|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/258 |
20.2.2025 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/258
tas-7 ta’ Frar 2025
li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2400 fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum tal-fjuwil ta’ trakkijiet medji u tqal u ta’ karozzi tal-linja tqal u l-inklużjoni ta’ vetturi li jaħdmu bl-idroġenu u teknoloġiji ġodda oħra u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 582/2011 fir-rigward tar-regoli applikabbli dwar id-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil sabiex tinkiseb estensjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-UE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 5(4), il-punt (e), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 (2) introduċa metodu komuni sabiex iqabbel il-prestazzjoni ta’ vetturi tqal imqegħdin fis-suq tal-Unjoni fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tagħhom. Jistabbilixxi dispożizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni tal-komponenti b’impatt fuq l-emissjonijiet tas-CO2 u fuq il-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal, jintroduċi għodda ta’ simulazzjoni bl-iskop li jiġu ddeterminati u ddikjarati l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta’ dawk il-vetturi u jistabbilixxi, fost l-oħrajn, rekwiżiti għall-awtoritajiet tal-Istati Membri u għall-manifatturi sabiex jivverifikaw il-konformità taċ-ċertifikazzjoni tal-komponenti u l-konformità tal-operat tal-għodda ta’ simulazzjoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1379 (3) wessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/2400 għat-trakkijiet medji u għall-karozzi tal-linja tqal u żied teknoloġiji ġodda bħall-vetturi ibridi u purament elettriċi, vetturi li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil u l-irkupru tas-sħana mormija. |
|
(3) |
Billi qed jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda oħra u jistgħu jidħlu fis-suq fil-futur, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti għal teknoloġiji ġodda bħal dawn. Tali teknoloġiji ġodda jenħtieġ li jinkludu vetturi li jaħdmu bl-idroġenu, truf tar-roti effiċjenti, vetturi mħaddma minn diversi sistemi tal-mototrażmissjoni li joperaw b’mod indipendenti jew vetturi li kapaċi jiċċarġjaw mill-ġdid waqt li jkunu mexjin. |
|
(4) |
Billi jista’ ma jkunx ċar fiż-żmien taċ-ċertifikazzjoni tal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil jekk vettura hijiex se tkun vettura vokazzjonali jew le, is-simulazzjonijiet kollha għall-vetturi fil-gruppi kkonċernati jenħtieġ li jiġu simulati fuq il-profili kollha tal-missjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-allokazzjoni korretta tal-valuri ċċertifikati tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil issir skont l-istatus tar-reġistrazzjoni tal-vettura. |
|
(5) |
Billi jekk il-vetturi jiġu mgħammra bi truf tar-roti effiċjenti, dan ikollu impatt pożittiv fuq l-emissjonijiet tas-CO2, ġiet introdotta proċedura ġdida biex tippermetti ċ-ċertifikazzjoni tat-truf tar-roti effiċjenti sabiex jiġi żgurat li l-effiċjenza għolja tagħhom tiġi riflessa fid-determinazzjoni tal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil. |
|
(6) |
Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-prestazzjonijiet tar-reżistenza tal-arja tal-vetturi jenħtieġ li tissaħħaħ sabiex jittejbu r-ripetibbiltà u r-riproduċibbiltà tagħha, u sabiex jitnaqqas il-piż tal-ittestjar u jiġi żgurat li l-karatteristiċi li jtejbu l-prestazzjonijiet ajrudinamiċi jkunu jistgħu jiġu ċċertifikati b’mod effettiv, jenħtieġ li tiġi kkomplementata bi proċess ġdid li jiddependi fuq simulazzjoni komputazzjonali tad-dinamika tal-fluwidi. |
|
(7) |
Billi l-proċedura tal-ittestjar għall-verifika fit-triq uriet li hija għodda importanti għall-verifika tal-kalkoli tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tat-trakkijiet medji u tqal, jenħtieġ li din tapplika wkoll għall-karozzi tal-linja tqal, b’ċerti aġġustamenti biex jirriflettu l-kumplessità tal-produzzjoni frekwenti f’diversi stadji ta’ tali vetturi. |
|
(8) |
Billi t-teknoloġiji l-ġodda se jkunu koperti b’dan ir-Regolament, b’mod partikolari għat-trakkijiet medji, jenħtieġ li jiġu evitati obbligi konfliġġenti bejn ir-Regolament (UE) 2017/2400 u l-Proċeduri tal-Ittestjar Armonizzati fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief għall-iskop tad-determinazzjoni tal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil kif preskritt fir-Regolament (UE) Nru 582/2011 (4). Jenħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 jiġi emendat kif xieraq biex jiġi żgurat li l-ebda trakk medju ma jiġi ttestjat taħt żewġ reġimi differenti għall-iskop tad-determinazzjoni tal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil. |
|
(9) |
Sabiex l-Istati Membri, l-awtoritajiet nazzjonali u l-operaturi ekonomiċi jingħataw biżżejjed żmien sabiex iħejju għall-applikazzjoni tar-regoli introdotti b’dan ir-Regolament, id-data tal-applikazzjoni tiegħu jenħtieġ li tiġi differita. |
|
(10) |
Sabiex tkun tista’ ssir applikazzjoni bikrija tar-Regolament, b’mod partikolari għal teknoloġiji li għadhom kif ġew koperti b’din l-emenda, jenħtieġ li jkun possibbli li tinkiseb liċenzja għall-operat tal-għodda ta’ simulazzjoni u li tingħata ċertifikazzjoni għall-komponenti f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/2400 kif emendat b’dan ir-Regolament mid-dħul fis-seħħ. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Tekniku — Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2017/2400 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
l-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
fl-Artikolu 15, il-paragrafu 1, jiżdied l-inċiż li ġej:
|
|
(5) |
fl-Artikolu 16, il-paragrafu 2, jiżdied l-inċiż li ġej:
|
|
(6) |
fl-Artikolu 17, il-paragrafu 2, jiżdied l-inċiż li ġej:
|
|
(7) |
fl-Artikolu 18, il-paragrafu 1, jiżdied l-inċiż li ġej mal-ewwel subparagrafu:
|
|
(8) |
fl-Artikolu 22, il-punt 1, it-tieni paragrafu huwa emendat kif ġej:
|
|
(9) |
l-Artikolu 24 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ Artikolu 24 Applikazzjoni tar-rekwiżiti Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(3) ta’ dan ir-Regolament, meta ma jkunx hemm konformità mal-obbligi msemmija fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw iċ-ċertifikati tal-konformità għall-vetturi bl-approvazzjoni tat-tip, bħala li ma jibqgħux validi għall-iskopijiet tal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2018/858, u għall-vetturi bl-approvazzjoni tat-tip jew dawk b’approvazzjoni individwali, għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew d-dħul fis-servizz ta’ vetturi fil-gruppi 1s, 1, 2, 3, 4, 5, 9, 10, 11, 12, 16, 31 sa 40, 53 u 54.” |
|
(10) |
l-Anness I huwa emendat kif stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(11) |
l-Anness III huwa emendat kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament; |
|
(12) |
l-Anness IV huwa emendat kif stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament; |
|
(13) |
l-Anness V huwa emendat kif stabbilit fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament; |
|
(14) |
l-Anness VI huwa emendat kif stabbilit fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament; |
|
(15) |
it-test fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament jiddaħħal bħala l-Anness VIIa; |
|
(16) |
l-Anness VIII huwa emendat kif stabbilit fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament; |
|
(17) |
l-Anness IX huwa emendat kif stabbilit fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament; |
|
(18) |
l-Anness Xa huwa emendat kif stabbilit fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament; |
|
(19) |
l-Anness Xb huwa emendat kif stabbilit fl-Anness X ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
L-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, titħassar it-tieni sentenza; |
|
(2) |
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Sabiex jirċievi estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura fir-rigward tal-emissjonijiet bl-approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament b’massa ta’ referenza li taqbeż l-2 380 kg iżda li ma taqbiżx l-2 610 kg, il-manifattur għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 5 tal-Anness VIII sakemm il-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil għal tali vetturi ma jiġux iddeterminati f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/2400.” |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2026.
Il-Punt (21) tal-Anness X għandu jibda japplika mill-1 ta’ Marzu 2025.
Minkejja t-tieni u t-tielet paragrafi, mis-6 ta’ Marzu 2025, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni ma għandhomx jirrifjutaw l-għoti taċ-ċertifikazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil b’rabta mal-proprjetajiet tal-komponenti f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/2400, kif emendat b’dan ir-Regolament. Mis-6 ta’ Marzu 2025 l-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, it-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta’ vettura ġdida, meta l-vettura kkonċernata tikkonforma mar-Regolament (UE) 2017/2400 u mar-Regolament (UE) Nru 582/2011, kif emendat b’dan ir-Regolament, jekk manifattur jitlob dan.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/595/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (ĠU L 349, 29.12.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/2400/oj).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1379 tal-5 ta’ Lulju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2400 fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil ta’ trakkijiet medji u tqal u ta’ karozzi tal-linja tqal u sabiex jiġu introdotti vetturi elettriċi u teknoloġiji ġodda oħra (ĠU L 212, 12.8.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/1379/oj).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u li jemenda l-Annessi I u III għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, 25.6.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/582/oj).
