<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-348/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CC0348</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:123">EU:C:2012:123</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET BOT — KAWŻA C-348/09</P><P>I.</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Bot</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20120306">6 ta’ Marzu 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C-348/09</P><P>P. I.</P><P>vs</P><P>Oberbürgermeisterin der Stadt Remscheid</P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Direttiva 2004/38/KE</KEYWORD><KEYWORD>Dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familji tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni kontra t-tkeċċija</KEYWORD><KEYWORD>Kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>ordni pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/> u ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>sigurtà pubblika<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/></KEYWORD><KEYWORD>Kundanna kriminali għal abbuż sesswali fuq minuri ta’ erbatax-il sena, aggressjoni sesswali u stupru</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Permezz ta’ dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari, l-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja) titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tippreċiża, fid-dawl tas-sentenza tat-<DATE ISO="20101123">23 ta’ Novembru 2010</DATE>, Tsakouridis<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P><REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-145/09" PAGE.ECR="I-11979" YEAR="2010">C-145/09, Ġabra p. I-11979</REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-protezzjoni kontra t-tkeċċija li jinsabu fl-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46, u r-rettifiki <REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="35" NO.OJ="229" DATE.PUB="2004">ĠU L 229, p. 35</REF.DOC.OJ>, u <REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="34" NO.OJ="197" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 197, p. 34</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni tipprovdi li deċiżjoni ta’ tkeċċija tista’ tittieħed kontra ċittadin tal-Unjoni li għex fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti matul l-għaxar snin preċedenti minħabba raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika biss.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tiddeċiedi jekk l-imsemmija dispożizzjoni għandhiex tiġi interpretata fis-sens li l-abbuż sesswali fuq minuri ta’ erbatax-il sena, l-aggressjoni sesswali kif ukoll l-istupru fuq minorenni jaqgħux taħt il-kunċett ta’ raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika. B’mod partikolari, peress li l-Qorti tal-Ġustizzja ammettiet, fis-sentenza Tsakouridis, iċċitata iktar ’il fuq, li l-ġlieda kontra t-traffikar ta’ drogi fi grupp organizzat tista’ taqa’ taħt dan il-kunċett, id-domanda hawnhekk hija jekk att iżolat, bħal dak imwettaq minn I. fil-kawża prinċipali, jiġifieri l-abbuż sesswali fuq minuri ta’ erbatax-il sena, l-aggressjoni sesswali kif ukoll l-istupru jistax ukoll jaqa’ taħt l-imsemmi kunċett.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>F’dawn il-konklużjonijiet, se nispjega r-raġunijiet li għalihom naħseb li l-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-abbuż sesswali fuq minuri ta’ erbatax-il sena, l-aggressjoni sesswali kif ukoll l-istupru ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika fil-każ li dawn l-atti ma jheddux direttament it-trankwillità u s-sigurtà fiżika tal-popolazzjoni kollha jew parti kbira minnha.</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Sussegwentement, se niddikjara għala, fil-fehma tiegħi, l-Artikolu 28(2) u (3) ta’ din l-istess direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin tal-Unjoni ma jistax jinvoka d-dritt ta’ protezzjoni rinforzata kontra t-tkeċċija abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, fil-każ li jintwera li l-imsemmi ċittadin jislet dan id-dritt minn aġir ta’ ksur li jikkostitwixxi nkwiet serju għall-ordni pubbliku tal-Istati Membri ospitanti.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2004/38</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2004/38, kienu jeżistu diversi direttivi u regolamenti fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni u tad-dritt ta’ residenza taċ-ċittadini Ewropej. Din id-direttiva ġabret u ssimplifikat il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Fil-fatt, din tneħħi l-obbligu taċ-ċittadini tal-Unjoni li jiksbu permess ta’ residenza, tintroduċi dritt ta’ residenza permanenti favur dawn iċ-ċittadini u tiċċirkoskrivi l-possibbiltà għall-Istati Membri li jillimitaw ir-residenza taċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra fit-territorju tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>B’mod speċjali, ispirata minn kriterji stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-Direttiva 2004/38 tagħti liċ-ċittadini tal-Unjoni protezzjoni kontra t-tkeċċija.