3.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/345


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1230

tad-29 ta’ Novembru 2019

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-titolizzazzjoni u d-dettalji tal-applikazzjoni simplifikata għal estensjoni tar-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 10(7) tiegħu fir-rigward tal-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta’ dak il-paragrafu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402 jirrikjedi li l-informazzjoni għal tranżazzjoni ta’ titolizzazzjoni ssir disponibbli permezz ta’ repożitorju tat-titolizzazzjoni jew, meta tali repożitorju ma jkunx irreġistrat skont l-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament, permezz ta’ sit web li jissodisfa ċerti rekwiżiti. L-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2017/2402 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċedura għar-reġistrazzjoni tar-repożitorji tat-titolizzazzjoni, inkluż ir-rekwiżit li titressaq applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jew, fil-każ ta’ repożitorji tat-tranżazzjonijiet diġà rreġistrati skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), applikazzjoni għal estensjoni tar-reġistrazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2017/2402.

(2)

Sabiex jiġu minimizzati l-kostijiet operazzjonali addizzjonali għall-parteċipanti fis-suq, ir-regoli għar-reġistrazzjoni ta’ repożitorji tat-titolizzazzjoni, inklużi r-regoli għar-reġistrazzjoni permezz ta’ estensjoni tar-reġistrazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2017/2402, għandhom jibnu fuq infrastrutturi, proċessi operazzjonali u formati eżistenti introdotti b’rabta mar-rapportar ta’ tranżazzjonijiet li jiffinanzjaw it-titoli u kuntratti tad-derivattivi. Madankollu, ir-regoli dwar ir-reġistrazzjoni għandhom jirriflettu wkoll l-ispeċifiċitajiet tat-titolizzazzjonijiet, inklużi l-kumplessitajiet assoċjati mal-ospitar ta’ data u dokumentazzjoni dwar it-titolizzazzjoni u għandhom jirriflettu l-iżviluppi reċenti fis-suq, bħall-użu komuni ta’ Identifikaturi ta’ Entità Ġuridika, li jtejjeb l-organizzazzjoni u l-klassifikazzjoni ta’ informazzjoni dwar entitajiet legali li għandhom jiġu pprovduti fl-applikazzjoni. Għall-finijiet ta’ ċarezza u referenza aktar faċli għall-applikanti, huwa mixtieq ukoll li r-regoli dwar ir-reġistrazzjoni jsegwu l-ordni tar-rekwiżiti rilevanti fir-Regolament (UE) 2017/2402.

(3)

It-titolizzazzjonijiet huma strumenti kumplessi ħafna li jinvolvu ħafna tipi differenti ta’ informazzjoni, inkluża informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-iskoperturi sottostanti, informazzjoni dwar il-flussi tal-flus tagħhom, informazzjoni dwar l-istruttura tat-titolizzazzjoni u informazzjoni dwar l-arranġamenti legali u operazzjonali li jidħlu fihom ma’ partijiet terzi. Għalhekk huwa importanti li repożitorju tat-titolizzazzjoni prospettiva jkun jista’ juri għarfien u esperjenza tax-xogħol suffiċjenti bit-titolizzazzjonijiet, u l-kapaċità li jirċievi, jipproċessa u jqiegħed għad-dispożizzjoni l-informazzjoni rilevanti stabbilita fir-Regolament (UE) 2017/2402. Ir-repożitorji tat-titolizzazzjoni prospettiva għandhom ikunu jistgħu juru wkoll li l-persunal, is-sistemi, il-kontrolli u l-proċeduri tagħhom huma adegwati biex jiżguraw konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/2402.

(4)

Ir-repożitorji tat-titolizzazzjoni jistgħu jipprovdu servizzi, imsejħa “servizzi ta’ titolizzazzjoni anċillari”, li huma direttament relatati ma’ u jirriżultaw mit-twassil ta’ servizzi li għalihom ir-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni hija meħtieġa skont ir-Regolament (UE) 2017/2402 (imsejħa “servizzi ta’ titolizzazzjoni ewlenin”). Pereżempju, ir-repożitorji tat-titolizzazzjoni jistgħu jipprovdu servizzi ta’ riċerka jew konsulenza lil emittent prospettiv ta’ titolizzazzjoni li jagħmel użu mid-data tat-titolizzazzjoni disponibbli għar-repożitorju tat-titolizzazzjoni. Ir-repożitorji tat-titolizzazzjoni jistgħu jipprovdu wkoll servizzi anċillari li la huma relatati direttament ma’, u lanqas ma jirriżultaw mit-twassil ta’ servizzi ta’ titolizzazzjoni ewlenin (servizzi mhux ta’ titolizzazzjoni anċillari). Madankollu, l-użu ta’ riżorsi komuni f’repożitorju tat-titolizzazzjoni għall-forniment kemm ta’ servizzi ta’ titolizzazzjoni ewlenin kif ukoll ta’ servizzi ta’ titolizzazzjoni anċillari, jew tabilħaqq servizzi mhux ta’ titolizzazzjoni anċillari, jista’ jwassal għall-kontaġju tar-riskji operazzjonali f’dawk is-servizzi. Is-servizzi li jinvolvu l-validazzjoni, ir-rikonċiljazzjoni, l-ipproċessar jew iż-żamma ta’ informazzjoni jistgħu għalhekk jitolbu mezz effettiv ta’ separazzjoni operazzjonali sabiex jiġi evitat tali kontaġju. Min-naħa l-oħra, prattiki bħal sistemi komuni “front-end”, punt ta’ aċċess komuni għall-informazzjoni jew l-użu tal-istess persunal li jaħdem fil-bejgħ, il-konformità jew helpdesk tas-servizzi tal-klijenti jistgħu jitqiesu bħala inqas suxxettibbli għall-kontaġju u, b’hekk, mhux bilfors ikunu jirrikjedu separazzjoni operazzjonali. Għalhekk, l-applikanti għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandhom ikunu meħtieġa juru li jkunu stabbilew livell xieraq ta’ separazzjoni operazzjonali bejn ir-riżorsi, is-sistemi u l-proċeduri użati f’dawk il-linji tan-negozju li huma involuti fil-forniment ta’ servizzi ta’ titolizzazzjoni ewlenin u r-riżorsi, is-sistemi u l-proċeduri użati f’linji tan-negozju oħra involuti fil-forniment ta’ servizzi anċillari, irrispettivament minn jekk dawk il-linji tan-negozju l-oħra jkunux operati mir-repożitorju tat-titolizzazzjoni, entità affiljata jew entità oħra.

(5)

L-Artikolu 10(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402 jipprevedi applikazzjoni simplifikata għal estensjoni tar-reġistrazzjoni, fejn ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet irreġistrati skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew skont ir-Regolament (UE) 2015/2365 japplikaw biex ir-reġistrazzjoni eżistenti tagħhom bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet tiġi estiża għall-finijiet tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2017/2402. Għalhekk, sabiex jiġi evitat kwalunkwe rekwiżit doppju, l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn repożitorju tat-tranżazzjonijiet li japplika għal estensjoni tar-reġistrazzjoni jenħtieġ li tkun limitata għal dettalji dwar l-adattamenti meħtieġa sabiex tiġi żgurata konformità mar-Regolament (UE) 2017/2402.

(6)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni.

(7)

Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-ESMA kellha konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit mill-Artikolu 37 ta’ dak ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“utent”, b’rabta ma’ repożitorju tat-titolizzazzjoni, tfisser kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

kwalunkwe entità elenkata fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(b)

kwalunkwe entità li tirrapporta fir-rigward ta’ dak ir-repożitorju tat-titolizzazzjoni;

(c)

kwalunkwe klijent ieħor tar-repożitorju tat-titolizzazzjoni li juża servizzi ta’ titolizzazzjoni ewlenin ipprovduti mir-repożitorju tat-titolizzazzjoni;

(2)

“entità li tirrapporta” tfisser l-entità maħtura skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(3)

“servizzi ta’ titolizzazzjoni ewlenin” tfisser servizzi li għalihom ir-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni hija meħtieġa skont ir-Regolament (UE) 2017/2402;

(4)

“servizzi ta’ titolizzazzjoni anċillari” tfisser servizzi pprovduti minn repożitorju tat-titolizzazzjoni li huma direttament relatati ma’ u jirriżultaw mit-twassil ta’ servizzi ta’ titolizzazzjoni ewlenin ipprovduti minn dak ir-repożitorju tat-titolizzazzjoni;

(5)

“servizzi mhux ta’ titolizzazzjoni anċillari” tfisser servizzi li la huma servizzi ta’ titolizzazzjoni ewlenin u lanqas servizzi ta’ titolizzazzjoni anċillari;

(6)

l-espressjonijiet li ġejjin għandhom it-tifsira mogħtija lil dik l-espressjoni fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012:

(a)

“grupp”;

(b)

“impriża prinċipali”;

(c)

“sussidjarja”;

(d)

“kapital”;

(e)

“konnessjonijiet mill-qrib”;

(f)

“bord”;

(7)

“diriġenza għolja” tfisser il-persuna jew il-persuni li effettivament jidderieġu n-negozju tar-repożitorju tat-titolizzazzjoni, u l-membru jew membri eżekuttiv(i) tal-bord tiegħu.