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/2400 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-punt 1.1, it-tabella 1 hija sostitwita b’din li ġejja: “Tabella 1 Gruppi ta’ vetturi għal trakkijiet tqal
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
il-punt 2.3 huwa emendat kif ġej:
|
(*1) EMS – Sistema Modulari Ewropea
(*2) F’dawn il-klassijiet ta’ vetturi, it-tratturi huma ttrattati bħala trakkijiet riġidi iżda b’piż speċifiku tat-trattur mingħajr okkupanti
ANNESS II
L-Anness III tar-Regolament (UE) 2017/2400 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-punt 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
|
|
(2) |
fil-punt 3, l-ewwel paragrafu, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “Fit-tabelli 1 sa 17 huma speċifikati s-settijiet ta’ parametri tal-input li għandhom jiġu pprovduti fir-rigward tal-karatteristiċi tal-vettura.”; |
|
(3) |
it-tabella 1 hija emendata kif ġej:
|
|
(4) |
it-tabella 2 hija emendata kif ġej:
|
|
(5) |
it-tabella 3 hija emendata kif ġej:
|
|
(6) |
it-tabella 3a hija emendata kif ġej:
|
|
(7) |
it-tabella 4 hija emendata kif ġej:
|
|
(8) |
it-tabella 5 hija emendata kif ġej:
|
|
(9) |
it-tabella 6 hija emendata kif ġej:
|
|
(10) |
it-tabella 7 hija sostitwita b’din li ġejja: “Tabella 7 Parametri tal-input ġenerali għal HEV, PEV u FCHV
|
|
(11) |
it-tabella 8 hija emendata kif ġej:
|
|
(12) |
fit-tabella 9, jiżdied il-paragrafu li ġej wara l-paragrafu introduttorju: “Entrata separata għal kull sistema tal-motopropulsjoni individwali fil-każ ta’ sistemi tal-motopropulsjoni multipli mekkanikament indipendenti f’konformità mal-punt 10.1.4.” |
|
(13) |
it-tabella 10 hija sostitwita b’din li ġejja: “Tabella 10 Parametri tal-input għal kull REESS (Applikabbli biss jekk il-komponent ikun preżenti fil-vettura)
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(14) |
it-tabella li ġejja tiddaħħal wara t-Tabella 11: “Tabella 11a Parametri tal-input għal kull sistema ta’ ċelloli tal-fjuwil (Applikabbli biss jekk il-komponent ikun preżenti fil-vettura) Sistema waħda jew tnejn differenti ta’ ċelloli tal-fjuwil, u kull waħda jista’ jkollha sa tliet unitajiet identiċi installati.
|
|||||||||||||||||||||||||
|
(15) |
il-punt 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(16) |
il-punt 6.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(17) |
il-punt 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(18) |
fil-punt 10.1.1 jiżdied il-paragrafu li ġej: “Fil-każ ta’ FCHV:
|
|
(19) |
fil-punt 10.1.2, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Meta l-konfigurazzjoni tas-sistema tal-motopropulsjoni tal-vettura f’konformità mal-punt 10.1.1 tkun “P”, “S”, “F” jew “E”, il-pożizzjoni tal-EM installata fis-sistema tal-motopropulsjoni tal-vettura għandha tiġi ddeterminata f’konformità mad-definizzjonijiet stabbiliti fit-tabella 14.”; |
|
(20) |
it-tabella 14 hija emendata kif ġej:
|
|
(21) |
fit-tabella 15, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
|
(22) |
il-punt li ġej jiddaħħal wara t-tabella 15:
|
|
(23) |
it-tabella li ġejja tiddaħħal wara l-punt 10.1.4: “Tabella 15a Inputs validi tal-arkitettura tas-sistema tal-motopropulsjoni fl-għodda ta’ simulazzjoni
|
|
(24) |
il-punti li ġejjin jiżdiedu wara l-punt 11.5.:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(25) |
fl-Appendiċi 1, it-tabella 1 hija emendata kif ġej:
|
(1) Ir-Regolament (UE) 2024/1257 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, fir-rigward tal-emissjonijiet u d-durabbiltà tal-batterija tagħhom (Euro 7), li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kumissjoni (UE) 2022/1362 (ĠU L, 2024/1257, 8.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1257/oj).
(2) “tħaddim normali tal-vettura” għandu jeskludi kwalunkwe limitazzjoni sinifikanti tat-tħaddim (eż. “tħaddim ta’ prestazzjoni mnaqqsa” ma għandux jitqies bħala tħaddim normali tal-vettura).”;
(3) “Iva” (jiġifieri l-komponent tal-fus preżenti) biss fil-każ li ż-żewġ parametri “DifferentialIncluded” u “DesignTypeWheelMotor” jiġu ssettjati bħala “false”;”
(*1) Il-valuri speċifikati għal fusable jassumu li t-tank għandu sistema ta’ tisħin intern li tiġi attivata meta tintlaħaq il-pressjoni minima. Meta ma jkunx hemm tali sistema tat-tisħin fit-tank, il-manifattur għandu japplika, mal-approvazzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni, valur aktar baxx għal fusable.”
ANNESS III
L-Anness IV tar-Regolament (UE) 2017/2400 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-punt 2, jiżdied is-subpunt li ġej:
|
|
(2) |
il-punt 3 huwa emendat kif ġej:
|
ANNESS IV
L-Anness V tar-Regolament (UE) 2017/2400 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-punt 3.1.2, jiżdied il-paragrafu li ġej: “Jekk magna tal-familja ta’ CO2 tal-magni, definita f’konformità mal-Appendiċi 3, tiġi installata f’vettura mgħammra b’apparat abbord għall-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-enerġija u l-kilometraġġ tal-vetturi bil-mutur, f’konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5c tar-Regolament (KE) Nru 595/2009, il-magna tat-test għandha tkun mgħammra b’dan l-apparat abbord.”; |
|
(2) |
fil-punt 3.1.6.2, l-intestatura tat-tabella “Tabella 1” hija sostitwita b’“Tabella 1a”; |
|
(3) |
il-punt 3.2. huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
fil-punt 3.2.1, l-ewwel paragrafu, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “Wieħed miż-żewġ fjuwils ta’ referenza dejjem għandu jkun B7 jew B100 u l-fjuwil ta’ referenza l-ieħor għandu jkun G25, GR, LPG Fjuwil B jew Idroġenu.”; |
|
(5) |
fil-punt 3.5 tat-tabella 2., ir-ringiela “Fluss tal-massa tal-fjuwil għal fjuwils gassużi” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(6) |
fil-punt 4.3.3.1, il-paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Minbarra d-dispożizzjonijiet definiti fl-Anness 4 għar-Regolament Nru 49 tan-NU, għandhom jiġu rreġistrati l-fluss reali tal-massa tal-fjuwil ikkonsmat mill-magna f’konformità mal-paragrafu 3.4 u d-data msemmija fil-punt 4.3.5.3(5)(a) b’applikazzjoni għat-test WHTC.”; |
|
(7) |
fil-punt 4.3.4.1, il-paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Minbarra d-dispożizzjonijiet definiti fl-Anness 4 għar-Regolament Nru 49 tan-NU, għandhom jiġu rreġistrati l-fluss reali tal-massa tal-fjuwil ikkonsmat mill-magna f’konformità mal-paragrafu 3.4 u d-data msemmija fil-punt 4.3.5.3(5)(a) b’applikazzjoni għat-test WHSC.”; |
|
(8) |
fil-punt 4.3.5.3, l-ewwel paragrafu, jiżdied is-subpunt li ġej wara s-subpunt (4):
|
|
(9) |
fil-punt 5.3.3.1, it-tabella 4, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
|
(10) |
fil-punt 6.1.9, jiżdied it-test li ġej: “Fil-każ ta’ magna diżil ittestjata b’tip ta’ fjuwil ta’ referenza ta’ B100 f’konformità mal-punt 3.2, “Diżil B100 CI” għandha tkun l-input għall-għodda ta’ preproċessar tal-magna”; |
|
(11) |
fl-Appendiċi 2, il-Parti 1 hija emendata kif ġej:
|
|
(12) |
fl-Appendiċi 3, jiżdiedu l-punti li ġejjin wara l-punt 1.10.1:
|
|
(13) |
l-Appendiċi 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(14) |
fl-Appendiċi 7, it-tabella 1a, ir-ringiela “FuelType” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
ANNESS V
L-Anness VI tar-Regolament (UE) 2017/2400 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt 4.1.7.2 wara l-punt 4.2.7.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 6.1.2.1:
|
|
(3) |
fil-punt 7.6, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “Għandha tiġi ttestjata trażmissjoni waħda biss għal kull familja.”; |
|
(4) |
fil-punt 7.10, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “Minkejja l-punt 7.6, jekk ir-riżultat ta' test imwettaq b'konformità mal-punt 8 ikun ogħla minn dak speċifikat fil-punt 8.1.3., għandhom jiġu ttestjati tliet trażmissjonijiet addizzjonali mill-istess familja.”; |
|
(5) |
fl-Appendiċi 9, it-tieni taqsima “Punt tal-waqfien” hija sostitwita b’dan li ġej: “Punt tal-waqfien:
μ(v0)=1,8/vs ’; |
|
(6) |
fl-Appendiċi 12, it-tabella 1, fir-ringiela “DifferentialIncluded”, fil-kolonna “Deskrizzjoni/Referenza” jiżdied it-test li ġej: “Dan il-parametru tal-input huwa meħtieġ biss għall-vetturi li jingranaw fuq ir-roti ta’ quddiem.”. |
ANNESS VI
ANNESS VIIA
Proċedura ta’ ċertifikazzjoni għall-ittestjar tat-truf tar-roti
1. Introduzzjoni u definizzjonijiet
1.1 Introduzzjoni
Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura ta’ ċertifikazzjoni fir-rigward tat-telf mill-frizzjoni tat-truf tar-roti għall-applikazzjonijiet tal-fus mhux motorizzat. Iċ-ċertifikazzjoni tat-truf tar-roti fuq il-fusien motorizzati hija inkluża fil-proċedura stabbilita fl-Anness VII.
Alternattivament għaċ-ċertifikazzjoni tat-truf tar-roti, it-telf standard mill-frizzjoni tat-truf tar-roti kif stabbilit fil-punt 6 jista’ jiġi applikat għall-fini tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta’ CO2 speċifiċi għall-vettura.