</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Għalhekk, bis-saħħa tal-Artikolu 27(1) ta’ din id-direttiva, l-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu dan id-dritt minħabba raġunijiet ta’ ordni pubbliku, ta’ sigurtà pubblika jew ta’ saħħa pubblika, bl-esklużjoni ta’ raġunijiet invokati għal skopijiet ekonomiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 27(2) tal-imsemmija direttiva jipprovdi li l-miżuri ta’ ordni pubbliku jew ta’ siġurtà pubblika għandhom josservaw il-prinċipju ta’ proporzjonalità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Ara s-sentenza tat-<DATE ISO="19820518">18 ta’ Mejju 1982</DATE>, Adoui u Cornuaille (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="115/81+116/81" PAGE.ECR="1665" YEAR="1982">115/81 u 116/81, Ġabra p. 1665</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u jkunu bbażati esklużivament fuq l-aġir personali tal-persuna li hija s-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ tkeċċija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara s-sentenza tas-<DATE ISO="19750226">26 ta’ Frar 1975</DATE>, Bonsignore (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="67/74" PAGE.ECR="297" YEAR="1975">67/74, Ġabra p. 297</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Kundanni kriminali preċedenti ma għandhomx, minnhom infushom, jikkostitwixxu raġuni biex jittieħdu dawn il-miżuri. Minbarra dan, l-aġir tal-persuna li hija s-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ tkeċċija għandha tirrappreżenta theddida ġenwina, attwali u serja biżżejjed għal interess fundamentali tas-soċjetà<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara s-sentenza tas-<DATE ISO="19771027">27 ta’ Ottubru 1977</DATE>, Bouchereau (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="30/77" PAGE.ECR="1999" YEAR="1977">30/77, Ġabra p. 1999</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>B’hekk, l-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38, dwar il-protezzjoni kontra t-tkeċċija, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Deċiżjoni ta’ tkeċċija m’ għandhiex tittieħed kontra ċittadini tal-Unjoni, ħlief meta d-deċiżjoni hi bbażata fuq raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika, kif imfissra mill-Istati Membri, jekk dawn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għexu fl-Istat Membru ospitanti għall-għaxar snin preċedenti.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Il-Liġi dwar il-moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni (Gesetz über die allgemeine Freizügigkeit von Unionsbürgern), tat-<DATE ISO="20040730">30 ta’ Lulju 2004</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>BGBl. 2004 I, p. 1950; Liġi kif emendata bil-liġi li temenda l-Liġi fuq il-Pulizija Federali u l-liġijiet oħrajn (Gesetz zur Änderung des Bundespolizeigesetzes und anderer Gesetze), tas-<DATE ISO="20080226">26 ta’ Frar 2008</DATE> (BGBl. 2008 I, p. 215, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>FreizügG/EU<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</P></NOTE>, tittrasponi, fl-ordinament ġuridiku, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38. B’mod partikolari, l-Artikolu 6(1) tal-FreizügG/EU jipprovdi li, għal ċittadin tal-Unjoni, it-telf tad-dritt ta’ moviment u ta’ residenza fit-territorju Ġermaniż jista’ jiġi ddikjarat biss<?PAGE NO="3"?> minħabba raġunijiet ta’ ordni pubbliku, ta’ siġurtà pubblika jew ta’ saħħa pubblika. Skont l-Artikolu 6(2) tal-FreizügG/EU, il-kundanni kriminali li ma jkunux għadhom tħassru mir-reġistru ċentrali jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni biex jiġġustifikaw id-deċiżjoni ta’ tkeċċija, sakemm iċ-ċirkustanzi li jifformaw il-bażi ta’ dawn il-kundanni jkunu xhieda ta’ aġir personali li jirrappreżenta theddida reali għall-ordni pubbliku, u li jirrappreżenta theddida reali u serja biżżejjed li tolqot interess fundamentali tas-soċjetà.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(3) tal-FreizügG/EU jipprovdi li, għall-finijiet ta’ deċiżjoni ta’ tkeċċija, għandu b’mod partikolari jittieħed inkunsiderazzjoni t-tul ta’ residenza tal-persuna kkonċernata fit-territorju Ġermaniż, l-età tagħha, l-istat ta’ saħħitha, is-sitwazzjoni familjari u ekonomika tagħha, l-integrazzjoni soċjali u kulturali tagħha f’dan it-territorju, kif ukoll l-intensità tar-rabtiet tagħha mal-Istat ta’ oriġini tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 6(4) tal-FreizügG/EU, wara l-ksib ta’ dritt ta’ residenza permanenti, it-telf tad-dritt ta’ residenza u ta’ moviment fit-territorju Ġermaniż jista’ jiġi ddikjarat biss għal raġunijiet serji.