<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-620/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0620</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1011">EU:C:2020:1011</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20201210">10.12.2020</DATE> – Kawża C‑620/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">J &amp; S Service</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20201210">10 ta’ Diċembru 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Data personali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) 2016/679</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 23</KEYWORD><KEYWORD>Limitazzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-data</KEYWORD><KEYWORD>Interess finanzjarju importanti</KEYWORD><KEYWORD>Infurzar ta’ pretensjonijiet skont id-dritt ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħmel riferiment għad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Data fiskali li tikkonċerna persuna ġuridika</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑620/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20190704">4 ta’ Lulju 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20190820">20 ta’ Awwissu 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Land Nordrhein-Westfalen,</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">D.-H. T</HT>., li qiegħed jaġixxi bħala l-likwidatur tal-assi ta’ J &amp; S Service UG,</P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, L. Bay Larsen, C. Toader (Relatur), M. Safjan u N. Jääskinen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal-Land Nordrhein-Westfalen, minn M. Kottmann u C. Mensching, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller u D. Klebs, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, O. Serdula u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, inizjalment minn H. Kranenborg, D. Nardi u K. Kaiser, sussegwentement minn H. Kranenborg, D. Nardi u F. Erlbacher, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20200903">3 ta’ Settembru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 23(1)(e) u (j) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20160427">27 ta’ April 2016</DATE> dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ <HT TYPE="ITALIC">data</HT> personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali <HT TYPE="ITALIC">data</HT>, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-<HT TYPE="ITALIC">Data</HT>) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="119" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 119, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="127" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 127, p. 2</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>RĠPD<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn il-Land Nordrhein-Westfalen u D.‑H. T., li qiegħed jaġixxi bħala l-likwidatur tal-assi ta’ J &amp; S Service UG, dwar talba għall-kisba ta’ data fiskali li tikkonċerna lil din il-kumpannija.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 2, 4, 14 u 73 tar-RĠPD jistipulaw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>(2)</NO.P><TXT>Il-prinċipji ta’, u r-regoli dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-<HT TYPE="ITALIC">data</HT> personali tagħhom, irrispettivament min-nazzjonalità jew ir-residenza tagħhom, għandhom jirrispettaw id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tagħhom, b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-<HT TYPE="ITALIC">data</HT> personali. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>L-ipproċessar tad-<HT TYPE="ITALIC">data</HT> personali għandu jitfassal biex iservi lill-bniedem. Id-dritt għall-protezzjoni tad-<HT TYPE="ITALIC">data</HT> personali mhuwiex dritt assolut; huwa għandu jiġi kkunsidrat b’rabta mal-funzjoni tiegħu fis-soċjetà u jkun ibbilanċjat ma’ drittijiet fundamentali oħrajn, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali kollha u josserva l-libertajiet u l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta [tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea] kif integrata fit-Trattati, b’mod partikolari r-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dar u l-komunikazzjonijiet, il-protezzjoni tad-data personali, il-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon, il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, il-libertà tal-intrapriża, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali u d-diversità kulturali, reliġjuża u lingwistika.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(14)</NO.P><TXT>[…] Dan ir-Regolament ma jkoprix l-ipproċessar tad-<HT TYPE="ITALIC">data</HT> personali li tikkonċerna l-persuni ġuridiċi u b’mod partikolari l-impriżi stabbiliti bħala persuni ġuridiċi, inklużi l-isem u l-forma tal-persuna ġuridika u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna ġuridika.