1.2 Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“bering tar-rota” tfisser il-berings li jintużaw biex isostnu tarf wieħed tar-rota f’vettura. |
|
(2) |
“tarf tar-rota” tfisser l-assemblaġġ ta’ komponenti li jistabbilixxu l-konnessjoni bejn ir-rota u l-fus, li jinkludi l-berings tar-roti, is-siġilli u l-lubrikanti kif ukoll il-buttun tar-rota, jekk disponibbli, u l-komponenti l-oħra kollha rilevanti għall-frizzjoni rotazzjonali, u jista’ jeskludi d-diska tal-brejk u l-flanġ tar-rota. |
|
(3) |
“tagħbija radjali” tfisser it-tagħbija applikata fuq it-tarf tar-rota perpendikulari u vertikalment mal-assi tax-xaft. |
|
(4) |
“tagħbija fuq l-assi” tfisser it-tagħbija applikata fuq it-tarf tar-rota fid-direzzjoni tal-assi tax-xaft b’kunsiderazzjoni tar-raġġ dinamiku tar-rota. |
|
(5) |
“pożizzjoni tal-linja tat-tagħbija” tfisser il-pożizzjoni fuq it-tarf tar-rota li minnha tiġi applikata t-tagħbija radjali. |
|
(6) |
“manifattur tat-tarf tar-rota” tfisser l-entità ġuridika li tipproduċi t-tarf tar-rota. |
|
(7) |
“familja tat-tarf tar-rota” tfisser ir-raggruppament ta’ truf tar-roti mill-manifattur li, permezz tad-disinn tagħhom, kif stabbilit fil-punt 2.3, ikollhom karatteristiċi tad-disinn u proprjetajiet ta’ CO2 u tal-konsum tal-fjuwil simili. |
|
(8) |
“klijent” tfisser l-entità ġuridika li tbigħ il-vettura jew il-fus li fih tkun installata t-tarf tar-rota. |
|
(9) |
“entità tal-ittestjar” tfisser l-entità ġuridika responsabbli għall-ittestjar ta’ tarf tar-rota, jew il-manifattur tat-tarf tar-rota jew parti terza. |
|
(10) |
“siġill” tfisser il-parti tal-bering tar-rota maħsuba biex tipprevjeni l-intrużjoni ta’ partiċelli jew likwidi fil-bering tar-roti, jew biex tipprevjeni t-tnixxija tal-lubrikant. |
|
(11) |
“spazju liberu” tfisser id-distanza totali li minnha ċirku tal-bering wieħed jista’ jiċċaqlaq b’mod relattiv għall-ieħor fid-direzzjoni tal-assi. |
|
(12) |
“preload” tfisser l-ispazju liberu operattiv negattiv fil-bering tar-rota. |
|
(13) |
“ċirku ta’ ġewwa” tfisser iċ-ċirku jew iċ-ċrieki tal-berings tar-roti b’dijametru iżgħar miċ-ċirku ta’ barra. |
|
(14) |
“ċirku ta’ barra” tfisser iċ-ċirku jew iċ-ċrieki tal-berings tar-roti b’dijametru akbar miċ-ċirku ta’ ġewwa. |
|
(15) |
“kejl” tfisser il-kejl tat-telf tal-frizzjoni fit-tarf tar-rota espress bħala torque tal-frizzjoni f’Nm. |
|
(16) |
“tagħbija nominali tal-bering” tfisser it-tagħbija massima skont id-disinn kif definita fl-ispeċifikazzjonijiet tal-bering tar-rota. |
|
(17) |
“dijametru effettiv” tfisser id-distanza f’bering tar-rota bejn iċ-ċentru ġeometriku ta’ żewġ elementi ta’ dawrien meta ż-żewġ elementi ta’ dawrien ikunu dijametrikament opposti. |
|
(18) |
“proċedura ta’ prova” tfisser il-proċedura tal-kundizzjonament ta’ tarf tar-rota mhux użata b’tagħbija sabiex tinġieb fi stat ta’ kundizzjonijiet rappreżentattivi waqt l-użu. |
2. Rekwiżiti ġenerali
2.1 Għażla tat-tarf tar-rota
It-truf tar-roti użati għall-verifika tal-kejl tat-telf tal-frizzjoni għandhom ikunu ġodda.
Għandhom ikunu l-istess truf tar-roti kif definiti mill-ispeċifikazzjonijiet, kif maħsuba għall-produzzjoni tas-serje, u kif se jiġu installati fl-applikazzjonijiet tal-klijent.
Dawn l-ispeċifikazzjonijiet jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, id-dimensjonijiet, il-materjali, il-kwalità u t-trattamenti tas-superfiċji, l-għadd ta’ rombli, is-siġill, it-tip, il-kwalità u l-kwantità tal-lubrikant kif ukoll kwalunkwe karatteristika oħra rilevanti għall-frizzjoni tat-tarf tar-rota.
2.2 Numru ta’ truf tar-roti biex jiġu ttestjati
Għall-fini taċ-ċertifikazzjoni ta’ CO2 ta’ familja tat-tarf tar-rota, mill-inqas erba’ truf differenti tar-rota mir-referenzjarja tal-familja għandhom jiġu ttestjati f’konformità mal-proċeduri deskritti fil-punti 3. u 4. bl-użu tal-istess passi fil-mira tal-veloċità u tat-tagħbija għal kull wieħed.
2.3 Parametri li jiddefinixxu familja tat-tarf tar-rota
Il-kriterji li ġejjin għandhom ikunu l-istess għall-membri kollha tal-familja tat-tarf tar-rota:
|
— |
il-kwantità tal-elementi tad-dawrien; |
|
— |
id-dijametru tal-elementi tad-dawrien fi ħdan ± 0.5 mm (meta mkejjel perpendikolari u fiċ-ċentru tal-assi t-twil); |
|
— |
it-tul tal-elementi tad-dawrien fi ħdan ± 1 mm (meta mkejjel tul l-assi t-twil); |
|
— |
dijametru effettiv fi ħdan ± 1 mm; |
|
— |
għadd ta’ ringieli; |
|
— |
l-angolu ta’ kuntatt taċ-ċirku ta’ barra mal-elementi tad-dawrien bi ± 1grad; |
|
— |
it-tip ta’ lubrikant: żejt jew grass; |
|
— |
il-pożizzjoni tal-linja tat-tagħbija (fil-każ li l-ġenitur tal-familja ma jiġix ittestjat fil-pożizzjoni indikata fl-Illustrazzjoni 2). |
2.4 Għażla tar-referenzjarja tal-familja tat-tarf tar-rota
Ir-referenzjarja tal-familja tat-tarf tar-rota għandha tkun il-membru bl-ogħla frizzjoni.
Jekk familja jkollha aktar minn membru wieħed, l-entità tal-ittestjar għandha tiġġustifika l-għażla tal-kumpanija omm tal-familja abbażi tal-proprjetajiet tal-komponenti.
It-tagħbija nominali tal-bering għall-familja għandha tkun l-ogħla tagħbija nominali tal-bering mill-membri kollha tal-familja.
Għal kull membru tal-familja, l-entità tal-ittestjar għandha tipprovdi data kwantifikabbli dwar:
|
— |
il-prestazzjoni tas-siġilli (eż. telf ta’ frizzjoni); |
|
— |
il-prestazzjoni tal-lubrikazzjoni (żejt jew grass) (eż. viskożità); |
|
— |
il-medda ta’ preload/spazju liberu (eż. massimu u minimu). |
L-awtorità tal-approvazzjoni tista’ titlob lill-entità tal-ittestjar biex tipprovdi ġustifikazzjoni addizzjonali, inkluż permezz ta’ simulazzjonijiet jew kalkoli, meta tqis li l-proprjetajiet elenkati fir-raba’ paragrafu huma biżżejjed biex jiġġustifikaw l-għażla tal-familja.
2.5 Prova
L-entità tal-ittestjar għandha tapplika proċedura ta’ prova fuq it-truf tar-roti.
Il-proċedura ta’ prova għandha tuża l-istess kompożizzjoni tat-test u jkollha l-istess rekwiżiti bħal dawk għall-kejl tat-telf tal-frizzjoni.
2.5.1 Proċedura ta’ prova
Il-proċedura ta’ prova għandha tinkludi erba’ fażijiet suċċessivi.
Matul l-ewwel fażi, it-tarf tar-rota għandu jitħaddem favur l-arloġġ b’veloċità kostanti ta’ 300 rpm b’tagħbija radjali applikata li tikkorrispondi għal 50 % tat-tagħbija nominali tal-bering għal durata ta’ 60 ± 2 minuti.
Matul it-tieni fażi, it-tarf tar-rota għandu jitħaddem kontra l-arloġġ b’veloċità kostanti ta’ 300 rpm b’tagħbija radjali applikata li tikkorrispondi għal 50 % tat-tagħbija nominali tal-bering għal durata ta’ 60 ± 2 minuti.
Matul it-tielet fażi, it-tarf tar-rota għandu jitħaddem favur l-arloġġ b’veloċità kostanti ta’ 500 rpm b’tagħbija radjali applikata li tikkorrispondi għal 100 % tat-tagħbija nominali tal-bering għal durata ta’ 660 ± 2 minuti.
Matul ir-raba’ fażi, it-tarf tar-rota għandu jitħaddem kontra l-arloġġ b’veloċità kostanti ta’ 500 rpm b’tagħbija radjali applikata li tikkorrispondi għal 100 % tat-tagħbija nominali tal-bering għal durata ta’ 660 ± 2 minuti.
Il-proċedura ta’ prova għandha tiġi ddokumentata mill-entità tal-ittestjar fir-rigward tad-durata tal-prova, tal-veloċità, tat-tagħbija radjali, u tat-temperatura tal-bering, u għandha tiġi rrapportata lill-awtorità tal-approvazzjoni.
2.6 Lubrikant
2.6.1 Rekwiżiti tal-lubrikant
It-tip, il-kwalità u l-kwantità tal-lubrikant għandhom ikunu l-istess kif definiti mill-ispeċifikazzjonijiet, kif maħsuba għall-produzzjoni f’serje, u kif se jkunu fl-applikazzjonijiet tal-klijent.
Jekk il-manifattur tat-tarf tar-rota ma jkunx qed iforni lubrikant mal-bering tar-rota, il-klijent għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa dwar il-lubrikant li se jintuża fl-applikazzjoni finali biex ikun jista’ jsir ittestjar akkurat tat-tarf tar-rota.
2.6.2 Lubrikant taż-żejt
Jekk il-lubrikant ikun tat-tip taż-żejt, il-livell taż-żejt fil-bering għandu jkun kif definit fl-ispeċifikazzjonijiet tal-fus. Fin-nuqqas ta’ speċifikazzjoni, għandu jiġi applikat il-livell massimu ġeometrikament possibbli taż-żejt tal-fus.
2.7 Spazju liberu operattiv/Preload
Jekk l-ispazju liberu operattiv/preload tal-bering jista’ jiġi aġġustat, l-ispazju liberu operattiv/preload użat għall-ittestjar tal-bering tar-rota għandu jiġi ssettjat fil-medja aritmetika tal-medda tal-ispazju liberu operattiv/preload definita fl-ispeċifikazzjonijiet, fi ħdan tolleranza ta’ ± 20 μm.
2.8 Siġilli
Is-siġilli użati għall-ittestjar tat-tarf tar-rota għandhom ikunu l-istess kif definit mill-ispeċifikazzjonijiet, kif maħsub għall-produzzjoni tas-serje, u kif se jiġu installati fl-applikazzjonijiet tal-klijent.
Jekk il-manifattur tat-tarf tar-rota ma jkunx qed iforni siġilli mat-tarf tar-rota, il-klijent għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa dwar is-siġilli li se jintużaw fl-applikazzjoni finali biex ikun jista’ jsir ittestjar akkurat tat-tarf tar-rota.
