għażla tagħhom, li ċ-ċirkustanzi u l-kriterji, li fid-dawl tagħhom tiġi implimentata l-bidla tal-prezz raġonevoli, huma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>ddeterminati b’mod ċar<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk il-FITL, eventwalment moqrija fid-dawl tal-motivi ta’ din il-liġi, tissodisfax tali rekwiżiti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ma jistax jiġi eskluż li, f’ċirkustanza partikolari, il-bidla tal-prezz raġonevoli twassal dejjem għall-iffissar ta’ prezz ogħla minn dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Mill-bqija, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) ta’ din id-direttiva jikkonferma din l-ipoteżi, peress li jipprevedi li, fid-dawl tal-lista taċ-ċirkustanzi speċifiċi, eventwalment stabbilita mill-Istat Membru kkonċernat, l-ogħla prezz jista’ jinbidel ’il fuq jew ’l isfel. Għalhekk, ċirkustanza speċifika, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, tista’ dejjem twassal għall-iffissar ta’ prezz ogħla mill-prezz raġonevoli, kif jixhdu l-eżempji ċċitati fl-imsemmija dispożizzjoni, b’mod partikolari meta l-prezz raġonevoli, kif previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tal-imsemmija direttiva, ikun ġie stabbilit permezz ta’ ftehim konkluż bejn ix-xerrej u bejjiegħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għat-tielet u għar-raba’ domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi tliet metodi sabiex jiġi ddeterminat il-prezz raġonevoli li bih l-offerent għandu jixtri lura l-azzjonijiet ta’ kumpannija, fosthom il-metodu li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(4) ta’ din id-direttiva, u li timponi li dejjem jiġi adottat il-metodu li jwassal għall-ogħla prezz, bil-kundizzjoni li l-metodi ta’ determinazzjoni tal-prezz raġonevoli, minbarra dawk li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(4), jiġu applikati mill-awtorità superviżorja, filwaqt li jiġu osservati l-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva, kif ukoll f’ċirkustanzi u skont kriterji ddeterminati permezz ta’ qafas legali ċar, preċiż u trasparenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel u tat-tieni domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25 jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, għall-finijiet ta’ OPA, il-valur tal-azzjoni jinkiseb billi l-assi netti tal-kumpannija li qiegħda tirċievi l-offerta, inkluż is-sehem ta’ azzjonist minoritarju, li, konsegwentement, ma jagħtix il-kontroll, jiġu diviżi bin-numru ta’ azzjonijiet maħruġa, sa fejn dan ma huwiex metodu ta’ ffissar tal-prezz li jista’ jiġi kkunsidrat li jissodisfa kriterji <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>ddeeterminati b’mod ċar<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi rrilevat li, permezz tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni tas-Swieq Finanzjarji awtorizzat lir-rikorrenti fil-kawża prinċipali sabiex tagħmel offerta obbligatorja għax-xiri lura tal-azzjonijiet tal-kumpannija li qiegħda tirċievi l-offerta abbażi tal-metodu għall-iffissar tal-prezz tal-azzjonijiet, previst fil-punt 3 tal-Artikolu 74(1) tal-FITL, li jipprevedi li l-valur tal-azzjoni jiġi kkalkolat billi l-assi netti ta’ din il-kumpannija jiġu diviżi bin-numru ta’ azzjonijiet maħruġa. Skont l-Artikolu 74(2) tal-FITL, id-data użata f’dan ir-rigward hija, meta l-kumpannija li qiegħda tirċievi l-offerta tipprepara rapport finanzjarju kkonsolidat, dik li toħroġ minn dan ir-rapport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Għandu jiġi indikat ukoll, minn naħa, li l-Artikolu 14(1) tal-Liġi dwar ir-Rapporti Finanzjarji Kkonsolidati jipprevedi li r-rapporti finanzjarji kkonsolidati huma r-riżultat tal-kombinazzjoni tal-kontijiet annwali tal-kumpannija omm tal-grupp u ta’ dawk tas-sussidjarji kkonċernati u, min-naħa l-oħra, li l-Artikolu 21 ta’ din il-liġi jippreċiża li l-parti tal-kapital proprju tas-sussidjarji kkonsolidati li tikkorrispondi għall-azzjonijiet u għall-ishma miżmuma minn azzjonisti minoritarji hija indikata bħala oġġett separat tal-kapital proprju, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>Sehem tal-azzjonisti minoritarji<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Għalhekk, sabiex