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(73)</NO.P><TXT>Ir-restrizzjonijiet dwar prinċipji speċifiċi u d-drittijiet ta’ informazzjoni, aċċess għal u rettifika jew tħassir ta’ <HT TYPE="ITALIC">data</HT> personali, id-dritt għall-portabbiltà tad-<HT TYPE="ITALIC">data</HT>, id-dritt għall-oġġezzjoni, id-deċiżjonijiet ibbażati fuq it-tfassil ta’ profili, kif ukoll il-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ <HT TYPE="ITALIC">data</HT> personali lil suġġett tad-<HT TYPE="ITALIC">data</HT> u ċerti obbligi relatati tal-kontrolluri jistgħu jiġu imposti mil-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, sa fejn ikun meħtieġ u proporzjonat f’soċjetà demokratika biex tiġi ssalvagwardjata s-sigurtà pubblika, inkluża l-protezzjoni tal-ħajja tal-bniedem speċjalment b’reazzjoni għal diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem, il-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni tat-theddidiet għas-sigurtà pubblika, jew ksur ta’ etika għal professjonijiet regolati, objettivi importanti oħrajn ta’ interessi pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, b’mod partikolari interess ekonomiku jew finanzjarju importanti tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, iż-żamma ta’ reġistri pubbliċi miżmuma għal raġunijiet ta’ interess pubbliku ġenerali, ipproċessar ulterjuri tad-<HT TYPE="ITALIC">data</HT> personali arkivjata sabiex jipprovdi informazzjoni speċifika relatata mal-imġiba politika taħt reġimi preċedenti fi stati totalitarji jew il-protezzjoni tas-suġġett tad-<HT TYPE="ITALIC">data</HT> jew id-drittijiet u l-libertajiet ta’ persuni oħrajn, inklużi l-protezzjoni soċjali, is-saħħa pubblika u finijiet umanitarji. Dawk ir-restrizzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Karta [tad-Drittijiet Fundamentali] u fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Suġġett u objettivi<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli relatati mal-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-<HT TYPE="ITALIC">data</HT> personali u regoli relatati mal-moviment liberu tad-<HT TYPE="ITALIC">data</HT> personali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament jipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni ta’ <HT TYPE="ITALIC">data</HT> personali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-moviment liberu tad-<HT TYPE="ITALIC">data</HT> personali fl-Unjoni għandu jkun la ristrett u lanqas ipprojbit għal raġunijiet marbutin mal-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ <HT TYPE="ITALIC">data</HT> personali.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fil-punt 1 tiegħu, l-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprovdi li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/><HT TYPE="ITALIC">data</HT> personali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> għandu jinftiehem bħala li jirrigwarda <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>suġġett tad-data<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/>); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista’ tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b’mod partikolari b’referenza għal mezz ta’ identifikazzjoni bħal isem, numru ta’ identifikazzjoni, <HT TYPE="ITALIC">data</HT> ta’ lokalizzazzjoni, identifikatur <HT TYPE="ITALIC">online</HT> jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta’ dik il-persuna fiżika<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 15(1) tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Dritt ta’ aċċess mis-suġġett tad-<HT TYPE="ITALIC">data</HT><QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, dan għandu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur konferma dwar jekk id-data personali li tikkonċerna lilu hijiex qiegħda tiġi pproċessata jew le, u, fejn dan ikun il-każ, l-aċċess għall-imsemmija data personali u l-informazzjoni elenkati f’dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fil-paragrafu 1 tiegħu, l-Artikolu 23 tar-RĠPD, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Restrizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru li għaliha jkun soġġett il-kontrollur jew il-proċessur tad-<HT TYPE="ITALIC">data</HT> tista’ tirrestrinġi permezz ta’ miżura leġiżlattiva l-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi u d-drittijiet previsti fl-Artikoli 12 sa 22 u l-Artikolu 34, kif ukoll l-Artikolu 5 sakemm id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu mad-drittijiet u l-obbligi previsti fl-Artikoli 12 sa 22, meta tali restrizzjoni tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u hija miżura meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika għas-salvagwardja ta’:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="4"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>objettivi importanti oħrajn ta’ interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, b’mod partikolari interess ekonomiku jew finanzjarju importanti tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, inkluż, kwistjonijiet monetarji, baġitarji u fiskali, is-saħħa pubblika u s-sigurtà soċjali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(j)</NO.P><TXT>l-infurzar ta’ pretensjonijiet skont id-dritt ċivili.