3. Proċedura tal-ittestjar għat-truf tar-roti
3.1 Kundizzjonijiet tat-test
3.1.1 Temperatura ambjentali
It-temperatura fiċ-ċellola tat-test għandha tinżamm għal 25 °C ± 10 °C. It-temperatura ambjentali għandha titkejjel f’distanza ta’ metru saċ-ċirku ta’ barra tal-bering tar-rota u tiġi ddokumentata fir-rapport tat-test. Din għandha tkun temperatura fil-mira għall-entità tal-ittestjar, li minnha mhumiex permessi devjazzjonijiet sistematiċi matul it-testijiet.
3.1.2 Temperatura tal-bering tar-rota
It-temperatura tal-bering tar-rota għandha titkejjel fuq in-naħa tal-bor taċ-ċirku ta’ ġewwa li jkun jinsab fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-vettura. Matul il-kejl, it-temperatura tal-bering tar-rota għandha tinżamm f’massimu ta’ 60 °C. Għal dik il-fini, it-tkessiħ tal-arja jista’ jiġi applikat skont it-taqsima 3.3.5.
3.2 Kompożizzjoni tat-test
Il-kompożizzjoni tat-test għandha tkun kif muri fl-Illustrazzjoni I.
Illustrazzjoni 1
Skematika simplifikata tal-kompożizzjoni tat-test
3.2.1 Installazzjoni ta’ apparati li jkejlu t-torque, it-tagħbija, it-temperatura u l-veloċità
Għandhom jiġu installati apparati li jkejlu t-torque sabiex jitkejjel it-telf tal-frizzjoni fit-tarf tar-rota, u b’tali mod li l-effetti parassitiċi jiġu minimizzati.
Għandu jiġi installat apparat li jkejjel il-veloċità biex ikejjel il-veloċità tar-rotazzjoni tat-tarf tar-rota.
Għandu jiġi installat apparat li jkejjel it-temperatura biex ikejjel it-temperatura tan-naħa tal-bor taċ-ċirku ta’ ġewwa fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-vettura.
Għandu jiġi installat apparat għall-kejl tat-tagħbija biex ikejjel it-tagħbija radjali applikata fuq it-tarf tar-rota.
3.2.2 Kompożizzjoni tat-test
Il-kompożizzjoni tat-test għandha tikkonsisti minn magna elettrika użata biex tiġi applikata veloċità rotazzjonali fuq it-tarf tar-rota, u minn apparat li kapaċi japplika tagħbija radjali fuq it-tarf tar-rota.
It-tarf tar-rota għandu jiġi installat b’tali mod li ċ-ċirku ta’ barra tal-bering tar-rota jkun qed idur u jintuża għall-input tal-veloċità, filwaqt li ċ-ċirku ta’ ġewwa ma jkunx qed idur.
Gerijiet u akkoppjamenti huma permessi bejn il-magna elettrika u t-tarf tar-rota, sakemm dawn ma jinfluwenzawx ir-riżultati tal-kejl.
3.2.3 Tagħmir tal-kejl
Il-faċilitajiet tal-laboratorju tal-kalibrar għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ IATF 16949, tas-serje ISO 9000 jew ta’ ISO/IEC 17025. It-tagħmir kollu ta’ referenza tal-laboratorji għall-kejl, użat għall-kalibrar u/jew għall-verifika, għandu jkun traċċabbli għal standards nazzjonali (internazzjonali).
L-akkuratezzi tal-kejl stabbiliti fil-punti 3.2.3.1 sa 3.2.3.4 għandhom jikkonċernaw il-katina sħiħa tal-kejl, inklużi sensuri u sorsi addizzjonali ta’ inakkuratezza. It-tolleranzi speċifikati għall-inċertezza ma għandhomx jintużaw għal devjazzjonijiet sistematiċi meta l-istrumenti tal-kejl jiġu applikati b’akkuratezza ogħla.
3.2.3.1 Torque tal-frizzjoni
L-inċertezza tal-kejl tat-torque għall-kejl tat-torque tal-frizzjoni tat-tarf tar-rota ma għandhiex taqbeż ± 0,2 Nm.
Fil-każ ta’ inċertezza ogħla, il-kejl għandu jiġi kkalkolat kif stabbilit fil-punt 3.4.6.
3.2.3.2 Tagħbija radjali
L-inċertezza tal-kejl tat-tagħbija għall-kejl tat-tagħbija applikata fuq it-tarf tar-rota ma għandhiex taqbeż ± 1 kN.
Jekk it-tagħbija radjali tiġi applikata bħala massa, din għandha tiġi kkonvertita billi jiġi applikat il-kostanti gravitazzjonali ta’ 9,81 N/kg.
3.2.3.3 Veloċità rotazzjonali
L-inċertezza tal-kejl tal-veloċità rotazzjonali għall-kejl tal-veloċità tat-tarf tar-rota ma għandhiex taqbeż ± 2.5 rpm.
3.2.3.4 Temperaturi
L-inċertezza tal-kejl tat-temperatura għall-kejl tat-temperatura ambjentali ma għandhiex taqbeż ± 2 °C.
L-inċertezza tal-kejl tat-temperatura għall-kejl tat-temperatura tal-bering tar-rota ma għandhiex taqbeż ± 2 °C.
3.2.4 Sinjali tal-kejl u reġistrazzjoni tad-data
Is-sinjali li ġejjin għandhom jiġu rreġistrati għall-fini tal-kalkolu tat-telf tat-torque tal-frizzjoni:
|
(a) |
Veloċità tar-rotazzjoni tal-input [rpm] |
|
(b) |
Torque tal-frizzjoni fit-tarf tar-rota [Nm] |
|
(c) |
Tagħbija radjali applikata [kN] |
|
(d) |
Temperatura tal-bering [°C] |
|
(e) |
Temperatura ambjentali [°C] |
Għandhom jiġu applikati l-frekwenzi tal-kampjunar minimi tas-sensuri li ġejjin:
|
(a) |
Torque tal-frizzjoni: 300 Hz |
|
(b) |
Veloċità rotazzjonali: 100 Hz |
|
(c) |
Temperaturi: 10 Hz |
|
(d) |
Tagħbija: 10 Hz |
Id-data mhux ipproċessata tat-torque tal-frizzjoni għandha tiġi ffiltrata b’filtru baxx xieraq bħal filtru Butterworth tat-tieni ordni bi frekwenza ta’ qtugħ ta’ 0,1 Hz. L-iffiltrar tas-sinjali l-oħra jista’ jiġi applikat bi qbil mal-awtorità tal-approvazzjoni. Kwalunkwe effett ta’ psewdonimu għandu jiġi evitat.
Id-data mhux ipproċessata ma għandhiex tiġi rrapportata.
3.3 Proċedura tat-test
Sabiex tiġi ddeterminata l-mappa tat-telf tat-torque għat-tarf tar-rota, il-punti ta’ grilja tad-data tal-mappa tat-telf tat-torque tal-frizzjoni għandhom jitkejlu kif speċifikat fil-punt 3.4.
Il-kejl ta’ punt ta’ grilja jista’ jiġi ripetut biss jekk ikun hemm raġuni teknika ġustifikata biex isir dan bħall-ħsara ta’ sensur tal-kejl. Din ir-ripetizzjoni għandha tiġi rreġistrata fir-rapport tat-test. L-ittestjar totali ta’ kampjun tat-tarf tar-rota waħda, mill-bidu tal-prova sal-konklużjoni tal-aħħar punt ta’ grilja, għandu jiġi konkluż fi żmien massimu ta’ 55 siegħa, inkella t-test tal-kampjun ikun null.
3.3.1 Medda tat-tagħbija radjali
Il-mappa tat-telf mill-frizzjoni għandha titkejjel b’tagħbijiet radjali li jikkorrispondu għal 25 %, 50 %, u 100 % tat-tagħbija nominali tal-bering.
It-tagħbijiet fil-mira għandhom jiġu rrapportati mill-entità tal-ittestjar flimkien mat-tagħbija reali mkejla.
3.3.2 Pożizzjoni tal-linja tat-tagħbija radjali
It-tagħbija radjali għandha tiġi applikata fuq it-tarf tar-rota fiċ-ċentru tagħha, sabiex il-pożizzjoni tal-linja tat-tagħbija tkun fiċ-ċentru tal-bering tar-rota sa ± 0,5 mm. Iċ-ċentru tal-bering tar-rota huwa ddeterminat bħala n-nofs tal-pożizzjonijiet ta’ barra taċ-ċrieki WB ta’ ġewwa (ara l-Illustrazzjoni 2).
Illustrazzjoni 2
Determinazzjoni tal-Pożizzjoni tal-Linja tat-Tagħbija
Fuq talba tal-manifattur u bl-approvazzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni, il-pożizzjoni tal-linja tat-tagħbija tista’ tintgħażel barra miċ-ċentru tal-bering. F’dan il-każ il-manifattur għandu jipprovdi evidenza li din il-pożizzjoni tal-linja tat-tagħbija tikkorrispondi għall-applikazzjoni tat-tarf tar-rota.
3.3.3 Tagħbija fuq l-assi
Għall-fini ta’ dan il-kejl stabbilit taħt dan il-punt, ma għandha tiġi applikata l-ebda tagħbija fuq l-assi fuq it-truf tar-roti.
3.3.4 Medda ta’ veloċità rotazzjonali
It-tarf tar-rota għandu jiġi ttestjat f’250 u 500 rpm. Il-punti kollha tal-veloċità rotazzjonali għandhom jitkejlu f’direzzjoni favur l-arloġġ u kontra l-arloġġ f’konformità mas-sekwenza tal-ittestjar speċifikata fil-punt 3.4.1. Ir-riżultati jistgħu jiġu rrapportati bħala l-valuri medji mkejla tad-direzzjoni favur l-arloġġ u kontra l-arloġġ.
3.3.5 Tkessiħ u tisħin
It-tarf tar-rota jista’ jitkessaħ bl-arja minn fann bl-użu tal-arja ambjentali f’temperatura ambjentali kif definit fil-punt 3.1.1. Tkessiħ jew tisħin estern ieħor ma għandux ikun permess. F’każ li jintuża tkessiħ tal-arja, għandha tiġi applikata l-istess kundizzjoni ta’ tkessiħ għat-truf kollha tar-roti ttestjati fil-punti kollha tal-grilja.
3.4 Kejl tal-mapep tat-telf tat-torque tal-frizzjoni
3.4.1 Sekwenza tal-ittestjar
Is-sekwenza tal-ittestjar li trid tiġi applikata tiddependi mill-konfigurazzjoni tal-kejl tal-konfigurazzjoni tat-test.