jiġi ddeterminat il-prezz tal-azzjonijiet tal-kumpannija li qiegħda tirċievi l-offerta, il-Kummissjoni tas-Swieq Finanzjarji inkludiet, fid-deċiżjoni kontenzjuża, fost l-assi netti ta’ din il-kumpannija, l-ishma miżmuma minn azzjonisti minoritarji fis-sussidjarji tagħha, jiġifieri ishma li l-imsemmija kumpannija ma hijiex il-proprjetarja tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, kif jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-punt 45 ta’ din is-sentenza, għandu jitfakkar li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25 jipprevedi li, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 3(1), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom, imsemmija fl-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva, sabiex jibdlu l-prezz raġonevoli f’ċirkustanzi u skont kriterji ddeterminati b’mod ċar (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Marco Tronchetti Provera <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑206/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:572">EU:C:2017:572</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25 jipprovdi, barra minn hekk, li, meta l-Istati Membri jipprevedu li l-awtoritajiet superviżorji tagħhom jistgħu jibdlu l-prezz raġonevoli, huma jistgħu jiddefinixxu l-kriterji li għandhom jintużaw f’dan ir-rigward, u jikkwota bħala eżempju l-valur medju tas-suq fuq ċertu perijodu, il-valur tal-likwidazzjoni tal-kumpannija jew kriterji oġġettivi oħra ta’ valutazzjoni li ġeneralment jintużaw fl-analiżi finanzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jitfakkar li, sabiex jiġu osservati kemm il-prinċipju ta’ ċertezza legali kif ukoll in-neċessità li jiġi żgurat l-effett sħiħ tad-direttivi, ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2004/25 għandhom jiġu riprodotti, kif tfakkar fil-punt 52 ta’ din is-sentenza, f’qafas legali ċar, preċiż u trasparenti li jipprevedi dispożizzjonijiet vinkolanti fil-qasam ikkonċernat minnha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Marco Tronchetti Provera <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑206/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:572">EU:C:2017:572</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji li għandu jiġi ddeterminat jekk il-metodu għall-iffissar tal-prezz, li jinkludi, fost l-assi netti tal-kumpannija li qiegħda tirċievi l-offerta ta’ OPA, l-ishma miżmuma minn azzjonisti minoritarji fis-sussidjarji ta’ din, jinkludix kriterji <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>ddeterminati b’mod ċar<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Minn naħa, kif l-Avukat Ġenerali enfasizzat fil-punt 69 tal-konklużjonijiet tagħha, għandu jiġi rrilevat li l-marġni ta’ diskrezzjoni li din id-dispożizzjoni tagħti lill-Istati Membri sabiex jiffissaw, fil-każ ta’ bidla tal-prezz raġonevoli, il-kriterji ta’ determinazzjoni tal-prezz tas-sigurtajiet li huma s-suġġett ta’ offerta obbligatorja ta’ akkwiżizzjoni huwa limitat mill-għan tal-Artikolu 5(4) kollu tad-Direttiva 2004/25, li huwa li jiġi ddeterminat il-prezz raġonevoli ta’ dawn l-azzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, kif l-Avukat Ġenerali rrilevat fil-punt 71 tal-konklużjonijiet tagħha, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu kwalunkwe kriterju ta’ valutazzjoni rrikonoxxut fl-analiżi finanzjarja li jippermetti li jiġi stabbilit il-valur ekonomiku reali ta’ sehem fil-kumpannija li qiegħda tirċievi l-offerta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fuq dan l-aħħar aspett, l-istandard IFRS 10, inkluż fid-dritt tal-Unjoni fir-Regolament Nru 1254/2012, jieħu inkunsiderazzjoni l-patrimonju tal-kumpannija omm ta’ grupp u l-patrimonji tas-sussidjarji tagħha, flimkien, indipendentement mil-livell tas-sehem ta’ din il-kumpannija f’dawn tal-aħħar. Minn dan jirriżulta li l-assi netti ta’ tali kumpannija omm jiġu ddeterminati billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-ishma miżmuma minn azzjonisti minoritarji fis-sussidjarji tagħha, li huma ddefiniti, fl-Appendiċi A tal-parti tal-anness tar-Regolament Nru 1254/2012 dwar l-istandard IFRS 10, taħt l-isem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>interessi nonkontrollanti<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, bħala