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi tat-Taxxi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Abgabenordnung (il-Kodiċi tat-Taxxi, BGB1. I 2002, p. 3866), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Kodiċi tat-Taxxi<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), fl-Artikolu 2a tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-ipproċessar ta’ data personali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="002A.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kodiċi u tal-liġijiet fiskali li għandhom x’jaqsmu mal-ipproċessar tad-data personali ma humiex applikabbli meta d-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari r-[RĠPD] japplika direttament jew <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> skont il-paragrafu (5) [ta’ dan l-artikolu].</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002A.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA><P>Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor, id-dispożizzjonijiet tar-[RĠPD], ta’ dan il-kodiċi u tal-liġijiet fiskali dwar l-ipproċessar tad-data personali tal-persuni fiżiċi japplikaw <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> għall-informazzjoni relatata ma’</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>persuni fiżiċi mejta jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>persuni ġuridiċi, assoċjazzjonijiet ta’ persuni u fondi tal-korporazzjonijiet b’personalità ġuridika jew mingħajrha,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>identifikati jew identifikabbli.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 32b tal-Kodiċi tat-Taxxi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Obbligu tal-awtorità finanzjarja sabiex tipprovdi informazzjoni meta d-data personali ma tkunx inkisbet mingħand is-suġġett tad-data<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="032B.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-obbligu min-naħa tal-awtorità finanzjarja li tinforma lis-suġġett tad-data konformement mal-Artikolu 14(1), (2) u (4) tar-[RĠPD], minbarra l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 14(5) [tar-RĠPD] u l-Artikolu 31c(2) [ta’ dan il-kodiċi], ma jeżistix</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>meta l-għoti tal-informazzjoni</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ikun ta’ ħsara għall-eżekuzzjoni xierqa tal-kompiti li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet finanzjarji jew ta’ korpi pubbliċi oħra fis-sens tal-Artikolu 23(1)(d) sa (h) tar-[RĠPD], jew</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></NP></ITEM></LIST><P>u għalhekk l-interess tas-suġġett tad-data fir-rigward tal-kisba tal-informazzjoni għandu jkun ta’ importanza sekondarja. L-Artikolu 32a(2) [ta’ dan il-kodiċi] għandu japplika <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>.</P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 32c tal-imsemmi kodiċi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Dritt ta’ aċċess mis-suġġett tad-data<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="032C.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-dritt ta’ aċċess mis-suġġett tad-data fir-rigward ta’ awtorità finanzjarja skont l-Artikolu 15 tar-[RĠPD] ma jeżistix meta,</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>is-suġġett tad-data ma għandux jiġi informat skont l-Artikolu 32b(1) jew (2) [ta’ dan il-kodiċi],</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>l-għoti ta’ informazzjoni jkollu effett negattiv fuq l-awtorità finanzjarja fl-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ pretensjonijiet skont id-dritt ċivili jew fid-difiża ta’ pretensjonijiet skont id-dritt ċivili stabbiliti kontriha fis-sens tal-Artikolu 23(1)(j) tar-[RĠPD]; l-obbligi tal-għoti ta’ informazzjoni min-naħa tal-awtorità finanzjarja taħt id-dritt ċivili jibqgħu l-istess,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 32e tal-istess kodiċi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Relazzjoni ma’ drittijiet oħra għall-aċċess u l-għoti ta’ informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Jekk is-suġġett tad-data jew terz għandu dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni fir-rigward tal-awtorità finanzjarja skont il-[Gesetz zur Regelung des Zugangs zu Informationen des Bundes (il-Liġi dwar l-Aċċess għall-Informazzoni tal-Istat Federali)] tal-<DATE ISO="20050905">5 ta’ Settembru 2005</DATE> (BGB1. 