|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2763 |
28.10.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2024/2763
tat-22 ta’ Ottubru 2024
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2024/2038 (EUNAVFOR ASPIDES/4/2024)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/583 tat-8 ta’ Frar 2024 dwar operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fit-8 ta’ Frar 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/583, li stabbiliet operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/583, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR ASPIDES. |
|
(3) |
Fis-17 ta’ Lulju 2024, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2038 (2), li ħatret il-Kontrammirall Massimo BONU bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR ASPIDES mit-8 ta’ Awwissu 2024. |
|
(4) |
Fis-16 ta’ Ottubru 2024, l-awtoritajiet militari Griegi pproponew il-ħatra tal-Komodor Konstantinos PITYKAKIS biex jieħu post il-Kontrammirall Massimo BONU bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR ASPIDES mill-1 ta’ Novembru 2024 (il-“ħatra proposta”). |
|
(5) |
Fis-16 ta’ Ottubru 2024, il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE EUNAVFOR ASPIDES appoġġa l-ħatra proposta. |
|
(6) |
Fis-17 ta’ Ottubru 2024, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa l-ħatra proposta. |
|
(7) |
Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Komodor Konstantinos PITYKAKIS bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR ASPIDES. |
|
(8) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2038 titħassar. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Komodor Konstantinos PITYKAKIS huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES) mil-l 1 ta’ Novembru 2024.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/2038 hija b’dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2024.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L, 2024/583, 12.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/583/oj
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2024/2038 tas-17 ta’ Lulju 2024 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1686 (EUNAVFOR ASPIDES/3/2024) (ĠU L, 2024/2038, 29.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2038/oj)
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2763/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)