Brussell, 21.6.2021

COM(2021) 339 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill

dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tas-Slovakkja

{SWD(2021) 161 final}


ANNESS

TAQSIMA 1: RIFORMI U INVESTIMENTI TAĦT IL-PJAN GĦALL-IRKUPRU U R-REŻILJENZA

1. Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investimenti

KOMPONENT 1: Sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u infrastruttura tal-enerġija

L-għan tal-komponent “sorsi ta' enerġija rinnovabbli u infrastruttura tal-enerġija” tal-pjan ta’ rkupru u reżiljenza Slovakk huwa li jikkontribwixxi direttament biex jintlaħqu l-miri tat-tibdil fil-klima tal-2030. Skont il-Pjan Nazzjonali Slovakk għall-Enerġija u l-Klima, il-kisba tal-objettivi klimatiċi għandha tirrikjedi bidla sinifikanti lejn sorsi tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija Slovakka.

F’dan il-kuntest, dan il-komponent tal-pjan Slovakk għall-irkupru u r-reżiljenza għandu l-għan li jappoġġa l-introduzzjoni aktar rapida ta’ investimenti rinnovabbli. Fid-dawl ta’ dan l-għan, ir-riformi għandhom jimmodernizzaw is-suq Slovakk tal-elettriku u joħolqu ambjent leġiżlattiv xieraq. L-emendi fil-liġi għandhom itejbu b’mod partikolari l-aċċess għal parteċipanti ġodda fis-suq, iżidu ċ-ċertezza u l-fiduċja fil-miżuri ta’ appoġġ mill-istat u jtejbu l-integrazzjoni tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fil-grilja elettrika Slovakka. L-appoġġ għall-investiment għandu jiġi dirett lejn iż-żieda fil-kapaċitajiet ta’ sorsi rinnovabbli ġodda kif ukoll lejn ir-repowering ta’ installazzjonijiet rinnovabbli eżistenti, inkluża l-modernizzazzjoni tal-istallazzjonijiet tal-bijogass u tal-idroenerġija. L-investimenti biex tiżdied il-flessibbiltà tal-grilja elettrika għandhom jinkludu appoġġ għal ħażniet ġodda tal-batteriji, fosthom is-soluzzjonijiet ibbażati fuq l-idroġenu, u wkoll biex tiżdied il-kapaċità ta’ bbilanċjar tal-elettriku tal-installazzjonijiet tal-enerġija idroelettrika.

Il-komponent jinkludi żewġ riformi u tliet investimenti.

Dawn il-miżuri jikkontribwixxu għall-objettiv tat-tranżizzjoni ekoloġika u tan-newtralità klimatika, kif ukoll biex jilħqu l-impenji tal-Pjan Nazzjonali Slovakk għall-Enerġija u l-Klima. Il-komponent isaħħaħ l-awtonomija strateġika u s-sigurtà tas-Slovakkja permezz ta’ żieda fis-sehem tas-sorsi tal-enerġija domestiċi, billi l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi jammontaw għal parti sinifikanti mill-konsum tagħha. L-investimenti għandhom jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi fil-livell lokali, inkluż għas-settur tal-SMEs.

Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza skont il-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

L-investimenti u r-riformi għandhom jikkontribwixxu biex tiġi indirizzata r-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż mogħtija lis-Slovakkja fl-2020, dwar il-ħtieġa li “tiffoka l-investiment fuq it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, b’mod partikolari fuq il-produzzjoni u l-użu nadif u effiċjenti tal-enerġija u r-riżorsi” (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 3, 2020).

A.1.    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Riforma 1: L-adattament tal-qafas legali tal-elettriku 

L-għan tar-riforma huwa li ttejjeb il-qafas legali tas-suq tal-elettriku Slovakk billi temenda l-Att 251/2012 Coll. dwar l-enerġija u l-Att 250/2012 Coll. dwar ir-regolamentazzjoni fl-industriji li jużaw in-network skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2019/944. Barra minn hekk, l-istruttura legali adattata għandha tiffaċilita l-attivitajiet ġodda u l-aċċess tal-parteċipanti għas-suq tal-elettriku (komunitajiet tal-enerġija, aggregatur, awtokonsumatur, ħżin tal-elettriku), filwaqt li żżid il-flessibilità kumplessiva tas-sistema tal-elettriku u ttejjeb il-possibiltajiet ta’ konnessjoni ta’ rinnovabbli ġodda mal-grilja Slovakka.

Din ir-riforma tipprevedi wkoll (taħt l-Istadju Importanti 2) miżura li għandha l-għan li tirrilaxxa l-kapaċitajiet tekniċi għat-trażmissjoni tal-elettriku fis-sistema tal-elettriku domestika, iffaċilitata permezz taż-żieda fil-kapaċità tal-profil tal-interkonnessjoni tal-elettriku bejn is-Slovakkja u l-Ungerija.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2022.

Riforma 2: Il-qafas legali għall-promozzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli 

L-għan tar-riforma huwa li tippromwovi l-introduzzjoni ta’ sorsi ġodda ta’ enerġija rinnovabbli. L-emendi l-ġodda fil-liġi għandhom joħolqu mekkaniżmi ta’ appoġġ effiċjenti biex jiżdied is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-trasport, l-elettriku u s-settur tat-tisħin. Il-qafas legali għandu jiġi modifikat billi jiġu emendati l-Atti 309/2009 Coll. dwar il-promozzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u l-koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja u l-Att 657/2004 Coll. dwar l-enerġija termali.

Ir-riforma għandha tinkludi l-adozzjoni ta’ pjan ta’ rkant fit-tul għal sorsi rinnovabbli ġodda. Din il-miżura għandha tikkontribwixxi għal prevedibbiltà aħjar tal-kapaċità kumplessiva installata tal-enerġija rinnovabbli, filwaqt li toħloq ambjent ta’ investiment aktar favorevoli għall-investituri privati.

Barra minn hekk, ir-riforma għandha tinkorpora l-adozzjoni ta’ skemi ta’ investiment għall-appoġġ tas-sorsi tal-elettriku rinnovabbli. Il-Ministeru għall-Ekonomija għandu jadotta skema ta’ rkant għal sorsi ġodda ta’ enerġija rinnovabbli (ħolqa għall-Investiment 1, il-Komponent 1) u skemi ta’ sostenn għal investimenti fir-repowering (ħolqa għall-Investiment 2, il-Komponent 1) u żieda fil-flessibbiltà tas-sistema tal-elettriku (ħolqa għall-Investiment 3, il-Komponent 1). Il-politiki ta’ investiment tal-iskemi għandhom jaderixxu strettament kemm mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE u kemm ma’ dik nazzjonali, u anki mal-Gwida Teknika La Tagħmilx Ħsara Sinifikanti (2021/C58/01) tal-attivitajiet u l-kumpaniji appoġġati. Huma biss dawk l-investimenti fl-enerġija idroelettrika li huma konformi mal-acquis tal-UE li għandhom jiġu appoġġati mill-pjan Slovakk għall-irkupru u r-reżiljenza.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2022.

Investiment 1: Il-kostruzzjoni ta’ sorsi ġodda ta’ elettriku rinnovabbli

L-għan tal-miżura huwa li tgħin biex l-investmenti jintużaw fis-sorsi ġodda tal-elettriku. Mill-objettiv kumplessiv li tiżdied il-kapaċità l-ġdida tal-elettriku rinnovabbli b’122,4 MW, l-iskema tal-għajnuna għandha tipprovdi mill-inqas 120 MW ta’ kapaċità ġdida ġġenerata mis-sorsi rinnovabbli l-ġodda taħt il-miżura konnessa mal-grilja. Il-mekkaniżmu tal-irkant kompetittiv għandu jkun miftuħ għal firxa wiesgħa ta’ teknoloġiji rinnovabbli, bi skadenzi u regoli ċari għat-tlestja tal-proġetti. L-ebda investiment għall-enerġija idroelettrika ma għandu jkun eliġibbli taħt Investiment 1 (il-Komponent 1). Il-Ministeru tal-Ekonomija għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-iskema u għall-ġbir tal-informazzjoni dwar il-kapaċità realizzata mill-promoturi tal-proġetti.

L-iskema tal-għajnuna tal-irkant għandha tirrispetta l-politiki ta’ investiment kif stabbiliti skont l-istadju importanti 3 tal-Komponent 1 (ir-Riforma 2: Il-qafas legali għall-promozzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli).

L-implimentazzjoni tal-investiment hija mistennija li tibda sat-30 ta’ Ġunju 2021 u għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment 2: L-immodernizzar tas-sorsi eżistenti tal-elettriku rinnovabbli (repowering)

L-objettiv tal-miżura huwa li testendi l-ħajja teknoloġika, taġġorna u żżid l-effiċjenza tal-kapaċitajiet eżistenti tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Il-modernizzazzjoni għandha tikkonċerna t-trasformazzjoni tal-impjanti tal-bijogass u tal-impjanti idroelettriċi.  L-iskema għandha tipprovdi mill-inqas 100 MW ta’ kapaċità rinnovabbli modernizzata għall-ġenerazzjoni tal-elettriku (repowering) konnessa mal-grilja, appoġġata taħt il-miżura. Il-Ministeru tal-Ekonomija għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-investiment u għall-ġbir tal-informazzjoni dwar il-kapaċità realizzata mill-promoturi tal-proġetti.

L-appoġġ għat-tipi differenti ta’ tagħmir rinnovabbli modernizzat għandu jiġi vvalutat separatament, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-kosteffettività. L-iskemi tal-għajnuna għandhom jirrispettaw il-politiki ta’ investiment kif stabbiliti skont l-istadju importanti 3 tal-Komponent 1 (ir-Riforma 2: Qafas legali għall-promozzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli”).

L-implimentazzjoni tal-investiment hija mistennija li tibda sal-1 ta’ Jannar 2022 u għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment 3: Iż-żieda fil-flessibbiltà tas-sistemi tal-elettriku għal integrazzjoni akbar tar-rinnovabbli

L-għan tal-investiment huwa li tiżdied il-flessibbiltà tan-network tal-elettriku Slovakk. It-tneħħija gradwali tas-sorsi flessibbli tal-elettriku fossili tikkawża telf fil-prestazzjoni tal-ibbilanċjar, b’impatt negattiv fuq il-kapaċità tas-sistema li tintegra sorsi tal-enerġija rinnovabbli varjabbli.

L-investiment għandu jimmira l-appoġġ lejn il-faċilitajiet tal-ħżin tal-elettriku, inklużi soluzzjonijiet ibbażati fuq l-idroġenu, u lejn iż-żieda tal-kapaċità tal-ibbilanċjar tal-elettriku fl-impjanti idroelettriċi. L-iskema tal-għajnunan għandha twassal għal mill-inqas żieda kumulattiva ta’ 68 MW ta’ kapaċità ta’ bbilanċjar, iġġenerata mill-kapaċitajiet ġodda ta’ ħżin u miż-żieda fil-kapaċità ta’ bbilanċjar tal-impjanti idroelettriċi eżistenti, konnessi mal-grilja. It-tqassim preċiż tal-mira ta’ 68 MW għandu jiddependi fuq id-domanda tas-suġġetti rilevanti. L-investimenti fil-kapaċità ta’ bbilanċjar tal-impjanti idroelettriċi ma għandhomx jaqbżu l-EUR 12 000 000 taħt il-miżura. L-investimenti għandhom ikunu komplementari ħafna ma’ azzjonijiet oħra fil-komponent, billi jikkontribwixxu biex tiżdied il-kapaċità tal-grilja libera għall-integrazzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

L-appoġġ għandu jingħata fl-ambitu tal-iskemi teknoloġikament speċifiċi, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-kosteffettività. L-iskemi għandhom jirrispettaw il-politiki ta’ investiment kif stabbiliti skont l-istadju importanti 3 tal-Komponent 1 (ir-Riforma 2: Il-qafas legali għall-promozzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli).

L-implimentazzjoni tal-investiment hija mistennija li tibda sal-1 ta’ Jannar 2022 u għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

A.2.    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Num. Sek.

 

Miżura relatata (Riforma jew Investiment)

 

Stadju importanti / Mira

 

Isem

 

Indikaturi kwalitattivi (għal stadji importanti)

 

Indikaturi kwantitattivi (għall-miri)

Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija

Deskrizzjoni u definizzjoni ċara ta’ kull stadju importanti u mira

 

Unità ta’ kejl

Linja bażi

Mira

Trimestru

Sena

1

1 - Sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u infrastruttura tal-enerġija - ir-Riforma 1: L-adattament tal-qafas legali tal-elettriku

Stadju importanti

Riforma tas-suq tal-elettriku

Dħul fis-seħħ ta’ emendi leġiżlattivi fl-Att dwar l-enerġija u fl-Att dwar ir-regolamentazzjoni fl-industriji li jużaw network

 

 

 

Q4

2022

Il-qafas legali għandu jiġi modifikat billi jiġi emendat l-Att 251/2012 Coll. dwar l-enerġija u l-Att 250/2012 Coll. dwar ir-regolamentazzjoni fl-industriji li jużaw network ħalli tiġi trasposta d-Direttiva 2019/944. Barra minn hekk, il-qafas legali aġġornat għandu jiffaċilita l-attivitajiet ġodda u l-aċċess tal-parteċipanti għas-suq tal-elettriku (komunitajiet tal-enerġija, aggregatur, awtokonsumatur, ħżin tal-elettriku), filwaqt li żżid il-flessibilità kumplessiva tas-sistema tal-elettriku u ttejjeb il-possibiltajiet ta’ konnessjoni ta’ sorsi rinnovabbli ġodda mal-grilja Slovakka.

2

1 - Sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u infrastruttura tal-enerġija - ir-Riforma 1: L-adattament tal-qafas legali tal-elettriku

Stadju importanti

Rilaxx ta’ restrizzjonijiet fuq il-kapaċitajiet tekniċi għat-trażmissjoni tal-elettriku fis-sistema tal-elettriku Slovakka

Dikjarazzjoni pubblika konġunta mill-Ministeru tal-Ekonomija u mill-operatur Slovakk tas-sistema ta’ trażmissjoni Slovenská elektrizačná prenosová sústava, a.s. 

 

 

Q2

2021

Il-Ministeru tal-Ekonomija Slovakk u l-operatur Slovakk tas-sistema tat-trażmissjoni tal-elettriku Slovenská elektrizačná prenosová sústava, a.s. għandhom jiddikjaraw ir-rilaxx tar-restrizzjonijiet fuq il-kapaċitajiet tekniċi għat-trażmissjoni tal-elettriku fis-sistema tal-elettriku Slovakka u żieda fil-kapaċità għall-konnessjoni ta’ sorsi rinnovabbli mal-grilja. Il-miżura għandha tiġi ffaċilitata permezz taż-żieda fil-kapaċità tat-trasferiment nett tal-interkonnessjonijiet ta’ trażmissjoni mar-Repubblika tal-Ungerija.

3

1 - Sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u infrastruttura tal-enerġija - ir-Riforma 2: Il-qafas legali għall-promozzjoni ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli

Stadju importanti

Qafas għall-appoġġ tal-investimenti fis-sorsi rinnovabbli ġodda

Id-dħul fis-seħħ tal-emendi leġiżlattivi fl-Att dwar il-promozzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u l-koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja u fl-Att dwar l-enerġija termali.

Adozzjoni ta’ pjan ta’ rkantar fit-tul mill-Ministeru għall-Ambjent

Adozzjoni ta’ skemi ta’ investiment mill-Ministeru tal-Ekonomija għall-promozzjoni

ta’ sorsi ġodda ta’ elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli (definiti fl-Investiment 1), investimenti għar-repowering (definiti fl-Investiment 2) u investimenti li jżidu l-flessibbiltà tas-sistema tal-elettriku

(definit f’Investiment 3)

 

 

 

Q4

2022

L-emendi leġiżlattivi għandhom joħlqu mekkaniżmi ta’ appoġġ biex jiżdied is-sehem tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli fit-trasport, fl-elettriku u fis-settur tat-tisħin. Il-qafas legali għandu jiġi modifikat billi jiġu emendati l-Atti 309/2009 Coll. dwar il-promozzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u l-koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja u l-Att 657/2004 Coll. dwar l-enerġija termali.

Il-Ministeru tal-Ekonomija għandu jadotta pjan ta’ rkantar fit-tul għal sorsi rinnovabbli ġodda, li jikkontribwixxi għal prevedibbiltà aħjar taż-żieda tal-kapaċità rinnovabbli ġdida.

 

Il-Ministeru tal-Ekonomija għandu jadotta l-iskema l-ġdida ta’ rkant għal sorsi ġodda ta’ elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli (definita fl-Investiment 1), l-iskemi tal-għajnuna għall-investimenti fuq ir-repowering (definiti fl-Investiment 2) u ż-żieda fil-flessibbiltà tas-sistema tal-elettriku (definita fl-Investiment 3). L-iskemi għandhom jagħtu dettalji dwar il-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-kumpaniji appoġġati, filwaqt li jiżguraw il-konformità mal-acquis ambjentali tal-UE u dak nazzjonali kif ukoll mal-Gwida Teknika DNSH (2021/C58/01) tal-attivitajiet u/jew kumpaniji appoġġati, filwaqt li jżidu l-kapaċitajiet il-ġodda tar-RES kif spjegati fid-dettall fil-miri korrispondenti (għall-Investimenti 1, 2 u 3). Il-proġetti tal-bijomassa għandhom jiksbu ffrankar ta’ mill-inqas 80 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra skont il-metodoloġija tal-iffrankar tal-gassijiet b’effett ta’ serra u l-komparatur relattiv tal-karburanti fossili stabbiliti fl-Anness VI tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Għandhom jiġu appoġġati biss l-investimenti fl-enerġija idroelettrika li huma konformi mal-acquis tal-UE.

4

1 - Sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u infrastruttura tal-enerġija - Investiment 1: Il-kostruzzjoni ta’ sorsi ġodda ta’ elettriku rinnovabbli

Mira

Kapaċità ġdida ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli

 

MW

0

120

Q2

2026

Mill-objettiv kumplessiv li tiżdied il-kapaċità l-ġdida tal-elettriku rinnovabbli b’122,4 MW, l-iskema tal-għajnuna għandha, taħt il-miżura, tipprovdi mill-inqas 120 MW ta’ kapaċità ġdida minn sorsi rinnovabbli konnessa mal-grilja.

Il-mekkaniżmu ta’ appoġġ għandu jieħu l-forma ta’ rkantijiet għall-appoġġ għall-investiment għal sorsi ġodda ta’ elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. L-iskema tal-għajnuna għandha tirrispetta l-politiki ta’ investiment kif speċifikati taħt l-istadju importanti 3 (“1 - Sorsi ta' enerġija rinnovabbli u infrastruttura tal-enerġija - ir-Riforma 2:  Il-qafas legali għall-promozzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli).

5

1 - Sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u infrastruttura tal-enerġija - Investiment 2: L-immodernizzar tas-sorsi eżistenti tal-elettriku rinnovabbli (repowering)

Mira

Il-kapaċità tas-sors tal-enerġija rinnovabbli rikostruwita

 

MW

0

100

Q2

2026

Mill-inqas żieda ta’ 100 MW fil-kapaċità rinnovabbli modernizzata għall-ġenerazzjoni tal-elettriku (repowering), ġġenerata mill-konnessjoni mal-grilja tas-sorsi tal-elettriku rinnovabbli modernizzati taħt il-miżura.

L-appoġġ għat-tipi differenti ta’ tagħmir modernizzat għandu jiġi vvalutat separatament, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-kosteffettività. Il-modernizzar għandu jikkonċerna t-trasformazzjoni tal-impjanti tal-bijogass u tal-impjanti idroelettriċi. L-iskemi tal-għajnuna għandhom jirrispettaw il-kundizzjonijiet tal-linji politiċi għall-investiment kif speċifikati taħt l-istadju importanti 3 (“1 - Sorsi ta' enerġija rinnovabbli u infrastruttura tal-enerġija - ir-Riforma 2:  Il-qafas legali għall-promozzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli).

6

1 - Sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u infrastruttura tal-enerġija - Investiment 3: Iż-żieda fil-flessibbiltà tas-sistemi tal-elettriku għal integrazzjoni akbar ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli

Mira

Iż-żieda kumulattiva fil-kapaċità tal-installazzjonijiet li jżidu l-flessibbiltà tas-sistemi tal-enerġija

 

MW

0

68

Q2

2026

Mill-inqas żieda ta’ 68 MW f’faċilitajiet ġodda ta’ ħżin tal-elettriku, li tirriżulta meta jibdew joperaw il-kapaċitajiet il-ġodda ta’ ħżin taħt il-miżura. L-iskema għandha tappoġġa l-installazzjoni ta’ kapaċità ġdida ta’ sistemi ta’ batteriji, l-installazzjoni ta’ kapaċità ġdida ta’ ċelloli tal-idroġenu u żieda fil-kapaċità tal-ibbilanċjar tal-impjanti tal-enerġija idroelettrika. It-tqassim preċiż tal-mira ta’ 68 MW se jiddependi fuq id-domanda tas-suġġetti rilevanti. L-investimenti fil-kapaċità tal-ibbilanċjar tal-impjanti idroelettriċi ma għandhomx jaqbżu l-EUR 12 000 000 taħt il-miżura.

L-appoġġ għandu jingħata fl-ambitu tal-iskemi teknoloġikament speċifiċi, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-kosteffettività. L-iskemi tal-għajnuna għandhom jirrispettaw il-kundizzjonijiet tal-linji politiċi għall-investiment kif speċifikati taħt l-istadju importanti 3 (“1 - Sorsi ta' enerġija rinnovabbli u infrastruttura tal-enerġija - ir-Riforma 2:  Il-qafas legali għall-promozzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli).

KOMPONENT 2: Rinnovazzjoni ta’ bini

Skont il-Pjan Nazzjonali Slovakk għall-Enerġija u l-Klima u l-Istrateġija fit-Tul għar-rinnovazzjoni tal-Bini, il-kisba tal-objettivi tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2030 u l-2050 tirrikjedi bidla sinifikanti mill-implimentazzjoni ta’ rinnovazzjoni parzjali għal waħda medja (iffrankar tal-enerġija primarja ta’ 30-60 %) u ta’ rinnovazzjoni profonda (aktar minn 60 %) tal-binjiet.

Dan il-komponent tal-pjan Slovakk għall-irkupru u r-reżiljenza għandu l-għan li jnaqqas il-konsum tal-enerġija billi jfittex rinnovazzjoni komprensiva tad-djar tal-familja, tal-bini pubbliku storiku u elenkat. Huwa jikkombina miżuri biex jittejjeb ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija billi jikseb mill-inqas 30 % tal-iffrankar tal-enerġija primarja ma’ miżuri li jrawmu l-adattament għat-tibdil fil-klima (bħall-installazzjoni ta’ soqfa ekoloġiċi, sistema taż-żamma tal-ilma). Il-komponent jikkontribwixxi għall-objettivi klimatiċi u ambjentali, filwaqt li jagħti spinta lill-irkupru u lill-kompetittività tas-settur tal-kostruzzjoni billi joħloq aktar impjiegi, b’mod partikolari għall-SMEs fil-livell lokali.

Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza skont il-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

Il-komponent jinkludi tliet riformi u żewġ investimenti.  

Dawn l-investimenti u r-riformi għandhom jikkontribwixxu biex jindirizzaw ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi indirizzati lis-Slovakkja fl-aħħar sentejn, dwar il-ħtieġa li “tiffoka l-politika relatata mal-investiment fuq l-effiċjenza enerġetika” (Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 3, 2019) u li “tiffoka l-investiment fuq it-tranżizzjoni ekoloġika” (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 3, 2020).  

A.1.  Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli 

.Riforma 1: L-armonizzazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ għajnuna għar-rinnovazzjoni tad-djar tal-familja.  

