|
29.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 395/116 |
P9_TA(2020)0248
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7 għall-baġit ġenerali 2020: Aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2020 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 – Aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji) (10430/2020 – C9-0283/2020 – 2020/1999(BUD))
(2021/C 395/20)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, adottat b'mod definittiv fis-27 ta' Novembru 2019 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (4), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2020 adottat mill-Kummissjoni fis-6 ta' Lulju 2020 (COM(2020)0424), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2020, adottata mill-Kunsill fl-4 ta' Settembru 2020 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fis-7 ta’ Settembru 2020 (10430/2020 – C9-0283/2020), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0163/2020), |
|
A. |
billi l-għan tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2020 huwa li jaġġorna n-naħa tad-dħul tal-baġit biex jitqiesu l-aħħar żviluppi, |
|
B. |
billi l-pandemija tal-COVID-19 biddlet drastikament il-prospetti għall-ekonomija tal-Unjoni u, skont it-tbassir tar-rebbiegħa 2020 tal-Kummissjoni, din is-sena l-ekonomija tal-Unjoni se tiċkien b'rekord ta' 7,5 %, u wara jsegwi rebound ta' 6,1 % fl-2021, li mhuwiex biżżejjed biex jikkumpensa b'mod sħiħ għat-telf ta' din is-sena, u billi s-sitwazzjoni ekonomika li sejra għall-agħar hija riflessa fil-previżjoni tar-riżorsi proprji għall-2020, |
|
C. |
billi huma meħtieġa żewġ tipi ta' aġġustamenti fin-naħa tad-dħul tal-baġit, jiġifieri aġġornament tal-estimi għar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali kif ukoll għar-riżorsi proprji bbażati fuq it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) u l-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) biex jitqiesu l-previżjonijiet ekonomiċi aktar reċenti, kif ukoll aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit, |
|
D. |
billi anke d-dħul l-ieħor jeħtieġ li jiġi aġġornat biex jitqiesu l-pagamenti ta' multi u penali finalment miġbura sa Ġunju 2020 u d-differenzi negattivi fir-rati tal-kambju, |
|
1. |
Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2020 kif ippreżentat mill-Kummissjoni, li hija impenjata li taġġorna n-naħa tad-dħul tal-baġit; |
|
2. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2020; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 7/2020 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.