2005 I, p. 2722), fil-verżjoni tagħha applikabbli, jew skont il-leġiżlazzjoni korrispondenti tal-Länder, l-Artikoli 12 sa 15 tar-[RĠPD] għandhom japplikaw <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> flimkien mal-Artikoli 32a sa 32d [ta’ dan il-kodiċi]. F’dan ir-rigward huma esklużi drittijiet iktar estensivi għal informazzjoni relatata mad-data fiskali. Il-punt 2 tal-Artikolu 30(4) [ta’ dan il-kodiċi] ma huwiex applikabbli f’dan ir-rigward.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi dwar l-Insolvenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 129(1) tal-Insolvenzordnung (il-Liġi dwar l-Insolvenza), tal-<DATE ISO="19941005">5 ta’ Ottubru 1994</DATE> (BGB1. 1994 I, p. 2866), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>L-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Insolvenzverwalter<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/> [il-likwidatur tal-assi] jista’ jikkontesta, taħt il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 130 sa 146, l-atti legali li twettqu qabel il-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza u li huma ta’ detriment għall-kredituri.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi dwar il-Libertà tal-Informazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Gesetz über die Freiheit des Zugangs zu Informationen für das Land Nordrhein‑Westfalen (il-Liġi dwar l-Aċċess Liberu għall-Informazzjoni tal-Land ta’ Nordrhein-Westfalen) tas-<DATE ISO="20011127">27 ta’ Novembru 2001</DATE>, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Liġi dwar il-Libertà tal-Informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>), jipprevedi, fl-Artikolu 2 tiegħu intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>1)</NO.PARAG><ALINEA>Din il-liġi għandha tapplika għall-attività amministrattiva tal-awtoritajiet pubbliċi […]. Għall-finijiet ta’ din il-liġi, awtorità pubblika hija kwalunkwe korp li jwettaq kompiti ta’ amministrazzjoni pubblika.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4 tal-Liġi dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Dritt għall-informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Kull persuna fiżika tista’ tinvoka, kontra l-korpi msemmija fl-Artikolu 2, skont din il-liġi, dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni uffiċjali miżmuma mill-korp.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="6"?><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA>Kwalunkwe dispożizzjonijiet legali speċifiċi dwar l-aċċess għall-informazzjoni amministrattiva, l-għoti ta’ informazzjoni jew l-għoti ta’ aċċess għall-fajl għandhom jipprevalu fuq id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi. L-obbligu ta’ kunfidenzjalità ma japplikax fil-kuntest ta’ din il-liġi.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>D.-H. T., bħala l-likwidatur tal-assi ta’ J &amp; S Service, kumpannija rregolata mid-dritt Ġermaniż, talab lill-amministrazzjoni fiskali, abbażi tal-Artikolu 4(1) tal-Liġi dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, data fiskali dwar din il-kumpannija sabiex ikun jista’ jeżamina l-possibbiltà li jressaq azzjonijiet revokatorji fil-kuntest tal-proċedura ta’ insolvenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Din id-data kienet tirrigwarda l-miżuri ta’ eżekuzzjoni forzata li għalihom setgħet tkun suġġetta J &amp; S Service, dawk li kienu diġà ġew implimentati u l-pagamenti rċevuti kif ukoll id-data li fiha l-amministrazzjoni fiskali saret taf bl-insolvenza ta’ din il-kumpannija. D.-H. T. talab ukoll għall-estratti tal-kontijiet fir-rigward tat-tipi kollha ta’ taxxi ġestiti mill-amministrazzjoni fiskali għall-perijodi taxxabbli bejn Marzu 2014 u Ġunju 2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Peress li l-amministrazzjoni fiskali ċaħdet din it-talba, D.-H. T. adixxa lill-Verwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva, il-Ġermanja) kompetenti, li essenzjalment laqgħet ir-rikors tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Oberverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Superjuri, il-Ġermanja) kompetenti ċaħdet l-appell ippreżentat mil-Land Nordrhein-Westfalen kontra d-deċiżjoni tal-ewwel istanza. Din il-qorti kkunsidrat b’mod partikolari li d-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni, eżerċitat fuq il-bażi tal-Liġi dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, ma kienx eskluż minn regoli speċifiċi eżistenti fil-qasam fiskali u li fir-rigward tiegħu ma kien hemm ebda raġuni għal esklużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont l-imsemmija qorti, peress li, fil-kuntest tal-proċedura ta’ insolvenza, is-setgħa li wieħed jiddisponi mill-informazzjoni fiskali kienet ġiet ittrasferita lil-likwidatur tal-assi, dan it-trasferiment kien jinkludi wkoll is-sigrieti tan-negozju u l-informazzjoni fiskali sa fejn huwa neċessarju għall-ġestjoni tajba tal-patrimonju tad-debitur insolventi. Għaldaqstant, minkejja li l-informazzjoni mitluba kienet koperta mis-sigriet fiskali, D.