li jirreferu għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>[e]kwità f’sussidjarja li ma tkunx attribwita, direttament jew indirettament, lil kumpanija prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Issa, l-istandards internazzjonali ta’ informazzjoni finanzjarja msemmija fir-Regolament Nru 1254/2012 għandhom valur informattiv, peress li l-għan tal-istandard IFRS 10 huwa, skont il-punt 1 tal-parti tal-anness ta’ dan ir-regolament dwar dan l-istandard, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>li jistabbilixxi prinċipji għall-preżentazzjoni u l-preparazzjoni ta’ rapporti finanzjarji konsolidati meta entità waħda tikkontrolla entità waħda oħra jew aktar<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>. F’dan ir-rigward, il-preżentazzjoni tal-ishma li ma jagħtux il-kontroll tippermetti li tiġi żgurata informazzjoni kompleta tat-terzi fir-rigward tal-firxa tal-grupp ta’ kumpanniji u l-portata tal-kontroll eżerċitat mill-kumpannija omm fuq is-sussidjarji tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Għalhekk, l-identifikazzjoni u l-livell tal-ishma miżmuma minn azzjonisti minoritarji fil-kapital tal-kumpanniji sussidjarji ta’ kumpannija omm ta’ grupp ta’ kumpanniji jistgħu jkunu elementi ta’ informazzjoni utli fil-qasam tal-analiżi finanzjarja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-valur tal-ishma tal-kumpannija omm, hija l-qorti tar-rinviju, sabiex tiddetermina jekk dan il-metodu ta’ valutazzjoni jikkostitwixxix kriterju oġġettiv ta’ valutazzjoni li ġeneralment jintuża fl-analiżi finanzjarja, li għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-fatt li tali metodu jeżiġi li jittieħdu inkunsiderazzjoni, kif jirriżulta mill-punti 68 u 69 ta’ din is-sentenza, ishma fil-kumpanniji sussidjarji ta’ kumpannija omm li tagħhom din tal-aħħar ma hijiex il-proprjetarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, kwalunkwe metodu għad-determinazzjoni tal-prezz raġonevoli, li jirriżulta mis-setgħa ta’ bidla prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25, għandu jiġi dedott b’mod suffiċjentement ċar, preċiż u prevedibbli mill-qafas legali li jipprevedih, u dan għandu jkun, huwa wkoll, ċar, preċiż u trasparenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Marco Tronchetti Provera <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑206/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:572">EU:C:2017:572</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li mill-annessi tal-proċess li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha fid-dispożizzjoni tagħha jirriżulta, minn naħa, li l-punt 3 tal-Artikolu 74(1) tal-FITL ma jagħtix definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>assi netti<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, li huwa juża bħala parametru tal-metodu għall-iffissar tal-prezz raġonevoli previst minn din id-dispożizzjoni, u, min-naħa l-oħra, li għalkemm l-Artikolu 21 tal-Liġi dwar ir-Rapporti Finanzjarji Kkonsolidati jipprovdi li l-parti tal-kapital proprju tas-sussidjarji kkonsolidati li tikkorrispondi għall-azzjonijiet u għall-ishma minoritarji għandha tiġi indikata bħala oġġett separat tal-kapital proprju, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>Sehem tal-azzjonisti minoritarji<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, dan l-artikolu ma jinkludix riferiment għall-assi netti tal-kumpannija omm ta’ grupp ta’ kumpanniji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk il-punt 3 tal-Artikolu 74(1) tal-FITL għandux jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>assi netti<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> jista’ jinftiehem b’mod suffiċjentement ċar, preċiż u prevedibbli bħala li jinkludi, fil-każ ta’ kumpannija omm ta’ grupp ta’ kumpanniji, li tistabbilixxi rapport finanzjarju kkonsolidat, l-ishma miżmuma minn azzjonisti minoritarji fis-sussidjarji ta’ din il-kumpannija omm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li l-prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi mad-dritt tal-Unjoni jeżiġi li l-qorti tar-rinviju mhux biss tieħu inkunsiderazzjoni r-regoli nazzjonali kollha ta’ dan id-dritt, iżda wkoll tapplika l-metodi ta’ interpretazzjoni rrikonoxxuti mid-dritt nazzjonali għall-interpretazzjoni tiegħu, sa fejn ikun possibbli, fid-dawl tat-test u tal-għan tad-direttiva inkwistjoni sabiex jintlaħaq ir-riżultat stabbilit minnha u għalhekk li tikkonforma ruħha mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100119">19 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Kücükdeveci</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑555/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:21">EU:C:2010:21</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji li l-qorti tar-rinviju għandha tiddetermina jekk hijiex f’pożizzjoni li tadotta l-interpretazzjoni tal-punt 3 tal-Artikolu 74(1) tal-FITL, imsemmija fil-punt 74 ta’ din is-sentenza, jew jekk, kif jirriżulta mit-talba għal deċiżjoni preliminari, hija għandhiex tadotta interpretazzjoni restrittiva ta’ din id-dispożizzjoni fuq il-livell teleoloġiku, li teskludi t-teħid inkunsiderazzjoni tal-ishma miżmuma mill-azzjonisti minoritarji bħala assi netti tal-kumpannija li qiegħda tirċievi l-offerta ta’ OPA sabiex tiddetermina l-prezz tal-azzjoni ta’ din il-kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għall-ewwel u għat-tieni domanda magħmula għandha tkun li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, għall-finijiet ta’ OPA, il-valur tal-azzjoni jinkiseb billi l-assi netti tal-kumpannija li qiegħda tirċievi l-offerta, inkluż is-sehem ta’ azzjonist minoritarju, li, konsegwentement, ma jagħtix il-kontroll, jiġu diviżi bin-numru ta’ azzjonijiet maħruġa, sakemm dan ma jkunx metodu ta’ ffissar tal-prezz tal-azzjoni, ibbażat fuq kriterju oġġettiv ta’ valutazzjoni li ġeneralment jintuża fl-analiżi finanzjarja u li jista’ jitqies li huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>ddeterminat b’mod ċar<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-sitt domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Permezz tas-sitt domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk id-Direttiva 2004/25 tagħtix, fil-kuntest tal-proċedura ta’ OPA, drittijiet lill-offerent, li jistgħu jiġu implimentati fil-kuntest ta’ azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà tal-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-istabbiliment tar-responsabbiltà tal-Istat għal danni kkawżati lill-individwi minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni imputabbli lilu, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet diversi drabi li l-individwi leżi għandhom dritt għal kumpens ladarba jkunu ssodisfatti tliet kundizzjonijiet, li huma li r-regola tad-dritt tal-Unjoni miksura jkollha l-għan li tagħtihom drittijiet, li l-ksur ta’ din ir-regola jkun suffiċjentement serju u li jkun hemm rabta kawżali diretta bejn dan il-ksur u d-danni mġarrba minn dawn l-individwi (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160728">28 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Tomášová</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑168/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:602">EU:C:2016:602</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta wkoll li l-implimentazzjoni ta’ dawn il-kundizzjonijiet li jippermettu l-istabbiliment tar-responsabbiltà tal-Istati Membri għad-danni kkawżati lill-individwi minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni għandha, fil-prinċipju, issir mill-qrati nazzjonali, b’mod konformi mal-gwida pprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex twettaq din l-implemintazzjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Kantarev</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑571/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:807">EU:C:2018:807</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0095">95</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fir-rigward tal-kwistjoni tal-effett dirett tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25, għandu jiġi enfasizzat li tali kundizzjoni ma hijiex meħtieġa mill-ġurisprudenza għall-finijiet tal-istabbiliment tar-responsabbiltà ta’ Stat Membru għal ksur tad-dritt tal-Unjoni, u l-kundizzjoni meħtieġa mill-ġurisprudenza hija marbuta mal-fatt li tali dispożizzjoni tagħti drittijiet