Artikolu 2

Identifikazzjoni, status legali u tip ta’ titolizzazzjoni

(1)   Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandha tidentifika l-applikant u l-attivitajiet li l-applikant beħsiebu jwettaq li għalihom hija meħtieġa reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni.

(2)   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-applikazzjoni għandha tinkludi b’mod partikolari dan li ġej:

(a)

l-isem korporattiv tal-applikant, l-indirizz ġuridiku tiegħu fl-Unjoni u l-isem korporattiv u l-indirizz ġuridiku ta’ kwalunkwe sussidjarja u fergħa tal-applikant;

(b)

l-identifikatur ta’ entità ġuridika (LEI) tal-applikant irreġistrat mal-Fondazzjoni Globali għall-Identifikaturi ta’ Entità Ġuridika;

(c)

il-lokalizzatur uniformi tar-riżorsi (URL) tas-sit web tal-applikant;

(d)

silta mir-reġistru kummerċjali jew tal-qorti rilevanti li turi l-post tal-inkorporazzjoni u l-ambitu tal-attività kummerċjali tal-applikant, jew xi forma oħra ta’ evidenza ċċertifikata tal-post tal-inkorporazzjoni u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attività kummerċjali tal-applikant, valida fi kwalunkwe każ mid-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni;

(e)

it-tipi ta’ titolizzazzjoni (tranżazzjoni ABCP jew tranżazzjoni mhux ABCP), il-metodi ta’ trasferiment tar-riskju (titolizzazzjoni tradizzjonali jew titolizzazzjoni sintetika) u t-tipi ta’ skoperturi sottostanti (ta’ proprjetà immobbli residenzjali, proprjetà immobbli kummerċjali, korporattivi, kiri, konsumatur, awtomobilistiċi, karta tal-kreditu, eżoteriċi) li għalihom l-applikant jixtieq li jiġi rreġistrat;

(f)

jekk l-applikant huwiex awtorizzat jew irreġistrat minn awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit, u, jekk dan ikun il-każ, l-isem tal-awtorità kompetenti u kwalunkwe numru ta’ referenza relatat mal-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni;

(g)

l-artikoli tal-inkorporazzjoni jew termini ekwivalenti ta’ stabbiliment u, fejn rilevanti, dokumentazzjoni statutorja oħra li tiddikjara li l-applikant għandu jwettaq servizzi ta’ titolizzazzjoni ewlenin;

(h)

l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna/i responsabbli għall-konformità, jew kwalunkwe persunal ieħor involut fil-valutazzjonijiet tal-konformità għall-applikant, b’rabta mal-forniment tiegħu ta’ servizzi ta’ titolizzazzjoni ewlenin;

(i)

l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna ta’ kuntatt għall-finijiet tal-applikazzjoni;

(j)

il-programm tal-operazzjonijiet, inkluż fejn jinsabu l-attivitajiet ta’ negozju ewlenin tal-applikant;

(k)

kwalunkwe servizz ta’ titolizzazzjoni anċillari jew mhux ta’ titolizzazzjoni anċillari li l-applikant jipprovdi jew għandu l-ħsieb li jipprovdi;

(l)

kwalunkwe informazzjoni dwar kwalunkwe proċediment ġudizzjarju, amministrattiv, ta’ arbitraġġ jew kwalunkwe proċediment ieħor ta’ litigazzjoni pendenti, irrispettivament mit-tip tagħhom, li l-applikant jista’ jkun parti għalihom, b’mod partikolari fir-rigward ta’ materji fiskali u ta’ insolvenza u fejn jistgħu jiġġarrbu kostijiet finanzjarji u ta’ reputazzjoni sinifikanti, jew kwalunkwe proċediment mhux pendenti, li għad jista’ jkollu kwalunkwe impatt materjali fuq il-kostijiet tar-repożitorju tat-titolizzazzjoni.

(3)   Fuq talba, l-applikant għandu jipprovdi lill-ESMA informazzjoni addizzjonali matul l-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, meta tali informazzjoni tkun meħtieġa għall-valutazzjoni tal-abbiltà tal-applikant li jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2017/2402 u sabiex l-ESMA tinterpreta u tanalizza debitament id-dokumentazzjoni li għandha tiġi ppreżentata jew li diġà ġiet ippreżentata.

(4)   Meta applikant iqis li rekwiżit ta’ dan ir-Regolament mhuwiex applikabbli għalih, huwa għandu jindika b’mod ċar dak ir-rekwiżit fl-applikazzjoni tiegħu u jispjega għaliex dak ir-rekwiżit ma japplikax.

Artikolu 3

Ċart organizzazzjonali

(1)   Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandha tinkludi ċart li tispjega fid-dettall l-istruttura organizzazzjonali tal-applikant, inkluża dik ta’ kwalunkwe servizz ta’ titolizzazzjoni anċillari u ta’ kwalunkwe servizz mhux ta’ titolizzazzjoni anċillari.

(2)   Iċ-ċart imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi informazzjoni dwar l-identità tal-persuna responsabbli għal kull rwol sinifikanti, inkluża l-identità ta’ kull membru tad-diriġenza għolja tiegħu u ta’ persuni li effettivament jidderieġu n-negozju ta’ kwalunkwe sussidjarja jew fergħa.

Artikolu 4

Governanza korporattiva

(1)   Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar il-politiki u l-proċeduri interni tal-governanza korporattiva tal-applikant u t-termini ta’ referenza li jirregolaw id-diriġenza għolja tiegħu, inkluż il-bord, il-membri mhux eżekuttivi tiegħu u, fejn ikunu stabbiliti, il-kumitati.

(2)   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiddeskrivi l-proċess tal-għażla, il-ħatra, l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni u t-tneħħija tad-diriġenza għolja.

(3)   Meta l-applikant jaderixxi ma’ kodiċi ta’ kondotta ta’ governanza korporattiva rikonoxxut, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandha tidentifika l-kodiċi u tipprovdi spjegazzjoni għal kwalunkwe sitwazzjoni fejn l-applikant jiddevja minn dak il-kodiċi.

Artikolu 5

Kontroll intern

(1)   Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandha tinkludi informazzjoni ddettaljata dwar is-sistema ta’ kontroll intern tal-applikant, inkluża informazzjoni rigward il-funzjoni ta’ verifika tal-konformità tiegħu, il-valutazzjoni tar-riskju, il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern u l-arranġamenti tal-uffiċċju tal-awditjar intern tiegħu.

(2)   L-informazzjoni ddettaljata msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:

(a)

il-politiki ta’ kontroll intern tal-applikant u l-proċeduri sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti u effettiva ta’ dawk il-politiki;

(b)

kwalunkwe politika, proċedura u manwal għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-adegwatezza u l-effettività tas-sistemi tal-applikant;

(c)

kwalunkwe politika, proċedura u manwal għall-kontroll u s-salvagwardja tas-sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni tal-applikant;

(d)

l-identità tal-korpi interni responsabbli mill-evalwazzjoni ta’ kwalunkwe sejba tal-kontroll intern.

(3)   Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandha tinkludi dan li ġej fir-rigward tal-attivitajiet tal-awditjar intern tal-applikant:

(a)

fil-każ li jkun hemm Kumitat tal-Awditjar Intern, il-kompożizzjoni, il-kompetenzi u r-responsabbiltajiet tiegħu;

(b)

il-karta, il-metodoloġiji, l-istandards u l-proċeduri tal-uffiċċju tal-awditjar intern tiegħu;

(c)

spjegazzjoni ta’ kif inhuma żviluppati u applikati l-karta, il-metodoloġija u l-proċeduri tal-uffiċċju tal-awditjar intern tiegħu, filwaqt li jitqiesu n-natura u l-firxa tal-attivitajiet, il-kumplessitajiet u r-riskji tal-applikant;

(d)

pjan ta’ ħidma għall-Kumitat tal-Awditjar Intern għat-tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni, li jiffoka fuq in-natura u l-firxa tal-attivitajiet, il-kumplessitajiet u r-riskji tal-applikant.