-H. T. kellu d-dritt, fil-kwalità tiegħu ta’ likwidatur tal-assi, li jitlob lil J &amp; S Service l-informazzjoni kollha li għandha rabta mal-proċedura ta’ insolvenza. L-obbligu ta’ parteċipazzjoni tad-debitur insolventi kien jinkludi wkoll l-obbligu li l-amministrazzjoni fiskali tiġi meħlusa mis-sigriet fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Land Nordrhein-Westfalen ippreżenta appell għal reviżjoni kontra d-deċiżjoni tal-Oberverwaltungsgerichti (il-Qorti Amministrattiva Superjuri) kompetenti quddiem il-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali, il-Ġermanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Preliminarjament, din il-qorti tosserva li r-RĠPD ma huwiex direttament applikabbli f’dan il-każ għaliex il-kawża prinċipali ma tirrigwardax data personali relatata ma’ persuna fiżika, fis-sens tal-Artikolu 1(1) u tal-punt 1 tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament, u lanqas ma tirrigwarda d-dritt ta’ aċċess mogħti lis-suġġett tad-data, fis-sens tal-Artikolu 15 tal-imsemmi regolament. Skont il-qorti tar-rinviju, id-dritt ta’ aċċess previst f’dan l-aħħar artikolu huwa dritt marbut mas-suġġett tad-data kkonċernat mill-ipproċessar tad-data personali li ma jidħolx fil-massa fallimentari u għalhekk ma jaqax taħt it-trasferiment tas-setgħat ta’ ġestjoni u ta’ dispożizzjoni lejn il-likwidatur tal-assi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Madankollu, l-imsemmija qorti tfakkar li, sabiex tiżgura l-interpretazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddikjarat li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar talbiet għal deċiżjoni preliminari li jirrigwardaw dispożizzjonijiet ta’ dan id-dritt f’sitwazzjonijiet purament interni, li fihom dawn id-dispożizzjonijiet kienu saru direttament u inkundizzjonalment applikabbli mid-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Issa, din il-kundizzjoni hija ssodisfatta f’dan il-każ, peress li l-Artikolu 2a(5) tal-Kodiċi tat-Taxxi jirreferi, fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tal-persuni ġuridiċi, għad-dispożizzjonijiet tar-RĠPD.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi dwar il-possibbiltà għall-amministrazzjoni fiskali li tillimita l-aċċess għad-data fiskali ta’ debitur tat-taxxa abbażi tal-Artikolu 23(1)(j) tar-RĠPD, li għalih jirreferi espressament il-punt 2 tal-Artikolu 32c(1) tal-Kodiċi tat-Taxxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-każ li jitqies li l-amministrazzjoni fiskali tista’ tinvoka l-Artikolu 23(1)(j) tar-RĠPD, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>infurzar ta’ pretensjonijiet skont id-dritt ċivili<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> li jinsab f’din id-dispożizzjoni jinkludix ukoll id-difiża kontra pretensjonijiet li jaqgħu taħt id-dritt ċivili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju ssostni li, fid-dritt nazzjonali, il-punt 2 tal-Artikolu 32c(1) tal-Kodiċi tat-Taxxi jinkludi espressament id-difiża kontra pretensjonijiet li jaqgħu taħt id-dritt ċivili sabiex jiġi limitat id-dritt ta’ aċċess tas-suġġett tad-data. Din id-dispożizzjoni hija intiża sabiex tiżgura li l-amministrazzjoni fiskali ma tiġix ittrattata b’mod differenti meta mqabbla mal-kredituri jew mad-debituri l-oħra. L-obbligi ta’ informazzjoni imposti fuqha għandhom għalhekk jiġu rregolati biss mid-dritt ċivili u suġġetti għall-kundizzjoni li d-dritt li tittieħed azzjoni għal revoka jkun essenzjalment stabbilit u li jkun jibqa’ biss li jiġu ddeterminati n-natura u l-portata ta’ dan id-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk dispożizzjoni nazzjonali li tillimita d-dritt ta’ aċċess mogħti mill-Artikolu 15 tar-RĠPD sabiex topponi azzjonijiet revokatorji li jistgħu jitressqu fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza kontra l-amministrazzjoni fiskali hijiex ibbażata fuq l-Artikolu 23(1)(e) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, din il-qorti ssostni li l-għan tal-punt 2 tal-Artikolu 32c(1) tal-Kodiċi tat-Taxxi huwa li l-amministrazzjoni fiskali tiġi ttrattata bl-istess mod bħal kredituri u debituri oħra fir-rigward ta’ pretensjonijiet li jaqgħu taħt id-dritt ċivili kif ukoll li jiġi promoss intaxxar regolari u konformi mal-liġi u konsegwentement is-salvagwardja tad-dħul fiskali. Dawn l-għanijiet jistgħu jikkostitwixxu għanijiet importanti ta’ interess pubbliku ġenerali fil-qasam baġitarju u fiskali, fis-sens tal-Artikolu 23(1)(e) tar-RĠPD.