F’każ li l-konfigurazzjoni tal-kejl tkun tali li t-tagħbija radjali u t-torque tal-frizzjoni t-tnejn jiġu ddeterminati individwalment minn apparat iddedikat għall-kejl tat-torque, l-ittestjar tat-tarf tar-rota għandu jsegwi s-Sekwenza tal-ittestjar A kif deskritt fil-punt 3.4.1.1.
F’każ li l-konfigurazzjoni tal-kejl tkun tali li t-tagħbija radjali u t-torque tal-frizzjoni jiġu ddeterminati simultanjament mill-istess apparat li jkejjel it-torque, l-ittestjar tat-tarf tar-rota għandu jsegwi s-sekwenza tal-ittestjar B kif deskritt fil-punt 3.4.1.2.
Jekk, abbażi tad-deskrizzjonijiet funzjonali msemmija fit-tieni u fit-tielet paragrafi, l-entità tal-ittestjar ma tkunx tista’ tiġġudika liema sekwenza tat-test għandha tintuża, għandha tiġi applikata s-Sekwenza tal-ittestjar A.
3.4.1.1 Sekwenza tal-ittestjar A
Il-kejl tal-frizzjoni tal-punti tal-grilja għandu jibda fl-ogħla tagħbija radjali ’l isfel sal-inqas tagħbija radjali, filwaqt li f’kull pass tat-tagħbija l-ewwel għandha tiġi ttestjata l-ogħla u mbagħad għandha tiġi ttestjata l-aktar veloċità rotazzjonali baxxa. Ladarba jitkejjel il-punt tal-grilja fl-aktar tagħbija baxxa u fil-veloċità rotazzjonali l-aktar baxxa, id-direzzjoni rotazzjonali fuq it-tarf tar-rota titreġġa’ lura u s-sekwenza deskritta qabel tiġi ripetuta.
Is-sekwenza tal-ittestjar tintwera skematikament fl-Illustrazzjoni 3.
Illustrazzjoni 3
Skema tas-sekwenza tal-ittestjar A
3.4.1.2 Sekwenza tal-ittestjar B
Il-kejl tal-frizzjoni tal-punti tal-grilja għandu jibda bl-ogħla tagħbija radjali u bl-ogħla veloċità rotazzjonali. Imbagħad id-direzzjoni rotazzjonali titreġġa’ lura u mbagħad jitkejjel l-istess punt ta’ tagħbija/veloċità. Filwaqt li tinżamm l-istess tagħbija, id-direzzjoni rotazzjonali terġa’ titreġġa’ lura u l-frizzjoni titkejjel fil-veloċità rotazzjonali aktar baxxa. Dan il-punt tat-tagħbija/tal-veloċità jitkejjel ukoll fiż-żewġ direzzjonijiet rotazzjonali. Is-sekwenza deskritta qabel hija ripetuta għall-issettjar tat-tagħbija radjali ta’ 50 % u 25 %.
Is-sekwenza tal-ittestjar tintwera skematikament fl-Illustrazzjoni 4.
Illustrazzjoni 4
Skema tas-sekwenza tal-ittestjar B
3.4.2 Tul ta’ ħin għall-istabbilizzazzjoni u l-kejl
Għal kull punt ta’ grilja, l-entità tal-ittestjar għandha tippermetti perjodu ta’ stabbilizzazzjoni ta’ 117 ± 2 minuti qabel ma jibda l-kejl. Barra minn hekk, għandhom jiġu applikati l-perjodi ta’ stabbilizzazzjoni li ġejjin:
|
— |
Għas-Sekwenza tal-ittestjar A: Qabel l-ewwel punt ta’ grilja u qabel is-seba’ punt ta’ grilja (wara li d-direzzjoni rotazzjonali tkun inqalbet) il-perjodu ta’ stabbilizzazzjoni għandu jiġi estiż b’ 60 ± 2 minuti addizzjonali. Il-ħinijiet ta’ stabbilizzazzjoni huma indikati fl-Illustrazzjoni 3. |
|
— |
Għas-Sekwenza tal-ittestjar B: Qabel l-ewwel punt ta’ grilja, il-perjodu ta’ stabbilizzazzjoni għandu jiġi estiż b’60 ± 2 minuti addizzjonali. Qabel il-ħames u d-disa’ punt ta’ grilja, il-perjodu ta’ stabbilizzazzjoni għandu jiġi estiż b’30 ± 2 minuti addizzjonali. Il-ħinijiet ta’ stabbilizzazzjoni huma indikati fl-Illustrazzjoni 4. |
Il-frizzjoni għal kull punt ta’ grilja uniku għandha titkejjel matul l-aħħar 180 sekonda tal-fażi ta’ veloċità kostanti korrispondenti. Fil-każ li l-kriterju ta’ stabbilizzazzjoni kif deskritt fit-taqsima 3.4.3 ma jiġix issodisfat matul l-aħħar 180 sekonda tal-punt ta’ grilja, il-kejl jista’ jittieħed mill-ewwel segment mhux interrott preċedenti ta’ 180 sekonda fejn il-kriterju ta’ stabbilizzazzjoni jkun ġie ssodisfat.
Fil-każ li l-konfigurazzjoni tat-test tkun mgħammra b’appoġġ tat-tarf tar-rota permezz ta’ bering ta’ appoġġ, li jkun meħtieġ li jiddawwar fiż-żewġ direzzjonijiet matul il-kejl ta’ kull punt tal-grilja, il-frizzjoni għandha titkejjel matul l-aħħar 180 sekonda tar-rotazzjoni favur l-arloġġ tal-bering ta’ appoġġ u matul l-aħħar 180 sekonda tar-rotazzjoni favur l-arloġġ tal-bering ta’ appoġġ.
3.4.3 Kriterju ta’ stabbilizzazzjoni
Il-kriterju ta’ stabbilizzazzjoni għandu jiġi ssodisfat meta d-devjazzjoni standard tat-torque tal-frizzjoni matul il-kejl ma taqbiżx il-15 % tal-valur medju jew l-0,4 Nm, skont liema valur ikun l-ogħla.
3.4.4 Kalkolu tal-medja tal-punti ta’ grilja
Għal kull kampjun individwali, għandha tittieħed medja tal-valuri rreġistrati kollha għal kull punt ta’ grilja għal medja aritmetika tul id-durata tal-kejl. Imbagħad, għandha tittieħed medja ta’ dawn il-valuri aritmetiċi tal-istess punt ta’ grilja fuq il-kampjuni kollha sa valur medju aritmetiku wieħed għal kull punt ta’ grilja.
3.4.5 Validazzjoni tal-kejl
Għal kull punt ta’ grilja:
|
— |
Il-valur tal-veloċità tat-tarf tar-rota qabel il-kalkolu tal-medja ma għandux jiddevja mill-valur stabbilit b’aktar minn ± 5 rpm; |
|
— |
Il-valur tat-tagħbija radjali qabel il-kalkolu tal-medja ma għandux jiddevja mill-valur stabbilit b’aktar minn ± 2 kN; |
|
— |
Ma hija permessa l-ebda devjazzjoni sistematika mill-valuri stabbiliti. |
Jekk il-kriterji speċifikati hawn fuq ma jiġux issodisfati, il-kejl tal-punt ta’ grilja rispettiv ikun null. F’dan il-każ, il-kejl għall-istadju kollu affettwat tal-veloċità u tat-tagħbija għandu jiġi ripetut, u r-raġuni għall-annullament tal-punt ta’ grilja għandha tiġi rreġistrata fir-rapport tat-test. Wara li jgħaddi l-kejl ripetut, id-data għandha tiġi kkonsolidata.
3.4.6 Valutazzjoni tal-inċertezza totali tat-telf tat-torque
F’każ li l-inċertezzi dwar it-torque tal-frizzjoni mkejjel ikunu taħt il-limitu stabbilit fil-punt 3.2.3.1, it-telf tat-torque tal-frizzjoni rrapportat għandu jitqies bħala ugwali għat-telf imkejjel tat-torque tal-frizzjoni.
Fil-każ ta’ inċertezzi akbar, il-parti tal-inċertezza li taqbeż il-limitu għandha tiżdied mat-telf imkejjel tat-torque tal-frizzjoni.
It-telf finali tat-torque tal-frizzjoni fit-tarf tar-rota f’veloċità u tagħbija partikolari għandu għalhekk jiġi kkalkolat kif ġej:
Fejn:
|
— |
Treported huwa t-telf tat-torque tal-frizzjoni kkalkolat b’veloċità u tagħbija partikolari rrapportati għaċ-ċertifikazzjoni tas-CO2 tat-truf tar-roti [Nm]; |
|
— |
Tmeasured huwa t-telf imkejjel tat-torque tal-frizzjoni f’konformità mat-taqsima 3.4.4 b’veloċità u tagħbija partikolari [Nm]; |
|
— |
Ut huwa l-valur assolut tal-inċertezza tat-torque (> 0), espress f’Nm; |
|
— |
Ulimit huwa ta’ 0.2 Nm. |
3.5 Kalkolu tal-valur tal-frizzjoni għaċ-ċertifikazzjoni
Għall-kalkolu tal-valur finali tal-frizzjoni għat-tarf tar-rota, il-punti ta’ grilja tal-mappa tat-telf tat-torque rrapportata għandhom l-ewwel jiġu kkalkolati bħala medja għall-kampjuni kollha tat-tarf tar-rota f’konformità mat-taqsima 0, ikkoreġuti f’konformità mat-taqsima 3.4.6, jekk applikabbli, u mbagħad ponderati f’konformità mat-tabella 1 għall-applikazzjonijiet tat-tarf tar-rota tal-fus mhux motorizzat.
Tabella 1
Fatturi ta’ ponderazzjoni għall-applikazzjonijiet tal-fus mhux motorizzat
|
|
250 rpm |
500 rpm |
|
Tagħbija ta’ 25 % |
0,4 % |
2,4 % |
|
Tagħbija ta’ 50 % |
7,9 % |
35,3 % |
|
Tagħbija ta’ 100 % |
9,5 % |
44,5 % |
3.6 Dikjarazzjoni tal-valur iċċertifikat tal-frizzjoni
Il-manifattur tat-tarf tar-rota jista’ jiddikjara l-frizzjoni medja ponderata kif ikkalkolata fit-taqsima 3.5 bħala l-valur iċċertifikat għall-familja tat-tarf tar-rota. Inkella, il-manifattur tat-tarf tar-rota għandu l-għażla li jiddikjara kwalunkwe valur ta’ frizzjoni ogħla. Il-valur tal-frizzjoni ddikjarat għandu jiġi ttondjat għal post wieħed fuq il-lemin tal-punt deċimali.
