European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/2191

13.3.2024

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/847, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/849 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(C/2024/2191)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/847 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/849 (4) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta' persuni u entitajiet deżinjati fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddetermina li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 269/2014 jenħtieġ li jkomplu japplikaw għal dawk il-persuni u l-entitajiet.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 269/2014, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (irreferi għall-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej qabel l-3 ta' Ġunju 2024:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

L-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u r-raba' u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 78, 17.03.2014, p. 16.

(2)   ĠU L, 2024/847, 13.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/dec/2024/847/oj.

(3)   ĠU L 78, 17.03.2014, p. 6.

(4)   ĠU L, 2024/849, 13.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/reg_impl/2024/849/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2191/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)