lill-individwi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Kantarev</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑571/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:807">EU:C:2018:807</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0097">97</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0104">104</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>It-tieni nett, huwa minnu li l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 2004/25 jipprovdi, b’mod partikolari, li din ma taffettwax is-setgħa tal-Istati Membri, minn naħa, li jadottaw dispożizzjonijiet li jispeċifikaw jekk u f’liema ċirkustanzi l-partijiet fl-offerta għandhom id-dritt li jibdew proċedura amministrattiva jew ġudizzjarja, b’mod partikolari s-setgħa li jista’ jkollhom il-qrati ta’ Stat Membru li jirrifjutaw li jieħdu konjizzjoni ta’ rikors u li jiddeċiedu fuq il-kwistjoni dwar jekk dan jaffettwax ir-riżultat tal-offerta, u, min-naħa l-oħra, li jiddeterminaw ir-regoli legali rigward ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet superviżorji jew dwar ir-riżoluzzjoni tat-tilwim bejn il-partijiet f’offerta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Madankollu, it-tielet sentenza tal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 2004/25, dwar ir-regoli legali rigward ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet superviżorji, ma tistax tfisser li l-Istati Membri jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet li jipprojbixxu lill-partijiet f’OPA milli jippreżentaw azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà tal-Istat minħabba ksur serju tad-dritt tal-Unjoni fl-okkażjoni ta’ tali offerta, u dan għal żewġ raġunijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Minn naħa, din it-tielet sentenza sempliċement tindika li d-Direttiva 2004/25 ma taffettwax is-setgħa tal-Istati Membri li jiddeterminaw ir-regoli legali dwar ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet superviżorji, iżda bl-ebda mod ma tippermetti lill-Istati Membri, bħal fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(6) ta’ din id-direttiva, li ma jiftħux proċedura amministrattiva jew ġudizzjarja kontra l-partijiet fl-OPA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jitfakkar li l-effikaċja sħiħa tad-dritt tal-Unjoni u l-protezzjoni effettiva tad-drittijiet li l-individwi jisiltu minnu jistgħu, jekk ikun il-każ, jiġu żgurati mill-prinċipju tar-responsabbiltà tal-Istat għad-danni kkawżati lill-individwi minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni imputabbli lilu, peress li dan il-prinċipju huwa inerenti għas-sistema tat-trattati li fuqhom din tal-aħħar hija bbażata u huwa validu għal kull każ ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni minn Stat Membru, indipendentement mill-awtorità pubblika responsabbli għall-ksur (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Umwelthilfe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑752/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1114">EU:C:2019:1114</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>It-tielet nett, huwa minnu li l-għan prinċipali tad-Direttiva 2004/25 huwa li tipproteġi l-azzjonisti minoritarji ta’ kumpannija li qiegħda tirċievi OPA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, minn naħa, l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/25 jipprevedi li l-persuna li żżomm sigurtajiet ta’ kumpannija, li, flimkien mal-ishma kollha f’dawn is-sigurtajiet li hija diġà għandha u ma’ dawk tal-persuni li jaħdmu flimkien magħha, jagħtuha direttament jew indirettament perċentwali partikolari ta’ drittijiet tal-vot f’din il-kumpannija li jagħtuha l-kontroll ta’ din, hija obbligata li tagħmel offerta bil-għan li jiġu protetti l-azzjonisti minoritarji tal-imsemmija kumpannija. Min-naħa l-oħra, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(4) ta’ din id-direttiva jindika li l-persuna li hija għalhekk obbligata li tagħmel offerta ta’ akkwiżizzjoni tas-sigurtajiet tal-azzjonisti minoritarji, għandha tipproponi prezz raġonevoli, li jikkorrispondi għall-prezz l-iktar għoli mħallas għall-istess sigurtajiet minnha, jew minn persuni li jaħdmu flimkien magħha, matul perijodu qabel l-offerta, iddeterminat mill-Istati Membri, ta’ mhux inqas minn sitt xhur u