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(5) tal-FreizügG/EU, fir-rigward taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom li għexu fit-territorju Federali matul l-aħħar għaxar snin, id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1) tal-FreizügG/EU tista’ ssir biss minħabba raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika. Din ir-regola ma tapplikax għal minuri meta t-telf tad-dritt ta’ residenza huwa meħtieġ fl-interess tal-minuri. Jeżistu raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika biss fil-każ li l-persuna kkonċernata tkun ġiet ikkundannata minħabba reat jew reati mwettqa intenzjonalment għal priġunerija jew għal piena minħabba att kriminali minn minuri ta’ mhux inqas minn ħames snin li tkun saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> jew tkun ġiet imposta detenzjoni preventiva matul l-aħħar kundanna definittiva tagħha, fil-każ li tkun involuta s-sigurtà tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja jew meta l-persuna kkonċernata tippreżenta theddida terroristika.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>I., ċittadin Taljan, twieled fit-<DATE ISO="19650903">3 ta’ Settembru 1965</DATE> f’Licata (l-Italja). Hu ilu joqgħod fit-territorju Ġermaniż mis-sena 1987. Il-permess ta’ residenza tiegħu kien intbagħatlu fix-xahar ta’April 1987 u kien imġedded regolarment. Huwa għażeb u ma għandux tfal. Huwa qatt ma spiċċa l-iskola jew xi taħriġ vokazzjonali u ma eżerċita l-ebda attività professjonali fil-Ġermanja ħlief b’mod temporanju, bħala ħaddiem mhux speċjalizzat. Qabel l-arrest tiegħu, huwa kien jaħdem bħala assistent tal-ex sieħba tiegħu, anki hija ħassiela. I. għandu ħamest aħwa, ftit minnhom joqogħdu l-Ġermanja, u oħrajn l-Italja. Sa mill-arrest tiegħu, ommu toqgħod parzjalment fil-Ġermanja u parzjalment fl-Italja.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20060516">16 ta’ Mejju 2006</DATE>, il-Landgericht Köln ikkundannat lil I. għal priġunerija ta’ seba’ snin u sitt xhur għal abbuż sesswali fuq minuri ta’ erbatax-il sena, aggressjoni sesswali kif ukoll stupru. Din is-sentenza saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> fit-<DATE ISO="20061028">28 ta’ Ottubru 2006</DATE>. Il-fatti żvolġew bejn is-sena 1990 u 2001. Il-vittma, it-tifla tal-ex sieħba ta’ I., kellha tmien snin fil-bidu ta’ dawn il-fatti. Il-qorti tar-rinviju tippreċiża li, mis-sena 1992, I. ġiegħlha regolarment ikollha rapporti sesswali miegħu jew twettaq atti sesswali oħra, kważi kull ġimgħa, filwaqt li heddidha, fost l-oħrajn, li joqtol lil ommha u lil ħuha.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>I. ilu l-ħabs mill-<DATE ISO="20060110">10 ta’ Jannar 2006</DATE> u se jiskonta l-piena ta’ priġunerija tiegħu fid-<DATE ISO="20130709">9 ta’ Lulju 2013</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20080506">6 ta’ Mejju 2008</DATE>, l-Oberbürgermeisterin der Stadt Remscheid ikkonstatat, abbażi tal-Artikolu 6(1) ta’ FreizügG/EU, it-telf tad-dritt ta’ dħul u ta’ residenza ta’ I., għar-raġuni li, mal-kundanna tiegħu, dan tal-aħħar ssodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 6(5) tal-FreizügG/Eu u li, barra minn hekk, kien uża enerġija kunsiderevoli fl-atti tiegħu u kkawża tbatija infinita lill-vittma tiegħu billi abbużaha għal snin sħaħ. Barra minn hekk, l-Oberbürgermeisterin der Stadt Remscheid tikkunsidra li reċidività ma setgħetx tiġi eskluża, peress li huwa kien regolarment<?PAGE NO="4"?> stupra u attakka sesswalment lill-vittma tiegħu, u dan għal żmien twil, u ma żviluppa qatt sens ta’ ħtija. Skont l-informazzjoni pprovduta miċ-ċentru karċerarju, I. kien iqis lilu nnifsu bħala l-vera vittma u qatt ma kien dispost li jara l-karattru kundannabbli tal-atti tiegħu. L-Oberbürgermeisterin der Stadt Remscheid ordnat l-eżekuzzjoni immedjata tad-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20080506">6 ta’ Mejju 2008</DATE> u ordnat lil I. biex jitlaq mit-territorju, fin-nuqqas ta’ dan huwa jiġi deportat lejn l-Italja.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20080612">12 ta’ Ġunju 2008</DATE>, I. ippreżenta rikors kontra din id-deċiżjoni, abbażi tal-fatt li ma kienx hemm raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika sabiex ikun jista’ jiġi kkonstatat it-telf tad-dritt tiegħu ta’ dħul u ta’ residenza.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20080714">14 ta’ Lulju 2008</DATE>, il-Verwaltungsgericht irrifjutat dan ir-rikors, billi qieset li kien hemm raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika u li l-kundanna ta’ I. wriet aġir personali li ġab il-biżgħa ta’ theddida attwali, reali u serja biżżejjed għal interessi fundamentali tas-soċjetà, jiġifieri l-protezzjoni tat-tfajliet u tan-nisa kontra l-aggressjonijiet sesswali u l-istupri.