Artikolu 6

Kunflitti ta’ interess

(1)   Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja dwar il-politiki u l-proċeduri implimentati mill-applikant għall-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess:

(a)

politiki u proċeduri fir-rigward tal-identifikazzjoni, il-ġestjoni, l-eliminazzjoni, il-mitigazzjoni u d-divulgazzjoni ta’ kunflitti ta’ interess mingħajr dewmien;

(b)

deskrizzjoni tal-proċess użat biex ikun żgurat li l-persuni rilevanti jkunu konxji tal-politiki u tal-proċeduri msemmija fil-punt (a);

(c)

deskrizzjoni tal-livell u l-forma ta’ separazzjoni li teżisti bejn id-diversi funzjonijiet tan-negozju fi ħdan l-organizzazzjoni tal-applikant, inkluża deskrizzjoni ta’:

(i)

il-miżuri meħuda għall-prevenzjoni jew il-kontroll tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn funzjonijiet fejn jista’ jinħoloq riskju ta’ kunflitt ta’ interess;

(ii)

is-superviżjoni ta’ dawk li l-funzjonijiet ewlenin tagħhom jinvolvu interessi li potenzjalment ikunu f’kunflitt ma’ dawk ta’ klijent;

(d)

kwalunkwe miżura u kontroll ieħor implimentati sabiex ikun żgurat li l-politiki u l-proċeduri msemmija fil-punt (a) fir-rigward tal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u l-proċess imsemmi fil-punt (b) jiġu segwiti.

(2)   Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandha tinkludi inventarju aġġornat, fil-ħin li ssir l-applikazzjoni, tal-kunflitti ta’ interess materjali eżistenti u potenzjali b’rabta ma’ kwalunkwe servizz ta’ titolizzazzjoni ewlieni jew anċillari kif ukoll kwalunkwe servizz mhux ta’ titolizzazzjoni anċillari pprovduti jew irċevuti mill-applikant u deskrizzjoni ta’ kif dawn il-kunflitti qegħdin jew se jiġu ġestiti. L-inventarju għandu jinkludi kunflitti ta’ interess li jirriżultaw mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

kwalunkwe sitwazzjoni fejn l-applikant jista’ jikseb qligħ finanzjarju jew jevita telf finanzjarju, għad-detriment ta’ klijent;

(b)

kwalunkwe sitwazzjoni fejn l-applikant jista’ jkollu interess fl-eżitu ta’ servizz ipprovdut lil klijent, li huwa distint mill-interess tal-klijent f’dak l-eżitu;

(c)

kwalunkwe sitwazzjoni fejn l-applikant jista’ jkollu inċentiv li jipprijoritizza l-interessi tiegħu stess jew l-interess ta’ utent jew grupp ta’ utenti ieħor minflok l-interessi tal-klijent li lilu jingħata servizz;

(d)

kwalunkwe sitwazzjoni fejn l-applikant jirċievi jew jista’ jirċievi inċentiv mingħand kwalunkwe persuna oħra minbarra l-klijent, fir-rigward ta’ servizz ipprovdut lill-klijent, fil-forma ta’ flus, oġġetti jew servizzi, iżda li jeskludi inċentivi permezz ta’ kummissjoni jew tariffi rċevuti għas-servizz.

(3)   Meta applikant ikun parti minn grupp, l-inventarju għandu jinkludi kwalunkwe kunflitt ta’ interess materjali eżistenti jew potenzjali li jirriżulta minn impriżi oħra fi ħdan il-grupp u kif dawn il-kunflitti qegħdin jiġu ġestiti u mnaqqsa.

Artikolu 7

Sjieda tar-repożitorju tat-titolizzazzjoni

(1)   Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandha tinkludi:

(a)

lista bl-isem ta’ kull persuna jew entità li direttament jew indirettament ikollha 5 % jew aktar tal-kapital tal-applikant jew tad-drittijiet tal-vot tiegħu jew li s-sjieda tiegħu tagħmilha possibbli li tiġi eżerċitata influwenza sinifikanti fuq id-diriġenza tal-applikant;

(b)

lista ta’ kull impriża li fiha persuna msemmija fil-punt (a) għandha 5 % jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot jew li fuq id-diriġenza tagħha teżerċita influwenza sinifikanti.

(2)   Meta l-applikant ikollu impriża prinċipali jew impriża prinċipali finali, l-applikant għandu:

(a)

jidentifika l-LEI rreġistrat mal-Fondazzjoni Globali għall-Identifikaturi ta’ Entità Ġuridika, u l-indirizz ġuridiku tal-impriża prinċipali jew tal-impriża prinċipali finali;

(b)

jindika jekk l-impriża prinċipali jew l-impriża prinċipali finali hijiex awtorizzata jew irreġistrata u soġġetta għal superviżjoni u, meta dan ikun il-każ, jiddikjara kwalunkwe numru ta’ referenza u l-isem tal-awtorità superviżorja responsabbli.

Artikolu 8

Ċart tas-sjieda

(1)   Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandha tinkludi ċart li turi l-konnessjonijiet ta’ sjieda fi ħdan il-grupp tal-applikant, inkluż bejn l-impriża prinċipali finali, l-impriża prinċipali, is-sussidjarji u kwalunkwe entità jew fergħa assoċjata oħra.

(2)   L-impriżi fiċ-ċart imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu identifikati bl-isem sħiħ, l-istatus legali, l-indirizz ġuridiku tagħhom u l-LEI rreġistrat mal-Fondazzjoni Globali għall-Identifikaturi ta’ Entità Ġuridika.

Artikolu 9

Politiki u proċeduri

Il-politiki u l-proċeduri li għandhom jiġu pprovduti bħala parti minn applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

evidenza li l-bord japprova l-politiki, u li d-diriġenza għolja japprova l-proċeduri u huwa responsabbli għall-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ dawk il-politiki u l-proċeduri;

(b)

deskrizzjoni ta’ kif dawk il-politiki u l-proċeduri jiġu kkomunikati fi ħdan l-organizzazzjoni tal-applikant, kif tiġi żgurata u mmonitorjata l-konformità ma’ dawk il-politiki u l-proċeduri fuq bażi ta’ kuljum, u min huwa responsabbli għall-konformità ma’ dawk il-politiki u l-proċeduri;

(c)

kwalunkwe rekord li jindika li l-membri tal-persunal u l-membri tal-persunal li qed joperaw taħt kwalunkwe arranġament ta’ esternalizzazzjoni huma konxji ta’ dawk il-politiki u l-proċeduri;

(d)

deskrizzjoni tal-miżuri li għandhom jiġu adottati f’każ ta’ ksur ta’ dawk il-politiki u l-proċeduri;

(e)

deskrizzjoni tal-proċedura għar-rapportar lill-ESMA ta’ kwalunkwe ksur materjali tal-politiki jew il-proċeduri, li jista’ jirriżulta fi ksur tal-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni;

(f)

deskrizzjoni tal-arranġamenti biex l-ESMA tiġi nnotifikata minnufih dwar kwalunkwe bidla materjali ppjanata għas-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni tal-applikant, qabel l-implimentazzjoni tagħhom.

Artikolu 10

Konformità regolatorja

Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandha tinkludi dan li ġej rigward il-politiki u l-proċeduri tal-applikant sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-Regolament (UE) 2017/2402:

(a)

deskrizzjoni tar-rwoli tal-persuni responsabbli għall-konformità u ta’ kwalunkwe persunal ieħor involut fil-valutazzjonijiet tal-konformità, inkluża deskrizzjoni ta’ kif se tiġi żgurata l-indipendenza tal-funzjoni tal-konformità mill-bqija tan-negozju;

(b)

il-politiki u l-proċeduri interni mfassla sabiex jiżguraw li l-applikant, inklużi l-maniġers u l-impjegati tiegħu, jikkonforma mar-Regolament (UE) 2017/2402, inkluża deskrizzjoni tar-rwol tal-bord u tad-diriġenza għolja;

(c)

fejn disponibbli, l-aktar rapport intern reċenti dwar il-konformità mar-Regolament (UE) 2017/2402 imħejji mill-persuni responsabbli għal din il-konformità jew minn kwalunkwe persunal ieħor involut f’dawn il-valutazzjonijiet tal-konformità fi ħdan l-organizzazzjoni tal-applikant.

Artikolu 11

Politiki u proċeduri tal-persunal

Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

kopja tal-politika tar-remunerazzjoni għad-diriġenza għolja, il-membri tal-bord u l-persunal impjegat fil-funzjonijiet ta’ riskju u kontroll tal-applikant;

(b)

deskrizzjoni tal-miżuri implimentati mill-applikant sabiex inaqqas ir-riskju ta’ dipendenza żejda fuq kwalunkwe impjegat individwali.