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Madankollu, skont l-imsemmija qorti, permezz tal-punt 2 tal-Artikolu 32c(1) tal-Kodiċi tat-Taxxi, il-leġiżlatur nazzjonali pjuttost għamel użu mil-limitazzjoni li tinsab fl-Artikolu 23(1)(j) tar-RĠPD. Fil-fatt, id-data fiskali mitluba ma għandhiex interess għall-pretensjonijiet fiskali nfushom, iżda għat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas li jinteressaw id-dritt tal-insolvenza, bħala atti li jistgħu, jekk ikun il-każ, jiġu rrevokati skont il-Liġi dwar l-Insolvenza, tal-<DATE ISO="19941005">5 ta’ Ottubru 1994</DATE>, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 23(1)(j) tar-[RĠPD] huwa intiż sabiex jipproteġi wkoll l-interessi tal-amministrazzjoni fiskali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, l-espressjoni <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>l-infurzar ta’ pretensjonijiet skont id-dritt ċivili<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="2019" ID="QE0030"/> tkopri wkoll id-difiża tal-amministrazzjoni fiskali mill-pretensjonijiet li jaqgħu taħt id-dritt ċivili u dawn il-pretensjonijiet għandhom ikunu diġà ġew invokati?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 23(1)(e) tar-[RĠPD] dwar il-protezzjoni ta’ interess finanzjarju importanti ta’ Stat Membru fil-qasam fiskali tippermetti li d-dritt ta’ aċċess previst fl-Artikolu 15 tal-imsemmi regolament jiġi limitat fil-kuntest tad-difiża ta’ pretensjonijiet għall-evitar ta’ insolvenza taħt id-dritt ċivili kontra l-amministrazzjoni fiskali?<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, hija biss il-qorti nazzjonali li quddiemha tkun tressqet il-kawża u li jkollha tassumi r-responsabbiltà tad-deċiżjoni ġudizzjarja li għandha tingħata, li għandha tevalwa, fir-rigward taċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ, kemm in-neċessità ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti s-sentenza tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, meta d-domandi magħmula jkunu jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tkun, bħala prinċipju, marbuta li tiddeċiedi (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19901018">18 ta’ Ottubru 1990</DATE>, <NAME.CASE>Dzodzi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑297/88 u C‑197/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:360">EU:C:1990:360</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190214">14 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Milivojević</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑630/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:123">EU:C:2019:123</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Madankollu, hija wkoll ġurisprudenza stabbilita li hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha teżamina l-kundizzjonijiet li fihom hija tkun adita mill-qorti nazzjonali sabiex tivverifika l-ġurisdizzjoni tagħha stess (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160616">16 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Rodríguez Sánchez</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑351/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:447">EU:C:2016:447</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diversi drabi ddikjarat lilha nnifisha li għandha ġurisdizzjoni biex tiddeċiedi talbiet għal deċiżjoni preliminari dwar id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni f’sitwazzjonijiet li fihom il-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali jkunu jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu u li għalhekk jaqgħu biss taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, iżda li fihom l-imsemmija dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni kienu saru applikabbli mid-dritt nazzjonali minħabba riferiment minn dan tal-aħħar għall-kontenut tagħhom (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>SC Volksbank România</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑602/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:443">EU:C:2012:443</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Tali ġurisdizzjoni hija ġġustifikata mill-interess manifest, għall-ordinament ġuridiku tal-Unjoni sabiex, bil-għan li jiġu evitati diverġenzi ta’ interpretazzjoni futuri, id-dispożizzjonijiet meħuda mid-dritt tal-Unjoni jiġu interpretati b’mod uniformi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19901018">18 ta’ Ottubru 1990</DATE>, <NAME.CASE>Dzodzi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑297/88 u C‑197/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:360">EU:C:1990:360</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191212">12 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>G.S. u