4. Konformità tal-emissjonijiet iċċertifikati ta’ CO2 u proprjetajiet relatati mal-fjuwil
Kull tarf tar-rota ċċertifikat f’konformità ma’ dan l-Anness għandu jkun manifatturat b’tali mod li jikkonforma, fir-rigward tad-deskrizzjoni kif mogħtija fil-formola taċ-ċertifikazzjoni u l-annessi tagħha, mat-tip approvat. Il-konformità tal-proċeduri tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta’ CO2 u mal-konsum tal-fjuwil għandha tikkonforma ma’ dawk stabbiliti fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2018/858.
Il-konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta’ CO2 u mal-konsum tal-fjuwil għandha tiġi vverifikata abbażi tad-deskrizzjoni fiċ-ċertifikat stabbilit fl-Appendiċi 1 u l-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f’dan il-punt.
Il-manifattur ta’ tarf tar-rota għandu jittestja, mill-inqas kull sentejn mid-data taċ-ċertifikazzjoni tar-referenzjarja tal-familja, in-numru ta’ familji tat-tarf tar-rota muri fit-Tabeolla 2. L-għadd ta’ familji tat-tarf tar-rota li għandhom jiġu ttestjati jiddependi fuq il-volumi tal-produzzjoni tas-sena ta’ qabel is-sena meta tkun dovuta l-konformità tal-ittestjar tal-produzzjoni.
Għandhom jiġu ttestjati mill-inqas żewġ truf tar-roti tal-istess membru tal-familja.
Tabella 2
Daqs tal-kampjun għall-ittestjar tal-konformità
|
Numru tal-produzzjoni |
Numru ta’ familji ta’ truf tar-roti li għandhom jiġu ttestjati |
|
0 – 100 000 |
2 |
|
100 001 – 150 000 |
3 |
|
150 001 – 250 000 |
4 |
|
250 001 u aktar |
5 |
5. Ittestjar tal-konformità tal-produzzjoni
Għall-konformità tal-ittestjar tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta’ CO2 u mal-konsum tal-fjuwil, il-manifattur tat-tarf tar-rota għandu japplika l-istess proċedura kif deskritta fil-punt 3, inklużi l-proċedura ta’ prova u l-kriterji ta’ validazzjoni.
5.1 Il-konformità tal-valutazzjoni tat-test tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta’ CO2 u mal-konsum tal-fjuwil
Il-konformità tat-test tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta’ CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tgħaddi meta l-valur medju ponderat tal-frizzjoni mill-ittestjar tal-konformità jkun inqas jew daqs il-valur tal-frizzjoni ddikjarat għall-familja tat-tarf tar-rota, b’marġni ta’ tolleranza permess ta’ + 10 %.
Jekk l-ittestjar tal-konformità tal-produzzjoni ma jgħaddix, għandhom jiġu ttestjati tliet truf addizzjonali tar-roti bl-użu tal-istess proċedura. Il-valuri rreġistrati tat-truf ittestjati kollha, inklużi t-tliet truf addizzjonali tar-roti, għandhom jiġu kkalkolati bħala medja għal kull punt ta’ grilja għal medja aritmetika. Jekk it-test tal-konformità tal-produzzjoni jerġa’ jingħaddiex, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 23.
Jekk membru tal-familja juri li għandu frizzjoni ogħla mir-referenzjarja tal-familja, il-membru tal-familja għandu jiġi kklassifikat mill-ġdid f’familja oħra tat-tarf tar-rota, u jeħtieġ ċertifikazzjoni ġdida.
6. Telf standard tat-torque tal-frizzjoni
It-telf tal-frizzjoni standard għall-applikazzjonijiet tal-fus mhux motorizzat għandu jkun ta’ 4,8 Nm.
Appendiċi 1
MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT TA’ KOMPONENT, A’ UNITÀ TEKNIKA SEPARATA JEW TA’ SISTEMA
Format massimu: A4 (210 × 297 mm)
ĊERTIFIKAT DWAR IL-KARATTERISTIĊI RELATATI MAL-EMISSJONIJIET TA’ CO2 U MAL-KONSUM AL-FJUWIL TA’ FAMILJA TAT-TARF TAR-ROTA
|
Komunikazzjoni dwar:
|
Timbru tal-amministrazzjoni |
ta’ ċertifikat dwar il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta’ CO2 u mal-konsum tal-fjuwil ta’ familja tat-tarf tar-rota f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 kif emendat l-aħħar bi…
Numru taċ-ċertifikazzjoni:
Hash:
Raġuni għall-estensjoni:
|
1 |
Ħassar fejn mhux applikabbli |
TAQSIMA I
|
1. |
Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): |
|
2. |
Tip: |
|
3. |
Isem u indirizz tal-manifattur: |
|
4. |
Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: |
|
5. |
Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk jeżisti) |
TAQSIMA II
|
1. |
Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): ara l-Addendum |
|
2. |
Awtorità tal-approvazzjoni responsabbli għat-twettiq tat-testijiet: |
|
3. |
Data tar-rapport tat-test |
|
4. |
Numru ta’ rapport tat-test |
|
5. |
Rimarki (jekk ikun hemm): ara l-Addendum |
|
6. |
Post |
|
7. |
Data |
|
8. |
Firma |
Dokumenti mehmużin:
|
1. |
Dokument ta’ informazzjoni |
|
2. |
Rapport tat-test |
Appendiċi 2
DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI DWAR IT-TARF TAR-ROTA
|
Dokument ta’ informazzjoni nru: … |
Ħarġa: … Data tal-ħruġ: … Data tal-Emenda: … |
skont …
It-tip u l-familja tat-tarf tar-rota (jekk applikabbli): …
ĠENERALI
|
1. |
Isem u indirizz tal-manifattur: |
|
2. |
Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): |
|
3. |
Tip ta’ tarf tar-rota: |
|
4. |
Tip ta’ fus: |
|
5. |
Familja ta’ tarf tar-rota (jekk applikabbli): |
|
6. |
Isem/ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli): |
|
7. |
Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) ta’ assemblaġġ: |
|
8. |
Isem u indirizz tar-rappreżentat tal-manifattur: |
PARTI 1
Karatteristiċi essenzjali tat-tarf tar-rota (referenzjarja) u t-tipi ta’ tarf tar-rota fi ħdan familja tat-tarf tar-rota
|
Karatteristiċi speċifiċi tat-tarf tar-rota |
Tarf tar-rota referenzjarja |
Membru tal-familja |
||
|
# 1 |
# 2 |
# 3 |
||
|
Kwantità tal-elementi tad-dawrien |
… |
… |
… |
… |
|
Dijametru tal-elementi tad-dawrien |
… |
… |
… |
… |
|
Tul tal-elementi tad-dawrien |
… |
… |
… |
… |
|
Dijametru effettiv |
… |
… |
… |
… |
|
Numru ta’ ringieli |
… |
… |
… |
… |
|
L-angolu ta’ kuntatt taċ-ċirku ta’ barra mal-elementi tad-dawrien |
… |
… |
… |
… |
|
Tip ta’ lubrikant |
… |
… |
… |
… |
|
Pożizzjoni tal-linja tat-tagħbija |
… |
… |
… |
… |
|
Tagħbija nominali |
… |
… |
… |
… |
LISTA TAD-DOKUMENTI MEHMUŻA
|
Nru |
Deskrizzjoni |
Data tal-ħruġ |
|
1 |
Prestazzjoni tas-siġill |
… |
|
2 |
Pestazzjoni tal-lubrikazzjoni |
… |
|
3 |
Medda ta’ tagħbija minn qabel jew ta’ spazju liberu |
… |
|
4 |
Lista ta’ numri ta’ partijiet għal komponenti tat-tarf tar-rota |
…. |
ANNESS VII
L-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2017/2400 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-punt 2, jiżdied is-subpunt li ġej:
|
|
(2) |
il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
il-punt 3.2.2., l-ewwel sentenza hija sostitwita b’din li ġejja:
|
|
(4) |
fil-punt 3.2.5., is-subpunti (i) u (ii) huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(5) |
il-punt 3.3.1.7. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(6) |
il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 3.3.1.8.:
|
|
(7) |
il-punt 3.5.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(8) |
fil-punt 3.5.3.1., is-subpunt (vii), it-tieni inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(9) |
fil-punt 3.5.3.4., jiżdied il-paragrafu li ġej: “Kwalunkwe użu tal-brejk ta’ servizz mekkaniku matul il-partijiet tat-test stabbiliti f’dan il-punt u fil-punt 3.5.3.5 jinvalida t-test kollu. Jekk ikunu meħtieġa konfigurazzjonijiet speċifiċi tal-vettura biex jiġi żgurat li ma sseħħ l-ebda attivazzjoni tal-brejk ta’ servizz matul dawn il-partijiet, il-manifattur għandu jipprovdi, fuq talba, id-dettalji ta’ dawn il-konfigurazzjonijiet biex jiġi żgurat li t-test ikun jista’ jiġi riprodott b’mod indipendenti mill-manifattur, lill-awtorità tal-approvazzjoni, lill-Kummissjoni, lil awtorità ta’ sorveljanza tas-suq jew lil parti terza li tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2022/163.”; |
|
(10) |
il-punt 3.5.3.5. huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
il-punt 3.5.3.8. huwa sostitwit b’dan li ġej:
Għandhom jiġu ssodisfati l-istess dispożizzjonijiet bħal dawk tal-ewwel test tal-veloċità baxxa.”; |
|
(12) |
il-punt 3.11. jitħassar; |
|
(13) |
fil-punt 3.9, fit-tabella 5, tiżdied ir-ringieli li ġejja:
|
|
(14) |
fl-Appendiċi 1, it-Taqsima II, l-aħħar paragrafu “Pakkett ta’ informazzjoni. Rapport tat-test.” huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(15) |
fl-Appendiċi 2, il-Parti I, tiżdied it-taqsima li ġejja: Dokument Mehmuż Nru 2 tad-Dokument ta’ Informazzjoni “ Informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-metodu tas-CFD (jekk applikabbli)
|
|
(16) |
l-Appendiċi 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(17) |
l-Appendiċi 6 huwa emendat kif ġej:
|
|
(18) |
fl-Appendiċi 9, it-tabella 1 hija emendata kif ġej:
|
|
(19) |
l-Appendiċijiet li ġejjin jiżdiedu wara l-Appendiċi 9: “Appendiċi 10 Approvazzjoni tal-metodu tas-CFD
Appendiċi 11 MUDELL TA’ LIĊENZJA BIEX JIĠI APPLIKAT METODU TAS-CFD GĦAD-DETERMINAZZJONI TAR-REŻISTENZA TAL-ARJA Format massimu: A4 (210 × 297 mm) LIĊENZJA BIEX JIĠI APPLIKAT METODU TAS-CFD GĦAD-DETERMINAZZJONI TAR-REŻISTENZA TAL-ARJA