Artikolu 12

Informazzjoni dwar il-membri tal-persunal tal-applikant involuti fil-forniment ta’ servizzi ta’ titolizzazzjoni ewlenin

Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja dwar il-membri tal-persunal tal-applikant involuti fil-forniment ta’ servizzi ta’ titolizzazzjoni ewlenin:

(a)

lista ġenerali tal-membri tal-persunal impjegati direttament mill-applikant, inklużi r-rwol u l-kwalifiki tagħhom għal kull rwol;

(b)

deskrizzjoni speċifika tal-membri tal-persunal tat-teknoloġija tal-informazzjoni impjegati direttament sabiex jipprovdu servizzi ta’ titolizzazzjoni ewlenin, inkluż ir-rwol u l-kwalifiki ta’ kull individwu;

(c)

deskrizzjoni tar-rwoli u l-kwalifiki ta’ kull individwu li huwa responsabbli għall-awditjar intern, il-kontrolli interni, il-konformità, il-valutazzjoni tar-riskji u l-analiżi interna;

(d)

l-identità tal-membri tal-persunal u l-identità tal-membri tal-persunal li qegħdin joperaw taħt kwalunkwe arranġament ta’ esternalizzazzjoni;

(e)

dettalji tat-taħriġ ipprovdut lill-membri tal-persunal dwar il-politiki u l-proċeduri tal-applikant, kif ukoll dwar in-negozju tar-repożitorju tat-titolizzazzjoni, inklużi kwalunkwe eżaminazzjoni jew tip ieħor ta’ valutazzjoni formali meħtieġa għall-membri tal-persunal fir-rigward tat-twettiq tas-servizzi ta’ titolizzazzjoni ewlenin.

Id-deskrizzjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu għandha tinkludi prova bil-miktub tal-esperjenza fit-teknoloġija tal-informazzjoni ta’ mill-inqas membru tal-persunal wieħed responsabbli għall-kwistjonijiet tat-teknoloġija tal-informazzjoni.

Artikolu 13

Rapporti finanzjarji u pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju

(1)   Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni finanzjarja li ġejja:

(a)

sett komplut ta’ rapporti finanzjarji tal-applikant, imħejji f’konformità ma’ wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

standards internazzjonali adottati skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

(ii)

l-istandards nazzjonali tal-kontabbiltà tal-Istat Membru li fih huwa stabbilit l-applikant, kif meħtieġ mid-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

(b)

meta r-rapporti finanzjarji tal-applikant ikunu soġġetti għal verifika statutorja fis-sens mogħti fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), ir-rapporti finanzjarji għandhom jinkludu r-rapport tal-awditjar dwar ir-rapporti finanzjarji annwali u konsolidati;

(c)

meta l-applikant jiġi awditjat, l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni nazzjonali tal-awditur estern.

(2)   Meta l-informazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx disponibbli, applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja dwar l-applikant:

(a)

rapport pro forma li juri r-riżorsi xierqa u l-istat kummerċjali mistenni fis-sitt xhur wara r-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni;

(b)

rapport finanzjarju interim fejn ir-rapporti finanzjarji jkunu għadhom mhumiex disponibbli għall-perjodu ta’ żmien meħtieġ skont l-atti speċifikati fil-paragrafu 1;

(c)

rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, bħal karta tal-bilanċi, rapport tal-introjtu, bidliet fl-ekwità u fil-flussi tal-flus, sommarju tal-politiki tal-kontabbiltà u noti oħra ta’ spjegazzjoni meħtieġa skont l-atti speċifikati fil-paragrafu 1.

(3)   Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandha tinkludi pjan ta’ direzzjoni tan-negozju finanzjarju, li jinkludi xenarji tan-negozju differenti għall-forniment ta’ servizzi ta’ titolizzazzjoni ewlenin fuq perjodu referenzjarju b’minimu ta’ tliet snin u li jinkludi l-informazzjoni li ġejja għal kull xenarju:

(a)

id-dħul mistenni minn kull waħda mill-kategoriji ta’ servizz li ġejjin ipprovduti mill-applikant, iddikjarat separatament għal kull kategorija ta’ dan it-tip:

(i)

servizzi ta’ titolizzazzjoni ewlenin;

(ii)

servizzi ta’ titolizzazzjoni anċillari;

(iii)

servizzi ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet ewlenin tal-ġbir u ż-żamma ċentrali tar-rekords tad-derivattivi skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(iv)

servizzi ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet anċillari li huma direttament relatati ma’ u li jirriżultaw minn ġbir u żamma ċentrali tar-rekords tad-derivattivi skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(v)

servizzi ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet ewlenin ta’ ġbir u żamma ċentrali tar-rekords tat-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli skont ir-Regolament (UE) 2015/2365;

(vi)

servizzi ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet anċillari li huma direttament relatati ma’ u li jirriżultaw minn ġbir u żamma ċentrali tar-rekords ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli skont ir-Regolament (UE) 2015/2365;

(vii)

servizzi anċillari kkombinati li huma direttament relatati ma’ u li jirriżultaw minn kull waħda mill-kombinazzjonijiet ta’ servizz li ġejjin:

—

kemm servizzi ta’ titolizzazzjoni ewlenin kif ukoll servizzi ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet ewlenin ta’ ġbir u żamma ċentrali tar-rekords tad-derivattivi skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012;

—

kemm servizzi ta’ titolizzazzjoni ewlenin kif ukoll servizzi ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet ewlenin ta’ ġbir u żamma ċentrali tar-rekords tat-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli skont ir-Regolament (UE) 2015/2365;

—

kemm servizzi ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet ewlenin ta’ ġbir u żamma ċentrali tar-rekords tad-derivattivi skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u servizzi ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet ewlenin ta’ ġbir u żamma ċentrali tar-rekords ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli skont ir-Regolament (UE) 2015/2365;

(viii)

kwalunkwe servizz anċillari mhux ta’ titolizzazzjoni, kemm jekk ipprovdut fl-Unjoni kif ukoll jekk le, li huwa soġġett għar-reġistrazzjoni u għas-superviżjoni minn awtorità pubblika;

(b)

in-numru ta’ tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li l-applikant jistenna li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-utenti elenkati fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(c)

il-kostijiet fissi u varjabbli biex jiġu pprovduti servizzi ta’ titolizzazzjoni ewlenin.

Ix-xenarji ta’ negozju differenti identifikati fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju finanzjarju għandhom jinkludu xenarju ta’ dħul bażi, varjazzjonijiet pożittivi u negattivi ta’ mill-inqas 20 % minn dak ix-xenarju ta’ dħul bażi, u varjazzjonijiet pożittivi u negattivi ta’ mill-inqas 20 % mill-għadd mistenni bażi ta’ tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni identifikati fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju finanzjarju.

(4)   Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandha tinkludi r-rapporti finanzjarji annwali awditjati ta’ kwalunkwe impriża prinċipali għat-tliet snin finanzjarji ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni, meta disponibbli.

(5)   Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja dwar l-applikant:

(a)

deskrizzjoni ta’ kwalunkwe pjan futur għall-istabbiliment ta’ sussidjarji u l-post ta’ dawk is-sussidjarji;

(b)

deskrizzjoni tal-attivitajiet kummerċjali ppjanati, inklużi l-attivitajiet kummerċjali ta’ kwalunkwe sussidjarja jew fergħa.

Artikolu 14

Riżorsi tat-teknoloġija tal-informazzjoni

Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja dwar ir-riżorsi tat-teknoloġija tal-informazzjoni:

(a)

deskrizzjoni ddettaljata tas-sistema tat-teknoloġija tal-informazzjoni użata mill-applikant biex jipprovdi servizzi ta’ titolizzazzjoni ewlenin, inkluża deskrizzjoni ta’ liema sistema tat-teknoloġija tal-informazzjoni se tintuża għal liema tip ta’ titolizzazzjoni u tip ta’ skopertura sottostanti kif imsemmija fl-Artikolu 2(2)(e);

(b)

ir-rekwiżiti rilevanti tan-negozju, l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi, il-kapaċità tal-ħżin, l-iskalabbiltà tas-sistema (kemm għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħha kif ukoll iż-żidiet fit-trattament tal-informazzjoni għat-talbiet ta’ proċess u aċċess), il-limiti massimi fuq id-daqs tas-sottomissjonijiet tad-data skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1229 (8), id-disinn arkitettoniku u tekniku tas-sistema, il-mudell tad-data u l-flussi tad-data u l-operazzjonijiet u l-proċeduri u l-manwali amministrattivi;

(c)

deskrizzjoni ddettaljata tal-faċilitajiet tal-utent żviluppati mill-applikant sabiex jipprovdi servizzi lill-utenti;

(d)

il-politiki u l-proċeduri ta’ investiment u ta’ tiġdid dwar ir-riżorsi tat-teknoloġija tal-informazzjoni tal-applikant, inklużi ċ-ċiklu ta’ rieżami u żvilupp tas-sistemi u l-politiki ta’ varjanti u ttestjar tal-applikant;

(e)

dokument li jiddeskrivi fid-dettall kif l-applikant implimenta l-mudelli ta’ rapportar, permezz ta’ skema Extensible Markup Language (Lingwaġġ tal-Immarkar Estensibbli) (XML), stabbilita fl-Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1225 (9), l-Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1227 (10) u kwalunkwe messaġġ XML addizzjonali, bl-użu ta’ speċifikazzjonijiet li jsiru disponibbli mill-ESMA;

(f)

il-politiki u l-proċeduri biex tiġi ttrattata kwalunkwe bidla fil-mudelli ta’ rapportar stabbiliti fl-Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1225.