V.G. (Theddida għall-ordni pubbliku)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑381/18 u C‑382/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1072">EU:C:2019:1072</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Madankollu, il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja hija limitata għall-eżami tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni biss. Fir-risposta tagħha lill-qorti nazzjonali hija ma tistax tieħu inkunsiderazzjoni l-istruttura ġenerali tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li, filwaqt li jirreferu għad-dritt tal-Unjoni, jiddeterminaw il-portata ta’ dan ir-riferiment. It-teħid inkunsiderazzjoni tal-limiti li l-leġiżlatur nazzjonali seta’ jimponi fuq l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għal sitwazzjonijiet purament interni, li għalihom japplika biss permezz tal-liġi nazzjonali, jaqa’ taħt id-dritt nazzjonali u, konsegwentement, taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat Membru (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19901018">18 ta’ Ottubru 1990</DATE>, <NAME.CASE>Dzodzi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑297/88 u C‑197/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:360">EU:C:1990:360</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li, skont ir-riferiment magħmul mill-punt 2 tal-Artikolu 2a(5) tal-Kodiċi tat-Taxxi, id-dispożizzjonijiet tar-RĠPD dwar l-ipproċessar tad-data personali tal-persuni fiżiċi japplikaw <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> għall-persuni ġuridiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-Artikolu 32b ta’ dan il-kodiċi jipprevedi li l-amministrazzjoni fiskali ma hijiex obbligata tipprovdi informazzjoni meta d-data personali ma tkunx inġabret mingħand is-suġġett tad-data, jekk din l-informazzjoni tkun tista’ tikkomprometti l-eżekuzzjoni tajba tal-kompiti li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħha jew taħt il-kompetenza ta’ korpi pubbliċi oħra, fis-sens tal-Artikolu 23(1)(d) sa (h) tar-RĠPD.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Skont il-punt 2 tal-Artikolu 32c(1) tal-imsemmi kodiċi, is-suġġett tad-data ma jistax jinvoka d-dritt ta’ aċċess li huwa għandu fir-rigward tal-amministrazzjoni fiskali skont l-Artikolu 15 tar-RĠPD jekk l-għoti tal-informazzjoni mitluba tista’ taffettwa l-invokazzjoni, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ drittijiet li<?PAGE NO="9"?> jaqgħu taħt id-dritt ċivili minn din l-amministrazzjoni jew id-difiża tal-imsemmija amministrazzjoni kontra pretensjonijiet li jaqgħu taħt id-dritt ċivili, fis-sens tal-Artikolu 23(1)(j) ta’ dan ir-regolament, invokati kontriha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li d-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tat-Taxxi inkwistjoni fil-kawża prinċipali jagħmlu riferiment għall-Artikolu 23 tar-RĠPD sabiex jiġu rregolati l-obbligu ta’ informazzjoni tal-amministrazzjoni fiskali kif ukoll id-dritt ta’ aċċess tas-suġġett tad-data fil-konfront ta’ din l-amministrazzjoni, bil-għan li tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni sfavorevoli li fiha tkun tinsab din l-amministrazzjoni meta mqabbla mal-kredituri rregolati mid-dritt privat fil-kuntest tal-proċeduri ta’ insolvenza u b’hekk isir kontribut għas-salvagwardja tad-dħul fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, is-suġġett tad-data kkonċernat mill-informazzjoni mitluba huwa persuna ġuridika, jiġifieri kumpannija falluta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Issa, kif jirriżulta mill-Artikolu 1(1) tar-RĠPD, dan ir-regolament jistabbilixxi regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali tal-persuni fiżiċi u ma jkoprix id-data li tikkonċerna lill-persuni ġuridiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>L-Artikolu 23 ta’ dan ir-regolament, li l-qorti tar-rinviju titlob l-interpretazzjoni tiegħu, jirregola s-sitwazzjonijiet li fihom id-dritt tal-Unjoni jew id-dritt tal-Istat Membru li għalih huwa suġġett il-kontrollur jew il-proċessur jistgħu jillimitaw il-portata tad-drittijiet mogħtija lis-suġġetti tad-data, iddefiniti bħala persuni fiżiċi identifikati jew identifikabbli, u l-obbligi korrispondenti imposti fuq il-kontrolluri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan il-każ, id-domandi preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 23(1) tar-RĠPD f’sitwazzjoni fejn dawn id-dispożizzjonijiet saru applikabbli għall-persuni ġuridiċi sabiex jiġu limitati l-obbligi ta’ informazzjoni li għandhom l-awtoritajiet pubbliċi skont il-Liġi dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Madankollu, id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tat-Taxxi inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma humiex limitati sabiex jagħmlu lid-dispożizzjonijiet