tal-liċenzja biex jiġi applikat metodu tas-CFD fir-rigward tad-determinazzjoni tar-reżistenza tal-arja f’konformità mal-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2017/2400. In-numru tal-liċenzja tal-metodu tas-CFD (skont is-sistema ta’ numerazzjoni stabbilita fil-punt 2 tal-Appendiċi 8, bl-eċċezzjoni tal-ittra addizzjonali għat-taqsima 3 “P” sostitwita b’“CFD”): Raġuni għaċ-ċaħda/għall-irtirar: TAQSIMA I
TAQSIMA II
Dokumenti meehmużin (għal kull konfigurazzjoni tal-vettura A u B)
Rapporti tat-test għal kull test validu tal-veloċità kostanti. |
(1) ħassar jekk mhux applikabbli
ANNESS VIII
L-Anness IX tar-Regolament (UE) 2017/2400 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fil-punt 3.3.2, fit-tabella 7, fir-ringiela “Alternatur”, fis-subringiela “Teknoloġija tal-alternatur”, fil-kolonna “Spjegazzjonijiet”, l-aħħar sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(3) |
fil-punt 3.4.1.2, fit-tabella 10, il-kolonna “Klaċċ tal-kompressur (P311)” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(4) |
fil-punt 3.5.2, it-tabella 14 hija emendata kif ġej:
|
|
(5) |
il-punt 3.6 huwa emendat kif ġej:
|
ANNESS IX
L-Anness Xa tar-Regolament (UE) 2017/2400 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-punt 1, l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi huma sostitwiti b’dan li ġej: “Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-proċedura tal-ittestjar għall-verifika, li hija l-proċedura tat-test għall-verifika tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vetturi tqal ġodda. Il-proċedura tal-ittestjar għall-verifika tikkonsisti f’test fit-triq sabiex jiġu vverifikati l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vetturi ġodda wara l-produzzjoni. Għandha titwettaq mill-manifattur tal-vettura u tiġi ssorveljata mill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat il-liċenzja sabiex topera l-għodda ta’ simulazzjoni. Fil-każ ta’ karozzi tal-linja tqal, il-proċedura tal-ittestjar għall-verifika għandha titwettaq mill-manifattur tal-vettura primarja. Matul il-proċedura ta’ ttestjar tal-verifika, għandhom jitkejlu t-torque u l-veloċità fir-roti motorizzati, il-veloċità tal-magna, il-konsum tal-fjuwil, l-emissjonijiet ta’ inkwinanti u l-parametri rilevanti l-oħra elenkati fil-punt 6.1.6. Id-data mkejla għandha tintuża bħala input għall-għodda ta’ simulazzjoni, li tuża d-data tal-input relatata mal-vettura u l-informazzjoni tal-input mid-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vettura. Għas-simulazzjoni tal-proċedura tal-ittestjar għall-verifika, it-torque tar-rota mkejjel b’mod istantanju u l-veloċità tar-rotazzjoni tar-roti kif ukoll il-veloċità tal-magna għandhom jintużaw bħala input. Sabiex jgħaddu mill-proċedura ta’ ttestjar tal-verifika, l-emissjonijiet ta’ CO2 ikkalkolati mill-konsum tal-fjuwil imkejjel għandhom ikunu fi ħdan it-tolleranzi stabbiliti fil-punt 7 meta mqabbla mal-emissjonijiet ta’ CO2 mis-simulazzjoni tal-proċedura ta’ ttestjar tal-verifika. L-Illustrazzjoni 1 tagħti stampa skematika tal-metodu tal-proċedura tal-ittestjar għall-verifika. Il-passi tal-evalwazzjoni kif imwettqin mill-għodda ta’ simulazzjoni fis-simulazzjoni tal-proċedura ta’ ttestjar tal-verifika huma deskritti fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness.”; |
|
(2) |
fil-punt 2, il-punt (4) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
il-punt 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
fil-punt 4, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Kull vettura għat-test għall-verifika għandha tkun f’kundizzjoni li tixbah it-tqegħid intenzjonat tagħha fis-suq. Ma huma permessi l-ebda bidliet fil-hardware bħal lubrikanti jew fis-software bħal kontrolluri awżiljari. It-tajers jistgħu jiġu ssostitwiti b’tajers tal-kejl ta’ dijametru li ma għandux jaqbeż ± 10 % tad-dijametru tat-tajer oriġinali.”; |
|
(5) |
fil-punt 5.6, jiżdied il-paragrafu li ġej: “Għall-karozzi tal-linja tqal, għandu jiġi rreġistrat l-istatus tal-kompressur tas-sistema pnewmatika. Il-fażijiet fejn l-arja taħt pressjoni titwassal fil-kontenitur għandhom jiġu ttikkettati fid-data tal-kejl f’konformità mad-dispożizzjonijiet kif mogħtija fit-Tabella 4 ta’ dan l-Anness. L-istatus tal-kompressur għandu jiġi mmonitorjat jew permezz tar-reġistrazzjoni tal-pressjoni tas-sistema jew permezz ta’ sinjali CAN disponibbli.”; |
|
(6) |
fil-punt 5.7, it-tieni inċiż, il-formula, l-entrata “β” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(7) |
fil-punt 5.9, fit-tabella 2, ir-ringiela “Torque tar-roti” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(8) |
il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 5.11:
|
|
(9) |
fil-punt 6.1.1, jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Fil-każ ta’ karozzi tal-linja tqal, il-manifattur tal-vettura primarja għandu jagħmel disponibbli l-informazzjoni tal-input u d-data tal-input kif ukoll il-fajl tar-rekords tal-manifattur u l-manifattur tal-vettura kkompletata għandu jagħmel disponibbli l-fajl ta’ informazzjoni dwar il-vettura u l-fajl ta’ informazzjoni tal-klijent.”; |
|
(10) |
il-punt 6.1.1.1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
il-punt 6.1.1.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(12) |
fil-punt 6.1.4.1., jiżdied il-paragrafu li ġej: “Karozzi tal-linja tqal tal-gruppi ta’ vetturi definiti fit-Tabella 4, 5 u 6 tal-Anness I għandhom jiġu ttestjati bil-karozzerija finali tal-vettura kompluta jew ikkompletata.”; |
|
(13) |
fil-punt 6.1.4.2, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għat-trakkijiet tqal tal-gruppi 1s, 1, 2 u 3, għat-trakkijiet medji u għall-karozzi tal-linja tqal, it-tagħbija utli għandha tkun fil-medda ta’ 55 % sa 75 % tal-piż massimu awtorizzat f’konformità mad-Direttiva 96/53/KE għall-vettura speċifika jew għall-kombinazzjoni ta’ vetturi.”; |
|
(14) |
il-punt 6.1.4.4. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(15) |
fil-punt 6.1.5.5, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “Jekk il-vettura tkun mgħammra b’ħiters awżiljarji li jaħdmu bil-fjuwil, għandu jitkejjel biss il-konsum tal-fjuwil tal-magna b’kombustjoni interna. Fejn applikabbli, ir-reġistrazzjoni tal-massa totali tal-vettura u tas-sinjali tar-rata tal-fjuwil tal-magna kif iddeterminati mill-apparat OBFCM għandha tibda mhux aktar tard minn meta l-kejl tal-konsum tal-fjuwil ikun beda u jintemm flimkien mal-kejl tal-konsum tal-fjuwil. Il-valuri tul il-ħajja tal-kilometraġġ u tal-konsum totali tal-fjuwil, kif iddeterminati mill-apparat OBFCM, għandhom jiġu rreġistrati fil-bidu tal-kejl tal-konsum tal-fjuwil u fi tmiem il-kejl tal-konsum tal-fjuwil tal-OBFCM.”; |
|
(16) |
il-punt 6.1.5.7 huwa emendat kif ġej:
|
|
(17) |
il-punt 6.1.6, it-tabella 4 hija emendata kif ġej:
|
|
(18) |
il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 6.1.6:
|
|
(19) |
il-punt 7.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(20) |
fil-punt 7.2.1, il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-ewwel paragrafu: “Għal karozzi tal-linja tqal, il-fajl ta’ informazzjoni dwar il-vettura u l-fajl ta’ informazzjoni għall-klijent tal-vettura kkompletata għandhom jiġu vverifikati wkoll.”; |
|
(21) |
il-punt 7.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(22) |
il-punt 8.1.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(14) Għal karozzi tal-linja tqal manifattur tal-vetturi primarji biss”;" |
|
(23) |
il-punt 8.2.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(24) |
il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 8.13.14.7.:
|
|
(25) |
il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 8.13.14.7:
|
|
(26) |
fl-Appendiċi 1, fil-Parti A, il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
Każ (b) fannijiet berrieda tal-magna mħaddmin bl-elettriku: Pfan(t) = P el(t) . 1,43
Fil-każ ta’ vetturi b’avvenimenti ta’ start-stop tal-magna matul it-test għall-verifika, jiġu applikati korrezzjonijiet simili għad-domanda għall-potenza awżiljarja u għall-enerġija sabiex terġa’ tistartja l-magna bħal dawk applikati fil-modalità ta’ dikjarazzjoni tal-għodda ta’ simulazzjoni. Is-simulazzjoni tal-konsum istantanju tal-fjuwil tal-magni FCsim(t) titwettaq għal kull intervall ta’ ħin ta’ 0,5 sekonda kif ġej:
Il-konsum tal-fjuwil speċifiku għall-brejk ikkalkolat mill-għodda ta’ simulazzjoni BSFCm-c kif applikata f’7.2.2 għall-kalkolu tal-fattur CVTP jiġi kkalkolat kif ġej:
fejn:
Fil-każ ta’ magni li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil, il-BSFCsim jiġi ddeterminat għaż-żewġ fjuwils separatament.” |
(14) Għal karozzi tal-linja tqal manifattur tal-vetturi primarji biss”;”
(1) Nonlinearità tfisser id-devjazzjoni massima bejn il-karatteristiċi ideali u reali tas-sinjal tal-output fir-rigward tal-valur imkejjel f’medda speċifika tal-kejl.