ta’ mhux iktar minn tnax-il xahar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Madankollu, ir-regola ta’ ffissar ta’ prezz raġonevoli, li tinsab fl-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25, hija intiża wkoll sabiex tipproteġi lill-offerent sa fejn din tippermetti li jiġi ddeterminat il-prezz massimu li dan ikollu jħallas lill-azzjonisti minoritarji fil-kuntest ta’ OPA, li jikkorrispondi, hekk kif l-Avukat Ġenerali rrilevat fil-punt 38 tal-konklużjonijiet tagħha, għal dak li dan l-offerent kien lest li jħallas matul il-perijodu li ppreċeda din l-offerta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Barra minn hekk, is-setgħa ta’ tibdil tal-prezz raġonevoli, prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) ta’ din id-direttiva, tista’ tkun ukoll tali li tipproteġi l-interessi tal-offerent, peress li din id-dispożizzjoni tipprevedi l-ipoteżi li dan il-prezz raġonevoli jista’ jinbidel lejn ’l isfel f’ċerti ċirkustanzi ddeterminati mill-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Għalhekk, billi għandhom effett dirett fuq is-sitwazzjoni legali tal-persuna obbligata li tagħmel OPA tas-sigurtajiet tal-azzjonisti minoritarji tal-kumpannija li qiegħda tirċievi l-offerta, l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25 jikkostitwixxu regola tad-dritt tal-Unjoni li għandha l-għan li tagħti drittijiet lill-individwi, f’dan il-każ l-offerent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għas-sitt domanda magħmula għandha tkun li d-Direttiva 2004/25 għandha tiġi interpretata fis-sens li tagħti, fil-kuntest tal-proċedura ta’ OPA, drittijiet lill-offerent, li jistgħu jiġu implimentati fil-kuntest ta’ azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà tal-Istat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk id-dritt tal-Unjoni għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, f’każ fejn Stat Membru jinżamm responsabbli għal danni kkawżati minħabba ksur ta’ dispożizzjoni legali tal-Unjoni permezz ta’ deċiżjoni ta’ awtorità amministrattiva ta’ dan l-Istat, il-kumpens għad-dannu materjali li jirriżulta minnu jista’ jiġi limitat għal 50 % tal-ammont ta’ dan id-dannu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tal-Liġi dwar il-Kumpens għal Danni jipprevedi li, meta l-ammont tas-somma kkalkolata skont l-Artikolu 12 ta’ din il-liġi ma jaqbiżx l-EUR <FT TYPE="NUMBER">142288</FT>, il-kumpens adegwat għal dannu materjali kkawżat minn awtorità pubblika jammonta għal 100 % ta’ dan tal-aħħar, li, meta dan l-ammont ikun bejn EUR <FT TYPE="NUMBER">142289</FT> u EUR <FT TYPE="NUMBER">1422872</FT>, dan il-kumpens jista’ jiġi stabbilit għal bejn 50 u 100 % tiegħu u li, meta l-imsemmi ammont ikun ogħla minn EUR <FT TYPE="NUMBER">1422872</FT>, l-imsemmi kumpens jista’ jkun inqas minn 50 % tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>B’applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, l-Administratīvā apgabaltiesa (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali) illimitat il-kumpens għad-dannu mġarrab mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, li kien jammonta għal iktar minn EUR <FT TYPE="NUMBER">1422872</FT>, għal 50 % ta’ dan.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Għalkemm, kif jirriżulta mill-punt 82 ta’ din is-sentenza, l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 2004/25 isemmi li din ma taffettwax is-setgħa tal-Istati Membri li jiddeterminaw ir-regoli legali dwar ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet superviżorji jew dwar is-soluzzjoni ta’ tilwim bejn il-partijiet f’offerta, għandu jiġi enfasizzat li l-kundizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-kumpens għad-danni ma jistgħux ikunu inqas favorevoli minn dawk li jikkonċernaw talbiet simili ta’ natura interna (prinċipju ta’ ekwivalenza) u lanqas ma jistgħu jiġu fformulati b’mod li jirrendu, fil-prattika, impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-ksib tal-kumpens (prinċipju ta’ effettività) (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Hochtief Solutions Magyarországi Fióktelepe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑620/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:630">EU:C:2019:630</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prinċipju