European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6490

28.10.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11738 – ICG / IMANES / PICARD)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/6490)

1.   

Fit-18 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Intermediate Capital Group plc (“ICG”, ir-Renju Unit),

—

Imanes Sarl (“Imanes”, Franza), li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata mill-Familja Zouari (Franza),

—

Picard (Franza), li bħalissa hija kkontrollata b’mod konġunt minn Lion Capital LLP (Lion Capital, ir-Renju Unit) u l-Familja Zouari.

ICG u Imanes skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet se jiksbu l-kontroll konġunt ta’ Picard.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

ICG hija maniġer tal-assi alternattivi globali f’ekwità strutturata u privata, dejn privat, assi reali, u kreditu bbażata fir-Renju Unit bi preżenza fl-Ewropa, l-Asja-Paċifiku u l-Istati Uniti,

—

Imanes hija entità ta’ investiment li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata mill-familja Zouari. Il-familja Zouari tikkontrolla b’mod konġunt (i) Picard u (ii) ħwienet tal-bejgħ bl-imnut taħt il-banners ta’ Franprix u Monop, li jinsabu prinċipalment f’Pariġi u fiż-żona ta’ Pariġi. Il-familja Zouari hija attiva wkoll fil-bejgħ bl-imnut ta’ prodotti tat-tiżjin u tal-bażaar,

—

Picard hija attiva fid-distribuzzjoni bl-imnut ta’ ikel iffriżat (u, sa ċertu punt, ikel mhux iffriżat) permezz tan-network ta’ distribuzzjoni tagħha stess ta’ ħwienet speċjalizzati.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11738 – ICG / IMANES / PICARD

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6490/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)