L-objettiv tar-riforma huwa li jiġu mmappjati, allinjati u miġbura flimkien skemi ta’ appoġġ differenti, li l-proċess ta’ rinnovazzjoni jiġi uniformi u razzjonalizzat, u li jiġu pprovduti inċentivi lis-sidien għall-implimentazzjoni ta’ firxa usa’ ta’ miżuri ta’ rinnovazzjoni. It-tfassil tal-iskemi ta’ appoġġ, il-kriterji u l-kundizzjonijiet kif ukoll il-passi ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu deskritti fil-pjan ta’ implimentazzjoni li għandu jiġi ppubblikat mill-Aġenzija Ambjentali Slovakka sat-30 ta’ Settembru 2022. Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva u f’waqtha, il-kapaċitajiet tal-Aġenzija Ambjentali Slovakka għandhom jissaħħu. Fil-fażi tal-implimentazzjoni, is-sidien tad-djar għandhom jiġu kkuntattjati permezz ta’ kampanja ta’ komunikazzjoni u permezz ta’ uffiċċji reġjonali li se jiġi stabbiliti kif ukoll billi tingħata assistenza u konsultazzjoni teknika.  

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Settembru 2022. 

Investiment 1: It-titjib tal-effiċjenza enerġetika tad-djar tal-familja.  

L-objettiv tal-investiment huwa li titlesta r-rinnovazzjoni ta’ mill-inqas 30 000 dar b’familja waħda, filwaqt li tintlaħaq medja ta’ ffrankar tal-enerġija primarja ta’ mill-inqas 30 %. L-investiment huwa mmirat lejn is-sidien ta’ djar tal-familja li jkunu aktar antiki. Minbarra l-miżuri tradizzjonali għall-iffrankar tal-enerġija bħall-iżolament termali, is-sostituzzjoni tat-twieqi, il-mekkaniżmu għandu jippermetti s-sostituzzjoni ta’ sorsi tat-tisħin u tal-misħun ineffiċjenti b’installazzjonijiet effiċjenti ħafna jew b’installazzjoni ta’ tagħmir ġdid ta’ enerġija rinnovabbli. Fejn possibbli, għandhom japplikaw miżuri biex tiżdied ir-reżiljenza għall-klima tal-bini (bħas-soqfa tal-veġetazzjoni, il-ġbir tal-ilma tax-xita). Biex tiġi mobilizzata r-rinnovazzjoni komprensiva u ekoloġika, l-iskemi ta’ għajnuna għandhom jinkludu taħlita ta’ parti obbligatorja u fakultattiva. Hija mistennija kontribuzzjoni finanzjarja tas-sidien. L-iffrankar tal-enerġija għandu jiġi vverifikat primarjament permezz ta’ ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jew dokumenti korrispondenti oħra.  

Il-miżuri ta’ investiment marbuta mar-rinnovazzjoni tal-bini għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-DNSH, inklużi l-prevenzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni u l-iskema ta’ sostituzzjoni tal-bojlers, li għandha tkun parti żgħira mill-programm kumplessiv ta’ rinnovazzjoni.

L-implimentazzjoni tal-investiment hija mistennija li tibda l-aktar tard sat-30 ta’ Settembru 2022 u għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026. 

Riforma 2: Iż-żieda fit-trasparenza u s-simplifikazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Monumenti tar-Repubblika Slovakka. 

Ir-riforma għandha l-għan li ttejjeb il-kwalità u l-effiċjenza tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Monumenti tar-Repubblika Slovakka billi tiżviluppa tliet metodoloġiji biex:

-tikklassifika d-dotazzjoni tal-monumenti,

-tistabbilixxi kriterji oġġettivi li bihom il-Bord tal-Monumenti jieħu deċiżjonijiet u

-tikkwantifika l-kostijiet assoċjati mal-interventi tal-Bord tal-Monumenti

Barra minn hekk, l-objettiv huwa li jiġi rriformat l-immappjar tal-monumenti tal-istat billi jiġu vvalutati l-aspetti tekniċi, tal-kostruzzjoni u dawk relatati mal-enerġija tagħhom. L-immappjar għandu jirriżulta fil-ħruġ ta’ mill-inqas 1000 passaport tal-kostruzzjoni ta’ bini monumentali tal-Istat rilevanti. Ir-riforma għandha tiffaċilita d-deċiżjonijiet ta’ investiment dwar ir-rinnovazzjoni bil-ħsieb li jiġi ppreservat il-valur monumentali kif ukoll li tittejjeb l-effiċjenza enerġetika, fejn applikabbli.  

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023. 

Investiment 2: Rinnovazzjoni ta’ bini pubbliku storiku u elenkat.  

Il-bini pubbliku storiku u elenkat huwa fost il-bini bl-agħar prestazzjoni enerġetika u jeħtieġ approċċ imfassal apposta biex jiġu ppreservati u protetti l-valur u l-wirt kulturali tagħhom. L-objettiv tal-investiment huwa li jtejjeb ir-rendiment tal-enerġija u l-kundizzjonijiet strutturali tal-bini pubbliku storiku u elenkat filwaqt li jipproteġi l-valuri storiċi u kulturali tiegħu u jtejjeb l-aċċessibbiltà tal-bini. Mill-objettiv kumplessiv li jiġu rinnovati 130 000 m², jiġu rinnovati mill-inqas 117 000 m² ta’ żoni tal-art ta’ bini pubbliku storiku u elenkat, filwaqt li bħala medja jinkiseb mill-inqas iffrankar tal-enerġija primarja ta’ 30 %. L-investiment huwa mistenni li jirriżulta f’rinnovazzjoni ta’ madwar 100 binja u għandu jkun akkumpanjat minn kampanja ta’ informazzjoni. L-iffrankar tal-enerġija għandu jiġi mmonitorjat u vverifikat permezz ta’ ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.  

Il-miżuri ta’ investiment marbuta mar-rinnovazzjoni tal-bini għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-DNSH, inklużi l-prevenzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni u l-iskema ta’ sostituzzjoni tal-bojlers, li għandha tkun parti żgħira mill-programm kumplessiv ta’ rinnovazzjoni.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026. 

Riforma 3: Il-ġestjoni tal-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni.  

Ir-riforma tindirizza r-rata baxxa ħafna ta’ riċiklaġġ tas-Slovakkja u hija ċċentrata fuq ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-ġestjoni tal-iskart biex jiżdied il-potenzjal tal-ekonomija ċirkolari fl-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni. Il-Ministeru tal-Ambjent tar-Repubblika Slovakka għandu jippreżenta l-emenda tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, li għandha tirrikjedi li mill-inqas 70 % tal-iskart mhux perikoluż tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni ġġenerat waqt il-kostruzzjoni jitħejja għall-użu mill-ġdid jew jintbagħat għar-riċiklaġġ. Barra minn hekk, ir-riforma għandha tintroduċi demolizzjoni selettiva obbligatorja, standards ta’ kwalità għar-riċiklaġġ mill-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni, akkwist pubbliku ekoloġiku obbligatorju għall-ikkuntrattar ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, simplifikazzjoni tar-regoli u titjib tas-sistemi tal-ġbir tad-data għall-iskart tal-kostruzzjoni. Ladarba tidħol fis-seħħ, il-leġiżlazzjoni għandha tiżgura konformità “La tagħmilx ħsara sinifikanti” mar-rekwiżit ta’ riċiklaġġ ta’ 70 % u l-użu mill-ġdid tal-iskart tad-demolizzjoni u tal-kostruzzjoni mhux perikoluż biex jibda applika għar-rinnovazzjoni u l-kostruzzjoni ta’ bini ffinanzjat mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. .  

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2022.   

 

A.2.    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Num. Sek.

 

Miżura relatata (Riforma jew Investiment)

 

Stadju importanti / Mira

 

Isem

 

Indikaturi kwalitattivi (għal stadji importanti)

 

Indikaturi kwantitattivi (għall-miri)

Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija

Deskrizzjoni u definizzjoni ċara ta’ kull stadju importanti u mira

 

Unità ta’ kejl

Linja bażi

Mira

Trimestru

Sena

1

 

2 — Rinnovazzjoni tal-bini — Riforma 1: L-armonizzazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ għajnuna għar-rinnovazzjoni tad-djar tal-familja

Stadju importanti

Pjan ta’ implimentazzjoni biex tiġi mobilizzata r-rinnovazzjoni ekoloġika tad-djar tal-familja

Adozzjoni tal-pjan ta’ implimentazzjoni mill-Ministeru għall-Ambjent

 

 

 

Q3

2022

Il-pjan ta’ implimentazzjoni għandu jimmappja l-iskemi ta’ appoġġ differenti u jarmonizzahom. Għandu jagħti d-dettalji dwar it-tħejjija għall-bidu tal-iskema, l-iskeda ta’ żmien u l-amministrazzjoni tagħha kif ukoll il-monitoraġġ tar-rikostruzzjoni u l-verifika tal-iffrankar tal-enerġija permezz ta’ ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. L-iskemi għandhom jitfasslu biex jinċentivaw medja ta’ mill-inqas 30 % ta’ ffrankar tal-enerġija primarja u jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Gwida Teknika (2021/C58/01) “La tagħmilx ħsara sinifikanti”.

2

 

2 — Rinnovazzjoni tal-bini — Riforma 1: It-titjib tal-effiċjenza enerġetika tad-djar tal-familja

Stadju importanti

It-tnedija tal-iskemi ta’ appoġġ għall-mobilizzazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija u r-rinnovazzjoni ekoloġika

It-tnedija tal-iskemi ta’ appoġġ għall-mobilizzazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija u r-rinnovazzjoni ekoloġika

 

 

 

Q3

2022

L-iskemi għall-mobilizzazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija u r-rinnovazzjoni ekoloġika għandhom jitfasslu u jitniedu f’konformità mal-miżuri u l-iskeda adottati mill-pjan ta’ implimentazzjoni. Is-sejħiet rispettivi se jiġu ppubblikati mill-Aġenzija Slovakka għall-Ambjent fuq sit web.

 

3

 

2 — Rinnovazzjoni tal-bini — Riforma 1: It-titjib tal-effiċjenza enerġetika tad-djar tal-familja

Mira

L-għadd ta’ djar tal-familja rinnovati li jilħqu ffrankar fl-enerġija primarja ta’ mill-inqas 30 %

 

Għadd

0

18000

Q4

2024

18 000 dar b’familja waħda għandhom jiġu rinnovati f’konformità mar-rekwiżiti tal-iskemi ta’ appoġġ inkluża l-konformità mal-prinċipju DNSH u biex jiġu pprovduti inċentivi għall-kisba ta’ ffrankar tal-enerġija primarja ta’ mill-inqas 30 % u miżuri komplementari addizzjonali. Lista ta’ miżuri possibbli tinkludi: l-iżolament, is-sostituzzjoni tat-twieqi, ir-restawr tas-saqaf, iż-żamma tal-ilma tax-xita, is-sostituzzjoni tal-bojler jew it-tneħħija tal-għata tal-asbestos, jew miżuri oħra konformi mat-test tal-komponent. L-iffrankar tal-enerġija fid-djar rinnovati għandu jiġi vverifikat primarjament permezz ta’ ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jew dokumenti korrispondenti oħra. L-investimenti ffinanzjati mill-RRF ma għandhomx jipprovdu għajnuna għall-bojlers tal-bijomassa.

4

 

2 — Rinnovazzjoni tal-bini — Riforma 1: It-titjib tal-effiċjenza enerġetika tad-djar tal-familja

Mira

L-għadd ta’ djar tal-familja rinnovati li jilħqu ffrankar fl-enerġija primarja ta’ mill-inqas 30 %

 

Għadd

18 000

30 0000

Q2

2026

B’kollox 30 000 dar b’familja waħda għandhom jiġu rinnovati f’konformità mar-rekwiżiti tal-iskemi inkluża l-konformità mal-prinċipju DNSH u biex jiġu pprovduti inċentivi għall-kisba ta’ ffrankar tal-enerġija primarja ta’ mill-inqas 30 % u miżuri komplementari addizzjonali. Lista ta’ miżuri possibbli tinkludi: bħal insulazzjoni, sostituzzjoni ta’ twieqi, restawr tas-saqaf, żamma tal-ilma tax-xita, sostituzzjoni ta’ bojler jew tneħħija ta’ għata ta’ asbestos, jew miżuri oħra konformi mat-test tal-komponent u l-ispejjeż ipprovduti. L-iffrankar tal-enerġija fid-djar rinnovati għandu jiġi vverifikat primarjament permezz ta’ ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jew dokumenti korrispondenti oħra. L-investimenti ffinanzjati mill-RRF ma għandhomx jipprovdu għajnuna għall-bojlers tal-bijomassa.

5

 

2. Rinnovazzjoni tal-bini — Riforma 2: Iż-żieda fit-trasparenza u s-simplifikazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Monumenti tar-Repubblika Slovakka

Stadju importanti

Metodoloġiji għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Monumenti tar-Repubblika Slovakka

 

 

 

Pubblikazzjoni tal-metodoloġiji mill-Bord tal-Monumenti

3

Q4

2023

L-iżvilupp u l-adozzjoni tat-tliet metodoloġiji għall-klassifikazzjoni tal-bini monumentali sabiex tiżdied it-trasparenza, l-aċċettazzjoni pubblika u jitħaffu l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Monumenti tar-Repubblika Slovakka. Fuq il-bażi ta’ metodoloġiji standardizzati, mill-inqas 1 000 passaport tal-kostruzzjoni għandhom jinħarġu mill-Bord ta’ Monument biex jipprovdu dijanjożi tal-aspetti tekniċi kif ukoll dawk tal-enerġija tal-monumenti tal-Istat rilevanti biex jiġu ffaċilitati d-deċiżjonijiet ta’ rinnovazzjoni.

6

2 — Rinnovazzjoni tal-bini — Riforma 2: Rinnovazzjoni ta’ bini pubbliku storiku u bini elenkat

Mira

 

Erja (m²) kumplessiva ta’ bini pubbliku storiku u elenkat rinnovat li jikseb mill-inqas iffrankar tal-enerġija primarja ta’ 30 %

 

Erja (m2)

0

 

60 000

Q4

2024

Mill-objettiv kumplessiv li jiġu rinnovati 66 000 m², jiġu rinnovati mill-inqas 60 000 m² ta’ binjiet pubbliċi storiċi u elenkati, f’konformità mar-rekwiżiti tas-sejħa miftuħa, li għandhom jiddefinixxu l-kundizzjonijiet biex tintlaħaq medja ta’ mill-inqas iffrankar tal-enerġija primarja ta’ 30 %, konformità mal-prinċipji tad-DNSH u jinċentivaw l-implimentazzjoni ta’ miżuri komplementari oħra (bħar-ritenzjoni tal-ilma tax-xita, it-tneħħija tal-asbestos, l-aċċessibbiltà tal-bini). Għall-binjiet rinovati, l-iffrankar tal-enerġija għandu jiġi mmonitorjat u vverifikat permezz ta’ ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

7

 

2 — Rinnovazzjoni tal-bini — Riforma 2: Rinnovazzjoni ta’ bini pubbliku storiku u bini elenkat

Mira

Erja (m2) kumplessiva ta’ bini pubbliku rinovat storiku u elenkat

li jilħaq minn tal-inqas iffrankar ta’ enerġija primarja ta’ 30 %

 

Erja (m2)

 

60 000

117000

Q2

2026

Mill-objettiv ġenerali li jiġu rinnovati 130 000 m², mill-inqas 117 000 m² ta’ binjiet pubbliċi storiċi u elenkati, jiġu rinnovati f’konformità mar-rekwiżiti tas-sejħa miftuħa, li għandhom jiddefinixxu l-kundizzjonijiet biex jinkiseb, bħala medja, iffrankar tal-enerġija primarja ta’ mill-inqas 30 %, konformità mal-prinċipji tad-DNSH u jinċentivaw l-implimentazzjoni ta’ miżuri komplementari oħra (bħaż-żamma tal-ilma tax-xita, it-tneħħija tal-asbestos, l-aċċessibbiltà tal-bini). Għall-binjiet rinovati, l-iffrankar tal-enerġija għandu jiġi mmonitorjat u vverifikat permezz ta’ ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

  

8

 

2 — Rinnovazzjoni ta’ bini — Riforma 3: Il-ġestjoni tal-iskart tal-kostruzzjoni u tad-demolizzjoni

Stadju importanti

L-emenda tal-Att dwar l-Iskart

Dħul fis-seħħ tal-emenda leġiżlattiva fl-Att dwar l-Iskart

 

0

1

Q2

2022

Il-leġiżlazzjoni riveduta dwar l-iskart mill-Ministeru tal-Ambjent għandha żżid il-potenzjal tal-ekonomija ċirkolari fl-iskart tal-kostruzzjoni u tad-demolizzjoni u fis-settur tal-kostruzzjoni, u dan iwassal biex mill-inqas 70 % tal-iskart mhux perikoluż tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni jiġi riċiklat u użat mill-ġdid. Dan għandu jinkludi akkwist pubbliku ekoloġiku obbligatorju għall-investimenti fil-kostruzzjoni fi ħdan l-amministrazzjoni tal-istat, iżid it-tariffi statutorji għar-rimi fil-miżbliet u jissimplifika r-regoli għall-użu tal-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni.

   KOMPONENT 3: Trasport sostenibbli

Il-komponent tal-pjan Slovakk tal-irkupru u tar-reżiljenza għandu l-għan li jżid is-sehem ta’ forom ta’ trasport li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, permezz ta’ miżuri u soluzzjonijiet intelliġenti bbażati fuq analiżi tad-data, biex jiżdied l-għadd ta’ passiġġieri li jivvjaġġaw bil-ferrovija u bit-trasport pubbliku tal-passiġġieri, il-volum ta’ merkanzija ttrasportata fi trasport intermodali li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, kif ukoll biex jiġi appoġġat l-iżvilupp ta’ infrastruttura ta’ propulsjoni alternattiva, biex b’hekk jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 fit-trasport u titjieb il-kwalità tal-arja. L-investimenti intelliġenti u diġitali se jappoġġaw trasport ferrovjarju aktar rapidu, aktar affidabbli u aktar effiċjenti u trasport pubbliku tal-passiġġieri nadif, filwaqt li jimmotivaw lill-passiġġieri jaqilbu minn karozzi u mezzi oħra ta’ trasport ibbażati fuq il-karbonju. Il-komponent għandu jippermetti użu usa’ ta’ propulsjonijiet alternattivi għal trasport sostenibbli, li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, affordabbli u intelliġenti, filwaqt li jippromwovi wkoll l-użu ta’ grilji intelliġenti. Dan se jikkontribwixxi għall-kompetittività tal-ekonomija billi joħloq il-kundizzjonijiet tas-suq meħtieġa għall-fornituri tal-makkinarju tat-trasport.

Il-komponent jinkludi erba’ riformi u erba’ investimenti.

Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza skont il-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

Ir-riformi u l-investiment fl-ambitu tal-komponent jindirizzaw direttament ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-2020 tas-Slovakkja u l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-2020 tas-Slovakkja, li skonthom is-Slovakkja “għandha timplimenta proġetti ta’ investiment pubbliku lesti mill-aktar fis possibbli u tappoġġa l-investiment tas-settur privat biex tappoġġa l-irkupru ekonomiku. Tiffoka l-investiment fuq it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, b’mod partikolari fuq il-produzzjoni u l-użu nadif u effiċjenti tal-enerġija u r-riżorsi, it-trasport pubbliku sostenibbli u l-ġestjoni tal-iskart.” 

Il-komponent jinkludi erba’ riformi u erba’ investimenti.

A.1.    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

 

Ir-riforma 1 dwar it-tħejjija ta’ proġetti ta’ investiment fit-trasport.

Ir-Riforma timmira lejn li ttejjeb il-ġestjoni tal-investimenti u żżid il-benefiċċji ekonomiċi tagħhom. Dan għandu jinkiseb permezz tal-miżuri li ġejjin:

·l-istabbiliment sat-30 ta’ Ġunju 2021 ta’ pjan ta’ investiment għal proġetti ta’ infrastruttura ferrovjarja li jipprijoritizzaw il-proġetti skont il-valur għall-flus tagħhom;

·emendi, sal-31 ta’ Marzu 2023, tal-Att dwar il-Ferroviji u leġiżlazzjoni relatata li tissimplifika u tirrazzjonalizza r-rekwiżiti leġiżlattivi u tekniċi għall-parametri tal-infrastruttura tat-trasport;

·il-pubblikazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2021 ta’ metodoloġija li tiddetermina kif jiġu identifikati proġetti bl-ogħla valur għall-flus possibbli u tikkontribwixxi għall-objettiv ta’ bidla modali tal-passiġġieri mit-trasport bit-triq individwali għaċ-ċikliżmu.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2023.   

Riforma 2 dwar it-trasport pubbliku tal-passiġġieri

Ir-riforma għandha l-għan li ttejjeb il-forniment tat-trasport tal-passiġġieri. Pjan ġdid ta’ servizz tat-trasport, segwit mill-ottimizzazzjoni tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri, għandu jifforma l-parti kbira mir-riforma komprensiva tat-trasport pubbliku. Ir-riforma se tkun appoġġata minn leġiżlazzjoni ġdida li tiddefinixxi r-regoli, ir-responsabbiltajiet u l-obbligi fil-koordinazzjoni, l-ordnar u l-finanzjament tas-servizzi reġjonali tal-karozzi tal-linja u tal-ferrovija. Il-leġiżlazzjoni se tiddefinixxi awtorità nazzjonali biex tikkoordina, f’kooperazzjoni mal-integraturi reġjonali, il-ħolqien ta’ sistema nazzjonali integrata tat-trasport b’tariffa unifikata, kif ukoll biex tikkoordina t-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku kemm għas-servizzi ferrovjarji pubbliċi tal-passiġġieri kif ukoll għall-vetturi mixtrija, f’perjodi preċedenti, mill-fondi tal-UE għat-tħaddim ta’ dawn ir-rotot. Il-frekwenza tat-trasport ferrovjarju fuq il-linji bl-ogħla potenzjal għat-trasferiment tat-traffiku mill-karozzi għall-ferroviji għandha tiżdied, biex b’hekk ikun hemm koordinazzjoni aħjar tas-servizzi pubbliċi reġjonali tal-karozzi tal-linja u tal-ferrovija. Il-miżuri speċifiċi li ġejjin għandhom jirfdu din ir-riforma: 

·Sal-31 ta’ Marzu 2023, liġi ġdida għandha toħloq standards tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri u tissimplifika l-ordni tas-servizz pubbliku, li bħalissa hija frammentata u mhux ikkoordinata biżżejjed bejn l-Istat, il-kontej, il-bliet u l-muniċipalitajiet.

·Sal-31 ta’ Diċembru 2023, għandha tiġi ppubblikata grafika ottimizzata tat-trasport ferrovjarju;

·Sal-31 ta’ Diċembru 2026, tinħoloq sistema integrata tat-trasport, li tippermetti t-trasport pubbliku multimodali tal-passiġġieri b’biljett wieħed. Din għandha tkun operattiva f’mill-inqas sitt kontej.

L-aħħar stadju importanti marbut mal-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Riforma 3 dwar it-trasport intermodulari tal-merkanzija.

Ir-Riforma 3 għandha tappoġġa l-intermodalità miżjuda permezz tal-akkwist, il-koordinazzjoni tal-loġistika u l-promozzjoni tat-tnedija ta’ rotot intermodali ġodda. L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li 30 % tat-trasport bit-triq tul aktar minn 300 km jaqbel għall-ferroviji jew għat-trasport fuq l-ilma, u aktar minn 50 % sal-2050 (meta mqabbel mal-2005). Għandha tagħmel dan b’mod partikolari billi tippromwovi l-interess tat-trasportaturi li jibdlu l-merkanzija bit-triq għat-trasport bil-ferrovija/intermodali, kif ukoll billi tipprevjeni bidla modali ulterjuri tat-trasport ferrovjarju. It-tħejjija u l-approvazzjoni ta’ Kunċett ta’ żvilupp tat-trasport intermodali, inkluża l-proposta għal bidliet leġiżlattivi meħtieġa, għandhom jagħmluha possibbli li jiġu adottati miżuri għall-iżvilupp sistematiku ta’ modi tat-trasport tal-merkanzija li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent. L-appoġġ għandu jkun immirat lejn it-tneħħija tal-problemi tekniċi fit-tranżizzjoni lejn trasport intermodali u biex dan isir aktar attraenti.