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>I. appella kontra din is-sentenza quddiem l-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen li ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>, imsemmi fl-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 2004/38, ikopri biss theddid għas-sigurtà interna u esterna ta’ Stat, fis-sens tal-eżistenza kontinwa tal-Istat bl-istituzzjonijiet u s-servizzi pubbliċi importanti tiegħu, tas-sopravivenza tal-popolazzjoni, tar-relazzjonijiet esterni u tal-koeżistenza paċifika tan-nazzjonijiet?<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-analiżi tiegħi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-atti ta’ abbuż sesswali fuq minuri ta’ erbatax-il sena fil-kuntest tal-ħajja tal-familja jikkostitwixxux xi raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika li jistgħu jiġġustifikaw it-tkeċċija ta’ ċittadin mill-Unjoni preżenti għal iktar minn għaxar snin fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fl-analiżi li ġejja, ser nindika, oriġinarjament, ir-raġunijiet li għalihom naħseb li reat bħal dak imwettaq minn I. ma jaqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, skont l-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 2004/38. Sussegwentement, se nispjega għala, fil-fehma tiegħi, I. ma jistax, madankollu, jinvoka l-protezzjoni rinforzata mogħtija minn din id-dispożizzjoni u mill-Artikolu 28(2) ta’ din l-istess direttiva.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kunċett ta’ raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Tsakouridis, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ġlieda kontra l-kriminalità marbuta mat-traffiku ta’ drogi fi grupp organizzat tista’ taqa’ taħt il-kunċett ta’ raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika li tista’ tiġġustifika miżura ta’ tkeċċija ta’ ċittadin tal-Unjoni li jkun irrisjeda fl-Istat Membru ospitanti matul l-għaxar snin preċedenti.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fil-fatt, hija sostniet, l-ewwel nett, li t-traffiku ta’ drogi fi grupp organizzat jikkostitwixxi kriminalità mferrxa, mogħnija b’mezzi ekonomiċi u operattivi impressjonanti u li spiss għandha konnessjonijiet transnazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara l-punt 46.</P></NOTE>. Fir-rigward tal-effetti qerrieda tal-kriminalità marbuta ma’ dan it-traffiku, id-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20041025">25 ta’ Ottubru 2004</DATE>, li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta’ atti kriminali u ta’ pieni applikabbli fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta’ drogi (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="94" NO.OJ="153M" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 153M, p. 94</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> tipprovdi, fil-premessa 1 tagħha, li t-traffikar illeċitu ta’ drogi<?PAGE NO="5"?> joħloq theddida għas-saħħa, għas-sigurtà u għall-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, u għall-ekonomija legali, għall-istabbiltà u għas-sigurtà tal-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenza Tsakouridis, iċċitata iktar ’il fuq (punt 46).</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja mbagħad spjegat, wara li nnotat li t-tossikomanija tikkostitwixxi pjaga għall-individwu u perikolu ekonomiku u soċjali għall-umanità, li dan it-tip ta’ traffikar jista’ jippreżenta livell ta’ intensità ta’ natura li thedded direttament it-trankwillità u s-sigurtà fiżika tal-popolazzjoni kollha jew parti kbira minnha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 47).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Il-mistoqsija bħalissa hi dik dwar jekk att kriminali bħal dak imwettaq minn I., jiġifieri l-abbuż sesswali fuq minuri ta’ erbatax-il sena, l-aggressjoni sesswali kif ukoll l-istupru fil-kuntest tal-familja, jistax, bl-istess mod, jidħol fil-kunċett ta’ raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika, anki jekk huwa att iżolat, indipendenti minn kull parteċipazzjoni, mill-awtur tiegħu, għal kwalunkwe netwerk.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Jekk huwa inkontestabbli li l-abbuż sesswali fuq minuri ta’ erbatax-il sena, l-aggressjoni sesswali kif ukoll l-istupru jikkostitwixxu theddida partikolarment serja kontra valur fundamentali tas-soċjetà, jien ma naħsibx li dan it-tip ta’ att jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>sigurtà pubblika<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, fis-sens tal-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 2004/38.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, naħseb li hu utli li titfakkar il-filosofija tad-Direttiva 2004/38 billi nippreċiża li hawnhekk tikkonċerna l-konfront tal-kunċetti tagħha mar-realtà u l-ispeċifiċità tad-dritt kriminali.