|
26.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 54/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/283
tas-26 ta' Frar 2018
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 tal-20 ta' Settembru 2016 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-20 ta' Settembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693. |
|
(2) |
Minħabba t-theddida kontinwa ta' ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u ta' persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom, jenħtieġ li tiżdied persuna waħda fuq il-lista ta' persuni, gruppi, impriżi u entitajiet fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693. |
|
(3) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Frar 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
ANNESS
Dan li ġej jiżdied fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693:
“A. Persuni
|
1. |
Fabien CLAIN (magħruf ukoll bħala Omar); data tat-twelid: 30 ta' Jannar 1978; post tat-twelid: Toulouse (Franza); Nazzjonalità: Franċiża; Numru tal-passaport 06AP104665 maħruġ fis-16.1.2006 (skadut); numru tal-karta tal-identità nazzjonali: 150161100206 maħruġa fit-8.1.2015 (valida sas-7.1.2030).” |