L-implimentazzjoni tar-riforma hija mistennija li tibda sal-31 ta’ Diċembru 2021 u għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2022.

Riforma 4 dwar l-introduzzjoni ta’ politiki ġodda għall-promozzjoni fit-tul ta’ fjuwils alternattivi fis-settur tat-trasport.

Ir-riforma għandha tiġi appoġġata permezz tad-dħul fis-seħħ, sal-31 ta’ Diċembru 2022 ta’ miżuri leġiżlattivi ġodda li għandhom jirriformaw it-tariffi tad-distribuzzjoni, jissimplifikaw u jħaffu l-proċess tal-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-propulsjoni alternattiva. Għandhom ukoll jintroduċu “Drittijiet tal-Punti tal-Iċċarġjar” u qafas pluriennali stabbli u prevedibbli biex jappoġġaw il-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-propulsjoni alternattiva rilevanti.

Investiment 1 dwar l-iżvilupp ta’ infrastruttura tat-trasport b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju

L-Investiment għandu jappoġġa d-dekarbonizzazzjoni permezz tal-elettrifikazzjoni tal-linji ferrovjarji, it-titjib tal-linji ferrovjarji, il-bini jew l-immodernizzar tal-linji tat-tramm u tat-trolleybus, u l-bini ta’ infrastruttura taċ-ċikliżmu. Għandu jsir “Tfassil mill-ġdid tal-Proċess Ewropew tal-Iskedar ta’ Żmien – TTR” u għandha tiġi introdotta sistema ġdida ta’ sigurtà bbażata fuq teknoloġiji diġitali li tippermetti l-awtomazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku ferrovjarju. L-investiment għandu jkun ibbażat fuq ir-Riforma 1.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment 2 promozzjoni ta’ trasport nadif tal-passiġġieri

L-investiment għandu jagħmel dan billi jżid l-attraenza tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri u t-trasport suburban u urban downstream. F’żoni periurbani b’densità għolja ta’ popolazzjoni u f’kurituri ewlenin tat-trasport bejn bliet ewlenin u żoni metropolitani, il-provvista tal-konnessjonijiet għandha tiżdied. Għandu jibda jitħaddem materjal fuq ir-roti ġdid jew imtejjeb. L-investimenti għandhom jitwettqu fil-forma ta’ sussidji ddedikati fuq bażi mhux diskriminatorja bl-użu ta’ għodod għall-analiżi tad-data u d-data dwar it-traffiku. L-investiment huwa appoġġat mir-Riforma 2.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2025.

Investiment 3 dwar l-iżvilupp ta’ trasport tal-merkanzija intermodulari

L-investiment għandu jappoġġa x-xiri ta’ unitajiet ta’ trasport intermodali u faċilitajiet ta’ tagħbija li jinvolvu kapital privat u t-tnedija ta’ rotot intermodali ġodda fuq rotot magħżula. Sabiex jiżdied il-volum tat-trasport fi trasport intermodali li jirrispetta aktar l-ambjent, l-Istat għandu jinkoraġġixxi x-xiri ta’ unitajiet ta’ trasport intermodali u faċilitajiet ta’ tagħbija li jinvolvu kapital privat. Fl-istess ħin, l-Istat għandu jipprovdi appoġġ għat-tnedija ta’ rotot intermodali ġodda fuq rotot magħżula. L-iskemi previsti ta’ għajnuna mill-Istat jipprevedu (suġġett għall-approvazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni Ewropea) biss finanzjament parzjali mill-mekkaniżmu u l-għażla ta’ kumpaniji li għandhom jirċievu appoġġ wara sejħiet pubbliċi b’regoli mhux diskriminatorji definiti b’mod ċar.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment 4 fl-appoġġ għall-kostruzzjoni ta’ infrastruttura ta’ propulsjoni alternattiva.

L-investiment għandu jiffoka fuq il-punti tal-iċċarġjar għall-karozzi elettriċi u għall-punti ta’ riforniment tal-idroġenu. Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu finanzjarju ta’ skemi ta’ għajnuna għall-bini ta’ punti tal-iċċarġjar għal karozzi elettriċi u punti ta’ riforniment tal-idroġenu. Is-sistema għandha tiżgura l-bini tal-infrastruttura skeletrika ta’ punti li jassorbu b’mod ultraveloċi, l-infrastruttura tal-iċċarġjar disponibbli fil-livell tad-distretti kollha tar-Repubblika Slovakka, u b’hekk tinkoraġġixxi l-iżvilupp aktar mgħaġġel tat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija bi fjuwil alternattiv, li twassal għall-modernizzazzjoni tal-flotta tal-vetturi sabiex tnaqqas l-emissjonijiet globali fit-trasport bit-triq. Dan l-investiment huwa appoġġjat mir-Riforma 3.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

A.2.    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Num. Sek.

 

Miżura relatata (Riforma jew Investiment)

 

Stadju importanti / Mira

 

Isem

 

Indikaturi kwalitattivi (għal stadji importanti)

 

Indikaturi kwantitattivi (għall-miri)

Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija

Deskrizzjoni u definizzjoni ċara ta’ kull stadju importanti u mira

 

unità tal-kejl

Linja bażi

Mira

Trimestru

Sena

1

3 – Trasport Sostenibbli – Riforma 1: Ir-riforma tat-tħejjija ta’ proġetti ta’ investiment fit-trasport

Stadju importanti

Pjan ta’ investiment għal proġetti ta’ infrastruttura ferrovjarja

Pubblikazzjoni tal-pjan ta’ implimentazzjoni

 

 

 

Q2

2021

Il-Ministeru tat-Trasport u l-Kostruzzjoni, f’kooperazzjoni mal-Ministeru tal-Finanzi, għandu jħejji u jippubblika pjan ta’ investiment għal proġetti ta’ infrastruttura ferrovjarja li jkun fih il-metodoloġija, il-prijoritajiet u l-iskeda ta’ żmien għall-kostruzzjoni tal-infrastruttura. Pjan ta’ investiment ippubblikat għal proġetti ta’ infrastruttura ferrovjarja li jipprijoritizza l-proġetti skont il-valur għall-flus tagħhom għandu jiżgura l-istabbiltà fit-tul tat-tħejjija u l-implimentazzjoni tagħhom ta’ proġetti ta’ infrastruttura ferrovjarja.

2

3 – Trasport Sostenibbli – Riforma 1: Ir-riforma tat-tħejjija ta’ proġetti ta’ investiment fit-trasport

Stadju importanti

Metodoloġija għall-għażla, it-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ proġetti għaċ-ċikliżmu

Pubblikazzjoni tal-metodoloġija

 

 

 

Q4

2021

Il-metodoloġija għandha tiddetermina kif jiġu identifikati proġetti bl-ogħla valur għall-flus possibbli u tikkontribwixxi għall-objettiv ta’ bidla modali tal-passiġġieri mit-trasport bit-triq individwali għaċ-ċikliżmu.

3

3 – Trasport Sostenibbli – Riforma 1: Ir-riforma tat-tħejjija ta’ proġetti ta’ investiment fit-trasport

Stadju importanti

L-emenda tal-Att dwar il-Ferroviji u leġiżlazzjoni relatata dwar il-parametri tal-infrastruttura tat-trasport

Dħul fis-seħħ ta’ emenda tal-Att dwar il-Ferroviji mill-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka u

l-adozzjoni ta’ emenda tad-Digriet Nru 350/2010 Coll. dwar il-kostruzzjoni u l-ordni tekniku tal-linji ferrovjarji mill-Ministeru tat-Trasport u l-Kostruzzjoni] u d-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni

 

 

 

Q1

2023

L-emendi leġiżlattivi għandhom jissimplifikaw u jirrazzjonalizzaw ir-rekwiżiti leġiżlattivi u tekniċi għall-parametri tal-infrastruttura tat-trasport, f’konformità mal-prattika tajba f’pajjiżi oħra tal-UE u mal-leġiżlazzjoni Ewropea, għandhom joħlqu kundizzjonijiet biex jitħaffef il-pass tat-tħejjija tal-aġġornamenti tal-infrastruttura ferrovjarja, titnaqqas l-ispiża għal kull kilometru ta’ linja modernizzata u jiġi permess li jinbnew aktar kmien ferroviji aktar veloċi u sikuri.

4

3 – Trasport Sostenibbli – Riforma 2: Riforma tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri

Stadju importanti

Liġi ġdida dwar it-trasport pubbliku tal-passiġġieri

Dħul fis-seħħ tal-Att dwar it-Trasport Pubbliku tal-Passiġġieri mill-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka u d-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni biex it-trasport pubbliku jiġi kkoordinat, integrat u ġestit b’mod effettiv

 

 

 

Q1

2023

Il-liġi għandha tistandardizza l-istandards tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri u tissimplifika l-ordni tas-servizz pubbliku, li bħalissa hija frammentata u mhux ikkoordinata biżżejjed bejn l-Istat, il-kontej, il-bliet u l-muniċipalitajiet.

5

3 – Trasport Sostenibbli – Riforma 2: Riforma tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri

Stadju importanti

Implimentazzjoni ta’ skeda ottimizzata tat-trasport ferrovjarju

Dħul fis-seħħ ta’ skeda ottimizzata tat-trasport ferrovjarju

 

 

 

Q4

2023

Il-Ministeru tat-Trasport u l-Kostruzzjoni għandu jimplimenta li s-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri jiġu ordnati skont il-pjan ta’ Servizz ta’ Trasport finalizzat sal-31 ta’ Diċembru 2023.

6

3 – Trasport Sostenibbli – Riforma 2: Riforma tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri

Mira

L-għadd ta’ kontej li fihom hemm fis-seħħ l-integrazzjoni tariffarja li tippermetti li wieħed jivvjaġġa b’diversi modi ta’ trasport pubbliku jew b’carriers għal kull biljett

 

Għadd

1

6

Q2

2026

L-indikatur kwalitattiv jirreferi għall-għadd ta’ kontej li fihom tinħoloq sistema integrata tat-trasport, li tippermetti t-trasport pubbliku multimodali tal-passiġġieri b’biljett wieħed.

7

3 – Trasport sostenibbli – Investiment 1: L-iżvilupp ta’ infrastruttura tat-trasport b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju

Mira

It-tul tal-infrastruttura l-ġdida taċ-ċikliżmu (km)

 

Għadd

0

200

Q2

2026

L-indikatur kwalitattiv jirreferi għat-tul tal-infrastruttura taċ-ċikliżmu mibnija ġdida (f’km). Il-mira tinkludi mogħdijiet għaċ-ċikliżmu u spazji għall-parkeġġ tar-roti.

8

3 – Trasport sostenibbli – Investiment 1: L-iżvilupp ta’ infrastruttura tat-trasport b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju

Mira

It-tul tal-infrastruttura ferrovjarja nadifa tal-passiġġieri mibnija mill-ġdid jew imtejba (f’kilometri, ponderat)

 

Għadd

0

69

Q2

2026

L-indikatur kwalitattiv jirreferi għat-tul tal-infrastruttura ferrovjarja rikostruwita jew imtejba mis-sorsi tal-pjan ta’ rkupru u reżiljenza, bl-użu ta’ fatturi ta’ ponderazzjoni għat-tipi u l-firxiet differenti ta’ proġetti (li ma fihomx installazzjonijiet ta’ dispaċċ/sigurtà li jingħaddu separatament taħt l-Objettiv 3: tul tas-sezzjonijiet tal-linji li tlestew).

Mill-objettiv kumplessiv li jinbnew mill-ġdid jew jiġu mtejba 77 km ta’ infrastruttura ferrovjarja, mill-inqas 69 km jiġu mtejba jew rikostruwiti. L-investimenti għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin: binarju doppju kompletament imtejjeb fuq il-kuritur ferrovjarju b’żieda għal 160 km/siegħa; linja ferrovjarja b’binarju wieħed jew tnejn (tiġdid ta’ fuq/isfel jew linja tat-trazzjoni/tagħmir; linja ferrovjarja b’binarju wieħed li għadha kif ġiet elettrifikata u linja ferrovjarja parzjalmemt imtejba; linja tat-tram b’binarju doppju kompletament mtejba inkluż l-aċċessorji; linja tat-trolleybus mibnija ġdida b’waqfa waħda, inkluż il-forniment tal-enerġija.

9

3 – Trasport sostenibbli – Investiment 1: L-iżvilupp ta’ infrastruttura tat-trasport b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju

Mira

It-tul tas-sezzjonijiet tal-linji ferrovjarji li tlestew (km)

 

Għadd

0

100

Q2

2026

L-indikatur kwalitattiv jirreferi għat-tul tal-linji ferrovjarji (f’km) li fuqhom bdew jitħaddmu apparati ta’ dispaċċ/sikurezza diġitali. . Mill-objettiv kumplessiv ta’ dispaċċ ta’ 111 km ta’ linji ferrovjarji, sar id-dispaċċ ta’ mill-inqas 100.

10

3 – Trasport sostenibbli – Investiment 2: Il-promozzjoni ta’ trasport nadif tal-passiġġieri

Mira

L-għadd ta’ materjal fuq ir-roti nadif tal-passiġġieri akkwistat (ponderat)

 

Għadd

0

5

Q2

2025

L-indikatur kwalitattiv jirrifletti l-għadd ta’ materjal fuq ir-roti pubbliku tal-passiġġieri nadif akkwistat. Il-materjal fuq ir-roti għandu jinkludi unitajiet ferrovjarji tal-elettriku jew tal-idroġenu magħluqa; lokomottivi elettriċi multisistemiċi; trammijiet.

11

3 – Trasport Sostenibbli – Riforma 3: Riforma tat-trasport tal-merkanzija intermodali

Stadju importanti

Kunċett u sejħiet għal skemi ġodda ta’ għajnuna

Tnedija ta’ sejħiet għal skemi ġodda ta’ għajnuna fuq il-bażi ta’ kunċett ta’ żvilupp ta’ trasport intermodali

Q4

2022

Kunċett ta’ żvilupp ta’ trasport intermodali għandu jiġi approvat mill-Gvern Slovakk sal-31 ta’ Diċembru tal-2021. Dan għandu jinkludi proposti għall-bidliet leġiżlattivi meħtieġa biex jiġu adottati miżuri għall-iżvilupp sistematiku ta’ modi ta’ trasport tal-merkanzija li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent. L-appoġġ għandu jkun immirat lejn it-tneħħija tal-problemi tekniċi fit-tranżizzjoni lejn trasport intermodali u biex dan isir aktar attraenti. Fuq din il-bażi, sal-31 ta’ Diċembru 2022 għandhom jiġu mnedija sejħiet għal skemi ġodda ta’ sostenn li għandhom jgħinu biex titjieb id-disponibbiltà tat-trasport intermodali fuq bażi mhux diskriminatorja, li jwittu t-triq għall-iżvilupp tiegħu fir-reġjuni kollha tas-Slovakkja. Is-sejħa għandha tiġi approvata mill-Ministeru tat-Trasport u l-Kostruzzjoni.

12

3 – Trasport sostenibbli – Investiment 3: L-iżvilupp tat-trasport intermodali tal-merkanzija

Mira

Numru ta’ unitajiet ta’ trasport intermodali akkwistati f’Unitajiet Ekwivalenti ta’ Għoxrin pied

 

Għadd

0

1000

Q2

2026

L-għadd ta’ unitajiet ta’ trasport intermodali tal-IPUs (li jimmaniġġaw semitrejlers, kaxxi skambjabbli, kontejners) akkwistati. L-unitajiet tat-trasport intermodali għandhom jiġu espressi fit-TUE (Unità Ekwivalenti ta’ 20’ (6,1 m); Daqs bażiku tal-kontenitur ISO 1C – 20' x 8' x 8' (mach).

13

3 – Trasport Sostenibbli – Riforma 4: L-introduzzjoni ta’ politiki ġodda għall-promozzjoni fit-tul tal-fjuwils alternattivi fis-settur tat-trasport

Stadju importanti

Pakkett ġdid ta’ miżuri għall-promozzjoni ta’ propulsjonijiet alternattivi

Dħul fis-seħħ ta’ riżoluzzjoni għall-promozzjoni ta’ propulsjonijiet alternattivi

 

 

 

Q4

2022

Il-miżuri għandhom iħaffu l-iżvilupp ta’ propulsjonijiet alternattivi fit-trasport. Dawn għandhom jinkludu riforma tat-tariffi ta’ distribuzzjoni, miżuri biex jissimplifikaw u jaċċelleraw il-proċess tal-kostruzzjoni ta’ infrastruttura ta’ propulsjoni alternattiva, l-introduzzjoni ta’ “Drittijiet ta’ Punt ta’ ċċarġjar” u l-introduzzjoni ta’ qafas pluriennali stabbli u prevedibbli biex jappoġġa l-kostruzzjoni ta’ infrastruttura ta’ propulsjoni alternattiva rilevanti.

14

3 – Trasport sostenibbli – Investiment 4: L-appoġġ għall-iżvilupp ta’ infrastruttura għal vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv

Mira

L-għadd ta’ punti tal-iċċarġjar jew ta’ punti ta’ riforniment tal-idroġenu li qed joperaw.

 

Għadd

0

3029

Q2

2026

L-għadd totali ta’ punti pubbliċi tal-iċċarġjar jew ta’ punti pubbliċi ta’ riforniment tal-idroġenu li qed joperaw. Mill-objettiv kumplessiv li jibdew jitħaddmu 3332 punt tal-iċċarġjar, mill-inqas 3029 qed jitħaddmu.

KOMPONENT 4: Id-dekarbonizzazzjoni tal-industrija

It-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fis-Slovakkja u t-twettiq tal-miri nazzjonali, kif stabbiliti fil-Pjan Nazzjonali Integrat għall-Enerġija u l-Klima għall-2021-2030, jeħtieġu wkoll azzjoni aċċellerata mill-industrija. Is-Slovakkja hija ekonomija industrijalizzata ħafna, fejn l-enerġija u l-proċessi industrijali jikkontribwixxu għall-emissjonijiet globali tal-gassijiet b’effett ta’ serra ta’ ftit aktar minn 70 %. Is-Slovakkja tinsab fost l-Istati Membri bl-ogħla konċentrazzjonijiet medji fl-arja ta’ partikoli tat-trab fl-UE, l-aktar minħabba t-teknoloġiji industrijali li qed jeqdiemu u l-ħruq ta’ fjuwils solidi fid-djar.

F’dan il-kuntest, il-komponent 4 tal-pjan Slovakk għar-riforma u r-reżiljenza jipproponi l-iżvilupp u t-tħaddim ta’ skema ta’ dekarbonizzazzjoni għas-settur industrijali. Il-miżuri għandhom iwasslu għal inqas emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra fl-intrapriżi, tnaqqis fit-telf tal-enerġija u użu akbar ta’ teknoloġiji ambjentali innovattivi fil-produzzjoni industrijali. Il-komponent jinkorpora l-impenn ta’ riforma mill-Gvern Slovakk biex ikun hemm tranżizzjoni lil hinn mill-faħam fir-reġjun tan-Nitra ta’ Fuq. Tinkludi wkoll impenn biex jintemm l-appoġġ għall-produzzjoni tal-elettriku mill-faħam indiġenu u l-għeluq tal-impjant tal-enerġija tal-linjite ta’ Nováky. L-investiment fit-tagħmir tal-Ispettorat Ambjentali Slovakk għandu jsaħħaħ il-kapaċità ta’ monitoraġġ tal-isforzi ta’ dekarbonizzazzjoni minn din l-istituzzjoni.

Il-komponent jinkludi żewġ riformi, investiment prinċipali wieħed u investiment komplementari wieħed.

Dawn ir-riformi u l-investimenti għandhom jikkontribwixxu għall-objettiv ta’ tranżizzjoni ekoloġika u għall-mira klimatika. Id-dekarbonizzazzjoni għandu jkollha impatt dejjiemi fuq l-ambjent u l-kwalità tal-arja fis-Slovakkja. L-investimenti għandhom isaħħu l-kompetittività tal-industrija Slovakka u jiżguraw l-impjiegi fil-livell lokali. It-trasformazzjoni tar-reġjun tan-Nitra ta’ Fuq għandha element qawwi ta’ koeżjoni, b’mod partikolari fl-appoġġ tar-reġjun fit-tranżizzjoni tiegħu lil hinn mill-faħam. 

Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza skont il-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

Il-miżuri għandhom jikkontribwixxu biex tiġi indirizzata r-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż mogħtija lis-Slovakkja fl-2020, dwar il-ħtieġa li “tiffoka l-investiment fuq it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, b’mod partikolari fuq il-produzzjoni u l-użu nadif u effiċjenti tal-enerġija u r-riżorsi” (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 3, 2020).

A.1.    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Riforma 1: It-terminazzjoni tal-produzzjoni tal-elettriku bbażata fuq il-faħam fl-impjant tal-enerġija ta’ Nováky u t-trasformazzjoni tar-reġjun ta’ Nitra ta’ Fuq

Din ir-riforma tinkorpora l-impenn tal-Gvern Slovakk li jkompli it-tranżizzjoni lil hinn mill-faħam fir-reġjun ta’ Nitra ta’ Fuq. L-impjant tal-enerġija reġjonali ta’ Nováky għandu t-tielet l-ogħla livell ta’ emissjonijiet ta’ CO2 fost l-installazzjonijiet Slovakki fl-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet tal-EU.

L-għan ta’ din il-miżura huwa, għall-impjant tal-enerġija tal-linjite ta’ Novaky, li ttemm l-appoġġ għall-produzzjoni tal-elettriku u t-terminazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-elettriku mil-linjite. Dan għandu jwassal għal effetti pożittivi fuq l-ambjent u tnaqqis fil-prezz għall-konsumaturi finali tal-elettriku.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.



Riforma 2: Skema kompetittiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-industrija

L-awtoritajiet Slovakki għandhom iniedu skema ta’ dekarbonizzazzjoni kompetittiva miftuħa għas-setturi industrijali kollha. L-iskema ta’ dekarbonizzazzjoni għandha tappoġġa l-adozzjoni tal-aqwa teknoloġiji disponibbli bħalissa fil-proċessi industrijali. L-appoġġ għandu jimmira lejn proċessi u teknoloġiji b’livell baxx ta’ karbonju fl-industrija u lejn l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija.

Is-Slovakkja għandha tiżgura li r-rekwiżiti stretti dwar il-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE, għandhom jiġu żgurati. Dan għandu jinkludi l-konformità tal-attivitajiet appoġġati u tal-kumpaniji mal-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

L-appoġġ għall-installazzjonijiet taħt l-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet għandu jnaqqas l-emissjonijiet tagħhom sostanzjalment taħt il-parametru referenzjarju rilevanti għall-offerta tal-proġett. Il-kundizzjoni ta’ “sostanzjalment fil-parametru referenzjarju” għandha tkun parti mill-kriterji tal-għażla għall-akkwist.

Il-kwantità ta’ gassijiet serra emessi (f’unitajiet ekwivalenti għal CO2, medja ponderata) tal-intrapriżi appoġġati mill-iskema għandha tonqos b’mill-inqas 30 % meta mqabbla max-xenarju kontrofattwali.

L-awtoritajiet Slovakki għandhom jipprovdu jew data dwar id-dekarbonizzazzjoni għal proġetti taħt l-iskema (li għandha ssir disponibbli sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2026) jew juru li l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra se jintlaħaq fuq il-bażi tal-parametri preżunti tat-teknoloġiji appoġġati taħt il-miżura (fuq il-bażi ta’ ċertifikati mill-produtturi) jew il-kombinazzjoni taż-żewġ approċċi.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2022.

Investiment 1: It-tħaddim tal-iskema ta’ dekarbonizzazzjoni tal-industrija

L-għan tal-miżura huwa li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra permezz ta’ appoġġ għall-proġetti lill-intrapriżi industrijali. L-iskema tal-irkant għandha tirrispetta l-kundizzjonijiet dwar il-politiki tal-investiment kif speċifikati fir-Riforma 2 (“Adozzjoni tal-iskema kompetittiva għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-industrija). 

