|
12.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 308/5 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9515 — TPG Asia/Genting Hong Kong/Dream Cruises)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 308/05)
1.
Fl-4 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
TPG Asia GenPar VII Advisors Inc. (“TPG Asia”) (il-Gżejjer Cayman), tappartjeni għall-grupp TPG. |
|
— |
Genting Hong Kong Limited (“Genting HK”) (Bermuda) |
|
— |
Dream Cruises Holding Limited (“Dream Cruises”) (Bermuda), ikkontrollata minn Genting HK. |
TPG Asia u Genting HK takkwista/jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Dream Cruises.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— TPG Asia: hija investiment privata li tiġġestixxi familja ta’ fondi li jinvestu f’varjetà ta’ kumpaniji permezz ta’ akkwiżizzjonijiet. Hija prinċipalment attiva fir-reġjun tal-Asja Paċifiku (inklużi ċ-Ċina, l-Indja, ix-Xlokk tal-Asja, il-Ġappun, il-Korea, u l-Awstralja). Hija parti mit-TPG, li huwa ditta ta’ investiment privat madwar id-dinja.
— Genting HK: hija kumpanija attiva mad-dinja kollha fil-qasam tal-ħin ħieles, id-divertiment u l-ospitalità. Hija mexxi operazzjonijiet tal-kruċieri u dawk relatati mal-kruċieri bl-isem tad-ditti Star Cruises, Crystal Cruises u Dream Cruises. Genting HK għandha wkoll operazzjonijiet ta’ bini ta’ vaputi fl-Ewropa.
— Dream Cruises: tħaddem servizzi ta’ kruċieri tul ir-reġjun tal-Asja Paċifiku. Bħalissa hija għandha tliet vapuri: Genting Dream, World Dream u Explorer Dream. Bħalissa hija kkontrollata biss minn Genting HK u wara t-tranżazzjoni, se tkun ikkontrollata b’mod konġunt minn Genting HK u TPG Asia.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9515 — TPG Asia/Genting Hong Kong/Dream Cruises
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).