16.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/407

tal-14 ta' Marzu 2018

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Stephen QUEST

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)   ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni (Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott bl-isem ta' “gagazza kannella tal-alumina fuża” li huwa prodott sekondarju miksub mill-produzzjoni tal-elettrokorundum komuni fil-fran elettriċi.

Il-prodott huwa kompost mill-ingredjenti li ġejjin (% skont il-piż):

7202 29 90

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 3(a) tal-Kapitolu 26, in-Nota 1(c) tal-Kapitolu 72, in-nota 2 tas-Sottointestatura tal-Kapitolu 72 u bil-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 7202 , 7202 29 u 7202 29 90 .

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 2620 hija eskluża peress li l-prodott ma jissodisfax ir-rekwiżiti tan-Nota 3(a) tal-Kapitolu 26.

Il-kompożizzjoni kimika tal-prodott tissodisfa r-rekwiżiti tan-nota 1(c) tal-Kapitolu 72 li tiddefinixxi l-ligi tal-ħadid u n-nota 2 tas-sottointestatura tal-Kapitolu 72 li tiddefinixxi l-ligi tal-ħadid tal-intestatura 7202 .

Iż-żewġ karatteristiċi essenzjali ta' dan il-prodott, li huma konformi mad-deskrizzjoni tal-ligi tal-ħadid, huma li l-prodott jintuża fis-separazzjoni gravimetrika tal-metalli mhux maħduma u li jiġi pproċessat permezz tal-fran elettriċi (ara wkoll in-Noti ta' Spjega tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 7202 , ir-raba' u s-sitt paragrafi).

Minħabba l-kompożizzjoni kimika tal-prodott, li tippermetti li jintuża fis-separazzjoni gravimetrika tal-metalli mhux maħduma permezz tal-flotazzjoni selettiva, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 7202 bħala liga tal-metall.

Il-prodott għalhekk għandu jiġi kklassifikat fil-kodiċi NM 7202 29 90 bħala liga oħra tas-siliċju tal-ħadid.

—

ħadid

75

—

siliċju

15

—

titanju

5

—

aluminju

3

—

metalli oħra

2

Il-prodott jintuża għall-konċentrazzjoni tal-metalli mhux maħduma permezz ta' flotazzjoni selettiva fil-proċess ta' separazzjoni gravimetrika.