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>L-għan ta’ din id-direttiva huwa li tiffaċilita d-dritt fundamentali ta’ kull ċittadin tal-Unjoni li jiċċaqlaq u li jgħix liberament fit-territorju tal-Istati Membri. Dan id-dritt fundamentali jirriżulta miċ-ċittadinanza tal-Unjoni u jeżerċita ruħu taħt il-limitazzjonijiet u r-restrizzjonijiet previsti mid-direttiva msemmija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE>, Ziolkowski u Szeja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-424/10+C-425/10" PAGE.ECR="I-14035" YEAR="2011">C-424/10 u C-425/10, Ġabra p. I-14035</REF.DOC.ECR>, punt 35 kif ukoll l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Peress li t-tul tar-residenza jagħti lok għas-suppożizzjoni tal-integrazzjoni taċ-ċittadin tal-Unjoni fl-Istat Membru ospitanti, id-Direttiva 2004/38 tipprovdi l-ksib ta’ dritt ta’ residenza permanenti f’dan l-Istat fi tmiem ta’ residenza mhux interrotta ta’ ħames snin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara l-Artikolu 16(1) ta’ din id-direttiva.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Dan id-dritt ta’ residenza permanenti jagħti lill-benefiċjarju tiegħu protezzjoni kontra miżuri ta’ tkeċċija li ma jistgħux jittieħdu kontra tiegħu ħlief għal raġunijiet serji ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara l-Artikolu 28(2) tad-direttiva msemmija.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Tul kumulattiv ta’ residenza għal tal-inqas għaxar snin liċ-ċittadin tal-Unjoni kkonċernat protezzjoni rinforzata fir-rigward tal-istess miżuri li ma jistgħux għalhekk jittieħdu ħlief għal raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara l-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38.</P></NOTE>. Id-differenza bejn il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>raġunijiet serji<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>raġunijiet imperattivi<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> tidher diġà sinjifikattiva għar-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenza Tsakouridis, iċċitata iktar ’il fuq (punt 40).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-paragun bejn paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 28 tad-Direttiva 2004/38 juri b’mod ċar li l-kliem tagħha jippreżenta differenza netta bejn il-kunċett ta’ ordni pubbliku u dak ta’ sigurtà pubblika, it-tieni wieħed ikollu grad ogħla mill-ewwel wieħed, peress li jfixkel il-protezzjoni rinforzata li minnha jibbenefika ċ-ċittadin tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Applikati għal kwistjonijiet kriminali, dawn iż-żewġ kunċetti jikkorrispondu għal realtajiet kriminologiċi differenti.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Permezz tad-dritt kriminali tiegħu, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-kuntest tal-ordni pubbliku tiegħu, peress li jiddefinixxi l-aġir li jipprojbixxi taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali. Huwa ċar, f’dan ir-rigward, li r-regoli ta’ dritt kriminali huma kollha ta’ ordni pubbliku fis-sens li, regoli li fil-prinċipju huma imperattivi, ir-rieda individwali ma tistax taħrab minnhom. Huma magħmula preċiżament biex jopponu r-rieda individwali għal dak li jista’ jkollha konsegwenzi kkunsidrati bħala negattivi għall-valuri tas-soċjetà.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Il-ksur imwettaq fir-rigward ta’ dawn ir-regoli jwassal għalhekk problema fl-ordni pubbliku stabbilita mill-Istat Membru, problema ftit jew wisq serja skont in-natura tal-att imwettaq, il-problema kkawżata lill-ordni pubbliku tirrifletti normalment fil-gravità tal-piena prevista mil-leġiżlatur nazzjonali biex jissanzjona l-aġir projbit. F’kull każ inkwistjoni, din l-evalwazzjoni hi espressa, u f’dan il-każ il-ponderazzjoni tagħha, fil-piena effettivament imposta li tirrifletti fir-rigward taċ-ċirkustanzi speċifiċi għal kull każ il-grad tal-problema verament ikkawzata.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Ir-riferiment għall-kunċett ta’ sigurtà pubblika jidher ovvjament li jirriżulta mhux b’mod awtomatiku mis-sempliċi fatt li jkun twettaq ksur, imma minn aġir ta’ ksur partikolarment serju fil-prinċipju tiegħu u wkoll fl-effetti tiegħu li jmorru lil hinn mid-dannu individwali kkawżat lill-vittma jew lill-vittmi. Għalhekk iż-żewġ kunċetti ma humiex identiċi u jekk kwalunkwe aġir li joħloq perikolu għas-sigurtà pubblika joħloq problemi minnu nnifsu lill-ordni pubbliku, il-kuntrarju mhux validu, anki jekk, ladarba magħruf, l-att imwettaq jista’ jkattar fl-opinjoni pubblika emozzjoni li hi r-riflessjoni tal-problemi kkawżati mill-ksur.