tar-RĠPD applikabbli barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, iżda jemendaw l-għan u l-portata tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fil-fatt, għalkemm huwa minnu li d-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tat-Taxxi inkwistjoni fil-kawża prinċipali jirriżultaw minn riproduzzjoni kważi litterali ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-RĠPD, l-għan u l-kuntest li fih dan tal-aħħar ġie adottat huma sostanzjalment differenti mill-għan u mill-kuntest tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għaliex dan ir-regolament ifittex b’mod partikolari li jiggarantixxi r-rispett tad-drittijiet fundamentali rrikonoxxuti lill-persuni fiżiċi u, fl-istess ħin, ifittex li jibbilanċja dawn id-drittijiet man-neċessità li jiġu protetti interessi leġittimi oħra f’soċjetà demokratika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat, fl-ewwel lok, li l-kunċett ta’ informazzjoni relatata mal-persuni ġuridiċi huwa strettament distint mill-kunċett ta’ data personali tal-persuni fiżiċi kif jiddefinixxih id-dritt tal-Unjoni. Id-dritt ta’ kull persuna fiżika għall-protezzjoni tad-data personali li tikkonċernaha huwa dritt fundamentali ggarantit mill-Artikolu 8(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Konsegwentement, il-limitazzjonijiet imposti fuq tali dritt għandhom ikunu previsti mil-liġi, għandhom jirrispettaw l-essenza tal-libertajiet u tad-drittijiet fundamentali u għandhom jikkostitwixxu miżura neċessarja u proporzjonata f’soċjetà demokratika sabiex jiġu ggarantiti ċerti interessi pubbliċi u privati, kif ifakkar l-Artikolu 23(1) tar-RĠPD. Għall-kuntrarju, l-informazzjoni relatata mal-persuni ġuridiċi ma tibbenefikax minn protezzjoni paragunabbli fid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għalhekk, fir-realtà d-dritt Ġermaniż ma jirreferix għall-protezzjoni tad-data personali tal-persuni fiżiċi, irregolata fid-dritt tal-Unjoni permezz tar-RĠPD, iżda għall-kunċett, li huwa speċifiku għad-dritt nazzjonali, ta’ protezzjoni tad-data personali tal-persuni ġuridiċi. F’dawn iċ-ċirkustanzi, id-domandi<?PAGE NO="10"?> preliminari ma jirrigwardawx verament l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li saret applikabbli, lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, permezz ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, iżda jirrigwardaw kunċett tad-dritt nazzjonali mingħajr ekwivalenti fid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, hekk kif l-Avukat Ġenerali rrileva essenzjalment fil-punti 86 u 88 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-Artikolu 23(1) tar-RĠPD huwa intiż li jiżgura bilanċ ġust bejn ir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-persuni fiżiċi affettwati mill-ipproċessar tad-data personali u n-neċessità li jiġu ssalvagwardjati interessi leġittimi oħra f’soċjetà demokratika. L-interpretazzjoni tal-limitazzjonijiet li huwa jipprevedi għaldaqstant teħtieġ ibbilanċjar bejn id-drittijiet fundamentali rrikonoxxuti lill-persuni fiżiċi u l-interessi li dawn il-limitazzjonijiet jgħinu sabiex jiġu ppreżervati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-Artikolu 23 tar-RĠPD ma jistax jinqara mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li huwa intiż speċifikament sabiex jiggarantixxi d-drittijiet fundamentali tal-persuni fiżiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Għaldaqstant, interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tal-imsemmi regolament ma tistax issir bl-istess mod fir-rigward tal-persuni fiżiċi u fir-rigward tal-persuni ġuridiċi li d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-data ma ġiex iddefinit mir-RĠPD. Għalhekk, kuntrarjament għal dak li tqis il-qorti tar-rinviju, ma jistax jiġi konkluż li f’dan il-każ jeżisti interess manifest sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta dawn id-dispożizzjonijiet bil-għan li tiżgura l-uniformità ta’ interpretazzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma huwiex possibbli li jitqies li d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Qorti tal-Ġustizzja suġġetti għall-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja saru applikabbli bħala tali mid-dritt nazzjonali, anki jekk lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19950328">28 ta’ Marzu 1995</DATE>, <NAME.CASE>Kleinwort Benson</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑346/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:85">EU:C:1995:85</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal preċendentement, hemm lok li jiġi kkonstatat li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Dwar l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20190704">4 ta’ Lulju 2019</DATE>.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>