(2) Ripetibbiltà tfisser qrubija tal-qbil bejn ir-riżultati ta’ kejliet suċċessivi tal-istess valur imkejjel imwettqin taħt l-istess kundizzjonijiet tal-kejl.”
ANNESS X
L-Anness Xb tar-Regolament (UE) 2017/2400 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-punt 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
|
|
(2) |
fil-punt 3.1, fit-tabella 1, jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin wara r-ringiela “Torque”:
|
|
(3) |
fil-punt 3.1, fit-tabella 1, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja wara r-ringiela “Temperatura”:
|
|
(4) |
il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 3.2:
|
|
(5) |
fil-punt 4.1.3, jiżdied il-paragrafu li ġej: “Il-vultaġġ għall-kapaċità operattiva illimitata għandu jkun medda ta’ vultaġġ rappreżentattiva tipikament applikata f’vetturi reali u ma għandux neċessarjament jirrifletti l-vultaġġ tal-input minimu/massimu teknikament permess għall-UUT, u ma għandux jirrifletti l-kundizzjonijiet tal-konfini estremi meta l-kapaċitajiet operattivi tal-UUT ikunu limitati minn kontroll ta’ livell għoli tal-vettura li ma jkunx parti mil-loġiċi ta’ kontroll tal-UUT reali (eż. it-tnaqqis tat-torque tal-propulsjoni disponibbli tal-UUT minħabba limitazzjonijiet fl-REESS tal-vettura).”; |
|
(6) |
il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 4.1.8.4:
|
|
(7) |
il-punt 4.2.2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
fil-punt 4.2.2.1, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “Dik id-dikjarazzjoni għandha ssir separatament għal ger għall-mixi ’l quddiem ta’ IEPC b’gearbox b’aktar minn veloċità waħda mkejla f’konformità mal-punt 4.2.2 u wkoll għal kull wieħed miż-żewġ livelli ta’ vultaġġ Vmin,Test u Vmax, Test.”; |
|
(9) |
il-punt 4.2.6.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(10) |
il-punt 4.2.6.2.1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
il-punt 4.2.6.2.2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(12) |
il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 4.2.6.2.2:
|
|
(13) |
fil-punt 4.2.6.4, is-sitt paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-punti operatorji kollha għandhom jinżammu għal ħin operattiv ta’ mill-inqas 5 sekondi. Matul dak il-ħin operattiv, il-veloċità tar-rotazzjoni tal-UUT għandha tinżamm fil-valur programmat tal-veloċità rotazzjonali f’tolleranza ta’ ± 1 % jew 20 rpm, skont liema tkun l-akbar. Barra minn hekk, matul dan il-ħin operattiv, ħlief għall-ogħla valur programmat tat-torque u għall-aktar wieħed baxx f’kull valur programmat tal-veloċità tar-rotazzjoni, it-torque medju għandu jinżamm fil-valur programmat tat-torque f’tolleranza ta’ ± 1 % tal-valur, tal-valur programmat tat-torque jew ± 5 Nm (± 2 % tal-valur, tal-valur programmat tat-torque jew ± 20 Nm fil-każ li l-UUT tkun IEPC b’gearbox u/jew b’differenxjal inkluż) skont liema jkun l-akbar.”; |
|
(14) |
fil-punt 4.3.2 jiżdied il-paragrafu li ġej: “Fil-każ ta’ IEPC b’gearbox b’aktar minn veloċità waħda fejn il-limiti tat-torque ġew iddeterminati għal kull ger għall-mixi ’l quddiem f’konformità mal-punt 4.2.2(c), il-pass ta’ manipulazzjoni għandu jsir separatament għal kull ger għall-mixi ’l quddiem.”; |
|
(15) |
il-punt 4.3.3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(16) |
il-punt 4.3.4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(17) |
il-punti li ġejjin jiżdiedu wara l-punt 6.4.1:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(18) |
l-Appendiċi 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Appendiċi 7 Dokument ta’ informazzjoni għall-FCS
ta’ ċertifikat dwar il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet tas-CO2 u mal-konsum tal-fjuwil ta’ sistema ta’ magna elettrika IEPC / IHPC tat-Tip 1 / sistema ta’ batterija / sistema ta’ kapaċitatur / FCS / f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 kif applikabbli fi [data] Numru taċ-ċertifikazzjoni: Hash: Raġuni għall-estensjoni:
skont … Tip/familja tal-FCS (jekk applikabbli):
PARTI 1 KARATTERISTIĊI ESSENZJALI TAl-FCS (REFERENZJARJA) U T-TIPI TAL-FCS FI ĦDAN FAMILJA TAL-A FCS
LISTA TAD-DOKUMENTI MEHMUŻA
Dokument mehmuż 1 mad-dokument ta’ informazzjoni tal-FCS Informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tat-test tal-FCS:
Dokument mehmuż 2 mad-dokument ta’ informazzjoni tal-FCS Il-kundizzjonijiet tal-konfini għat-tħaddim tal-FCS fil-vetturi kif iddikjarati mill-manifattur: Din it-tabella hija adottata/ikkompletata mill-manifattur f’konformità mal-ispeċifikazzjoni tat-tħaddim tiegħu għat-tħaddim tal-FCS ġewwa vettura. L-ispeċifikazzjonijiet fit-tabella li ġejja huma obbligatorji:
Dokument mehmuż 3 mad-dokument ta’ informazzjoni tal-FCS Tabella 1 Informazzjoni dwar ir-riżultati tat-testijiet taċ-ċertifikazzjoni tal-FCS fil-forma ta’ valuri medji aritmetiċi
Spjegazzjonijiet dwar it-tabella fid-dokument mehmuż 3 tad-dokument ta’ informazzjoni tal-FCS Il-pożizzjonijiet tas-sensuri huma speċifikati b’mod skematiku fl-Illustrazzjoni 5. Il-valuri kollha — ħlief għad-durata, l-ARS u r-REE — huma valuri medji aritmetiċi f’kull OP ddeterminati matul il-ħin tal-analiżi, tanlys, iddefiniti f’konformità mal-punt 7.3.4.4 (jiġifieri qabel l-istadju tal-medja ta’ axxendenti u dekrexxenti). Għall-SCOP, il-perjodu ta’ żmien medju għandu jkun definit mill-istess tul tal-perjodu ta’ żmien bħal dak għall-ħin tal-analiżi u għandu jkun jinsab eżatt qabel it-tranżizzjoni għall-OP01a sussegwenti. Ir-rekwiżiti minimi ta’ preċiżjoni tas-sensuri huma indikati bi klassifikazzjoni tat-tip fil-kolonna rispettiva fit-tabella 2. It-tipi li ġejjin huma distinti fejn it-tip I għandu l-ogħla preċiżjoni u t-tip III l-aktar baxx:
Jekk l-istess valur jitkejjel b’aktar minn sensur wieħed, għandhom jiġu ddokumentati biss in-numri ddeterminati mis-sensur bl-ogħla preċiżjoni. Jekk fil-kolonna tal-kumment il-frażijiet “jekk applikabbli”/“jekk aċċessibbli” huma stabbiliti, ma hemmx bżonn li jiġu installati sensuri addizzjonali. Tabella 2 Rekwiżiti ta’ akkuratezza tas-sensuri
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(19) |
l-Appendiċi 8 huwa emendat kif ġej:
|
|
(20) |
l-Appendiċi 9 huwa emendat kif ġej:
|
|
(21) |
l-Appendiċi 10 huwa emendat kif ġej:
|
|
(22) |
l-Appendiċi 11 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Appendiċi 11 Valuri standard għall-FCS Għandhom jitwettqu l-passi li ġejjin sabiex tiġi ġġenerata d-data tal-input għall-FCS abbażi ta’ valuri standard:
|
|
(23) |
fl-Appendiċi 12 jiżdiedu l-punti li ġejjin:
|
|
(24) |
fl-Appendiċi 13, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
|
|
(25) |
fl-Appendiċi 14, il-punt 1.4, it-tabella 1, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja wara r-ringiela “B”:
|
|
(26) |
l-Appendiċi 15 huwa emendat kif ġej:
|
(*1) Jekk il-fluss tal-volum jitkejjel, l-akkuratezza għandha tiġi ttrasferita bħala akkuratezza tal-kejl tal-fluss tal-massa.”;”
(1) L-indiċi tal-fjuwil tal-idroġenu jiġi ddeterminat billi l-“gassijiet li ma humiex idroġenu totali” speċifikati f’din it-tabella, espressi f’mol fil-mija, jitnaqqsu minn 100 mol fil-mija.
(2) L-idrokarburi totali minbarra l-metan jinkludu speċijiet organiċi ossiġenati.
(3) Is-somma tas-CO, tal-HCHO u tal-HCOOH imkejla ma għandhiex taqbeż iż-0,2 μmol/mol
(4) Bħala minimu, il-komposti totali tal-kubrit jinkludu H2S, COS, CS2 u merkaptani, li tipikament jinstabu fil-gass naturali.
(5) Il-metodu tat-test għandu jiġi ddokumentat. Il-metodi tat-test definiti fl-ISO21087 huma preferibbli.
(6) L-analiżi ta’ kontaminanti speċifiċi skont il-proċess tal-produzzjoni għandha tiġi eżentata. Manifattur ta’ vettura għandu jipprovdi lill-awtorità responsabbli r-raġunijiet għall-eżenzjoni ta’ kontaminanti speċifiċi.
(*2) l-ebda tqassim ulterjuri
(7) mhux parti mill-bilanċ tal-enerġija ċċertifikat, il-BoPC nieqes għandu jitqies bl-użu tal-metodi stabbiliti fil-punt 7.5
(8) f’konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-manifattur li għandha tiżgura operazzjoni bħal dik tad-dinja reali
(9) jekk applikabbli/immuntata fuq vettura FCS rispettiva
(10) huma permessi biss adattamenti biex jippermettu tħaddim awtonomu
(11) l-integrazzjoni tal-oġġetti hija fakultattiva
(12) jista’ jkun parti jew minn TMS jew WTS
(13) 1ħassar jekk mhux applikabbli
(*3) jekk ikun applikabbli
(*4) F’konformità mal-punt 7.2.1 u t-tabella 9 ta’ dan l-Anness
(*5) iddikjarati mill-manifattur tal-FCSS
(*6) It-test tas-CoP għandu jitwettaq fl-ewwel sena.
(*7) Għandhom jitqiesu biss is-sistemi taċ-ċelloli tal-fjuwil li jaqgħu taħt ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u li ma kisbux valuri standard skont l-Appendiċi 11.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/258/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)