|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2103 |
15.9.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/2103
tal-15 ta’ Settembru 2026
li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi
|
(1) |
Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1). |
|
(2) |
Fl-14 ta’ Marzu 2026, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2026/696 (2), u b’hekk ġedded il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK għal sitt xhur oħra. |
|
(3) |
Sakemm l-azzjonijiet illegali mill-Federazzjoni Russa jkomplu jiksru r-regoli fundamentali tad-dritt internazzjonali, inkluż, b’mod partikolari, il-projbizzjoni fuq l-użu tal-forza minquxa fl-Artikolu 2(4) tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, jew tad-dritt umanitarju internazzjonali, huwa xieraq li jinżammu fis-seħħ il-miżuri kollha imposti mill-Unjoni u li jittieħdu miżuri addizzjonali, jekk ikun meħtieġ. |
|
(4) |
Huwa xieraq li l-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK jiġu estiżi. Dik l-estensjoni hija maħsuba biex tipprovdi lill-Kunsill bi żmien addizzjonali biex jeżamina u jirrevedi b’mod komprensiv id-Deċiżjoni 2014/145/PESK, u b’hekk jiġi żgurat proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ordnat u meqjus sew. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/145/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-22 ta’ Settembru 2026.”
;Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Settembru 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
T. BYRNE
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/145(1)/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/696 tal-14 ta’ Marzu 2026 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L, 2026/696, 14.3.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/696/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2103/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)