Artikolu 15

Mekkaniżmi ta’ ġbir u ta’ disponibbiltà tal-informazzjoni

(1)   Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandha tinkludi:

(a)

deskrizzjoni ddettaljata tal-proċedura u tar-riżorsi, il-metodi u l-mezzi li l-applikant se juża biex jiżgura l-ġbir f’waqtu, strutturat u komprensiv tad-data mill-entitajiet li jirrapportaw, inkluża kopja ta’ kwalunkwe manwal tar-rapportar li għandu jkun disponibbli għall-entitajiet li jirrapportaw;

(b)

deskrizzjoni tar-riżorsi, il-metodi u l-mezzi li l-applikant se juża biex jiżgura aċċess dirett u immedjat għall-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 2 sa 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1224 (11) għall-entitajiet elenkati fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402, inkluża kopja ta’ kwalunkwe manwal tal-utent u proċeduri interni li huma meħtieġa biex jinkiseb tali aċċess;

(c)

deskrizzjoni tal-proċeduri li l-applikant se juża biex jikkalkula l-punteġġi tal-kompletezza tad-data msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1229, u deskrizzjoni tar-riżorsi, il-metodi u l-mezzi li l-applikant se juża biex jiżgura aċċess dirett u immedjat għal dawk il-punteġġi tal-kompletezza tad-data għall-entitajiet elenkati fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402, skont dak ir-Regolament, inkluża kopja ta’ kwalunkwe manwal tal-utent u proċeduri interni li huma meħtieġa biex jinkiseb tali aċċess.

(2)   Id-deskrizzjoni ddettaljata msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha:

(a)

tiddistingwi bejn riżorsi, metodi u mezzi awtomatizzati u manwali;

(b)

meta xi wieħed mir-riżorsi, mill-metodi jew mill-mezzi jkun manwali:

(i)

tiddeskrivi kif dawk ir-riżorsi, il-metodi jew il-mezzi huma skalabbli kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament;

(ii)

tiddeskrivi l-proċeduri speċifiċi implimentati mill-applikant biex jiġi żgurat li dawk ir-riżorsi, il-metodi u l-mezzi jikkonformaw mal-Artikolu 24 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 16

Servizzi anċillari

Meta applikant għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni, impriża fi ħdan il-grupp tal-applikant, jew impriża li magħha l-applikant ikollu ftehim relatat mas-servizzi ta’ titolizzazzjoni ewlenin joffru, jew jippjanaw li joffru, servizzi ta’ titolizzazzjoni anċillari jew servizzi mhux ta’ titolizzazzjoni anċillari, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandu jkun fiha:

(a)

deskrizzjoni tas-servizzi ta’ titolizzazzjoni anċillari jew servizzi mhux ta’ titolizzazzjoni anċillari li l-applikant, jew l-impriża fi ħdan il-grupp tiegħu, iwettqu jew jippjanaw li jwettqu, u deskrizzjoni ta’ kwalunkwe ftehim li l-applikant jista’ jkollu ma’ impriżi li joffru servizzi bħal dawn, kif ukoll kopji ta’ dawk il-ftehimiet;

(b)

il-proċeduri u l-politiki li se jiżguraw il-livell meħtieġ ta’ separazzjoni operazzjonali f’termini ta’ riżorsi, sistemi, informazzjoni u proċeduri bejn is-servizzi ta’ titolizzazzjoni ewlenin tal-applikant u kwalunkwe servizz ta’ titolizzazzjoni anċillari jew mhux ta’ titolizzazzjoni anċillari, irrispettivament minn jekk dak is-servizz huwiex ipprovdut mill-applikant, impriża fi ħdan il-grupp tiegħu, jew kwalunkwe impriża oħra li magħha jkollu ftehim.

Artikolu 17

Diriġenza għolja u membri tal-bord

Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta’ kull membru tal-maniġment superjuri:

(a)

kopja tal-curriculum vitae tal-membru, inkluża l-informazzjoni li ġejja sa fejn rilevanti fil-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-esperjenza u l-għarfien tal-membru għall-finijiet tat-twettiq tar-responsabbiltajiet tiegħu jew tagħha:

(i)

ħarsa ġenerali lejn l-edukazzjoni postsekondarja tal-membru;

(ii)

l-istorja tal-impjieg tal-membru bid-dati, l-identifikazzjoni tal-karigi li kellu u deskrizzjoni tal-funzjonijiet okkupati;

(iii)

kwalunkwe kwalifika professjonali li għandu l-membru, flimkien mad-data li fiha tkun inkisbet il-kwalifika u l-istatus ta’ kwalunkwe sħubija f’korp professjonali rilevanti;

(b)

informazzjoni ddettaljata dwar l-għarfien u l-esperjenza dwar kwistjonijiet ta’ titolizzazzjoni u dwar il-ġestjoni, l-operazzjonijiet u l-iżvilupp tal-IT;

(c)

dettalji rigward kwalunkwe kundanna kriminali b’konnessjoni mal-forniment ta’ servizzi finanzjarji jew ta’ data jew fir-rigward ta’ atti ta’ frodi jew approprjazzjoni indebita, b’mod partikolari fil-forma ta’ ċertifikat uffiċjali, jekk ikun disponibbli fl-Istat Membru rilevanti;

(d)

dikjarazzjoni ffirmata mill-membru li tiddikjara jekk:

(i)

kienx ikkundannat għal xi reat kriminali b’konnessjoni mal-forniment ta’ servizzi finanzjarji jew ta’ data jew fir-rigward ta’ atti ta’ frodi jew approprjazzjoni indebita;

(ii)

kienx soġġett għal deċiżjoni negattiva f’xi proċediment ta’ natura dixxiplinarja mibdi minn awtorità regolatorja jew korp tal-gvern jew aġenzija jew huwiex is-soġġett ta’ xi proċediment ta’ din ix-xorta li mhuwiex konkluż;

(iii)

kienx soġġett għal sejba ġudizzjarja negattiva fi proċedimenti ċivili quddiem qorti b’konnessjoni mal-forniment ta’ servizzi finanzjarji jew ta’ data, jew għal imġiba mhux xierqa jew frodi fl-immaniġġjar ta’ negozju;

(iv)

kienx jagħmel parti mill-bord jew mid-diriġenza għolja ta’ impriża li r-reġistrazzjoni jew l-awtorizzazzjoni tagħha ġiet irtirata minn korp regolatorju;

(v)

kienx miċħud id-dritt li jwettaq attivitajiet li jirrikjedu reġistrazzjoni jew awtorizzazzjoni minn korp regolatorju;

(vi)

kienx jagħmel parti mill-bord jew mid-diriġenza għolja ta’ impriża li saret insolventi jew li ġiet likwidata, jew waqt li l-membru kellu rabta mal-impriża jew fi żmien sena minn meta l-membru ma baqax marbut mal-impriża;

(vii)

kienx jagħmel parti mill-bord jew mid-diriġenza għolja ta’ impriża li kienet soġġetta għal deċiżjoni negattiva jew penali minn korp regolatorju;

(viii)

kienx immultat, sospiż, skwalifikat b’mod ieħor jew inkella soġġett għal kwalunkwe sanzjoni oħra fir-rigward ta’ frodi, approprjazzjoni indebita jew b’konnessjoni mal-forniment ta’ servizzi finanzjarji jew ta’ data, minn gvern jew korp regolatorju jew professjonali;

(ix)

kienx skwalifikat milli jaġixxi bħala direttur, skwalifikat milli jaġixxi fi kwalunkwe kapaċità maniġerjali, jew tkeċċiex mill-impjieg jew kariga oħra f’impriża b’konsegwenza ta’ mġiba ħażina jew prattika ħażina;

(e)

dikjarazzjoni ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali li l-membru jista’ jkollu fil-qadi ta’ dmirijietu u kif jiġu ġestiti dawn il-kunflitti.

