European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5185

21.8.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11647 - GONVARRI/HIDRIA)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/5185)

1.   

F’12 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Gonvarri Corporación Financiera, S.L., (“Gonvarri”, Spanja) ikkontrollata minn ACEK Desarrollo y Gestión Industrial, S.L. (“ACEK Group”, Spanja),

—

H & R d.d. Družba za upravljanje z naložbami (“Hidria”, is-Slovenja), attwalment ikkontrollata b’mod konġunt minn Gonvarri flimkien ma’ Inovatis d.o.o., Ladis d.o.o., Alex Luckmann u Rafis d.o.o. (is-Slovenja).

Gonvarri se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ WESTFA kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

(a)

Gonvarri hija attiva fis-servizzi tal-azzar, fl-immaniġġar tal-materjal, u fit-tubi ta’ preċiżjoni u fl-istrutturi tal-metall, filwaqt li Gestamp Automoción, li bħal Gonvarri hija wkoll parti minn ACEK group, hija attiva madwar id-dinja fil-komponenti awtomobilistiċi.

(b)

Hidria tipproduċi firxa ta’ prodotti awtomobilistiċi u industrijali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.11647 - GONVARRI/HIDRIA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5185/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)