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Hu importanti, f’dan l-istadju, li jkun ippreċiżat li l-kwistjoni dwar jekk delinkwent, bl-aġir tiegħu, jikkostitwixxix perikolu għas-sigurtà pubblika jiddependi għalhekk mhux biss mill-gravità tal-ksur imwettaq, li l-piena sostnuta jew mogħtija tiegħu tagħti idea, imma fuq kollox min-natura tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>F’dan l-istadju ta’ analiżi ġenerali, it-teħid inkunsiderazzjoni tar-riskju ta’ reċidività mhux fih innifsu determinanti. Liema hu l-ksur li għalih ir-riskju ta’ reċidività ma jeżistix? Hu r-reat mingħajr riskju ta’ reċidività li ma jeżistix. Ukoll, fir-rigward tal-perikolu għas-sigurtà pubblika, hi pjuttost in-natura stess ta’ dan il-perikolu li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni. Jekk in-natura tal-aġir toħloq perikolu b’tali mod li jeżistu għalhekk raġunijiet imperattivi għat-tkeċċija tiegħu biex jiġi evitat, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 2004/38 ikunu sodisfatti. Il-probabbiltà tar-reċidività tista’, ċertament, tittieħed inkunsiderazzjoni mill-qorti jew mill-awtorità kompetenti, iżda għall-evalwazzjoni, flimkien ma’ jew ibbilanċjata ma’ kundizzjonijiet jew elementi oħra previsti minn din id-direttiva u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jekk ikun hemm lok li effettivament tiġi ordnata t-tkeċċija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punti 49 sa 53).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Liema huwa għaldaqstant l-aġir ta’ ksur li jista’ jikkostitwixxi tali perikoli għas-sigurtà pubblika? Il-Qorti tal-Ġustizzja tat definizzjoni dwar dan fis-sentenza Tsakouridis, iċċitata iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Kif rajna fil-punt 26 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li t-traffikar ta’ droga fi grupp organizzat jikkostitwixxi kriminalità mferrxa u jista’ jippreżenta livell ta’ intensità ta’ natura li thedded direttament it-trankwillità u s-sigurtà fiżika tal-popolazzjoni kollha jew parti kbira minnha.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>L-atti mwettqa minn I. jaqgħu taħt id-definizzjoni kif mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja? Tkun xi tkun ix-xewqa li jista’ jkollna li nirrispondu b’mod affermattiv peress li, minn perspettiva morali, il-fatti mwettqa jqajjmu diżapprovazzjoni u ripulsjoni spontanji, l-analiżi legali tidher li titlob risposta negattiva.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fil-fatt, ma jidhirx kontestabbli, b’mod partikolari minn perspettiva kriminoloġika, li dan it-tip ta’ aġir, li jinstab fil-kuntest esklużivament tal-familja, ma jistax jitqabbel ma’ dak tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>predaturi sesswali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Kategorija ta’ kriminali partikolarment perikolużi kkaratterizzata minn aġir bħal dak identifikat mis-sentenzi Dutroux u Fourmiret.</P></NOTE>. Jekk I. jikkostitwixxi b’mod inkontestabbli perikolu fl-isfera tal-familja, mhux stabbilit, min-natura tal-att imwettaq, li huwa jikkostitwixxi theddida għas-sigurtà taċ-ċittadini tal-Unjoni, espressjoni meħuda mill-punt 46 tas-sentenza Tsakouridis, iċċitata iktar ’il fuq. Għalkemm ikun repulsiv, l-att ta’ inċest ma jidhirx li joħloq, fir-rigward tas-sigurtà pubblika, l-istess tip ta’ perikolu bħal dak iddefinit mill-Qorti tal-Ġustizzja f’din is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Kieku jiġi deċiż mod ieħor, dan iwassal biex jiġi meqjus li l-unika gravità oġġettiva ta’ ksur kriminali, determinata mill-piena tiegħu, sostunuta jew mogħtija, tikkostitwixxi potenzjalment ġustifikazzjoni għal miżura ta’ tkeċċija għal raġuni imperattiva ta’ sigurtà pubblika.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Għandu madankollu jiġi kkonstatat li dan l-approċċ ma jidhirx konformi mal-filosofija tad-Direttiva 2004/38. Barra minn hekk, il-ħolqien ta’ spazju komuni ta’ ħajja u ta’ moviment jeżiġi wkoll li jittieħed inkunsiderazzjoni fl-interess globali ta’ dan l-ispazju komuni, jiġifieri l-koeżjoni soċjali tal-Unjoni, il-fenomenu tad-delinkwenza, anki jekk dan ifisser l-iżvilupp ta’ mezzi komuni biex jipprevenuh u jiġġielduh. Jidhirli li dan huwa l-kompitu u l-ambizzjoni tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Dan l-ispazju ma jistax jinbena fuq il-bażi ta’ rinviju fl-Istat Membru ta’ oriġini ta’ kull delinkwent ikkastigat severament, fuq l-unika raġuni tas-sanzjoni. Din il-perspettiva tidher barra minn hekk li hi dik espressa minn din id-direttiva permezz tal-prekawzjonijiet li din tobbliga lill-Istati Membri biex jieħdu qabel jordnaw tkeċċija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara, b’mod partikolari, l-Artikolu 27(2) tal-imsemmija direttiva.