Mill-objettiv kumplessiv li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’1 369 917 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2, l-iskema ta’ dekarbonizzazzjoni għandha twassal għal tnaqqis ta’ mill-inqas 1 232 926 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2, minbarra x-xenarju kontrofattwali ppreżentat lill-Kummissjoni. It-tnaqqis tal-emissjonijiet għandu jiġi osservat jew fuq il-bażi tal-ġbir tad-data għal proġetti taħt l-iskema ta’ dekarbonizzazzjoni jew jintwera fuq il-bażi ta’ parametri ta’ teknoloġiji appoġġati bbażati fuq ċertifikati mill-produtturi jew il-kombinazzjoni taż-żewġ approċċi. L-awtoritajiet Slovakki għandhom jipprovdu d-data u d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa lill-Kummissjoni dwar l-issodisfar tal-mira tad-dekarbonizzazzjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2026.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Investiment 2: Appoġġ għall-funzjonament tal-Ispettorat Ambjentali Slovakk marbut mad-dekarbonizzazzjoni

L-għan tal-miżura huwa li tappoġġa l-investiment fit-tagħmir tal-Ispettorat Ambjentali Slovakk, filwaqt li ssaħħaħ il-kapaċità ta’ monitoraġġ ta’ din l-istituzzjoni fil-proċess tad-dekarbonizzazzjoni. Bħalissa, in-nuqqas ta’ tagħmir ma jippermettix li jitwettqu l-attivitajiet meħtieġa fid-dawl taż-żieda mistennija fl-ammont ta’ xogħol tal-Ispettorat.

L-investimenti għandhom jgħinu biex jimmodernizzaw it-tagħmir kif ukoll il-faċilitajiet tal-istituzzjoni. Dan għandu jippermetti s-simplifikazzjoni tal-attivitajiet operazzjonali tal-ispettorat, inkluż għall-missjonijiet fil-post. Il-vetturi tal-ispettorat għandhom jiġu mgħammra b’teknoloġija tal-uffiċċju u tal-kejl, b’mod partikolari għall-ispezzjoni tal-protezzjoni tal-arja, il-protezzjoni tal-ilma u l-ġestjoni tal-iskart. L-investimenti għandhom iwasslu wkoll għal titjib fil-bini tal-ispettorat.

L-implimentazzjoni tal-investimenti hija mistennija li tibda sal-1 ta’ Jannar 2022 u għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

A.2.    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli 

Num. Sek.

 

Miżura relatata (Riforma jew Investiment)

 

Stadju importanti / Mira

 

Isem

 

Indikaturi kwalitattivi (għal stadji importanti)

 

Indikaturi kwantitattivi (għall-miri)

Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija

Deskrizzjoni u definizzjoni ċara ta’ kull stadju importanti u mira

 

unità tal-kejl

Linja bażi

mira

Trimestru

Sena

1

4 — Dekarbonizzazzjoni tal-industrija — Riforma 1: it-terminazzjoni tal-

produzzjoni tal-elettriku fl-impjant tal-enerġija ta’ Nováky u t-trasformazzjoni tar-reġjun ta’ Nitra ta’ Fuq

Stadju importanti

It-tranżizzjoni lil hinn mill-faħam fir-reġjun tan-Nitra ta’ Fuq

Waqfien tal-ġenerazzjoni tal-elettriku mil-linjite fl-Impjant tal-Enerġija ta’ Nováky

 

 

 

Q4

2023

Fil-qafas tat-trasformazzjoni tar-reġjun ta’ Nitra ta’ Fuq, għall-impjant tal-enerġija ta’ Nováky:

·L-awtoritajiet Slovakki għandhom itemmu l-appoġġ għall-ġenerazzjoni tal-elettriku tal-linjite.

·Il-ġenerazzjoni tal-elettriku mil-linjite għandha titwaqqaf

2

4 — Dekarbonizzazzjoni tal-industrija — Riforma 2: L-iskema kompetittiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-industrija

Stadju importanti

Adozzjoni tal-iskema tad-dekarbonizzazzjoni

tal-industrija

L-adozzjoni tal-iskema dwar id-dekarbonizzazzjoni industrijali mill-Ministeru tal-Ambjent

Q4

2022

L-adozzjoni tal-iskema ta’ dekarbonizzazzjoni industrijali li twassal għal riżultati effiċjenti mill-Ministeru tal-Ambjent. L-iskema ta’ dekarbonizzazzjoni kompetittiva għandha tiġi varata permezz ta’ proċess ta’ offerti mhux diskriminatorju, trasparenti u miftuħ, miftuħ għas-setturi industrijali kollha. L-appoġġ għandu jimmira lejn proċessi u teknoloġiji b’livell baxx ta’ karbonju fl-industrija u lejn l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija.

Il-politika ta’ investiment tal-iskema għandha tinkludi mill-inqas il-kriterji ta’ eliġibbiltà u tal-għażla tal-proġetti li ġejjin:

·l-objettiv tal-aktar prezz baxx għal kull tunnellata ta’ gass serra ffrankat;

·l-iżgurar tal-konformità mal-acquis tal-UE u mal-liġijiet ambjentali nazzjonali kif ukoll mal-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01) ta’ attivitajiet u kumpaniji appoġġati u l-ispeċifikazzjoni tal-miri tad-dekarbonizzazzjoni.

·l-appoġġ biss għall-proġetti konformi mal-aqwa teknoloġija disponibbli;

·l-installazzjonijiet appoġġati mill-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet tal-UE għandhom inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom sostanzjalment taħt il-parametru referenzjarju rilevanti għall-offerta tal-proġett. Il-kundizzjoni ta’ “sostanzjalment taħt il-parametru referenzjarju” għandha tkun parti mill-kriterji tal-għażla għall-akkwist. 

·ma għandu jiġi appoġġjat l-ebda fjuwil fossili

·il-kwantità ta’ gassijiet serra emessi (f’unitajiet ekwivalenti għas-CO2, medja ponderata) tal-intrapriżi appoġġati mill-iskema għandha tonqos b’mill-inqas 30 %

L-awtoritajiet Slovakki għandhom jipprovdu żgurar tat-twassil f’waqtu tad-data għall-proġetti appoġġati kollha sa mhux aktar tard mill-30 ta’ Ġunju 2026 jew għandhom juru li l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għandu jitwassal fuq il-bażi ta’ parametri preżunti ta’ teknoloġiji appoġġati (fuq il-bażi ta’ ċertifikati mill-produtturi) jew il-kombinazzjoni taż-żewġ approċċi. Il-kwantifikazzjoni preliminari tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-proġetti ta’ dekarbonizzazzjoni tista’ tkun ibbażata fuq dokumenti tekniċi li jiddikjaraw il-parametri ewlenin, il-konsum tal-enerġija u l-materjali tal-input tat-teknoloġiji appoġġati.

L-awtoritajiet Slovakki għandhom jaqsmu mal-Kummissjoni x-xenarji bażi kif ukoll l-impatt proġettat tat-teknoloġiji appoġġati, wara l-għażla tal-proġetti.

3

4 — Dekarbonizzazzjoni tal-industrija — Investiment 1: It-tħaddim tal-iskema ta’ dekarbonizzazzjoni tal-industrija

Stadju importanti

It-tlestija tal-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ dekarbonizzazzjoni tal-industrija kofinanzjati mill-RRF

 Adozzjoni ta’ lista ta’ proġetti lesti ta’ dekarbonizzazzjoni mill-Ministeru tal-Ambjent

Q2

2026

Il-Ministeru tal-Ambjent għandu jadotta lista ta’ proġetti li tlestew appoġġati permezz tal-iskema ta’ dekarbonizzazzjoni, li għandha tikkostitwixxi bażi għall-kejl tat-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra taħt il-miżura. It-tnaqqis tal-emissjonijiet għandu jiġi osservat jew fuq il-bażi tal-ġbir tad-data għal proġetti bl-iskema ta’ dekarbonizzazzjoni jew jintwera permezz ta’ parametri preżunti ta’ teknoloġiji appoġġati taħt il-miżura bbażata fuq ċertifikati mill-produtturi jew it-taħlita taż-żewġ approċċi. Fl-objettiv kumplessiv li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’1 369 917 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2, l-iskema ta’ dekarbonizzazzjoni għandha twassal għat-tnaqqis ta’ mill-inqas 1 232 926 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2.

4

4 — Dekarbonizzazzjoni tal-industrija — Investiment 2: L-iżgurar tal-funzjonament tal-Ispettorat Slovakk tal-Ambjent marbut mad-dekarbonizzazzjoni

Stadju importanti

Żieda fil-kapaċità tal-investimenti għall-Ispettorat Slovakk tal-Ambjent

Tlestija tal-attivitajiet ta’ investiment tal-RRF mill-Ispettorat Slovakk tal-Ambjent

Q2

2025

L-investimenti għandhom jimmodernizzaw it-tagħmir kif ukoll il-faċilitajiet tal-Ispettorat Slovakk tal-Ambjent. Il-vetturi tal-ispettorat il-ġdid għandhom jiġu mgħammra b’teknoloġija tal-uffiċċju u tal-kejl, b’mod partikolari għall-ispezzjoni tal-protezzjoni tal-arja, il-protezzjoni tal-ilma u l-ġestjoni tal-iskart. L-investimenti għandhom iwasslu wkoll għal titjib fil-bini tal-Ispettorat.

KOMPONENT 5: L-adattament għat-tibdil fil-klima

Il-komponent 5 “Adattament għat-tibdil fil-klima” tal-pjan Slovakk għall-irkupru u r-reżiljenza għandu l-għan li jżid ir-reżiljenza kemm tal-ekosistemi kif ukoll tal-insedjamenti umani għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima permezz ta’ riformi tas-sistema tal-ġestjoni tal-ilma, il-ġestjoni tal-art, il-protezzjoni tan-natura u l-bijodiversità, l-implimentazzjoni ta’ elementi ekoloġiċi fil-pajsaġġ u l-investimenti fil-ħarsien tal-ilma, u l-iżvilupp ta’ infrastruttura ekoloġika, inkluż it-tħawwil.

Il-komponent jinkludi żewġ riformi u investiment wieħed.

Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza skont il-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

L-objettivi ta’ dan il-komponent huma konsistenti mal-Istrateġija Nazzjonali għall-Politika Ambjentali sal-2030 u jiffurmaw parti minnha, l-Istrateġija għall-adattament tar-Repubblika Slovakka għat-tibdil fil-klima, l-Istrateġija ta’ Viżjoni u Żvilupp tas-Slovakkja sal-2030 – l-istrateġija fit-tul għall-iżvilupp sostenibbli tar-Repubblika Slovakka – is-Slovakkja 2030, kif ukoll l-istrateġiji u l-objettivi fit-tul tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Patt Ekoloġiku Ewropew.

 

A.1.    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Riforma 1 dwar l-ippjanar tal-pajsaġġ.

Ir-riforma għandha tipprovdi bażi għas-salvagwardja tal-istrutturi tal-pajsaġġ, l-istabbiltà ekoloġika u l-bijodiversità fid-dokumentazzjoni tal-ippjanar tal-użu tal-art u l-proċessi ta’ approvazzjoni sussegwenti għall-awtorizzazzjoni tal-bini u l-attivitajiet. Flimkien mad-dokumenti u l-mapep metodoloġiċi sussegwenti, l-att għandu jipprovdi l-bażi teknika għad-dokumentazzjoni tal-ippjanar tal-użu tal-art u l-proċessi ta’ approvazzjoni sussegwenti għall-awtorizzazzjoni ta’ bini u attivitajiet. Dan għandu jkollu impatt sinifikanti fuq iż-żamma tal-istrutturi tal-pajsaġġ, l-istabbiltà ekoloġika u l-protezzjoni tal-bijodiversità. It-telf tagħhom idgħajjef il-kapaċità ta’ adattament għat-tibdil fil-klima.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2022.

Riforma 2 dwar il-protezzjoni tan-natura u l-ġestjoni tal-ilma.

Ir-riforma għandu jkollha l-għan li ttejjeb l-istatus tal-ħabitats f’żoni protetti u dan għandu jiggarantixxi l-kontribut fit-tul u dejjem jiżdied tagħhom għall-protezzjoni tal-pajsaġġ kontra t-tibdil fil-klima u r-reżiljenza tagħhom stess għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima. Sal-31 ta’ Diċembru 2023 għandhom jidħlu fis-seħħ l-Att emendat dwar il-Protezzjoni tan-Natura u l-Pajsaġġ u l-leġiżlazzjoni dwar l-ilma. Din il-leġiżlazzjoni għandha ssaħħaħ il-protezzjoni istituzzjonali tan-natura, għandha timminimizza l-kunflitti ta’ kompetenza fiż-żoni protetti, tissimplifika s-sistema ta’ protezzjoni, tintegra n-networks taż-żoni protetti (nazzjonali, Ewropej u internazzjonali) u toħloq il-kundizzjonijiet għat-tqassim f’żoni tal-parks nazzjonali. Ir-riżultat għandu jkun sistema moderna bl-objettiv primarju li tipproteġi n-natura u l-bijodiversità fit-territorji kkonċernati, filwaqt li tiżgura kontribut stabbli fit-tul tal-ekosistemi għall-adattament u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Fl-istess ħin, ir-riforma għandha tippermetti li l-mogħdijiet ta’ l-ilma jerġgħu jingħataw il-ħajja u għandha toħloq spazju għall-immaniġġar ekoloġiku, ir-restawr tal-ispazju tax-xmajjar u l-protezzjoni progressiva tal-għargħar b’kont meħud tal-protezzjoni tan-natura u ż-żamma tal-ilma fil-kampanja.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Investiment 1 dwar l-adattament tar-reġjuni għat-tibdil fil-klima b’enfasi fuq il-konservazzjoni tan-natura u l-iżvilupp tal-bijodiversità.

L-investiment għandu l-għan li jiżgura l-kontribut sostenibbli fit-tul tal-ekosistemi għall-adattament u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima (il-mitigazzjoni tal-għargħar, il-prevenzjoni tan-nixfa) billi jiġu protetti l-ekosistemi. L-allinjament mill-ġdid tal-proprjetà għandu jagħmilha possibbli li żoni ġodda jiġu koperti bl-ogħla grad ta’ protezzjoni u għandu jżid ir-reżiljenza tal-ekosistemi. Il-limitazzjoni tal-qtugħ tas-siġar u l-iżvilupp tal-konservazzjoni tan-natura għandhom jagħmluha possibbli li jiġu evitati l-għargħar u n-nixfiet, ir-reġjuni jiġu ttrasformati mill-użu intensiv tar-riżorsi naturali għat-turiżmu b’impatt minimu, b’valur miżjud ogħla, filwaqt li jissaħħu s-servizzi tal-ekosistema. Il-korsiji tal-ilma rivitalizzati, inklużi l-artijiet mistagħdra, għandhom jiżguraw iż-żamma tal-ilma fil-kampanja u r-rilaxx gradwali tiegħu. Dawn għandhom isiru elementi importanti tal-pajsaġġ, li jappoġġaw il-konservazzjoni tal-bijodiversità u r-restawr tal-ħabitats.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

A.2.    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Num. Sek.

 

Miżura relatata (Riforma jew Investiment)

 

Stadju importanti / Mira

 

Isem

 

Indikaturi kwalitattivi (għal stadji importanti)

 

Indikaturi kwantitattivi (għall-miri)

Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija

Deskrizzjoni u definizzjoni ċara ta’ kull stadju importanti u mira

 

Unità tal-kejl

Sfond

Mira

Trimestru

Sena

1

5 — Adattament għat-tibdil fil-klima — Riforma 1: Riforma tal-ippjanar tal-art

Stadju importanti

Ir-riforma tal-Ippjanar tal-Art

dħul fis-seħħ tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Art mill-Parlament

Q4

2022

Sal-31 ta’ Diċembru 2022, il-Ministeru tal-Ambjent għandu jħejji att li mbagħad jiġi approvat mill-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka. L-att għandu jkun akkumpanjat sal-31 ta’ Diċembru 2022 mill-iżvilupp ta’ metodoloġija għall-valutazzjoni tal-valur tal-pajsaġġ u tal-ekosistemi li għandu jkollha l-għan li tiżgura li l-kunsiderazzjonijiet tal-adattament għall-klima jiġu kkunsidrati fit-teħid tad-deċiżjonijiet territorjali u fil-proċedimenti tal-bini, fil-promozzjoni tal-implimentazzjoni tal-miżuri għall-prevenzjoni tal-għargħar ibbażati fuq in-natura u fil-miżuri għall-prevenzjoni tan-nixfa u t-telf tal-bijodiversità.

2

5 — Adattament għat-tibdil fil-klima — Riforma 2: Ir-riforma tal-konservazzjoni tan-natura u tal-ġestjoni tal-ilma fil-kampanja

Stadju importanti

  Applikazzjoni aktar effettiva ta’ miżuri ta’ protezzjoni tan-natura f’pajsaġġi f’żoni protetti u r-rivitalizzazzjoni tal-korsiji tal-ilma

Dħul fis-seħħ tal-Att emendat dwar il-Protezzjoni tan-Natura u l-Pajsaġġ u l-leġiżlazzjoni dwar l-ilma

 

 

 

Q4

2023

. Il-Ministeru tal-Ambjent għandu jħejji emenda fl-Att dwar il-Protezzjoni tan-Natura, li għandha tidħol fis-seħħ f’Jannar 2022. Dan għandu jkun segwit mill-iżvilupp ta’ proposta għal mudell ġdid għall-funzjonament ta’ żoni protetti (sal-31 ta’ Diċembru 2022). Ir-riforma tal-ġestjoni tal-ilma fil-pajjiż għandha twitti t-triq għar-rivitalizzazzjoni tal-mogħdijiet tal-ilma, u b’hekk tiżdied il-protezzjoni kontra l-għargħar fil-pajjiż. Il-Ministeru tal-Ambjent għandu jfassal kunċett ġdid ta’ politika dwar l-ilma sal-31 ta’ Diċembru 2022 u jemenda l-Att dwar l-Ilma sal-31 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi standards tekniċi li għandhom jippermettu li l-kanali tal-ilma jerġgħu jingħataw il-ħajja b’tali mod li jimmassimizzaw iż-żamma tal-ilma fil-pajjiż, filwaqt li jdewmu l-ħruġ tal-ilma u jirrestawraw ir-riżervi tal-ilma ta’ taħt l-art.

3

5 — Adattament għat-tibdil fil-klima — Investiment 1: Adattament tar-reġjuni għat-tibdil fil-klima, b’enfasi fuq il-konservazzjoni tan-natura u l-iżvilupp tal-bijodiversità

Mira

Riabilitazzjoni tal-mogħdijiet tal-ilma ( f’Km ta’ korsiji tal-ilma riabilitati)

Għadd

0

52

Q4

2024

Km ta’ korsiji tal-ilma riabilitati Mill-objettiv kumplessiv li jiġu riabilitati 57 Km ta’ korsiji tal-ilma, mill-inqas 52 km huma riabilitati.

Il-grupp ta’ rivitalizzazzjoni għandu jħejji l-prijoritajiet u jidentifika taqsimiet preċiżi biex jirrestawra l-flussi. Fuq il-bażi tad-dokumentazzjoni teknika, l-applikant għandu jissottometti proġetti fuq bażi kontinwa li tibda sat-30 ta’ Ġunju 2022 u tispiċċa sal-31 ta’ Diċembru 2023.

4

5 — Adattament għat-tibdil fil-klima — Investiment 1: Adattament tar-reġjuni għat-tibdil fil-klima, b’enfasi fuq il-konservazzjoni tan-natura u l-iżvilupp tal-bijodiversità

Mira

Riabilitazzjoni tal-korsiji tal-ilma

(f’Km ta’ korsiji tal-ilma riabilitati)

Km ta’ korsiji tal-ilma riabilitati

Għadd

52

90

Q2

2026

Km ta’ korsiji tal-ilma riabilitati Mill-objettiv kumplessiv li jiġu riabilitati 97 Km ta’ korsiji tal-ilma, mill-inqas 90 km huma riabilitati.

Il-grupp ta’ rivitalizzazzjoni għandu jħejji l-prijoritajiet u jidentifika taqsimiet preċiżi biex jirrestawra l-flussi. Fuq il-bażi tad-dokumentazzjoni teknika, l-applikant għandu jissottometti proġetti fuq bażi kontinwa li jibdew sat-30 ta’ Ġunju 2023 u jispiċċaw sal-31 ta’ Diċembru 2025.

5

6 — Adattament għat-tibdil fil-klima — Investiment 1: Adattament tar-reġjuni għat-tibdil fil-klima, b’enfasi fuq il-konservazzjoni tan-natura u l-iżvilupp tal-bijodiversità

Mira

Saldu tal-proprjetà mas-sidien tal-artijiet privati (b’erja tal-art stabbilita f’ettari)

Għadd

0

14000

Q4

2023

Mill-objettiv kumplessiv huwa li jsiru s-saldi tal-proprjetà għal erja ta’ 14 750 ettaru, saldi tal-proprjetà jsiru għal mill-inqas 14 000 ettaru.

Sat-30 ta’ Ġunju 2022, grupp ta’ ħidma fil-Ministeru tal-Ambjent u s-ŠOP SR għandhom ifasslu metodoloġija għad-determinazzjoni tal-valur u tal-prezz tal-art. Sejħiet għax-xiri tal-art fiż-żoni protetti, primarjament f’parks nazzjonali, għandhom jiġu mnedija fuq il-bażi taż-żona/territorji fuq bażi kontinwa li tibda mill-31 ta’ Marzu 2023 u tispiċċa sat-30 ta’ Ġunju 2023

6

6 — Adattament għat-tibdil fil-klima — Investiment 1: Adattament tar-reġjuni għat-tibdil fil-klima, b’enfasi fuq il-konservazzjoni tan-natura u l-iżvilupp tal-bijodiversità

Mira

Saldu tal-proprjetà mas-sidien tal-artijiet privati (b’erja tal-art stabbilita f’ettari)

Għadd

14000

27000

Q4

2025

Mill-objettiv kumplessiv huwa li jsiru saldi tal-proprjetà għal erja ta’ 29 509 ettaru, saldi tal-proprjetà jsiru għal mill-inqas 27 000 ettaru.

Sat-30 ta’ Settembru 2022, grupp ta’ ħidma fil-Ministeru tal-Ambjent u s-ŠOP SR għandhom ifasslu metodoloġija għad-determinazzjoni tal-valur u tal-prezz tal-art. Sejħiet għax-xiri ta’ art f’żoni protetti, primarjament f’parks nazzjonali, għandhom jiġu mnedija fuq il-bażi taż-żona/territorji fuq bażi kontinwa li tibda mit-30 ta’ Ġunju 2022 u tispiċċa sat-30 ta’ Diċembru 2025.

7

6 — Adattament għat-tibdil fil-klima — Investiment 1: Adattament tar-reġjuni għat-tibdil fil-klima, b’enfasi fuq il-konservazzjoni tan-natura u l-iżvilupp tal-bijodiversità

Mira

Lista ta’ proġetti magħżula għar-reġjuni ta’ Muránska Planina u Polonina

Għadd

0

2

Q2

2022

Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jagħżel proġetti għal żewġ reġjuni ta’ Muránska Planina u Polonina skont il-prinċipju DNSH fuq il-bażi ta’ diskussjoni miftuħa mal-atturi lokali rilevanti.

KOMPONENT 6: L-aċċessibbiltà, l-iżvilupp u l-kwalità tal-edukazzjoni inklużiva

L-objettiv tal-Komponent huwa li jtejjeb l-aċċessibbiltà u l-inklużività tal-edukazzjoni preprimarja u skolastika konvenzjonali fis-Slovakkja. Il-komponent se jtejjeb l-aċċess għall-edukazzjoni ta’ qabel il-primarja billi jiżgura li t-tfal ta’ 5 snin għandhom ikollhom post fis-sistema ta’ qabel l-iskola u billi jintroduċi l-intitolament legali għall-edukazzjoni ta’ qabel il-primarja għat-tfal ta’ erba’ u tliet snin. Il-Komponent huwa li tiġi riformata s-sistema ta’ finanzjament għall-edukazzjoni ta’ qabel l-iskola u li tiġi introdotta sistema ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-edukazzjoni inklużiva. Il-komponent jista’ jikkontribwixxi biex jonqos it-tluq bikri mill-iskola billi jrawwem sistema ta’ counselling u pariri fl-iskejjel fil-livell sekondarju baxx, u biex itejjeb l-inklużjoni tat-tfal Rom billi jrażżan is-segregazzjoni fl-iskejjel. Il-komponent għandu jillivella n-nuqqasijiet fl-eżiti edukattivi minħabba l-pandemija u jgħin lit-tfal bi bżonnijiet edukattivi speċjali permezz ta’ miżuri ta’ appoġġ aktar immirati.

Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza skont il-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

Il-komponent għandu jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż indirizzati lis-Slovakkja f’dawn l-aħħar sentejn, dwar il-ħtieġa li jittejbu l-kwalità u l-inklużività tal-edukazzjoni fil-livelli kollha u li jitrawmu l-ħiliet. Issaħħaħ l-aċċess għal kura tas-saħħa u kura fit-tul affordabbli u ta’ kwalità. Tippromwovi l-integrazzjoni ta’ gruppi żvantaġġati, partikolarment ir-Rom. (ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż 2, 2019).

A.1.    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Riforma 1: Il-provvediment ta’ kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ edukazzjoni preprimarja obbligatorja għal tfal mill-età ta’ ħames snin u l-introduzzjoni ta’ intitolament legali għal post fil-kindergarten jew fornituri oħra ta’ edukazzjoni preprimarja mill-età ta’ tliet snin. Ir-riforma għandha tintroduċi l-emendi għad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi rilevanti li jintroduċu l-intitolament legali għal tfal tal-età ta’ tliet snin biex jiġu ammessi f’kindergarten jew stabbiliment ieħor li jipprovdi edukazzjoni preprimarja. Ir-riforma mistennija tibdel il-finanzjament preskrittiv għall-kindergartens fuq il-bażi tal-kostijiet reali tal-persunal u operazzjonali tal-faċilità kkonċernata. Il-persunal tat-tagħlim u l-persunal speċjalizzat għandhom ikunu obbligati jaġġornaw il-ħiliet għal lawrja ta’ edukazzjoni għolja fil-programm ta’ tagħlim għall-edukazzjoni bikrija u preprimarja. Ir-riforma tinkludi wkoll miżuri biex tiżdied il-kapaċità tal-kindergartens biex kull tifel u tifla bejn l-età ta’ tliet snin u tad-dħul fl-edukazzjoni obbligatorja jitħallew jipparteċipaw fl-edukazzjoni ta’ qabel il-primarja sal-1 ta’ Settembru 2025. L-objettiv huwa li jiġu pprovduti mill-inqas 12 352 post fil-faċilitajiet filwaqt li bħala medja jinkisbu mill-inqas 30 % tal-iffrankar tal-enerġija primarja fil-bini rinnovat.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Riforma 2: Id-definizzjoni tal-kunċett ta’ ħtiġijiet edukattivi speċjali tat-tfal u tal-istudenti u l-iżvilupp ta’ mudell għal miżuri ta’ appoġġ eliġibbli fl-edukazzjoni, inkluża s-sistema ta’ finanzjament tagħhom. Ir-riforma għandha tbiddel id-definizzjoni tal-ħtiġijiet edukattivi speċjali tal-istudenti b’definizzjoni ġdida ta’ tifel jew tifla jew student li jesperjenzaw ostakli għall-aċċess għall-edukazzjoni, l-edukazzjoni u t-tagħlim, li jeħtieġu l-forniment u l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ biex jissodisfaw il-potenzjal edukattiv tagħhom. Għandu jinħoloq mudell vertikali ta’ appoġġ bl-introduzzjoni ta’ miżuri ġodda ta’ appoġġ eliġibbli għat-tfal kollha. Sabiex tiġi implimentata r-riforma, l-għalliema għandhom jiġu pprovduti b’materjali ta’ tagħlim u metodoloġiċi permezz ta’ programmi ta’ taħriġ ulterjuri. 10 000 għalliem u persunal speċjalizzat se jipparteċipaw fit-taħriġ u attivitajiet oħra ta’ informazzjoni taħt din ir-riforma.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Riforma 3: Ir-riforma tas-sistema ta’ counselling u prevenzjoni u l-iżgurar tal-ġbir sistematiku tad-data fil-qasam tal-promozzjoni tas-saħħa mentali tat-tfal, it-tfal tal-iskola u l-istudenti. L-għan tar-riforma huwa li ċ-Ċentri ta’ Konsulenza u ta’ Prevenzjoni (CPP) li għadhom kif inħolqu jibdew joperaw eqreb tal-iskejjel. Billi jiġu emendati l-atti legali rispettivi, dawn iċ-ċentri għandhom jipprovdu attivitajiet professjonali mingħajr ma joħolqu żvantaġġ għas-saħħa, kif inhu l-każ bħalissa, li jikkawża diskriminazzjoni. Il-bidla fis-sistema konsultattiva għandha tkun akkumpanjata b’aktar miżuri ta’ appoġġ bħal: bidla fl-istabbiliment tal-finanzjament fuq il-bażi tal-attivitajiet professjonali.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2023.

Riforma 4: L-implimentazzjoni ta’ għodod għall-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-iskola u l-adattament tal-programm tal-istudju tat-tip F. Ir-riforma tikkonsisti f’bidliet fid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi rilevanti mmirati biex iżidu l-possibbiltà għaż-żgħażagħ, mingħajr ma jlestu l-edukazzjoni sekondarja baxxa, li jiksbu livell ogħla ta’ edukazzjoni billi jipprevedu l-possibbiltà li jlestu l-edukazzjoni sekondarja baxxa fl-iskejjel vokazzjonali sekondarji (NSOV) fi programm ikkombinat ta’ żewġ u tliet snin. L-emendi leġiżlattivi għandhom ukoll jottimizzaw il-programmi tal-istudju tat-tip F, billi jestendu l-obbligu li jiġu ddeterminati l-pjanijiet tal-prestazzjoni tal-iskejjel sekondarji għad-dixxiplini tal-edukazzjoni vokazzjonali sekondarja inferjuri. Fuq il-bażi tal-offerta tas-suq tax-xogħol, il-kontenut tal-programmi tal-istudju tat-tip F għandu mbagħad jiġi aġġustat. Huwa mistenni li mill-inqas 30 % tal-iskejjel vokazzjonali sekondarji inferjuri (NSOV) għandhom jallinjaw mal-offerta tas-suq tax-xogħol sat-30 ta’ Ġunju 2025.

L-implimentazzjoni tar-riforma hija mistennija li tibda sal-31 ta’ Marzu 2023 u għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2025.

Riforma 5: Promozzjoni tat-tneħħija tas-segregazzjoni fl-iskejjel. L-għan ewlieni tar-riforma huwa li tintroduċi definizzjoni legali ta’ segregazzjoni li hija mistennija li tapplika f’kull skola fis-Slovakkja. It-tneħħija tas-segregazzjoni fl-iskejjel għandha tiġi implimentata billi jiġu żviluppati linji gwida metodoloġiċi għad-diversi atturi edukattivi (bħall-kreaturi, l-iskejjel u l-faċilitajiet tal-iskejjel, id-diretturi u l-għalliema) għall-prevenzjoni u l-eliminazzjoni tal-edukazzjoni segregata. Il-metodoloġija adottata għandha tiġi applikata f’kull skola.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Riforma 6: Miżuri kompensatorji biex jittaffa l-impatt tal-pandemija fl-edukazzjoni għall-istudenti tal-iskejjel primarji u sekondarji. Ir-riforma tistabbilixxi programm ta’ tagħlim prinċipalment għal studenti f’riskju li ma jgħaddux mill-eżamijiet tal-iskola minħabba opportunitajiet limitati biex jipparteċipaw fl-edukazzjoni matul il-pandemija. Dan għandu jiffoka b’mod partikolari fuq l-hekk imsejħa suġġetti tal-“oqsma edukattivi ewlenin”. L-għażla tal-istudenti, f’riskju ta’ falliment fl-iskola, kif ukoll il-komunikazzjoni mar-rappreżentanti legali tal-istudenti għandhom jiġu pprovduti mill-iskola.

Sabiex tiġi indirizzata l-problema tan-nuqqas ta’ data komprensiva dwar il-kors tat-tagħlim mill-bogħod, il-Ministeru tal-Edukazzjoni għandu jniedi sejħa għat-twettiq ta’ riċerka pedagoġika estensiva biex jiġi analizzat l-impatt tal-pandemija fuq l-edukazzjoni u l-implikazzjonijiet tiegħu għall-politiki tal-edukazzjoni.

L-implimentazzjoni tar-riforma hija mistennija li tibda sat-30 ta’ Settembru 2021 u għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Investiment 1: Tneħħija tal-ostakli fil-bini tal-iskejjel. L-għan huwa li jitneħħew l-ostakli fiżiċi, ta’ informazzjoni u teknoloġiċi f’252 skola sekondarja kbira biex it-tfal żvantaġġati jkunu jistgħu jwettqu l-edukazzjoni f’ambjent pjaċevoli. L-investiment għandu jkun preċedut minn: 1) analiżi kumplessa sabiex jiġu mmappjati l-ħtiġijiet għat-tneħħija tal-ostakli u jiġi pprovdut il-manwal. Il-manwal għandu jiddefinixxi l-istandards għat-tneħħija tal-ostakli biex jintlaħqu l-ħtiġijiet reali tat-tfal, it-tfal tal-iskola u l-istudenti bi żvantaġġi tas-saħħa u biex jiġu rrispettati l-prinċipji ta’ disinn universali.

L-implimentazzjoni tal-investiment hija mistennija li tibda sal-31 ta’ Marzu 2022 u għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2025.

A.2.    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-għajnuna finanzjarja mhux ripagabbli

Num. Sek.

 

Miżura relatata (Riforma jew Investiment)

 

Stadju importanti / Mira

 

Isem

 

Indikaturi kwalitattivi (għal stadji importanti)

 

Indikaturi kwantitattivi (għall-miri)

Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija

Deskrizzjoni u definizzjoni ċara ta’ kull stadju importanti u mira

 

Unità tal-kejl

Sfond

Mira

Trimestru

Sena

1

6 — Aċċessibbiltà, żvilupp u kwalità tal-edukazzjoni inklużiva — Riforma 1:1. Żgurar tal-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-edukazzjoni preprimarja obbligatorja għat-tfal ta’ ħames snin u l-introduzzjoni ta’ intitolament legali għal post fil-kindergarten jew għand fornituri oħra tal-edukazzjoni ta’ qabel il-primarja mill-età ta’ tliet snin

Stadju importanti

 

L-introduzzjoni ta’ bidliet legali fl-edukazzjoni preprimarja obbligatorja għal tfal ta’ età ta’ ħames snin u l-introduzzjoni ta’ intitolament legali għal post fil-kindergarten jew għand fornituri oħra tal-edukazzjoni ta’ qabel il-primarja mill-età ta’ tliet snin.

L-adozzjoni mill-Parlament tal-Att Nru 597/2003, l-Att Nru 596/2003, l-Att Nru 245/2008, l-Att Nru 138/2019, l-emenda tar-Regolament tal-Gvern Nru 668/2004 Coll., ir-Regolament tal-Gvern Nru 630/2008 Coll., emenda tad-Digriet Nru 1/2020.

 

 

 

Q4

2022

Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Att Nru 597/2003 dwar il-finanzjament tal-iskejjel primarji, l-iskejjel sekondarji u l-faċilitajiet tal-iskola, l-Att Nru 596/2003 dwar l-Amministrazzjoni tal-Istat fl-Edukazzjoni u l-Awtonomija tal-Iskejjel u l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-formula fir-Regolament tal-Gvern Nru 668/2004 għandhom jiġu emendati, inkluża emenda għar-Regolament tal-Gvern Nru 630/2008 Coll. Għandha tiġi stabbilita sistema differenzjata u trasparenti ta’ finanzjament għall-edukazzjoni ta’ qabel il-primarja biex jiġu żgurati l-istabbiltà, ir-reżiljenza u d-delimitazzjoni tal-fondi allokati għall-edukazzjoni. L-effettività tal-bidliet leġiżlattivi introdotti fl-1.1.2023. L-Att Nru 245/2008 għandu jintroduċi dritt legali universali għal post fil-kindergarten jew ma’ fornituri oħra tal-edukazzjoni ta’ qabel il-primarja għal tfal minn erba’ snin u sussegwentement mill-età ta’ tliet snin.

Il-leġiżlazzjoni għandha tiġi adottata sal-31 ta’ Diċembru 2022, b’effett mill-1.1.2024, u 1.1.2025 u għandha tipprovdi postijiet suffiċjenti fil-kindergarten jew għand fornituri oħra tal-edukazzjoni preprimarja għat-tfal kollha mill-età ta’ 4 snin (09/2024) u sussegwentement mill-età ta’ tliet snin (09/2025).

L-emenda għall-Att Nru 138/2019 dwar l-impjegati pedagoġiċi u professjonali u l-emenda fid-Digriet Nru 1/2020 Coll. dwar ir-rekwiżiti ta’ kwalifiki għall-persunal tat-tagħlim u l-persunal speċjalizzat għandhom jintroduċu l-kundizzjoni li l-persunal pedagoġiku fil-kindergartens jew tal-fornituri oħra tal-edukazzjoni ta’ qabel il-primarja bħala għalliem ikollhom lawrja ta’ edukazzjoni għolja fil-programm ta’ tagħlim għall-edukazzjoni bikrija u ta’ qabel il-primarja.

L-emenda għandha tiġi adottata sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2022, b’data ta’ applikazzjoni mill-1.1.2029. L-għalliema b’esperjenza pedagoġika fil-kindergarten għal 10 snin jew aktar għandhom jiġu rikonoxxuti bħala li jissodisfaw rekwiżit ta’ kwalifika definit. Għall-għalliema b’esperjenza ta’ xogħol ta’ inqas minn 10 snin, inklużi gradwati tal-edukazzjoni vokazzjonali sekondarja sħiħa li ġejjin, għandha tiġi stabbilita kundizzjoni biex jidħlu fil-kors universitarju rilevanti sal-1.1.2029.

2

6 — Aċċessibbiltà, żvilupp u kwalità tal-edukazzjoni inklużiva- Riforma 1:1. Żgurar tal-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-edukazzjoni preprimarja obbligatorja għat-tfal ta’ ħames snin u l-introduzzjoni ta’ intitolament legali għal post fil-kindergarten jew għand fornituri oħra tal-edukazzjoni ta’ qabel il-primarja mill-età ta’ tliet snin

Mira

Rata ta’ reġistrazzjoni fl-iskejjel ta’ qabel il-primarja għat-tfal ta’ ħames snin

%

88

95

Q3

2022

Għal tfal li għandhom 5 snin, l-edukazzjoni ta’ qabel il-primarja għandha tkun obbligatorja. Skont l-emenda għall-Att dwar l-Iskejjel, huma għandhom jirċievu edukazzjoni ta’ qabel il-primarja: (i) f’kindergarten/kindergarten speċjali inklużi fin-network Slovakk ta’ skejjel u skejjel, (ii) b’edukazzjoni individwali d-dar, eż. fuq talba ta’ rappreżentant legali, jew (iii) fl-istabbiliment ta’ fornitur reġistrat tal-edukazzjoni preprimarja.

3

6 — Aċċessibbiltà, żvilupp u kwalità tal-edukazzjoni inklużiva- Riforma 1:1. Żgurar tal-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-edukazzjoni preprimarja obbligatorja għat-tfal minn ħames snin u l-introduzzjoni ta’ intitolament legali għal post fil-kindergarten jew għand fornituri oħra tal-edukazzjoni ta’ qabel il-primarja mill-età ta’ tliet snin

Mira

L-għadd ta’ kapaċitajiet mibnija ġodda

Għadd

0

12 352

Q4

2025

It-tlestija tal-kapaċità tal-kindergartens għandha toħloq il-kundizzjonijiet għall-pretensjoni ta’ intitolament legali għall-edukazzjoni ta’ qabel il-primarja għal tfal minn erba’ snin u mbagħad mill-età ta’ tliet snin. Il-mira (12 352) hija l-istima tal-għadd ta’ faċilitajiet mibnija ġodda.

Il-bini soġġett għal rinnovazzjoni għandu jikkontribwixxi għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi billi jikseb mill-inqas iffrankar fl-enerġija primarja ta’ 30 %.

4

6 — Aċċessibbiltà, żvilupp u kwalità ta’ edukazzjoni inklużiva — Riforma 2: Definizzjoni tal-kunċett ta’ ħtiġijiet edukattivi speċjali tat-tfal u tal-istudenti u l-iżvilupp ta’ mudell għal miżuri ta’ appoġġ eliġibbli fl-edukazzjoni u l-edukazzjoni, inkluża s-sistema ta’ finanzjament tagħhom

Stadju importanti

L-adozzjoni tal-liġi dwar id-definizzjoni mill-ġdid tal-kunċett ta’ ħtiġijiet edukattivi speċjali u t-tħejjija ta’ materjal metodoloġiku li jakkumpanjah għall-persunal tat-tagħlim, għall-persunal speċjalizzat u għall-mexxejja tal-iskejjel.

L-adozzjoni mill-Parlament tal-emenda fl-Att Nru 245/2008 Coll., l-Att Nru 597/2003 Coll.;

Emenda tar-Regolament tal-Gvern Nru 630/2008 u Adozzjoni mill-gvern, l-iżvilupp ta’ materjal metodoloġiku fuq il-mudell vertikali ta’ miżuri ta’ appoġġ, materjal didattiku u metodoloġiku għat-tagħlim tas-Slovakk bħala t-tieni lingwa u l-introduzzjoni ta’ appoġġ għal tfal b’ilsna materni differenti fl-edukazzjoni

 

 

 

Q4

2022

L-emenda fl-Att Nru 245/2008 dwar l-edukazzjoni (flimkien ma’ Digriet ġdid separat) u l-emenda fl-Att Nru 597/2003 dwar il-finanzjament tal-iskejjel primarji, l-iskejjel sekondarji u l-istabbilimenti edukattivi jiddefinixxu t-tfal u l-istudenti li jesperjenzaw ostakli għall-aċċess għall-edukazzjoni u l-intitolament tagħhom għall-appoġġ fl-edukazzjoni permezz ta’ miżuri speċifiċi ta’ appoġġ.

Ir-Regolament tal-Gvern Slovakk Nru 630/2008 għandu jiġi adattat u jqis l-ispeċifiċitajiet differenti meta jikkalkula l-kontribuzzjoni normattiva permezz ta’ koeffiċjenti.

Ir-riforma teħtieġ it-tħejjija ta’ materjal metodoloġiku ta’ akkumpanjament. Fl-istess ħin, l-iskedi metodoloġiċi għall-għalliema u l-worksheets għall-istudenti, immirati lejn l-iżvilupp tal-kompetenzi lingwistiċi tat-tfal u l-istudenti b’ilsna materni differenti mil-lingwa tat-tagħlim fl-iskola, għandhom jiġu żviluppati għal livelli differenti ta’ kompetenzi lingwistiċi u gruppi ta’ etajiet differenti.

Il-materjali metodoloġiċi u didattiċi għandhom jiġu ppubblikati fuq portal web separat u għandhom ikunu aċċessibbli liberament għall-atturi edukattivi rilevanti kollha.

5

6 — Aċċessibbiltà, żvilupp u kwalità ta’ edukazzjoni inklużiva — Riforma 2: Definizzjoni tal-kunċett ta’ ħtiġijiet edukattivi speċjali tat-tfal u tal-istudenti u l-iżvilupp ta’ mudell għal miżuri ta’ appoġġ eliġibbli fl-edukazzjoni u l-edukazzjoni, inkluża s-sistema ta’ finanzjament tagħhom

Stadju importanti

Dħul fis-seħħ tad-definizzjoni mill-ġdid tal-kunċett ta’ ħtiġijiet edukattivi speċjali

Dħul fis-seħħ tal-emenda fl-Att Nru 245/2008 Coll., Att Nru 597/2003 Coll.;

 

 

 

Q1

2023

L-emenda fl-Att Nru 245/2008 dwar l-edukazzjoni (flimkien ma’ Digriet separat ġdid) tiddefinixxi t-tfal u l-istudenti li jesperjenzaw ostakli għall-aċċess għall-edukazzjoni u l-intitolament tagħhom għall-appoġġ għall-edukazzjoni permezz ta’ miżuri ta’ appoġġ speċifiku għandha tidħol fis-seħħ sal-31 ta’ Marzu 2023.

6

6 — Aċċessibbiltà, żvilupp u kwalità ta’ edukazzjoni inklużiva — Riforma 2: Definizzjoni tal-kunċett ta’ bżonnijiet edukattivi speċjali tat-tfal u tal-istudenti u l-iżvilupp ta’ mudell għal miżuri ta’ appoġġ eliġibbli fl-edukazzjoni u l-edukazzjoni, inkluża s-sistema ta’ finanzjament tagħhom

Mira

Għadd ta’ għalliema mħarrġa u persunal speċjalizzat

 

Għadd

0

10000

Q4

2025

10000 għalliem u persunal speċjalizzat imħarreġ taħt programmi għall-iżvilupp professjonali, taħriġ ulterjuri u attivitajiet ta’ informazzjoni li għandu jkollhom l-għan li jippreżentaw mudell ġdid ta’ miżuri eliġibbli ta’ appoġġ edukattiv, li jiddijanjostikaw il-livell ta’ ħiliet lingwistiċi tat-tfal u t-tfal tal-iskola u li jipprovdu appoġġ lit-tfal u lill-istudenti b’diffikultajiet lingwistiċi fl-aċċess għall-edukazzjoni.

7

6 — Aċċessibbiltà, żvilupp u kwalità ta’ edukazzjoni inklużiva — Riforma 3: Riforma tas-sistema ta’ counselling u prevenzjoni u żgurar tal-ġbir sistematiku ta’ data fil-qasam tal-promozzjoni tas-saħħa mentali tat-tfal, tat-tfal tal-iskola u l-istudenti

Stadju importanti

Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li toħloq sistema komprensiva ta’ counselling

 

Dħul fis-seħħ tal-emenda tal-Att Nru 245/2008 Coll. u Digrieti separati, emendi probabbli u r-Regolament tal-Gvern Nru 630/2008 Coll.

 

 

 

Q1

2023

L-emenda fl-Att Nru 245/2008 dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ (flimkien ma’ digriet separat ġdid) għandha tissostitwixxi l-kunċett attwali ta’ sistema konsultattiva b’sistema interkonnessa li tiffoka fuq l-aċċessibbiltà, il-kumplessità u l-konformità mal-istandards tal-kontenut u tal-prestazzjoni.

Sistema komprensiva ta’ counselling u prevenzjoni għandha tikkonsisti fiċ-Ċentri ta’ Konsulenza u ta’ Prevenzjoni (CPP), li għadhom kif inħolqu, li għandhom jipprovdu attivitajiet professjonali mingħajr ma jiddefinixxu fokus fuq gruppi fil-mira skont l-iżvantaġġ għas-saħħa, kif inhu l-każ bħalissa, jiġifieri biex il-possibbiltà li wieħed iżur iċ-ċentru tal-counselling u l-prevenzjoni ma tkunx determinata fuq il-bażi tal-iżvantaġġ għas-saħħa tat-tfal. L-attivitajiet professjonali għandhom jiġu pprovduti f’kooperazzjoni mill-qrib bejn it-timijiet ta’ appoġġ fl-iskejjel u l-iskejjel, inkluż tim multidixxiplinari.

Dan joħloq kundizzjonijiet għal appoġġ, assistenza u intervent intensivi, f’waqthom u ta’ kwalità għolja, għat-tfal, għat-tfal tal-iskola, għall-istudenti, għar-rappreżentanti legali, għar-rappreżentanti istituzzjonali u għall-kontropartijiet oħra. Il-bidla fil-finanzjament għandha tikkonsisti fl-iffissar tal-kontribuzzjoni fuq il-bażi tal-attivitajiet professjonali mwettqa. Fil-kuntest tal-bidla fil-finanzjament, jista’ wkoll ikun meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament tal-Gvern Nru 630/2008 li jistabbilixxi d-dettalji tat-tqassim tal-fondi mill-baġit tal-Istat għall-iskejjel u l-istabbilimenti edukattivi.