Artikolu 18

It-trasparenza tar-regoli tal-aċċess

(1)   Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandha tinkludi:

(a)

il-politiki u l-proċeduri li skonthom tipi differenti ta’ utenti se jirrapportaw u jaċċessaw l-informazzjoni miġbura, prodotta u miżmuma ċentralment fir-repożitorju tat-titolizzazzjoni, inkluż kwalunkwe proċess għal utenti li jaċċessaw, jaraw, jikkonsultaw jew jimmodifikaw l-informazzjoni miżmuma mir-repożitorju tat-titolizzazzjoni, kif ukoll il-proċeduri użati biex tiġi awtentikata l-identità tal-utenti li jaċċessaw ir-repożitorju tat-titolizzazzjoni;

(b)

kopja tat-termini u l-kundizzjonijiet li jiddeterminaw id-drittijiet u l-obbligi tat-tipi differenti ta’ utenti fir-rigward tal-informazzjoni miżmuma mir-repożitorju tat-titolizzazzjoni;

(c)

deskrizzjoni tal-kategoriji differenti ta’ aċċess disponibbli għall-utenti;

(d)

deskrizzjoni ddettaljata tal-politiki u l-proċeduri tal-aċċess sabiex ikun żgurat li l-utenti jkollhom aċċess mhux diskriminatorju għall-informazzjoni miżmuma mir-repożitorju tat-titolizzazzjoni, fosthom:

(i)

kwalunkwe restrizzjoni fuq l-aċċess;

(ii)

varjazzjonijiet fil-kundizzjonijiet tal-aċċess jew restrizzjonijiet bejn l-entitajiet ta’ rapportar u bejn l-entitajiet differenti elenkati fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(iii)

il-mod kif il-politiki u l-proċeduri tal-aċċess jiżguraw li l-aċċess ikun kemm jista’ jkun ristrett u liema proċeduri jeżistu biex tiġi ddubitata u titreġġa’ lura restrizzjoni jew ċaħda tal-aċċess;

(e)

deskrizzjoni ddettaljata tal-politiki u l-proċeduri tal-aċċess li skonthom il-fornituri ta’ servizzi oħra għandhom aċċess nondiskriminatorju għall-informazzjoni miżmuma mir-repożitorju tat-titolizzazzjoni meta l-entità li tirrapporta rilevanti tkun tat il-kunsens bil-miktub, volontarju u revokabbli tagħha, fosthom:

(i)

kwalunkwe restrizzjoni fuq l-aċċess;

(ii)

varjazzjonijiet fil-kundizzjonijiet tal-aċċess jew restrizzjonijiet;

(iii)

il-mod kif il-politiki u l-proċeduri tal-aċċess jiżguraw li l-aċċess ikun kemm jista’ jkun ristrett u liema proċeduri jeżistu biex tiġi ddubitata u titreġġa’ lura restrizzjoni jew ċaħda tal-aċċess;

(f)

deskrizzjoni tal-mezzi u l-mekkaniżmi biex jiżvelaw pubblikament lill-utenti potenzjali u attwali l-proċeduri li bihom dawk l-utenti jistgħu finalment ikollhom aċċess għall-informazzjoni miżmuma mir-repożitorju tat-titolizzazzjoni u biex jiżvelaw pubblikament lill-entitajiet potenzjali u attwali li jirrapportaw il-proċeduri li bihom jistgħu finalment jagħmlu disponibbli l-informazzjoni permezz tal-applikant.

(2)   L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1 għandha tiġi speċifikata għal kull waħda mill-kategoriji tal-utent li ġejjin:

(a)

persunal u persunal ieħor affiljat mal-applikant, inkluż fi ħdan l-istess grupp;

(b)

oriġinaturi, sponsors u SSPEs (bħala kategorija waħda);

(c)

l-entitajiet elenkati fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(d)

fornituri ta’ servizzi oħra;

(e)

kull kategorija oħra ta’ utent identifikata mill-applikant (bl-informazzjoni speċifikata separatament għal kull kategorija ta’ dan it-tip).

Artikolu 19

It-trasparenza tal-politika tal-ipprezzar

Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandu jkun fiha deskrizzjoni ta’ dan li ġej:

(a)

il-politika tal-ipprezzar tal-applikant, inkluż kwalunkwe roħs, ribass u kundizzjoni eżistenti sabiex wieħed jibbenefika minn dan it-tnaqqis;

(b)

l-istruttura tat-tariffi tal-applikant għall-forniment ta’ servizzi ta’ titolizzazzjoni ewlenin u anċillari, inkluż il-kost stmat ta’ kull wieħed minn dawk is-servizzi, flimkien mad-dettalji tal-metodi użati biex jitqies il-kost separat li l-applikant jista’ jġarrab meta jipprovdi servizzi ta’ titolizzazzjoni ewlenin u servizzi ta’ titolizzazzjoni anċillari, kif ukoll it-tariffi imposti mill-applikant għat-trasferiment ta’ informazzjoni lil repożitorju tat-titolizzazzjoni ieħor u biex jirċievi informazzjoni trasferita minn repożitorju tat-titolizzazzjoni ieħor;

(c)

il-metodi użati mill-applikant biex iqiegħed l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, inkluża kopja tal-istruttura tat-tariffi separata skont is-servizzi ta’ titolizzazzjoni ewlenin u, fejn dawn jiġu pprovduti, is-servizzi ta’ titolizzazzjoni anċillari.

Artikolu 20

Riskju operazzjonali

(1)   Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandha tinkludi:

(a)

deskrizzjoni ddettaljata tar-riżorsi disponibbli u l-proċeduri maħsuba sabiex jidentifikaw u jnaqqsu r-riskju operazzjonali u kwalunkwe riskju materjali ieħor li għalihom ikun espost l-applikant, inkluża kopja ta’ kwalunkwe politika, metodoloġija, proċedura interna u manwal rilevanti mfassla għal dak il-għan;

(b)

deskrizzjoni tal-assi likwidi netti ffinanzjati minn ekwità biex ikopru telf kummerċjali ġenerali potenzjali sabiex ikomplu jipprovdu servizzi ta’ titolizzazzjoni ewlenin fuq il-bażi ta’ negozju avvjat;

(c)

valutazzjoni tas-suffiċjenza tar-riżorsi finanzjarji tal-applikant biex ikopri l-kostijiet operazzjonali ta’ stralċ jew riorganizzazzjoni tal-operazzjonijiet u s-servizzi kritiċi fuq perjodu ta’ mill-inqas disa’ xhur;

(d)

il-pjan tal-kontinwità tan-negozju tal-applikant u deskrizzjoni tal-politika għall-aġġornament ta’ dak il-pjan, fosthom:

(i)

il-proċessi tan-negozju, ir-riżorsi, il-proċeduri ta’ eskalazzjoni u s-sistemi relatati kollha li huma kritiċi sabiex ikun żgurat li s-servizzi ta’ titolizzazzjoni ewlenin tal-applikant, inkluż kwalunkwe servizz esternalizzat rilevanti u inklużi l-istrateġija, il-politika u l-objettivi tal-applikant għall-kontinwità ta’ dawn il-proċessi;

(ii)

kwalunkwe arranġament fis-seħħ ma’ fornituri oħra tal-infrastruttura tas-suq finanzjarju, inklużi repożitorji tat-titolizzazzjoni oħra;

(iii)

l-arranġamenti li jiżguraw livell minimu ta’ servizz tal-funzjonijiet kritiċi u ż-żmien mistenni tal-irkupru sħiħ ta’ dawk il-funzjonijiet;

(iv)

iż-żmien tal-irkupru massimu aċċettabbli għall-proċessi u s-sistemi tan-negozju, fid-dawl tal-iskadenzi għar-rapportar stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402 u l-volum tal-informazzjoni li l-applikant jeħtieġ jipproċessa f’dak il-perjodu ta’ tliet xhur;

(v)

il-proċeduri sabiex jiġu ttrattati r-reġistrar u l-analiżi tal-inċidenti;

(vi)

programm ta’ ttestjar perjodiku, li jiżgura li jitwettqu testijiet suffiċjenti biex ikopru firxa adegwata ta’ xenarji possibbli, fuq perjodu ta’ żmien qasir u medju, inklużi iżda mhux limitati għal ħsarat fis-sistema, diżastri naturali, tfixkil fil-komunikazzjoni, telf ta’ persunal ewlieni u inabbiltà li jintuża l-bini użat regolarment u li jipprovdi għat-testijiet biex jiġi identifikat kif ħardwer, softwer u komunikazzjonijiet jirreaġixxu għal theddid potenzjali, flimkien mar-riżultati u l-azzjonijiet ta’ segwitu li jirriżultaw minn kwalunkwe test u minn dawk is-sistemi li jkun intwera li mhumiex kapaċi jadattaw għax-xenarji speċifiċi li jkunu qed jiġu ttestjati;