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Jista’ jkun ikkunsidrat li l-preżenza ta’ I. fl-Istat Membru ospitanti tista’ toħloq il-kundizzjonijiet ta’ reċidività fir-rigward tal-vittma tal-ewwel atti u li, għalhekk, it-tkeċċija tiegħu tkun meħtieġa għall-protezzjoni tal-vittma. Possibbiltà bħal din, li ma tistax tiġi eskluża <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT>, ma tistax toħroġ ħlief minn test speċifiku għall-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja fil-kuntest ta’ miżuri ta’ kontroll ta’ wara s-sentenza li l-bażi leġali tagħhom jinsab bnadi oħra milli fid-Direttiva 2004/38. Peress li dan ma kienx suġġett għad-diskussjoni kontradittorja, mhux se niddiskutih hawnhekk, il-każ kuntrarju jeħtieġ, fil-fehma tiegħi, il-ftuħ mill-ġdid tad-diskussjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, suġġetta għad-diskussjoni tal-partijiet, il-kwistjoni dwar jekk il-benefiċċju ta’ protezzjoni rinforzata tal-Artikolu 28 tad-Direttiva 2004/38 huwiex applikabbli għal I. jistħoqqilha tiġi eżaminata.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-benefiċċju tal-protezzjoni rinforzata skont l-Artikolu 28(2) u (3) tad-Direttiva 2004/38</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Bħall-Gvern Olandiż<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara l-punti 37 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tal-osservazzjonijiet.</P></NOTE>, naħseb li l-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 2004/38 ma japplikax għall-każ ta’ I. sa fejn l-aġir tiegħu u l-mod li bih l-atti twettqu juru li, fil-verità, ma kienx verament integrat u li ma jistax, għalhekk, jibbenefika mill-protezzjoni rinforzata prevista minn din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-parallel li jħaddan il-Gvern Olandiż permezz tal-kawża Kol<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Kawża li wasslet għas-sentenza tal-<DATE ISO="19970605">5 ta’ Ġunju 1997</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-285/95" PAGE.ECR="I-3069" YEAR="1997">C-285/95, Ġabra p. I-3069</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> huwa, fil-fehma tiegħi, rilevanti, sa fejn, f’dan il-każ partikolari perfettament differenti, il-Qorti tal-Ġustizzja ammettiet li aġir frawdolenti seta’ jċaħħad lill-awtur tiegħu mill-benefiċċju ta’ awtorizzazzjoni ta’ residenza.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja tindika, fis-sentenza Kol, iċċitata iktar ’il fuq, li huwa eskluż li l-eżerċizzju ta’ impjieg permezz ta’ awtorizzazzjoni ta’ residenza mogħtija bħala konsegwenza ta’ aġir frawdolenti li ta lok għal kundanna jista’ jqajjem favur il-ħaddiem Tork drittijiet jew jiġġustifika aspettattivi leġittimi fil-kap tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Punt 28.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Jidhirli li din il-ġurisprudenza tista’ tiġi applikata għal din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-premessa 23 tad-Direttiva 2004/38 jirriżulta li t-tkeċċija taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom minħabba raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika tista’ tweġġa’ serjament persuni li, wara li utilizzaw id-drittijiet u l-libertajiet mogħtija lilhom mit-Trattat KE, <HT TYPE="ITALIC">ġenwinament integraw</HT> rwieħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE> fl-Istat Membru ospitanti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza Tsakouridis, iċċitata iktar ’il fuq (punt 24).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Għal din ir-raġuni, kif jirriżulta mill-premessa 24 ta’ din id-direttiva, din timplementa sistema ta’ protezzjoni kontra miżuri ta’ tkeċċija li hija bbażata fuq il-grad ta’ integrazzjoni taċ-ċittadin tal-Unjoni fl-Istat Membru ospitanti, b’mod li iktar kemm tkun kbira l-integrazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom fl-Istat Membru ospitanti iktar trid tkun kbira l-protezzjoni tagħhom kontra t-tkeċċija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 25).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Kif rajna, l-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 2004/38 jikkostitwixxi l-aħħar grad ta’ protezzjoni kontra t-tkeċċija, l-iktar importanti, minħabba li jibbenefika liċ-ċittadin tal-Unjoni li kien għex matul l-għaxar snin qabel il-miżura ta’ tkeċċija fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni tinkludi, jidhirli, preżunzjoni sempliċi ta’ integrazzjoni li l-prova kuntrarja tagħha tirriżulta hawnhekk mill-fatti stess.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-leġiżlatur tal-Unjoni telaq mill-prinċipju li t-tul ta’ residenza huwa xhieda ta’ ċertu integrazzjoni fl-Istat Membru ospitanti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara proposta ta’ Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu u jirrisjedu b’mod ħieles fit-territorju tal-Istati Membri [COM(2001) 257 finali].