8

6 — Aċċessibbiltà, żvilupp u kwalità tal-edukazzjoni inklużiva — Riforma 4: Implimentazzjoni ta’ għodod għall-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-iskola u l-adattament ta’ programmi tal-istudju tat-tip F

Stadju importanti

Dħul fis-seħħ tal-emendi leġiżlattivi mmirati lejn:• L-estensjoni tal-possibbiltà li tinkiseb edukazzjoni sekondarja fl-edukazzjoni vokazzjonali sekondarja baxxa (VET), l-ottimizzazzjoni tal-programmi NSOV b’rispons għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u l-offerta ta’ programmi tal-NSOV fir-rigward tal-ħtiġijiet edukattivi tal-grupp ta’ studenti fil-mira

Id-dħul fis-seħħ tal-emenda tal-Att Nru 245/2008, l-Att Nru 61/2015 u l-modifika tad-Digriet Nru 292/2019.Z. z.

 

 

 

Q1

2023

L-emenda tal-Att Nru 245/2008 dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ (l-Att dwar l-Iskejjel) għandha tipprevedi l-possibbiltà tat-tlestija tal-edukazzjoni sekondarja tal-ewel livell fl-edukazzjoni vokazzjonali sekondarja tal-ewwel livell (NSOV) fi programm ikkombinat ta’ sentejn u tliet snin (skont is-sena li fiha l-istudent ikun temm l-iskola primarja) permezz ta’ eżami tal-komitoloġija. L-għan huwa li jitneħħew l-hekk imsejħa “trufijiet mejta” fis-sistema edukattiva u li l-istudenti tal-NSOV ikunu jistgħu jlestu l-edukazzjoni sekondarja baxxa bħala parti minn programm wieħed li jkun aktar effiċjenti. Hemm kopertura akbar tas-sistema fir-rigward tal-gruppi vulnerabbli. L-offerta ta’ edukazzjoni għandha tiġi adattata għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol.

L-emenda fl-Att Nru 61/2015 dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għandha testendi l-obbligu li jiġu ddeterminati l-pjanijiet ta’ prestazzjoni tal-iskejjel sekondarji għall-edukazzjoni vokazzjonali sekondarja baxxa.

Id-digriet Nru 292/2019 għandu jiġi emendat u għandu jistabbilixxi s-sistema tal-ippjanar tal-prestazzjoni għall-programm tal-istudju tat-tip F billi jiddefinixxi kriterji speċifiċi. Dawn għandhom iqisu l-ispeċifiċitajiet tal-programm tal-istudju tat-tip F, bħal kriterji fil-livell tal-iskola (il-benefiċċji, l-attendenza, ir-rata ta’ tlestija tal-iskola primarja) u fil-livell tat-trade unions — l-eżiti tas-suq tax-xogħol tal-“gradwati F”.

9

6 — Aċċessibbiltà, żvilupp u kwalità ta’ edukazzjoni inklużiva — Riforma 4: Implimentazzjoni ta’ għodod għall-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-iskola u l-adattament ta’ programmi ta’ studju tat-tip F

Mira

Sehem ta’ programmi tal-edukazzjoni vokazzjonali sekondarja baxxa (NSOV) ottimizzati b’reazzjoni għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol

 

%

0

30

Q2

2025

Il-proċess ta’ ottimizzazzjoni għandu jkun ibbażat fuq ir-riżultati tal-proċess tal-ippjanar tal-prestazzjoni tal-programm tal-istudju tat-tip F, li għandu jopera taħt reġim speċjali meta mqabbel mal-pjan klassiku ta’ prestazzjoni.

Fuq il-bażi tal-offerta tas-suq tax-xogħol, il-kontenut tal-programm tal-istudju tat-tip F għandu mbagħad jiġi aġġustat jew ivvalutat u possibbilment jitneħħa mis-sistema edukattiva.

10

6 — Aċċessibbiltà, żvilupp u kwalità tal-edukazzjoni inklużiva — Riforma 5: Appoġġ għad-desegregazzjoni fl-iskejjel

Stadju importanti

Adozzjoni ta’ emendi leġiżlattivi li jintroduċu d-definizzjoni tas-segregazzjoni fl-iskejjel fil-leġiżlazzjoni u l-iżvilupp ta’ materjal metodoloġiku għall-implimentazzjoni tat-tneħħija tas-segregazzjoni

Adozzjoni mill-Parlament ta’ emenda fl-Att Nru 245/2008 jew fl-Att Nru 365/2004 u l-ħolqien u l-approvazzjoni mill-Ministeru tal-Edukazzjoni ta’ materjal metodoloġiku

 

 

 

Q3

2023

L-emendi fil-leġiżlazzjoni għandhom jikkonċernaw l-Att Kontra d-Diskriminazzjoni (Nru 365/2004 Coll.) jew l-Att dwar l-Iskejjel (Nru 245/2008 Coll.) u leġiżlazzjoni oħra relatata mal-finanzjament u l-ġestjoni tal-iskejjel. Id-definizzjoni tas-segregazzjoni tiddetermina b’mod ċar liema atti u omissjonijiet huma kkunsidrati bħala segregazzjoni sabiex jiġu evitati interpretazzjonijiet differenti fl-interpretazzjoni.

Il-materjali metodoloġiċi għandhom jipprovdu gwida dwar il-prevenzjoni u l-eliminazzjoni tal-edukazzjoni segregata għad-diversi atturi edukattivi (bħall-kreaturi, l-iskejjel u l-faċilitajiet tal-iskejjel, id-diretturi u l-għalliema) fil-prattika.

11

6 — Aċċessibbiltà, żvilupp u kwalità tal-edukazzjoni inklużiva — Riforma 5: Appoġġ għad-desegregazzjoni fl-iskejjel

Stadju importanti

Dħul fis-seħħ tad-definizzjoni leġiżlattiva tas-segregazzjoni fl-iskejjel

Dħul fis-seħħ ta’ emenda fl-Att Nru 245/2008 jew fl-Att Nru 365/2004

 

 

 

Q3

2025

L-att tal-liġi għandu jidħol fis-seħħ 1/9/2025.

12

6 — Aċċessibbiltà, żvilupp u kwalità tal-edukazzjoni inklużiva — Riforma 5: Appoġġ għad-desegregazzjoni fl-iskejjel

Mira

 

 

Perċentwal ta’ skejjel li japplikaw standards ta’ desegregazzjoni li ġejjin mill-metodoloġija adottata

 

%

0

100

Q4

2025

Il-metodoloġija għandha tkun ibbażata fuq il-liġi approvata li daħlet fis-seħħ sat-3 kwart tal-2025.

 

13

6 — Aċċessibbiltà, żvilupp u kwalità tal-edukazzjoni inklużiva — Riforma 6: Mżuri kumpensatorji biex jittaffa l-impatt tal-pandemija fl-edukazzjoni għall-istudenti tal-iskejjel primarji u sekondarji

Mira

L-għadd ta’ studenti li qed jieħdu sehem fi programmi ta’ tagħlim

 

Għadd

0

12000

Q4

2022

12000-il student li qed jieħdu sehem fi programmi ta’ tagħlim Bħala prijorità, l-iskema ta’ tagħlim għandha timmira lejn dawk l-istudenti li ma setgħux jipparteċipaw b’mod sħiħ fl-edukazzjoni matul il-perjodu ta’ attendenza interrott fl-iskejjel fis-snin skolastiċi 2019/2020 u 2020/2021 u għalhekk huma direttament f’riskju ta’ falliment fl-iskola. It-tagħlim għandu jsir f’forma individwali jew fi grupp (fi gruppi żgħar sa ħames studenti) waranofsinhar. Dan għandu jiffoka b’mod partikolari fuq l-hekk imsejħa suġġetti tal-“oqsma edukattivi ewlenin”.

14

6 — Aċċessibbiltà, żvilupp u kwalità tal-edukazzjoni inklużiva — Investiment 1: It-tneħħija tal-ostakli fil-bini tal-iskejjel

Stadju importanti

L-introduzzjoni tad-definizzjoni ta’ standard ta’ tneħħija tal-ostakli, il-ħolqien ta’ manwal ta’ deostakolizzazzjoni u l-immappjar tal-ħtiġijiet tal-iskola fil-livelli kollha tal-edukazzjoni

Approvazzjoni mill-Ministeru tal-Edukazzjoni tal-istandards ta’ deostakolizzazzjoni, manwal tad-deostakolizzazzjoni u pubblikazzjoni tar-riżultati tal-immappjar tal-ħtiġijiet fuq is-sit web tal-MoE

 

 

 

Q1

2022

Il-manwal jiddefinixxi l-istandards għad-deostakolizzazzjoni biex jintlaħqu l-ħtiġijiet reali tat-tfal, tat-tfal tal-iskola u tal-istudenti bi żvantaġġi tas-saħħa u biex jiġu rrispettati l-prinċipji ta’ disinn universali. Dan għandu jkun ibbażat fuq approċċ olistiku li jiżgura parteċipazzjoni sħiħa fil-ħajja skolastika (jiġifieri d-definizzjoni ta’ standards li joħolqu spazju inklużiv fl-iskola kollha u li ma jiffukawx biss fuq it-tneħħija tal-akbar ostakli eż. fid-dħul fl-iskola). Minbarra l-istandards spazjali (eż. speċifikazzjoni teknika għal xogħlijiet ta’ kostruzzjoni), il-manwal jiddefinixxi wkoll standards għad-deostakolizzazzjoni tal-bini tal-iskejjel (bħall-kooperazzjoni tal-iskola mal-esperti u mal-komunità)

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni flimkien mal-Istitut għar-Riċerka dwar l-Edukazzjoni Inklużiva f’Brno għandu jħejji analiżi tal-istat attwali tad-deostakolizzazzjoni fl-iskejjel fir-rigward tal-istandards stabbiliti u, fuq il-bażi tagħha, għandu jipprijoritizza l-iskejjel individwali għad-deostakolizzazzjoni.

15

6 — Aċċessibbiltà, żvilupp u kwalità tal-edukazzjoni inklużiva — Investiment 1: Tneħħija tal-ostakli fil-bini tal-iskejjel

Mira

L-eliminazzjoni tal-ostakli arkitettoniċi ta’ skejjel sekondarji akbar

Għadd

0

252

Q2

2025

L-indikatur kwantitattiv jiddetermina l-għadd ta’ skejjel sekondarji akbar deostakolizzati.

KOMPONENT 7: EDUKAZZJONI GĦAS-SEKLU 21.

Dan il-komponent tal-pjan Slovakk għall-irkupru u r-reżiljenza għandu jintroduċi riforma kurrikulari fl-iskejjel primarji u sekondarji baxxi li toħloq kontenut ġdid ta’ tagħlim organizzat f’ċikli pluriennali. L-għan huwa li jiġu żviluppati l-ħsieb kritiku u l-ħiliet personali tal-istudenti bħala soluzzjoni tal-problemi, it-trattament tal-informazzjoni, il-ħidma f’tim, in-narrattiva u kif issaqsi domandi, it-teħid ta’ inizjattiva u r-responsabbiltà, il-ħolqien u l-implimentazzjoni ta’ proġetti personali. Dan jeħtieġ il-forniment ta’ kotba akkademiċi meħtieġa għat-tiġdid tal-istokk attwali u bidla fil-ħiliet tal-għalliema biex japplikaw dawn il-bidliet fil-prattika ta’ kuljum. Fl-istess ħin, il-komponent għandu jsaħħaħ il-kwalità tal-ħiliet tal-għalliema u tal-persunal professjonali u jimmotivahom għall-iżvilupp professjonali tul il-ħajja. L-enfasi għandha tkun ukoll fuq l-edukazzjoni inklużiva u l-kisba ta’ ħiliet diġitali. 

Il-komponent jinkludi żewġ riformi u żewġ investimenti.

Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza skont il-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

Il-komponent għandu jikkontribwixxi biex tiġi indirizzata r-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż indirizzata lis-Slovakkja dwar il-ħtieġa li ssaħħaħ il-ħiliet diġitali u tiżgura aċċess ugwali għal edukazzjoni ta’ kwalità. (ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż 2, 2020). Ittejjeb il-kwalità u l-inklużività tal-edukazzjoni fil-livelli kollha u trawwem il-ħiliet (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 2, 2019).

A.1.    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Riforma 1: Riforma tal-kontenut u l-forma tal-edukazzjoni (riforma tal-kurrikulu u tal-kotba tal-iskola). L-għan tar-riforma huwa li jinħolqu kurrikuli ta’ tagħlim ġodda. Minflok ma jagħtu informazzjoni lesta, l-għalliema għandhom joħolqu sitwazzjonijiet li fihom l-istudenti jistgħu jinterpretaw l-informazzjoni fil-ħajja reali. Ir-riforma tibda bl-introduzzjoni tal-kurrikuli fil-livelli tal-edukazzjoni primarja u sekondarja baxxa (fuq bażi volontarja) mis-sena skolastika 2023 u tintemm bl-obbligu li jiġi adottat il-kurrikulu l-ġdid fl-iskejjel primarji kollha fl-2026.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha tkun appoġġata bil-ħolqien ta’ 40 ċentru reġjonali li jagħtu appoġġ lill-iskejjel fl-attivitajiet ta’ mentoring, counselling u konsultazzjoni. Iċ-ċentri jistgħu jinkludu għalliema, diretturi tal-iskejjel, professjonisti tal-edukazzjoni għall-adulti, esperti tat-tielet settur u esperti mill-fakultajiet li jippreparaw l-għalliema fir-reġjun.

Ir-riforma teħtieġ il-forniment ta’ kotba akkademiċi ġodda. It-tħejjija tal-kotba akkademiċi għandha tiġi appoġġata permezz tal-ħidma tal-esperti. L-approvazzjoni tal-kotba tal-iskola, ibbażati fuq il-kwalità professjonali u edukattiva, għandha tiġi żgurata permezz ta’ klawżola uniformi mogħtija mill-Ministeru tal-Edukazzjoni. Għandhom jiġu stabbiliti kriterji stretti u trasparenti ta’ evalwazzjoni bejn il-pari. L-iskejjel għandhom jirċievu allowance biex jixtru kotba tal-iskola skont il-preferenzi u r-rekwiżiti tagħhom mil-lista ta’ kotba tal-iskola approvati mill-Ministeru.

Ir-riforma għandha tipprevedi l-ħolqien ta’ pjattaforma tal-testijiet elettroniċi 2.0 li għandha tagħmel id-diġitalizzazzjoni tal-proċess edukattiv aktar effiċjenti u b’hekk tippermetti l-ittestjar ċentrali tal-istudenti. L-effett mużurabbli ta’ din ir-riforma jista’ jkun li l-eżami finali tal-iskola sekondarja għolja jsir online f’kull skola sal-31 ta’ Diċembru 2025.

L-aħħar stadju ta’ din ir-riforma għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Riforma 2: It-tħejjija u l-iżvilupp tal-għalliema għal kontenut u forom ġodda ta’ tagħlim (bidla fit-taħriġ fl-edukazzjoni għolja) u t-tisħiħ tal-iżvilupp professjonali tal-għalliema). L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li ssaħħaħ il-kwalità tal-ħiliet tal-għalliema u tal-persunal professjonali u timmotivahom għall-iżvilupp professjonali tul il-ħajja. Għandha tiġi introdotta allowance finanzjarja biex jittejbu l-ħiliet tal-għalliema. L-enfasi għandha ssir fuq il-kurrikuli l-ġodda, l-edukazzjoni inklużiva u l-kisba ta’ ħiliet diġitali. Sa tmiem l-2023, mill-inqas 60 % tal-għalliema tal-edukazzjoni primarja u sekondarja baxxa għandhom ikunu mħarrġa. L-emendi leġiżlattivi rispettivi għandhom jirregolaw il-kompetenzi u l-firxa ta’ dawk li jipprovdu t-tagħlim.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment 1: Infrastruttura diġitali fl-iskejjel. L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jiżdied il-perċentwal ta’ skejjel b’aċċess diġitali sħiħ minn 30 % għal mill-inqas 90 % (skont l-istandards tal-ICT definiti mibnija fuq “klassi mgħammra u konnessa ħafna” (highly equipped and connected classroom, HECC)). Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-valur għall-flus meta jinxtara tagħmir diġitali għall-iskejjel, l-akkwist għandu jiġi kkoordinat ċentralment. L-investiment jipprevedi l-massimizzazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tat-tagħmir diġitali sabiex jitnaqqsu l-impatti ambjentali negattivi. L-investiment huwa maqsum fl-oqsma ewlenin:

·l-inklużjoni: l-investiment għandu jkopri s-softwer jew il-ħardwer tal-għajnuniet kompensatorji għal studenti żvantaġġati.

·il-ħiliet għat-trasformazzjoni diġitali: L-investiment għandu jkopri klassi tal-IT waħda għal kull 300 student.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Investiment 2: It-tlestija tal-infrastruttura tal-iskola. L-ewwel parti tal-investiment għandha l-għan li telimina l-iskejjel b’żewġ xiftijiet fis-Slovakkja jista’ jikkontribwixxi għal integrazzjoni aħjar għall-istudenti li ġejjin minn ambjenti żvantaġġati. L-investimenti jistgħu jieħdu l-forma ta’ espansjoni tal-kapaċitajiet eżistenti, ir-rinnovazzjoni u l-bini ta’ binjiet ġodda f’49 skola li attwalment isegwu l-klassijiet ta’ żewġ xiftijiet. Ir-rinnovazzjoni tal-bini għandha tkun soġġetta għall-kisba ta’ mill-inqas iffrankar tal-enerġija primarja ta’ 30 %.

It-tieni parti tal-investiment hija mmirata lejn skejjel b’reġistrazzjoni ta’ tfal minn sfondi soċjalment żvantaġġati fejn għandha tistabbilixxi librerijiġodda jew tirrinova dawk eżistenti u tibdilhom f’ċentri moderni tal-edukazzjoni fl-iskejjel. Il-libreriji tal-iskejjel għandhom jipprovdu spazju għat-tagħlim tas-suġġetti, ir-riċerka u l-ħidma fi grupp, il-ħidma fuq ix-xogħol tad-dar, it-twettiq ta’ proġetti jew il-ħin liberu.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

A.2.    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Num. Sek.

 

Miżura relatata (Riforma jew Investiment)

 

Stadju importanti / Mira

 

Isem

 

Indikaturi kwalitattivi (għal stadji importanti)

 

Indikaturi kwantitattivi (għall-miri)

Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija

Deskrizzjoni u definizzjoni ċara ta’ kull stadju importanti u mira

 

unità tal-kejl

Linja bażi

Mira

Trimestru

Sena

1

7 — Edukazzjoni għas-Seklu 21 — Riforma 1: Riforma tal-kontenut u tal-forma tal-edukazzjoni — Riforma tal-kurrikulu u tal-kotba tal-iskola

Stadju ewlieni

Approvazzjoni tal-verżjoni finali tal-kurrikulu l-ġdid għall-iskejjel primarji u sekondarji baxxi kollha organizzati fiċ-ċikli edukattivi pluriennali

Approvazzjoni tal-programm ta’ edukazzjoni primarja u sekondarja baxxa l-ġdid mill-Ministru tal-Edukazzjoni.

 

 

 

Q1

2023

Kurrikulu integrat għall-iskejjel primarji u sekondarji baxxi għandu jiġi implimentat fi ħdan iċ-ċikli. Iċ-ċikli għandhom jiddefinixxu objettivi bażiċi ta’ tagħlim għal oqsma aktar milli kontenut dettaljat, biex b’hekk tinħoloq flessibbiltà biex jiġu żviluppati kurrikuli fil-livell tal-iskola. Il-fażi ta’ implimentazzjoni għandha tibda minn Settembru 2023 b’obbligu li l-iskejjel primarji kollha jaqilbu għal kurrikulu ġdid sa 09/2026.

2

7 — Edukazzjoni għas-Seklu 21 — Riforma 1: Riforma tal-kontenut u tal-forma tal-edukazzjoni — Riforma tal-kurrikulu u tal-kotba tal-iskola

Mira

Il-ħolqien ta’ network ta’ ċentri reġjonali ta’ appoġġ

Għadd

0

40

Q3

2024

Iċ-ċentri reġjonali tal-ġestjoni tal-kurrikulu u l-appoġġ għall-iskejjel biex jimplimentaw il-bidliet għandhom jiġu żviluppati fil-livell reġjonali permezz ta’ attivitajiet ta’ mentoring, counselling u konsultazzjoni. B’kollox, għandu jkun hemm 40 ċentru (ċentru wieħed għal żewġ kontej) b’tim ta’ għalliema, diretturi tal-iskola, speċjalist ieħor taż-żgħażagħ u l-edukazzjoni għall-adulti, esperti tat-tielet settur u esperti mill-fakultajiet li jħejju l-għalliema fir-reġjun.

3

7 — Edukazzjoni għas-Seklu 21 — Riforma 1: Riforma tal-kontenut u tal-forma tal-edukazzjoni — Riforma tal-kurrikulu u tal-kotba tal-iskola

Mira

Skejjel primarji li jimplimentaw il-kurrikulu l-ġdid (f’perċentwali)

%

0

30

Q4

2025

Mill-inqas 30 % tal-iskejjel primarji pubbliċi li jimplimentaw il-kurrikulu l-ġdid

4

7 — Edukazzjoni għas-Seklu 21 — Riforma 1: Riforma tal-kontenut u tal-forma tal-edukazzjoni — Riforma tal-kurrikulu u tal-kotba tal-iskola

Mira

L-introduzzjoni ta’ eżami finali on-line (eżami finali għal gradwati mill-iskola sekondarja għolja]

%

23

100

Q4

2025

Sehem ta’ matura (eżami finali għal gradwati mill-iskola sekondarja għolja] li jsir fuq l-internet.

5

7 — Edukazzjoni għas-seklu 21 — Riforma 2: Tħejjija u żvilupp tal-għalliema għal kontenut u forma ġodda ta’ tagħlim

Stadju ewlieni

Id-dħul fis-seħħ tal-bidliet leġiżlattivi biex tissaħħaħ il-kwalità tal-ħiliet tal-għalliema u tal-persunal professjonali u jiġi motivat l-iżvilupp professjonali tul il-ħajja

Id-dħul fis-seħħ tal-emendi fl-Att Nru 138/2019 dwar l-impjegati pedagoġiċi u professjonali, l-Att Nru 597/2003 Coll., l-Att Nru 131/2002 dwar l-edukazzjoni għolja,

u d-Digrieti Nru 244/2019 u Nru 1/2020 tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, ix-Xjenza, ir-Riċerka u l-Isport tar-Repubblika Slovakka dwar is-sistema ta’ għaqdiet ta’ studju tar-Repubblika Slovakka.

 

 

 

Q1

2023

Il-bidliet leġiżlattivi għandhom iġibu:

·Introduzzjoni ta’ programmi ġodda ta’ studju li jippreparaw għalliema futuri,

·programm ta’ għotjiet għall-universitajiet biex jappoġġa l-ħolqien ta’ kurrikuli ġodda tat-tagħlim. Dan jinkludi finanzjament għal bidliet fi programmi li jappoġġaw l-introduzzjoni ta’ edukazzjoni inklużiva, l-edukazzjoni ta’ studenti b’ilsna materni differenti u l-iżvilupp ta’ kompetenzi diġitali fost l-istudenti tat-tagħlim.

·Allowance biex jiġi mmotivat il-persunal tat-tagħlim u dak professjonali biex isegwi żvilupp professjonali tul il-ħajja;

· Ir-regolamentazzjoni tal-kompetenzi u l-firxa ta’ fornituri ta’ ċertifikazzjoni, edukazzjoni funzjonali u ta’ kwalifika fis-settur tal-edukazzjoni.

·mudell ġdid ta’ akkreditazzjoni ta’ programmi ta’ taħriġ għall-iżvilupp professjonali.