(vii)

l-għadd ta’ siti tekniċi u operazzjonali alternattivi disponibbli, fejn jinsabu, ir-riżorsi ta’ dawk is-siti meta mqabbla mas-sit prinċipali u l-proċeduri għall-kontinwità tan-negozju fis-seħħ fil-każ li jkun meħtieġ li jintużaw siti alternattivi;

(viii)

informazzjoni dwar l-aċċess għal sit tan-negozju sekondarju sabiex il-persunal ikun jista’ jiżgura l-kontinwità tas-servizzi ta’ titolizzazzjoni ewlenin jekk post tal-uffiċċju prinċipali ma jkunx disponibbli;

(ix)

il-pjanijiet, il-proċeduri u l-arranġamenti sabiex jiġu ttrattati l-emerġenzi u tiġi żgurata s-sikurezza tal-persunal;

(x)

pjanijiet, proċeduri u arranġamenti biex jiġu ġestiti l-kriżijiet, biex jiġu kkoordinati l-isforzi ġenerali għall-kontinwità tan-negozju u biex jiġu ddeterminati l-kapaċitajiet ta’ attivazzjoni, mobilizzazzjoni u eskalazzjoni fil-ħin (fil-limitu tal-objettiv taż-żmien għall-irkupru stabbilit mill-applikant) u effettivi;

(xi)

il-pjanijiet, il-proċeduri u l-arranġamenti sabiex jiġu rkuprati l-komponenti tas-sistema, l-applikazzjoni u l-infrastruttura tal-applikant fil-limitu tal-objettiv taż-żmien għall-irkupru stabbilit mill-applikant;

(xii)

dettalji dwar it-taħriġ tal-persunal dwar l-operazzjoni tal-arranġamenti għall-kontinwità tan-negozju, ir-rwoli tal-individwi f’dak ir-rigward, inklużi persunal ta’ operazzjonijiet ta’ sigurtà speċifiċi lesti biex jirreaġixxu immedjatament f’każ ta’ tfixkil fis-servizzi;

(e)

deskrizzjoni tal-arranġamenti sabiex jiġu żgurati s-servizzi ta’ titolizzazzjoni ewlenin tal-applikant f’każ ta’ tfixkil u l-involviment tal-utenti tiegħu u ta’ partijiet terzi oħra f’dawk l-arranġamenti;

(f)

deskrizzjoni tal-arranġamenti tal-applikant għall-pubblikazzjoni fuq is-sit web tiegħu u li jgħarraf fil-pront lill-ESMA u lil utenti oħra bi kwalunkwe interruzzjoni fis-servizz jew tfixkil fil-konnessjoni kif ukoll bil-ħin stmat li jkun meħtieġ biex is-servizz jissokta regolarment;

(g)

deskrizzjoni tal-arranġamenti tal-applikant li jippermettu lill-persunal tiegħu jimmonitorja b’mod kontinwu fil-ħin reali l-prestazzjoni tas-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni tiegħu.

(2)   Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandha tinkludi kopja tal-politiki u tal-proċeduri biex jiġi żgurat it-trasferiment ordnat tal-informazzjoni lil repożitorji tat-titolizzazzjoni oħra u r-ridirezzjoni tal-flussi tar-rapportar lil repożitorji tat-titolizzazzjoni oħra.

Artikolu 21

Esternalizzazzjoni

(1)   Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandha turi li, meta applikant jirranġa biex l-attivitajiet jitwettqu f’ismu minn partijiet terzi, inkluż minn impriżi li magħhom għandu konnessjonijiet mill-qrib, għandu jiżgura li l-parti terza jkollha l-abbiltà u l-kapaċità li twettaq dawk l-attivitajiet b’mod affidabbli u professjonali.

(2)   L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandha tispeċifika jew tinkludi dan kollu li ġej:

(a)

deskrizzjoni tal-ambitu tal-attivitajiet li għandhom jiġu esternalizzati kif ukoll id-dettall u sa liema punt dawk l-attivitajiet jiġu esternalizzati;

(b)

kopja tal-ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz rilevanti bi rwoli u responsabbiltajiet ċari, metriċi u miri għal kull rekwiżit ewlieni tal-applikant li jiġi esternalizzat, il-metodi użati sabiex jiġi mmonitorjat il-livell ta’ servizz tal-funzjonijiet esternalizzati u l-miżuri jew l-azzjonijiet li jridu jittieħdu f’każ li ma jintlaħqux il-miri fil-livell tas-servizz;

(c)

kopja tal-kuntratti li jirregolaw dawk il-ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz, inkluża l-identifikazzjoni tal-fornitur terz ta’ servizz;

(d)

kopja ta’ kwalunkwe rapport estern dwar l-attivitajiet esternalizzati, meta disponibbli;

(e)

dettalji tal-miżuri u l-politiki organizzazzjonali fir-rigward tal-esternalizzazzjoni u tar-riskji imposti minnha, kif speċifikat fil-paragrafu 4.

(3)   L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandha turi li l-esternalizzazzjoni ma tnaqqasx l-abbiltà tal-applikant li jwettaq funzjonijiet ta’ diriġenza għolja jew tal-korp maniġerjali.

(4)   L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandu jkun fiha biżżejjed informazzjoni biex turi kif l-applikant jibqa’ responsabbli għal kwalunkwe attività esternalizzata u deskrizzjoni tal-miżuri organizzazzjonali meħuda mill-applikant biex jiżgura dan li ġej:

(a)

li l-fornitur terz ta’ servizz ikun qed iwettaq attivitajiet esternalizzati b’mod effettiv u f’konformità mal-liġijiet applikabbli u mar-rekwiżiti regolatorji u li l-fornitur ta’ servizz ta’ parti terza jindirizza n-nuqqasijiet identifikati b’mod adegwat;

(b)

l-identifikazzjoni mill-applikant ta’ riskji fir-rigward ta’ attivitajiet esternalizzati u l-monitoraġġ perjodiku adegwat ta’ dawk ir-riskji;

(c)

li jkun hemm proċeduri ta’ kontroll adegwati fir-rigward tal-attivitajiet esternalizzati, inkluża s-superviżjoni effettiva ta’ dawk l-attivitajiet u tar-riskji tagħhom fi ħdan l-applikant;

(d)

il-kontinwità tan-negozju adegwata tal-attivitajiet esternalizzati.

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, l-applikant għandu jipprovdi informazzjoni dwar l-arranġamenti għall-kontinwità tan-negozju tal-fornitur terz ta’ servizz, inkluża l-valutazzjoni tal-applikant tal-kwalità ta’ dawk l-arranġamenti għall-kontinwità tan-negozju u, fejn meħtieġ, kwalunkwe titjib għal dawk l-arranġamenti għall-kontinwità tan-negozju li jkunu ntalbu mill-applikant.

(5)   Fejn il-fornitur ta’ servizz ta’ parti terza jkun issorveljat minn awtorità regolatorja, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandu jkun fiha wkoll informazzjoni li turi li l-fornitur terz ta’ servizz jikkoopera ma’ dik l-awtorità b’rabta ma’ attivitajiet esternalizzati.

Artikolu 22

Sigurtà

(1)   Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandha tinkludi evidenza dwar dan li ġej:

(a)

li s-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni tagħha jkunu protetti minn użu ħażin jew aċċess mhux awtorizzat;

(b)

li s-sistemi ta’ informazzjoni tagħha kif iddefinit fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2013/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) ikunu protetti kontra l-attakki;

(c)

li tkun evitata d-divulgazzjoni mhux awtorizzata ta’ informazzjoni kunfidenzjali;

(d)

li s-sigurtà u l-integrità tal-informazzjoni riċevuta minnha skont ir-Regolament (UE) 2017/2402 hija żgurata.

(2)   L-applikazzjoni għandu jkun fiha prova li l-applikant għandu arranġamenti fis-seħħ biex jidentifika u jimmaniġġja r-riskji msemmija fil-paragrafu 1 fil-pront u fil-ħin.

(3)   Fir-rigward tal-ksur tal-miżuri ta’ sigurtà fiżiċi u elettroniċi msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-applikazzjoni għandu jkun fiha prova li l-applikant għandu arranġamenti fis-seħħ biex jagħmel dan li ġej fil-pront u fil-ħin:

(a)

jinnotifika lill-ESMA bl-inċident li wassal għall-ksur;

(b)

jipprovdi lill-ESMA b’rapport dwar l-inċident, li jindika n-natura u d-dettalji tal-inċident, il-miżuri adottati biex jiġi affrontat l-inċident u l-inizjattivi meħuda biex jiġu evitati inċidenti simili;

(c)

jinnotifika lill-utenti tiegħu dwar l-inċident fejn dawn ikunu ġew affettwati mill-ksur.