ta’ ekwivalenza, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-possibbiltà li jiġi limitat l-ammont tal-kumpens għad-dannu materjali tgħodd kemm fil-każ ta’ ksur tad-dritt Latvjan kif ukoll fil-każ ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prinċipju ta’ effettività, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-kumpens għad-danni kkawżati lill-individwi minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni għandu jkun adegwat għall-kumpens għad-dannu mġarrab minn dawn tal-aħħar, b’mod li tiġi żgurata protezzjoni effettiva tad-drittijiet tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Hochtief Solutions Magyarországi Fióktelepe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑620/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:630">EU:C:2019:630</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Issa, kif l-Avukat Ġenerali enfasizzat, essenzjalment, fil-punt 104 tal-konklużjonijiet tagħha, regola tad-dritt nazzjonali li tipprovdi li, f’każ fejn ir-responsabbiltà ta’ Stat Membru hija stabbilita għal danni kkawżati minħabba ksur ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni permezz ta’ deċiżjoni ta’ awtorità amministrattiva ta’ dan l-Istat, il-kumpens għad-dannu materjali li jirriżulta minnu, li jista’ jiġi ikkwantifikat b’mod preċiż, jista’ jiġi limitat għal 50 % tal-ammont ta’ dan id-dannu ma hijiex tali li tissodisfa r-rekwiżit ta’ kumpens adegwat għal dan d-dannu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li tali regola tad-dritt nazzjonali ma tosservax il-prinċipju ta’ effettività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għall-ħames domanda magħmula għandha tkun li d-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, f’każ fejn Stat Membru jinżamm responsabbli għal danni kkawżati minħabba ksur ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni permezz ta’ deċiżjoni ta’ awtorità amministrattiva ta’ dan l-Istat, il-kumpens għad-dannu materjali li jirriżulta minnu jista’ jkun limitat għal 50 % tal-ammont ta’ dan id-dannu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE> fuq offerti ta’ xiri, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi tliet metodi sabiex jiġi ddeterminat il-prezz raġonevoli li bih l-offerent għandu jixtri lura l-azzjonijiet ta’ kumpannija, fosthom il-metodu li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(4) ta’ din id-direttiva, u li timponi li dejjem jiġi adottat il-metodu li jwassal għall-ogħla prezz, bil-kundizzjoni li l-metodi ta’ determinazzjoni tal-prezz raġonevoli, minbarra dawk li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(4), jiġu applikati<?PAGE NO="18"?> mill-awtorità superviżorja, filwaqt li jiġu osservati l-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva, kif ukoll f’ċirkustanzi u skont kriterji ddeterminati permezz ta’ qafas legali ċar, preċiż u trasparenti.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, għall-finijiet ta’ offerta pubblika ta’ akkwiżizzjoni, il-valur tal-azzjoni jinkiseb billi l-assi netti tal-kumpannija li qiegħda tirċievi l-offerta, inkluż is-sehem ta’ azzjonist minoritarju, li, konsegwentement, ma jagħtix il-kontroll, jiġu diviżi bin-numru ta’ azzjonijiet maħruġa, sakemm dan ma jkunx metodu ta’ ffissar tal-prezz tal-azzjoni, ibbażat fuq kriterju oġġettiv ta’ valutazzjoni li ġeneralment jintuża fl-analiżi finanzjarja u li jista’ jitqies li huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>ddeterminat b’mod ċar<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva 2004/25 għandha tiġi interpretata fis-sens li tagħti, fil-kuntest tal-proċedura ta’ offerta pubblika ta’ akkwiżizzjoni, drittijiet lill-offerent, li jistgħu jiġu implimentati fil-kuntest ta’ azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà tal-Istat.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, f’każ fejn Stat Membru jinżamm responsabbli għal danni kkawżati minħabba ksur ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni permezz ta’ deċiżjoni ta’ awtorità amministrattiva ta’ dan l-Istat, il-kumpens għad-dannu materjali li jirriżulta minnu jista’ jkun limitat għal 50 % tal-ammont ta’ dan id-dannu.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>