6

7 — Edukazzjoni għas-seklu 21 — Riforma 2: Tħejjija u żvilupp tal-għalliema għal kontenut u forma ġodda ta’ tagħlim

Mira

Perċentwal ta’ għalliema mħarrġa, speċjalment bi tħejjija għall-kurrikulu l-ġdid, l-edukazzjoni inklużiva u l-ħiliet diġitali

 %

 0

 60

Q4

2023

Sal-31 ta’ Diċembru 2023 mill-inqas 60 % tal-għalliema għandhom ikunu mħarrġa.

7

7 — Edukazzjoni għas-seklu 21 — Investiment 1: Infrastruttura diġitali fl-iskejjel

Mira

Żieda fil-perċentwal ta’ skejjel b’livell bażiku ta’ tagħmir diġitali

%

30

90

Q4

2024

8

7 — Edukazzjoni għas-seklu 21 — Investiment 2: Tlestija tal-infrastruttura tal-iskejjel

Mira

L-eliminazzjoni tal-iskejjel b’żewġ xiftijiet

Għadd

49

0

Q2

2026

L-objettiv huwa li jiġi eliminat l-operat attwali b’żewġ xiftijiet f’49 skola. Għandu jkun hemm sejħa speċifika għal xiftijiet doppji għall-iskejjel biex jibnu bini ġdid jew jagħmlu rikostruzzjonijiet tal-bini li mhuwiex tajjeb biex jaqdi lill-istudenti.

Il-bini soġġett għal rinnovazzjoni għandu jikkontribwixxi għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi billi jikseb mill-inqas iffrankar fl-enerġija primarja ta’ 30 %, li għandu jiġi mmonitorjat permezz ta’ ċertifikati tal-iffrankar tal-enerġija.

9

7 — Edukazzjoni għas-seklu 21 — Investiment 2: Tlestija tal-infrastruttura tal-iskejjel

Mira

L-għadd ta’ skejjel bil-librerija tagħhom stess bħala ċentru edukattiv jew b’librerija modernizzata

Għadd

0

200

Q4

2024

L-objettiv li jiġu ttrasformati l-libreriji tal-iskejjel f’ċentri edukattivi fl-iskejjel li għalihom jattendu aktar minn 15-il student bi sfond soċjoekonomiku dgħajjef biex jippromwovu l-litteriżmu fil-qari, huwa ta’ prijorità u għandu jinkiseb permezz tar-rinnovazzjoni tal-bini jew tal-bini ġdid. Għal dan, għandu jkun hemm sejħa speċifika. Dan għandu jiżgura l-aċċess għall-kotba għall-istudenti — 87 % tal-istudenti minn sfondi soċjalment żvantaġġati u total ta’ 28 % tal-istudenti li bħalissa ma għandhomx aċċess.

Mill-objettiv kumplessiv li jiġu stabbiliti jew rinnovati 211, mill-inqas 200 librerija jinbnew jew jiġu rinnovati.

Il-bini soġġett għal rinnovazzjoni għandu jikkontribwixxi għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi billi jikseb mill-inqas iffrankar fl-enerġija primarja ta’ 30 %, li għandu jiġi mmonitorjat permezz ta’ ċertifikati tal-iffrankar tal-enerġija.

KOMPONENT 8: It-titjib tal-prestazzjoni tal-universitajiet Slovakki

L-objettiv ewlieni ta’ dan il-komponent tal-pjan Slovakk għall-irkupru u r-reżiljenza huwa li tittejjeb il-kwalità tal-prestazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja Slovakki (HEIs). Għandhom jiġu introdotti forom ġodda ta’ finanzjament ta’ programmi ta’ baċellerat professjonali u programmi terzjarji qosra biex il-programmi ta’ studju jiġu adattati aħjar għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. Sabiex titjieb il-kwalità tax-xjenza, għandha tiġi stabbilita evalwazzjoni tal-prestazzjoni sistemika li tappoġġa s-sistema l-ġdida ta’ akkreditazzjoni. Il-komponent għandu jtejjeb ir-riforma tal-ġestjoni tal-universitajiet billi jagħti aktar setgħa lir-rettur u lill-bord, kif ukoll billi jistabbilixxi skema li tinċentiva l-fużjonijiet tal-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja biex inaqqsu l-ispejjeż amministrattivi u joħolqu effett kollaterali pożittiv fit-tixrid tal-għarfien fost l-entitajiet.

Il-komponent jinkludi ħames riformi u investiment wieħed.

Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza skont il-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

Il-komponent għandu jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż indirizzati lis-Slovakkja f’dawn l-aħħar sentejn, dwar il-ħtieġa li ttejjeb il-kwalità u l-inklużività tal-edukazzjoni fil-livelli kollha u trawwem il-ħiliet. (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 2, 2019) kif ukoll tiżgura aċċess ugwali għal edukazzjoni ta’ kwalità. (ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż 2, 2020).

Hemm rabta qawwija ma’ komponenti oħra speċjalment dawk relatati mar-riċerka u l-innovazzjoni (il-Komponent 9 u 17), it-taħriġ mill-ġdid u l-issodisfar tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol (il-Komponent 10).

A.1.    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Riforma 1: Bidla fil-finanzjament tal-universitajiet bl-introduzzjoni ta’ kuntratti ta’ prestazzjoni. Strument ġdid – kuntratti ta’ prestazzjoni – għandu jiġi introdott fis-sistema legali sabiex jappoġġa t-tfassil ta’ profili u d-diversifikazzjoni tal-universitajiet fuq il-bażi tas-saħħiet speċifiċi tagħhom u l-potenzjal għall-iżvilupp. Kuntratti tal-prestazzjoni għandhom jiġu ffirmati mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, ix-Xjenza, ir-Riċerka u l-Isport tar-Repubblika Slovakka (MŠVVaŠ SR) mal-universitajiet pubbliċi. Fuq il-bażi tal-ftehim mal-universitajiet, għandhom jiġu stabbiliti objettivi li għandhom jiġu mmonitorjati bl-użu tal-approċċ U-Multirank (metodoloġija unifikata biex titwettaq l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni) u għandhom ikunu bbażati fuq objettiv fit-tul fil-qasam tal-universitajiet u l-ħtiġijiet tal-pajjiżi.

L-implimentazzjoni tar-riforma hija mistennija li tibda sal-31 ta’ Diċembru 2022 u għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Riforma 2: L-introduzzjoni ta’ sistema ta’ evalwazzjoni perjodika tal-prestazzjoni xjentifika. L-objettiv tar-riforma huwa li tintroduċi sistema ta’ evalwazzjoni perjodika tal-prestazzjoni xjentifika tal-universitajiet. Il-Ministeru jħejji, f’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, metodoloġija għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni xjentifika u jintroduċiha fis-sistema legali. L-evalwazzjoni tal-prestazzjoni għandha tiġi organizzata mill-ministeru, direttament jew permezz ta’ istituzzjoni awtonoma, sabiex il-valutazzjoni tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta’ indipendenza u trasparenza. Il-Bord ta’ valutazzjoni għandu jikkonsisti minn riċerkaturi eċċellenti domestiċi u barranin. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq sistemi ta’ valutazzjoni ta’ kwalità għolja minn barra l-pajjiż, bil-Qafas Brittaniku ta’ Eċċellenza fir-Riċerka (REF) bħala l-ispirazzjoni ewlenija u bl-użu ta’ settings parametriċi speċifiċi adattati għas-sitwazzjoni tal-istituzzjonijiet Slovakki biex tiġi vvalutata l-kwalità tal-output fil-qasam.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2022.

Riforma 3: Approċċ ġdid għall-akkreditazzjoni tal-edukazzjoni għolja. L-għan tar-riforma huwa li tistabbilixxi l-istandards u l-kriterji l-ġodda għall-akkreditazzjoni tal-kurrikuli li jagħmlu kundizzjonijiet iktar stretti għall-garanzija u t-twettiq ta’ programmi ta’ studju, itejbu l-kwalità tagħhom u jintroduċu proċessi ta’ monitoraġġ tal-kwalità fit-tul. Sistema ġdida għandha tirrikjedi li l-universitajiet jinvolvu studenti, partijiet ikkonċernati esterni (b’mod partikolari l-impjegaturi) fit-tfassil, il-monitoraġġ u l-aġġustament tal-kurrikuli, u li l-universitajiet jimmonitorjaw mill-qrib il-progress u l-ħtiġijiet tal-istudenti, l-adozzjoni tal-gradwati u s-sodisfazzjon ġenerali tal-istudenti. L-Aġenzija Slovakka għall-Akkreditazzjoni għall-Edukazzjoni Għolja (SAAVŠ) għandu jkollha superviżjoni esterna tal-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regoli. B’mod awtomatiku, is-SAAVŠ għandha tuża l-assessuri u l-prattikanti barranin fil-valutazzjoni tal-programmi universitarji. Huwa mistenni li mill-inqas 90 % tal-universitajiet japplikaw biex jivverifikaw il-konformità tas-sistemi ta’ kwalità interni u l-programmi ta’ studju mal-istandards tal-akkreditazzjoni.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2022.

Riforma 4: Riforma tal-governanza tal-universitajiet. Ir-riforma permezz tal-emenda tal-Att dwar l-Edukazzjoni Għolja għandha żżid is-setgħa tar-rettur u tal-Bord tad-Diretturi sabiex tirrifletti aħjar ir-responsabbiltà u tippermetti flessibbiltà akbar fl-istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja. Ir-riforma għandha tneħħi wkoll ir-restrizzjonijiet fuq il-ħatra ta’ lekċerers u professuri (ir-rekwiżit attwali għal proċedura addizzjonali ta’ “habilitation” jew inawgurali u l-gradi ta’ lekċerer u professur), u b’hekk tippromwovi l-ftuħ tal-ambjent akkademiku kemm għall-kandidati professjonali kif ukoll għal dawk barranin. Ir-reklutaġġ ta’ karigi maniġerjali universitarji (rettur, dekan tal-fakultà) għandu jkun professjonalizzat u għandu jieħu l-forma ta’ kompetizzjonijiet miftuħa jew seduti pubbliċi. Barra minn hekk, l-esperti għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet miftuħa għall-karigi. L-Att dwar l-Edukazzjoni Għolja għandu jneħħi l-kundizzjoni li l-persunal f’pożizzjonijiet ta’ professur u lekċerer għandu jkollu lawrja xjentifika/pedagoġika.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2021.

Riforma 5: Konċentrazzjoni ta’ kapaċitajiet edukattivi u ta’ riċerka eċċellenti. L-objettiv tar-riforma huwa li tippromwovi l-ġabra flimkien ta’ universitajiet f’unitajiet akbar. Hemm aktar minn 30 università fis-Slovakkja b’kapaċitajiet ta’ riċerka frammentati u kooperazzjoni insuffiċjenti man-negozju. Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, ix-Xjenza, ir-Riċerka u l-Isport tar-Repubblika Slovakka (MŠVVaŠ SR) għandu japprova pjan direzzjonali għal żewġ unitajiet kbar ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja u sussegwentement għall-grupp ta’ universitajiet li jmiss.

L-implimentazzjoni tar-riforma hija mistennija li tibda sal-31 ta’ Diċembru 2021 u għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment 1: Appoġġ għall-investiment għall-iżvilupp strateġiku tal-universitajiet. 

L-investimenti għandhom ikunu bbażati primarjament fuq ir-riforma tal-5 immirata lejn il-fużjoni tal-potenzjal tal-eċċellenza tal-universitajiet. L-investimenti jistgħu jgħaddu minn żewġ skemi differenti. L-ewwel wieħed li jappoġġa proġetti għall-iżvilupp ta’ infrastruttura ta’ riċerka, edukazzjoni u akkomodazzjoni b’valur miżjud għoli għal riċerka eċċellenti bħal: l-aġġornament ta’ spazji eżistenti jew ġodda għall-konċentrazzjoni ta’ riċerka eċċellenti u studji dottorali, inklużi riċerkaturi barranin, it-titjib ta’ spazji eżistenti jew ġodda għat-tagħlim prattiku f’korsijiet professjonali ta’ baċellerat, it-tneħħija tal-ostakli u d-diġitalizzazzjoni. It-tieni skema għandha tappoġġa l-ġestjoni tal-proġett fuq il-bażi tal-pjan direzzjonali approvat. L-ambitu tal-investimenti għandu jiġi ddeterminat fil-pjan marbut mal-proċess li jgħaqqad unitajiet universitarji flimkien.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

A.2.    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Num. Sek.

 

Miżura relatata (Riforma jew Investiment)

 

Stadju importanti / Mira

 

Isem

 

Indikaturi kwalitattivi (għal stadji importanti)

 

Indikaturi kwantitattivi (għall-miri)

Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija

Deskrizzjoni u definizzjoni ċara ta’ kull stadju importanti u mira

 

unità tal-kejl

Linja bażi

Mira

Trimestru

Sena

1

8 — Żieda fil-prestazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja Slovakki — Riforma 1: Bidla fil-finanzjament għall-universitajiet, inkluża l-introduzzjoni ta’ kuntratti ta’ prestazzjoni

Stadju ewlieni

L-introduzzjoni ta’ kuntratti ta’ prestazzjoni

 

Konklużjoni tal-ftehim kumplessiv tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, ix-Xjenza, ir-Riċerka u l-Isport tar-Repubblika Slovakka (MŠVaŠ SR) mal-universitajiet

 

 

 

Q4

2022

Il-kuntratti ta’ prestazzjoni għandhom jappoġġaw it-tfassil ta’ profili u d-diversifikazzjoni tal-universitajiet fuq il-bażi tal-punti b'saħħithom tagħhom, il-potenzjal tagħhom għall-iżvilupp, it-tnaqqis fl-għadd ta’ kurrikuli, kif ukoll il-konċentrazzjoni tar-riżorsi. Fost affarijiet oħra, l-għan huwa li jiżdied is-sehem tal-programmi ta’ baċellerat orjentati professjonalment tal-edukazzjoni għolja pubblika minn 4 % għal 10 % sar-reba’ kwart tal-2024

2

8 — Żieda fil-prestazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja Slovakki — Riforma 1: Bidla fil-finanzjament għall-universitajiet, inkluża l-introduzzjoni ta’ kuntratti ta’ prestazzjoni

Mira

Il-kuntratti ta’ prestazzjoni ffirmati ma’ universitajiet pubbliċi (f’perċentwali)

Mhux applikabbli

%

0

90

Q4

2023

Mill-inqas 90 % tal-kuntratti ta’ prestazzjoni ffirmati.

3

8 — Żieda fil-prestazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja Slovakki — Riforma 2: Introduzzjoni ta’ sistema ta’ evalwazzjoni perjodika tal-prestazzjoni xjentifika

Stadju ewlieni

Id-definizzjoni tas-sistema ta’ evalwazzjoni perjodika tal-prestazzjoni xjentifika introdotta fil-Liġi Nru 172/2005

Dħul fis-seħħ tal-Liġi Nru 172/2005 għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni xjentifika u l-metodoloġija għall-evalwazzjoni perjodika tal-prestazzjoni xjentifika

 

 

 

Q1

2022

Sistema ta’ evalwazzjoni perjodika tal-prestazzjoni xjentifika tal-universitajiet, bil-parteċipazzjoni ta’ evalwaturi internazzjonali, għandha tiġi stabbilita biex tiżgura d-diversifikazzjoni tal-universitajiet fir-rigward tal-kwalità tal-prestazzjoni xjentifika tagħhom f’oqsma individwali u l-identifikazzjoni ta’ timijiet ta’ riċerka eċċellenti f’universitajiet individwali.

L-evalwazzjoni għandha għalhekk tkun waħda adattata għall-universitajiet kollha, iżda wkoll għal istituzzjonijiet ta’ riċerka oħrajn (SAV, istituzzjonijiet oħra ta’ riċerka mhux kummerċjali u privati).

4

8 — Żieda fil-prestazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja Slovakki — Riforma 2: Introduzzjoni ta’ sistema ta’ evalwazzjoni perjodika tal-prestazzjoni xjentifika

Mira

L-għadd ta’ Evalwazzjonijiet Imwettqin

Għadd

0

20

Q4

2022

Il-mira tirreferi għall-universitajiet pubbliċi kollha

5

8 — Żieda fil-prestazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja Slovakki — Riforma 3: Approċċ ġdid għall-akkreditazzjoni tal-edukazzjoni għolja

Mira

Il-perċentwal ta’ universitajiet japplikaw biex jivverifikaw il-konformità ta’ sistemi ta’ kwalità interni u programmi ta’ studju mal-istandards

%

0

90

Q4

2022

Mill-inqas 90 % tal-universitajiet applikaw għal verifika tal-konformità tas-sistemi ta’ kwalità interni u tal-programmi tal-istudju tagħhom mal-istandards il-ġodda tal-akkreditazzjoni.

L-istandards il-ġodda tal-akkreditazzjoni għandhom jissikkaw l-istandards u l-kundizzjonijiet għall-garanzija u għat-twettiq tal-programmi tal-istudju. Ħames akkademiċi b’riżultati xjentifiċi ta’ kwalità għolja huma meħtieġa għall-akkreditazzjoni, kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ edukazzjoni ta’ kwalità ċċentrata fuq l-istudent.

Assessuri barranin għandhom ukoll ikunu involuti regolarment fil-valutazzjoni tal-konformità mal-istandards tal-akkreditazzjoni għall-kwalità tal-edukazzjoni. Regoli aktar stretti għandhom iwasslu għal tnaqqis fl-għadd ta’ programmi ta’ studju, aktar diversifikazzjoni u aktar tfassil ta’ profili u orjentazzjoni akbar tal-istudenti, billi l-universitajiet għandhom jikkonċentraw fuq programmi fejn jistgħu jagħtu l-ogħla kwalità ta’ edukazzjoni.

6

8 — Żieda fil-prestazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja Slovakki — Riforma tal-4: Riforma tal-ġestjoni tal-universitajiet

Stadju ewlieni

Ir-riforma tas-sistema ta’ ġestjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja

Id-dħul fis-seħħ tal-emenda għall-Att Nru 131/2002 dwar l-edukazzjoni għolja,

 

 

 

Q4

2021

L-emenda għall-Att Nru 131/2002 dwar l-edukazzjoni ogħla għandha tirriforma s-sistema tal-ġestjoni tal-universitajiet. L-emenda fil-Liġi dwar l-Edukazzjoni Għolja għandha ssaħħaħ il-kompetenzi tar-Retturi u tal-Bordijiet tad-Diretturi, il-kompożizzjoni tagħhom għandha tiġi riformata, il-metodu tal-elezzjoni tar-retturi għandu jinbidel, il-mekkaniżmu tal-postijiet funzjonali għandu jinfetaħ u r-rekwiżiti għall-organizzazzjoni interna tal-akkademja għandhom jiġu ssimplifikati, filwaqt li jiġu żgurati l-awtonomija tal-iskejjel u l-libertà tax-xjenza.

 

It-tisħiħ tal-kompetenzi tal-Bordijiet tad-Diretturi għandu jindirizza kwistjonijiet ta’ governanza strateġika tal-Universitajiet, filwaqt li l-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-Istat għandha tkun limitata b’tali mod li l-gvern ċentrali ma jkunx jista’ jieħu kontroll ta’ Bord tad-Diretturi. Il-libertà akkademika ma għandha bl-ebda mod tiġi affettwata.

7

8 — Żieda fil-prestazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja Slovakki — Riforma 5: Konċentrazzjoni ta’ kapaċitajiet edukattivi u ta’ riċerka eċċellenti

Stadju ewlieni

Bidu

tal-ġbir flimkien ta’ universitajiet f’unitajiet akbar

Pjan direzzjonali approvat mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, ix-Xjenza, ir-Riċerka u l-Isport tar-Repubblika Slovakka (MŠVVaŠ SR) li jgħaqqad flimkienmill-inqas żewġ unitajiet universitarji.

 

 

Q4

2021

 

Pjan direzzjonali approvat ta’ raggruppament għal mill-inqas żewġ unitajiet universitarji. Il-Pjan Direzzjonali għandu jiżviluppa l-iskeda ta’ żmien u d-diversi passi li jwasslu biex tinħoloq rabta bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja. Il-proċess ta’ taħlit innifsu għandu jkun appoġġat minn investimenti mill-Faċilità ta’ Fond għall-Irkupru, kif ukoll minn kuntratti ta’ prestazzjoni minħabba spejjeż ta’ tranżazzjoni diretti (bħall-unifikazzjoni tas-sistemi tal-IT), ukoll biex jinbnew kapaċitajiet infrastrutturali ġodda (bħat-tneħħija ta’ duplikazzjonijiet u l-unifikazzjoni tas-siti kkonċernati ma għandhomx sempliċiment ikunu jistgħu jirrilokaw il-postijiet tax-xogħol u jeħtieġ li jinbnew kapaċitajiet ġodda).

8

8 — Żieda fil-prestazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja Slovakki — Riforma 5: Konċentrazzjoni ta’ kapaċitajiet edukattivi u ta’ riċerka eċċellenti

Stadju ewlieni

 

It-tlestija tal-proċess ta’ fużjoni tal-unitajiet tar-riċerka

Il-proċess ta’ konnessjoni formali tlesta għal mill-inqas żewġ unitajiet ta’ edukazzjoni għolja. [COM: SK għad trid tipprovdi

 

 

 

Q2

2026

Proċess ta’ konnessjoni formali tlesta għal mill-inqas żewġ unitajiet ta’ edukazzjoni għolja kkonfermat mill-istatut il-ġdid għall-universitajiet maqgħuda.

9

8 — Żieda fil-prestazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja Slovakki — Investment1: appoġġ għall-iżvilupp strateġiku tal-universitajiet.

Stadju ewlieni

 

mill-inqas żewġ sejħiet konklużi għall-appoġġ tal-iżvilupp strateġiku tal-universitajiet

 

Għoti tal-kuntratti wara s-sejħiet

 

 

 

Q3

2022

żewġ sejħiet għall-appoġġ tal-iżvilupp strateġiku tal-universitajiet kif deskritt fir-riforma ta’ l-5 għandhom jipprovdu:

a) Is-sottoprogramm għall-iżvilupp tal-universitajiet għandu jappoġġa proġetti ta’ infrastruttura għall-iżvilupp tal-infrastruttura tar-riċerka, l-edukazzjoni u l-akkomodazzjoni b’valur miżjud għoli għar-riċerka eċċellenti u l-internazzjonalizzazzjoni: pereżempju, l-aġġornament ta’ spazji eżistenti jew ġodda għall-konċentrazzjoni ta’ riċerka eċċellenti u studji dottorali, inklużi riċerkaturi barranin, titjib ta’ spazji eżistenti jew ġodda għal tagħlim prattiku f’korsijiet professjonali ta’ baċellerat, titjib ta’ bini eżistenti jew ġdid għal faċilitajiet fuq ġewwa, deostakolizzazzjoni u diġitalizzazzjoni moderna tal-bini

b) Il-programm għall-iżvilupp universitarju għandu jappoġġa l-ġestjoni tal-proġetti u l-investiment indott billi jlaqqa’ flimkien l-universitajiet. Ladarba l-Pjan Direzzjonali jkun ġie approvat, u skont il-fattibbiltà u l-ambizzjoni tiegħu, kif ukoll jiġġustifika l-investimenti meħtieġa u jiżgura s-sostenibbiltà kontinwa tagħhom, dan għandu jinkludi pjan ta’ investiment marbut mal-proċess ta’ ġbir flimkien tal-unitajiet universitarji.

10

8 — Żieda fil-prestazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja Slovakki — Investment1: appoġġ għall-iżvilupp strateġiku tal-universitajiet.

Mira

żona universitarja rikostruwita u dormitorju b’iffrankar tal-enerġija primarja ta’ aktar minn 30 % (f’m²)

Għadd

0

262647

Q2

2026

L-objettiv huwa ta’ 291 830 m² iżda mill-inqas 262 647 m² ta’ erja universitarja għandhom jinbnew mill-ġdid inklużi dormitorji fl-universitajiet, b’iffrankar tal-enerġija primarja ta’ aktar minn 30 % li għandu jiġi mmonitorjat permezz ta’ ċertifikati tal-iffrankar tal-enerġija.