</P></NOTE>. Wara perijodu ta’ għaxar snin mqatta’ fit-territorju ta’ dan l-Istat, ir-rapporti bejn iċ-ċittadin tal-Unjoni li għamel użu mil-libertà tiegħu ta’ moviment u ’l hekk imsejjaħ Stat huma preżunti li huma stretti, sal-punt li twassal lil dan iċ-ċittadin biex jħossu li jagħmel parti integrali mis-soċjetà tal-Istat, u dan, infakkar, sabiex tkun promossa l-koeżjoni soċjali li hi waħda mill-objettivi fundamentali tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara l-premessa 17 tad-Direttiva 2004/38.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Jidher inkontestabbli, f’din il-kawża, li, jekk il-fatti, fid-dawl tad-data tagħhom, kienu magħrufa sa mill-bidu tal-kummissjoni tagħhom, I. kellu jkun imfittex, ikkundannat u, f’dan il-każ, imkeċċi mingħajr naturalment ma jkun jista’ jinvoka l-benefiċċju tal-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 2004/38.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Fil-fatt, mit-tielet sena tiegħu ta’ residenza fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti, għalhekk qabel il-ħames snin ta’ residenza legali li huma ċentrali għad-dritt ta’ residenza permanenti, I. beda jabbuża mit-tifla minorenni tas-sieħba tiegħu, u dan sal-2001, jiġifieri fil-perijodu tal-għaxar snin preċedenti l-miżura ta’ tkeċċija meħuda kontra dan<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara l-punti 31 u 32 tad-deċiżjoni tar-rinviju.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Jekk l-integrazzjoni taċ-ċittadin tal-Unjoni hi, effettivament, ibbażata fuq fatturi spazjali u temporali, hi bbażata, ukoll, fuq fatturi kwalitattivi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20110721">21 ta’ Lulju 2011</DATE>, Dias (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-325/09" PAGE.ECR="I-6387" YEAR="2011">C-325/09, Ġabra p. I-6387</REF.DOC.ECR>, punt 64).</P></NOTE>. Madankollu, jidher ċar li l-aġir ta’ I., li jikkostitwixxi problema serja għall-ordni pubbliku, jindika nuqqas totali tar-rieda ta’ integrazzjoni fis-soċjetà fejn jinsab u li b’mod tant konxju ċaħad, għal snin twal, ċerti mill-valuri fundamentali tagħha. Illum huwa jibbaża ruħu fuq konsegwenzi li jirriżultaw mit-twettiq ta’ terminu ta’ għaxar snin li ma kienx interrot għax l-aġir tiegħu baqa’ moħbi permezz tal-effett tal-vjolenza fiżika u morali eżerċitata b’mod odjuż fuq il-vittma matul is-snin.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Sitwazzjoni ta’ ksur ta’ din in-natura, bil-pretest li damet żmien twil, ma tistax toħloq dritt. Barra minn hekk, id-Direttiva 2004/38 fiha nnifisha tipprevedi, fl-Artikolu 35 tagħha, li l-Istati Membri jistgħu jadottaw il-miżuri neċessarji biex jirrifjutaw, jikkanċellaw jew jirtiraw kwalunkwe dritt mogħti minnha f’każ ta’ abbuż ta’ dritt jew ta’ frodi. Jeħtieġ hawnhekk li tkun il-Qorti tal-Ġustizzja li tislet il-konsegwenzi minn tali frodi.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Li wieħed jammetti li I. jista’ jislet mill-aġir tiegħu ta’ ksur id-dritt għall-protezzjoni rinforzata previst fl-Artikolu 28(2) u (3) ta’ din id-direttiva jmur kontra, fil-fehma tiegħi, il-valuri li fuqhom tibbaża ċ-ċittadinanza tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Minkejja dan, I. irid, naturalment, jibbenefika mill-garanziji tad-drittijiet tiegħu skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tad-direttiva msemmija u skont il-prinċipji tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li jikkonċernaw il-garanzija tad-drittijiet fundamentali, prinċipji indikati fis-sentenza Tsakouridis, iċċitata iktar ’il fuq, b’mod partikolari fil-punt 52 tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, naħseb li l-Artikolu 28(2) u (3) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin tal-Unjoni ma jistax jinvoka d-dritt għal protezzjoni rinforzata kontra t-tkeċċija skont din id-dispożizzjoni meta huwa muri li l-imsemmi ċittadin jislet dan id-dritt minn aġir ta’ ksur li jikkostitwixxi problema serja għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru ospitanti.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-elementi kollha preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tirrispondi lill-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen bil-mod kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>L-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-abbuż sesswali fuq minuri ta’ erbatax-il sena, l-aggressjoni sesswali kif ukoll l-istupru ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> peress li dawn l-atti ma jheddux direttament it-trankwillità u s-sigurtà fiżika tal-popolazzjoni kollha jew parti kbira minnha.</P><P>L-Artikolu 28(2) u (3) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat f’sens li ċittadin tal-Unjoni ma jistax jinvoka d-dritt għal protezzjoni rinforzata kontra t-tkeċċija skont din id-dispożizzjoni meta huwa muri li l-imsemmi ċittadin jislet dan id-dritt minn aġir ta’ ksur li jikkostitwixxi problema serja għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru ospitanti.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>