Artikolu 23

Proċeduri ta’ verifika

(1)   Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni tal-politiki u l-proċeduri implimentati mill-applikant biex:

(a)

jawtentika l-identità tal-utent li jkollu aċċess għas-sistemi tal-applikant;

(b)

jawtorizza u jippermetti r-reġistrazzjoni ta’ informazzjoni rċevuta mill-applikant skont ir-Regolament (UE) 2017/2402 għat-titolizzazzjoni rilevanti;

(c)

jikkonforma mal-Artikoli 2 sa 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1229;

(d)

jivverifika u jenfasizza sottomissjonijiet doppji;

(e)

jidentifika informazzjoni li huwa ma jirċevix fejn hemm obbligu li dik l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402.

(2)   L-applikazzjoni għandha tinkludi wkoll dokumentazzjoni li tipprovdi diversi eżempji ta’ każijiet tal-ittestjar iddettaljati, inkluża grafika, li juru l-abbiltà tal-applikant li jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1. Fir-rigward tal-punt (c) tal-paragrafu 1, għandhom jiġu pprovduti diversi eżempji ta’ każijiet tal-ittestjar iddettaljati għal kull waħda mill-verifiki elenkati fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1229.

Artikolu 24

Il-kwalità tal-informazzjoni prodotta

Fir-rigward tal-informazzjoni prodotta mill-applikant skont ir-Regolament Delegat (UE) 2020/1229, applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni ddettaljata tal-proċeduri implimentati mill-applikant biex jiġi żgurat li huwa jagħmel disponibbli b’mod preċiż l-informazzjoni rċevuta mill-entitajiet li jirrapportaw, mingħajr ma hu stess jintroduċi xi żball jew iħalli barra xi informazzjoni.

Artikolu 25

Kunfidenzjalità

(1)   Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandu jkun fiha deskrizzjoni ddettaljata tal-politiki, tal-proċeduri u tal-mekkaniżmi interni li jipprevjenu:

(a)

kwalunkwe użu tal-informazzjoni miżmuma mill-applikant għal skopijiet illeġittimi;

(b)

divulgazzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali;

(c)

l-użu kummerċjali tal-informazzjoni miżmuma mill-applikant fejn tali użu huwa pprojbit.

(2)   Id-deskrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha deskrizzjoni tal-proċeduri interni dwar il-permessi tal-persunal għall-użu tal-passwords biex jaċċessaw l-informazzjoni, li tispeċifika l-iskop tal-persunal u l-ambitu tal-informazzjoni viżwalizzata u kwalunkwe restrizzjoni fuq l-użu tal-informazzjoni.

(3)   L-applikanti għandhom jipprovdu lill-ESMA informazzjoni dwar il-proċessi sabiex jinżamm reġistru li jidentifika kull membru tal-persunal li jaċċessa l-informazzjoni miżmuma mill-applikant, il-ħin tal-aċċess, in-natura tal-informazzjoni aċċessata u l-iskop.

Artikolu 26

Politika ta’ żamma tar-rekords

(1)   Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

is-sistemi taż-żamma tar-rekords, il-politiki u l-proċeduri li jintużaw sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni li titqiegħed għad-dispożizzjoni minn entità li tirrapporta skont ir-Regolament (UE) 2017/2402 permezz tal-applikant tiġi rreġistrata u miżmuma mill-applikant skont l-Artikolu 80(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, kif applikat mill-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(b)

deskrizzjoni ddettaljata tas-sistemi taż-żamma tar-rekords, il-politiki u l-proċeduri li jintużaw sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni magħmula disponibbli minn entità li tirrapporta skont ir-Regolament (UE) 2017/2402 permezz tal-applikant tkun immodifikata b’mod xieraq u skont ir-rekwiżiti leġiżlattivi jew regolatorji rilevanti;

(c)

informazzjoni dwar l-irċevuta u l-amministrazzjoni ta’ informazzjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni minn entità li tirrapporta skont ir-Regolament (UE) 2017/2402 permezz tal-applikant, inkluża deskrizzjoni ta’ kwalunkwe politika u proċedura implimentata mill-applikant sabiex jiġi żgurat dan li ġej:

(i)

ir-reġistrazzjoni f’waqtha u preċiża tal-informazzjoni rċevuta;

(ii)

iż-żamma tar-rekords tal-informazzjoni kollha li tasal li għandha x’taqsam mal-irċevuta, mal-modifika jew mat-terminazzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ titolizzazzjoni f’reġistru tar-rapportar;

(iii)

li l-informazzjoni tinżamm kemm online kif ukoll offline;

(iv)

li l-informazzjoni tiġi kkopjata b’mod adegwat għall-finijiet ta’ kontinwità tan-negozju.

(2)   L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandha tinkludi wkoll il-politiki u l-proċeduri tal-applikant biex jirreġistra minnufih, u jżomm għal mill-inqas 10 snin wara t-terminazzjoni tat-titolizzazzjoni, il-verifiki, il-validazzjonijiet u l-informazzjoni prodotti mill-applikant skont ir-Regolament Delegat (UE) 2020/1229.

Artikolu 27

Ħlas ta’ tariffi

Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni għandu jkun fiha prova tal-ħlas tat-tariffi tar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2017/2402.

Artikolu 28

Verifika tal-preċiżjoni u tal-kompletezza tal-applikazzjoni

(1)   Kwalunkwe informazzjoni ppreżentata lill-ESMA matul il-proċess tar-reġistrazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn ittra ffirmata minn membru tal-bord tal-applikant u membru tad-diriġenza għolja tal-applikant, li tiċċertifika li, skont l-aħjar għarfien tagħhom u fid-data tal-preżentazzjoni, l-informazzjoni ppreżentata hija preċiża u kompluta.

(2)   L-informazzjoni għandha tkun akkumpanjata wkoll, fejn rilevanti u disponibbli, bid-dokumentazzjoni legali korporattiva rilevanti li tiċċertifika l-preċiżjoni tal-informazzjoni dwar l-applikazzjoni.

Artikolu 29

Rekwiżiti tal-informazzjoni għal repożitorju tat-tranżazzjonijiet irreġistrat li jfittex li jipprovdi servizzi ta’ titolizzazzjoni ewlenin

(1)   Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(5)(b) tar-Regolament (UE) 2017/2402 għal estensjoni tar-reġistrazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament għandu jkun fiha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni meħtieġa mid-dispożizzjonijiet li ġejjin ta’ dan ir-Regolament:

(a)

l-Artikolu 2, ħlief il-punt (d) tal-paragrafu 2;

(b)

l-Artikolu 3;

(c)

l-Artikolu 5, ħlief il-punt (d) tal-paragrafu 2;

(d)

l-Artikolu 6;

(e)

l-Artikolu 9;

(f)

l-Artikolu 10(b);

(g)

l-Artikolu 12;

(h)

l-Artikolu 13(2);

(i)

l-Artikoli 14, 15 u 16;

(j)

l-Artikolu 17(b) u l-Artikolu 17(e);

(k)

l-Artikoli 18 sa 24;

(l)

l-Artikolu 25(2);

(m)

l-Artikoli 26, 27 u 28.

(2)   L-informazzjoni u d-dokumentazzjoni meħtieġa minn kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament li mhumiex koperti mill-paragrafu 1 għandhom jiġu inklużi f’applikazzjoni biss sa fejn ikun hemm differenza fil-kontenut ta’ dik l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni partikolari fiż-żmien meta ssir l-applikazzjoni, meta mqabbla mal-kontenut kif stipulat l-aħħar lill-ESMA qabel dik id-data skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2015/2365, kif applikabbli.

(3)   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ir-referenzi fil-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 2 u fl-Artikoli 3 sa 28 għal applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandhom jitqiesu li jinkludu referenza għal applikazzjoni għal estensjoni tar-reġistrazzjoni.

Artikolu 30

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(7)  Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).

(8)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1229 tad-29 ta’ Novembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar standards operazzjonali għal repożitorju tat-titolizzazzjoni għall-ġbir, l-aggregazzjoni, it-tqabbil, l-aċċess u l-verifika ta’ kompletezza u konsistenza tad-data (Ara l-paġna 335 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1225 tad-29 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-format u l-mudelli standardizzati biex l-informazzjoni u d-dettalji ta’ titolizzazzjoni mill-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE jiġu magħmulin disponibbli (Ara l-paġna 217 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1227 tat-12 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ mudelli għall-forniment ta’ informazzjoni skont ir-rekwiżiti ta’ notifika STS (Ara l-paġna 315 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(11)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1224 tas-16 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni u d-dettalji ta’ titolizzazzjoni li għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-oriġinatur, mill-isponsor u mill-SSPE (Ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(12)  Id-Direttiva 2013/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Awwissu 2013 dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/222/ĠAI (ĠU L 218, 14.8.2013, p. 8).