KOMPONENT 9: Ġestjoni u tisħiħ aktar effiċjenti tal-finanzjament tar-RuŻuI

Dan il-komponent tal-pjan ta’ rkupru u reżiljenza Slovakk jindirizza ostakli strutturali importanti fl-ekosistema Slovakka tar-riċerka, tal-iżvilupp u tal-innovazzjoni (RŻI), bħall-frammentazzjoni tal-governanza tar-RŻI, kooperazzjoni insuffiċjenti bejn is-settur privat u l-akkademja, l-internazzjonalizzazzjoni u l-finanzjament tal-RŻI. L-objettiv aktar fit-tul huwa li tiġi stimulata l-parteċipazzjoni privata fir-RŻI permezz ta’ żieda fin-nefqa privata għar-RŻ.

Il-komponent għandu l-għan li jsaħħaħ il-prestazzjoni tal-RŻI u l-potenzjal tal-innovazzjoni, li huma prerekwiżit meħtieġ għal tkabbir ekonomiku kompetittiv u sostenibbli. Il-miżuri proposti huma ffukati fuq it-tisħiħ tal-governanza tal-RŻI, il-koordinazzjoni ġenerali, l-impatt u l-effettività tal-investiment fir-RŻI kif ukoll it-trawwim tal-kooperazzjoni pubblika privata u l-investiment privat. Il-miżuri jappoġġaw l-eċċellenza fir-riċerka u l-internazzjonalizzazzjoni, kif ukoll l-attrazzjoni u ż-żamma tat-talent fix-xjenza u l-innovazzjoni. L-objettiv tal-iskemi ta’ investiment huwa li jiġġeneraw proġetti ġodda ta’ RŻI f’settur ewlieni tal-ekonomija b’potenzjal trasformattiv biex jappoġġaw il-ħolqien ta’ impjiegi b’valur miżjud ogħla u biex jistimulaw it-tkabbir tal-ekosistema tal-innovazzjoni fil-livell nazzjonali u reġjonali.

Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza skont il-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

Il-komponent huwa magħmul minn żewġ riformi u seba’ investiment, li huma interkonnessi mill-qrib. Ir-riformi fir-RŻI huma mfassla biex ikunu prerekwiżit għal assorbiment effiċjenti u effettiv tal-investiment.

L-iskemi kollha ta’ investiment għandhom jikkonformaw mal-prinċipji tad-DNSH li jirrikjedu investiment teknoloġikament newtrali fil-livell tal-applikazzjonijiet u li jeskludu oqsma potenzjalment dannużi bħall-fjuwils fossili, inkluż l-użu downstream. It-tnedija tas-sejħiet kompetittivi kollha għall-proposti għandha tinkludi kriterji ta’ eliġibbiltà li jiżguraw li l-proġetti magħżula jikkonformaw mal-prinċipji tad-DNSH permezz tal-użu ta’ lista ta’ esklużjoni u r-rekwiżit tal-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali nazzjonali u tal-UE rilevanti.

L-investimenti u r-riformi għandhom jikkontribwixxu għar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi indirizzati lis-Slovakkja f’dawn l-aħħar sentejn, dwar il-ħtieġa li “l-politika relatata mal-investiment tiġi ffukata fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni” (ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż 2, 2019), li l-investiment jiġi ffukat fuq it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 3, 2020) u li “jissaħħu l-koordinazzjoni u t-tfassil tal-politika” (ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż 4, 2020).

 A.1.    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Riforma 1: Ir-riforma tal-governanza, l-evalwazzjoni u l-appoġġ fix-xjenza, ir-riċerka u l-innovazzjoni.

Ir-riforma tiffoka fuq l-emenda tal-leġiżlazzjoni rilevanti tar-RŻI, li għandha ttejjeb l-istruttura tal-governanza tar-RŻI, issaħħaħ u tipprofessjonalizza l-koordinazzjoni interministerjali tal-politiki tar-RŻI. L-istruttura l-ġdida ta’ governanza għandha tkun magħmula mill-Gvern Slovakk, mill-Kunsill tal-Gvern għax-Xjenza, it-Teknoloġija u l-Innovazzjoni u mis-Segretarjat maħluq taħt l-Uffiċċju tal-Gvern. Ir-riforma għandha tkun ibbażata fuq ħames pilastri: i) strateġija u koordinazzjoni qawwija ta’ gvern żejjed, ii) standards trażversali effettivi għall-istrumenti ta’ appoġġ, iii) konsolidazzjoni tal-aġenziji tal-għotjiet u l-bini tal-għarfien espert tagħhom, iv) applikazzjoni tal-prinċipji ta’ governanza tajba u effiċjenza u v) sistema unifikata ta’ valutazzjoni istituzzjonali u finanzjament RŻI istituzzjonali. Ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni (l-Att Nru 172/2005) għandha tiġi proposta mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, ix-Xjenza, ir-Riċerka u l-Isport u għandha tidħol fis-seħħ sal-31 ta’ Marzu 2022. Ir-riforma tinkludi l-adozzjoni ta’ Strateġija Nazzjonali ġdida għar-RŻI biex tipprovdi direzzjoni politika strateġika, objettivi u għodod li japplikaw għat-tipi kollha ta’ appoġġ pubbliku, inklużi fondi nazzjonali u tal-UE b’mod konsistenti u komplementari. Il-Gvern għandu jadotta l-Istrateġija sat-30 ta’ Settembru 2022. Sabiex jiġu minimizzati l-ineffiċjenzi, il-prinċipji ta’ governanza tajba u finanzjament effiċjenti għandhom jiġu tradotti f’metodoloġija biex jiġu applikati ex ante f’investimenti fir-RŻI. L-istrateġija u l-miżuri l-ġodda tar-RŻI għandhom iqisu l-Istrateġija ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti riveduta biex titrawwem il-konċentrazzjoni tematika kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet ta’ studji reċenti bħall-OECD biex tittejjeb l-implimentazzjoni tal-investiment fir-RŻI u “t-tagħlimiet meħuda” mill-perjodi ta’ programmazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni. Il-proċess ta’ evalwazzjoni għandu jiġi riformat biex jiżdied l-użu tal-panel u l-evalwaturi barranin u l-proċessi amministrattivi għandhom jiġu ssimplifikati.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Settembru 2022.

 Riforma 2: Riforma tal-organizzazzjoni u l-finanzjament ta’ istituzzjonijiet ta’ riċerka, b’mod partikolari l-Akkademja Slovakka tax-Xjenza.

Ir-riforma għandha l-għan li tikkompleta t-trasformazzjoni tal-Akkademja Slovakka tax-Xjenza (Slovak Academy of Science, SAS) f’organizzazzjoni pubblika biex tippermetti li jiġu stimulati finanzjament minn sorsi multipli u kooperazzjoni mas-settur privat. Ir-riforma għandha ssir permezz ta’ reviżjoni taż-żewġ atti leġiżlattivi (l-Att Nru 133/2002 dwar SAS u l-Att Nru 243/2017 dwar l-istituzzjonijiet pubbliċi tar-riċerka) proposti mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, ix-Xjenza, ir-Riċerka u l-Isport. Dan għandu jippermetti li SAS tidħol f’relazzjonijiet kummerċjali u ta’ proprjetà relatati mar-RŻI bi protezzjoni sħiħa tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-qligħ finanzjarju.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2021.

Investiment 1: Il-promozzjoni tal-kooperazzjoni internazzjonali u l-parteċipazzjoni fi proġetti ta’ Orizzont Ewropa u l-EIT.

Il-parteċipazzjoni fil-kooperazzjoni internazzjonali, bħall-programmi qafas tar-RI tal-UE hija baxxa ħafna u s-Slovakkja bħalissa tinsab fit-24 post fl-UE fir-rigward tal-finanzjament tal-UE riċevut minn Orizzont 2020. L-objettiv tal-investiment huwa li jippermetti parteċipazzjoni akbar tal-istituzzjonijiet Slovakki, ir-riċerkaturi u l-kumpaniji fi proġetti avvanzati taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER). Għandhom jitnedew mill-inqas tliet sejħiet għal proġetti għall-iskemi li ġejjin:

·Proġetti mogħtija mill-proġetti “Siġill ta’ Eċċellenza”/limitu minimu (bħall-Azzjonijiet Marie Sklodowska-Curie Fellowships Postdottorali, Teaming, skema tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka bl-evalwazzjoni A fit-tieni rawnd).

·Proġetti li jipparteċipaw fl-iskema tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni bil-premju “Siġill ta’ Eċċellenza” mir-reġjun ta’ Bratislava.

·“It-tqabbil ta’ għotjiet mal-istituzzjonijiet ta’ riċerka jew kumpaniji ma’ riżorsi ġġenerati taħt Orizzont 2020/Orizzont Ewropa.

·Appoġġ ta’ għotja għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet ta’ Orizzont 2020/Orizzont Ewropa.

L-approċċ ġenerali huwa li jiġu appoġġati proġetti ta’ kwalità għolja, li jirċievu punteġġ għoli ħafna fil-programmi taż-ŻER, iżda li ma jkollhom l-ebda finanzjament. L-investiment huwa mistenni li jirriżulta f’mill-inqas 48 applikazzjoni u proġetti parteċipanti fil-programmi ta’ Orizzont Ewropa.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment 2: Appoġġ għall-kooperazzjoni bejn il-kumpaniji, l-akkademja u l-organizzazzjonijiet R&Ż.

L-investiment għandu l-għan li jimmobilizza l-parteċipazzjoni privata fir-RŻI u jżid is-sehem ta’ negozji innovattivi, speċjalment fil-qasam tal-innovazzjoni diġitali. Għandu jappoġġa rwol usa’ tas-settur privat, il-bini tal-kapaċità kif ukoll in-networking mal-organizzazzjonijiet tar-riċerka. Għandhom jitnedew mill-inqas ħames sejħiet għall-iskemi li ġejjin:

·It-“tqabbil ta’ għotjiet” ma’ istituzzjonijiet ta’ riċerka biex jiġu ingranati riżorsi miġbura mis-settur privat fil-qafas ta’ kollaborazzjoni fir-riċerka. Din l-iskema għandha tinkoraġġixxi lill-organizzazzjonijiet akkademiċi u ta’ riċerka biex ifittxu aktar sħubijiet privati.

·Traineeships ta’ studenti u persunal dottorali bejn intrapriżi u organizzazzjonijiet ta’ riċerka akkademika, inkluża t-tmexxija konġunta tal-kandidati għad-dottorat.

·Skemi ta’ appoġġ għall- “vawċer ” – biex jiġi ffaċilitat it-trasferiment tal-għarfien, it-teknoloġiji u l-innovazzjoni u biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni mas-settur tan-negozju. Qed jiġu proposti tliet tipi ta’ skemi ta’ vawċers: i) vawċer tal-innovazzjoni — biex jistimula l-kooperazzjoni tal-SMEs mal-organizzazzjonijiet tar-riċerka, jew mal-muniċipalitajiet, ii) vawċer diġitali — biex jistimula d-diġitalizzazzjoni tas-servizzi u l-proċessi għall-SMEs u l-intrapriżi u iii) vawċer tal-privattivi — biex jippromwovi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

·Il-miżura tal-ħolqien ta’ mill-inqas żewġ “konsorzji trasformattivi u innovattivi” għandu jkollha l-għan li tiġġenera proġetti ġodda ta’ RŻI f’setturi ewlenin tal-ekonomija bl-akbar potenzjal ta’ innovazzjoni (bħall-mobilità intelliġenti, it-teknoloġiji ekoloġiċi), primarjament fir-reġjuni ta’ Košice u Bratislava.

L-objettiv kumplessiv huwa jiġu appoġġati 5 900 proġett, mill-inqas 5 500 proġett ta’ kooperazzjoni bejn il-kumpaniji, l-akkademja u l-organizzazzjonijiet RŻ kif ukoll vawċers huma appoġġati.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment 3: Xjenza eċċellenti.

Ir-rata tal-internazzjonalizzazzjoni tal-ambjent tar-riċerka hija baxxa ħafna, 2 % biss tal-persunal akkademiku tal-università jiġi minn barra l-pajjiż. L-investiment għandu l-għan li joħloq ambjent kompetittiv internazzjonalment għall-aħjar xjenzati, kemm f’termini ta’ salarji kif ukoll tad-disponibbiltà ta’ skemi ta’ riċerka attraenti. Għandhom jitnedew mill-inqas sitt (6) sejħiet għall-iskemi li ġejjin:

·Boroż ta’ studju għal riċerkaturi eċċellenti fi stadji differenti tal-karriera R1 — R4 (Riċerkaturi tal-ewwel stadju, Riċerkaturi rikonoxxuti, Riċerkaturi stabbiliti, Riċerkaturi ewlenin).

·Għotjiet għar-riċerka ta’ “stadju bikri”. L-iskema hija mfassla biex tagħti l-opportunità lir-riċerkaturi żgħażagħ jagħtu spinta lir-riċerka fil-qasam tagħhom.

·“Booster” kapitali għandu jikkumplimenta l-iskemi eżistenti biex jiffinanzja n-nefqa kapitali ta’ proġetti ta’ riċerka.

·Sejħiet iddedikati għal proġetti kbar ta’ riċerka għandhom jappoġġaw timijiet eċċellenti f’oqsma ta’ RŻI definiti strateġikament u jsaħħu l-kapital uman tar-RŻI. Huwa mistenni li jintgħażlu u jitlestew mill-inqas 15-il proġett ta’ riċerka ta’ kwalità għolja.

Mill-objettiv kumplessiv li jingħata appoġġ lil 1060 riċerkatur eċċellenti, mill-inqas 1000 riċerkatur eċċellenti huma appoġġati taħt skemi differenti.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2026.

Investiment 4: Riċerka u innovazzjoni għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija.

L-iskema ta’ investiment għandha l-għan li ttejjeb is-sinerġiji fis-suġġetti tar-RŻI bejn il-livell nazzjonali u dak tal-UE. Għandhom jitniedu sejħiet tematiċi biex jappoġġaw it-tranżizzjoni ekoloġika kif ukoll ir-reżiljenza u l-adattament għat-tibdil fil-klima f’konformità mas-suġġetti mistennija fil-prijoritajiet tematiċi ta’ Orizzont Ewropa, bħall-enerġija mingħajr karbonju, l-elettrifikazzjoni, l-idroġenu, it-teknoloġiji tal-batteriji u l-fjuwils alternattivi, il-proċessi u l-materjali industrijali b’emissjonijiet baxxi u l-bijoekonomija. L-enfasi għandha tkun fuq iċ-ċiklu sħiħ tar-riċerka u l-innovazzjoni (il-livell ta’ tħejjija teknoloġika 1–9) bl-ogħla allokazzjoni diretta lejn proġetti ta’ dimostrazzjoni u livelli aktar avvanzati ta’ tħejjija teknoloġika (TRL). Mill-objettiv kumplessiv li jitlestew 30 proġett, mill-inqas 27 proġett jitlestew taħt is-sejħiet sat-30 ta’ Ġunju 2026.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment 5: Riċerka u innovazzjoni għad-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija.

L-investiment għandu l-għan li jappoġġa t-tranżizzjoni lejn l-ekonomija diġitali. Is-sejħiet tematiċi li għandhom jitniedu fl-2022 għandhom jiġu diretti lejn suġġetti li huma mistennija fil-prijoritajiet tematiċi ta’ Orizzont Ewropa, bħat-teknoloġiji diġitali u industrijali ewlenin, l-internet tal-oġġetti, l-intelliġenza artifiċjali u r-robotika u jkopru ċ-ċiklu kollu tar-riċerka u l-innovazzjoni (Livelli ta’ tħejjija teknoloġika 1–9). Mill-objettiv kumplessiv li jitlestew 155 proġett, mill-inqas 140 proġett jitlestew taħt is-sejħiet sat-30 ta’ Ġunju 2026.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment 6: Strumenti finanzjarji biex jappoġġaw l-innovazzjoni.

L-investiment għandu l-għan li jżid b’mod konsiderevoli s-sehem ta’ negozji innovattivi speċjalment għall-innovazzjonijiet diġitali u ekoloġiċi u li jinvesti f’kumpaniji b’potenzjal teknoloġiku u innovattiv sinifikanti. L-investiment kapitali għandu jkopri stadju bikri (fażi tal-bidu) kif ukoll il-fażi tat-tkabbir (bħal fondi ta’ kapital ta’ riskju) taċ-ċiklu tal-ħajja tal-kumpaniji u għandu jiġi implimentat permezz ta’ intermedjarji finanzjarji. Biex jiżdiedu l-inċentivi għall-SMEs biex jidħlu fi proġetti ekoloġiċi u diġitali, qed jiġi propost li tiġi stabbilita forma ripagabbli ta’ finanzjament bl-użu ta’ prodotti ta’ self. Is-self ekoloġiku u diġitali jippermetti li l-prodott ta’ self/kreditu jiġi kkombinat ma’ għotjiet ta’ finanzjament.

Sabiex ikun hemm konformità mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01)), l-istrateġiji ta’ investiment li jiddeskrivu l-użu tal-istrumenti finanzjarji għandhom jirrikjedu l-applikazzjoni tal-gwida teknika tal-Kummissjoni dwar il-prova tas-sostenibbiltà għall-InvestEU, u/jew japplikaw il-lista ta’ esklużjoni u jirrikjedu konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE u dik nazzjonali. Ir-rekwiżiti tal-istrateġija ta’ investiment, inkluż “La tagħmilx ħsara sinifikanti” għandhom jiġu riflessi kif xieraq fi ftehim kuntrattwali bejn l-awtoritajiet Slovakki u s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni/l-intermedjarji finanzjarji.

Mill-objettiv kumplessiv li jiġu appoġġati 165 kumpanija, mill-inqas 150 kumpanija huma appoġġati minn strumenti finanzjarji fil-forma ta’ inputs kapitali u mikroself sat-30 ta’ Ġunju 2026.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment 7: Sistema tal-IT tal-għotjiet tar-RŻ. 

L-objettiv tal-investiment marbut mill-qrib mar-Riforma 1 - huwa li tinħoloq sistema tal-IT unifikata biex titħaffef l-evalwazzjoni tas-sejħiet għal għotjiet. Is-sistema tal-IT għandu jkollha l-karatteristiċi li ġejjin: i) modulu li jorbot ir-reġistru tal-persunal tal-edukazzjoni għolja mal-persunal fir-RŻI u setturi oħra, ii) modulu li jirreġistra l-organizzazzjonijiet tar-RŻ, iii) il-modularità tas-sistema għall-użu flessibbli ta’ sistemi ta’ evalwazzjoni differenti, iv) modulu li jorbot ir-reġistru tal-output tal-pubblikazzjoni kemm għall-evalwazzjoni tal-proġetti kif ukoll għar-rappurtar tar-riżultati tal-proġetti, u v) l-interazzjonijiet mas-sistema tal-Politika ta’ Koeżjoni — il-modulu “ITMS tal-FSIE” u vi) modularità li tippermetti l-istabbiliment ta’ sejħiet varjabbli (bħall-proġetti VEGA).

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2023.

A.2.    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Num. Sek.

 

Miżura relatata (Riforma jew Investiment)

 

Stadju importanti / Mira

 

Isem

 

Indikaturi kwalitattivi (għal stadji importanti)

 

Indikaturi kwantitattivi (għall-miri)

Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija

Deskrizzjoni u definizzjoni ċara ta’ kull stadju importanti u mira

 

Unità ta’ kejl

 

Linja bażi

 

Mira

Trimestru

Sena

1

9 — Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament tar-RŻI — Riforma 1: Riforma tal-governanza, l-evalwazzjoni u l-appoġġ fix-xjenza, ir-riċerka u l-innovazzjoni.

Stadju ewlieni

Riforma tal-governanza u l-appoġġ għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni.

Dħul fis-seħħ tal-Emenda fil-Liġi 172/2005

 

 

 

 

Q1

2022

L-emenda tal-Att għandha ssaħħaħ ir-rwol ta’ koordinazzjoni tal-istruttura l-ġdida ta’ governanza għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (bħad-definizzjoni tar-rwol tal-Kunsill għax-Xjenza, it-Teknoloġija u l-Innovazzjoni tal-Gvern Slovakk u s-Segretarjat tiegħu mqiegħed taħt l-Uffiċċju tal-Gvern). Il-liġi għandha tirregola tipi differenti ta’ appoġġ pubbliku biex tiżgura l-koordinazzjoni u l-konsistenza tal-interventi pubbliċi. Dan għandu jippermetti l-integrazzjoni gradwali tal-proċessi u l-evalwazzjoni esperta tal-proġetti ta’ RŻ, is-simplifikazzjoni u l-istandardizzazzjoni tal-proċessi tal-evalwazzjoni tal-proġetti ta’ RŻ mill-aġenziji.

2

9 — Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament tar-RŻI — Riforma 1: Riforma tal-governanza, l-evalwazzjoni u l-appoġġ fix-xjenza, ir-riċerka u l-innovazzjoni.

Stadju ewlieni

It-tfassil tal-Istrateġija nazzjonali globali tar-RŻI

Adozzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali tar-RŻI mill-gvern

 

 

 

Q3

2022

Il-Gvern għandu japprova l-Istrateġija Nazzjonali għar-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni (RŻI) biex issir dokument kumplessiv għall-finanzjament pubbliku kollu tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni sal-2030. Għandu jirrifletti fuq l-esperjenzi tal-passat u joffri l-qafas orizzontali biex jiġu integrati l-istrateġiji eżistenti (bħall-Istrateġija ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti). Għandu jipprovdi qafas strateġiku u direzzjoni għall-politika tar-RŻI, jiddefinixxi l-objettivi u l-miżuri biex dawn jinkisbu.

3

9 — Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament tar-RŻI — Riforma 2: Riforma tal-organizzazzjoni u l-finanzjament ta’ istituzzjonijiet mhux kummerċjali ta’ riċerka, b’mod partikolari l-Akkademja Slovakka tax-Xjenza.

Stadju ewlieni

 

Riforma tal-Akkademja Slovakka tax-Xjenza (SaS)

Dħul fis-seħħ ta’ emenda fl-Att Nru 133/2002 dwar SAS u emenda fl-Att Nru 243/2017 dwar l-istituzzjoni pubblika tar-riċerka

 

 

 

Q4

2021

Dħul fis-seħħ tal-emendi fl-Atti, li għandhom jittrasformaw l-Akkademja Slovakka tax-Xjenza (SAS) f’istituzzjoni pubblika li tippermetti finanzjament minn sorsi multipli, inkluż mis-settur privat filwaqt li tiżgura l-protezzjoni sħiħa tal-proprjetà intellettwali u l-profittabbiltà finanzjarja.

4

19 — Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament tar-RŻI — Investiment 1: Promozzjoni tal-kooperazzjoni internazzjonali u parteċipazzjoni fi proġetti ta’ Orizzont Ewropa u l-EIT.

Stadju ewlieni

It-tnedija ta’ sejħiet għal proġetti biex tiġi appoġġata l-parteċipazzjoni tal-atturi Slovakki f’Orizzont Ewropa

It-tnedija ta’ sejħiet għal proġetti biex tiġi appoġġata l-parteċipazzjoni tal-atturi Slovakki f’Orizzont Ewropa

 

 

3

Q4

2022

Għandhom jitniedu mill-inqas tliet sejħiet għal proġetti biex jappoġġaw il-parteċipazzjoni tal-atturi Slovakki fil-programmi Orizzont Ewropa taħt l-iskemi li ġejjin:

• Skema ta’ appoġġ għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għal Orizzont Ewropa

• Skema għall-appoġġ ta’ proġetti li kisbu Siġill ta’ eċċellenza jew punteġġ għoli

• “Tqabbil ta’ għotjiet” għal proġetti ta’ suċċess H2020/Horizon Ewropa

5

9 — Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 1: Promozzjoni tal-kooperazzjoni internazzjonali u parteċipazzjoni fi proġetti ta’ Orizzont Ewropa u l-EIT.

Mira

Appoġġ finanzjarju għall-applikazzjonijiet u l-proġetti parteċipanti fil-programmi Orizzont Ewropa, taħt sejħiet iffinanzjati mill-FRR

 

Ammonti (miljuni ta’ EUR)

0

43

Q2

2026

Mill-objettiv kumplessiv li jitħallsu EUR 46 300 000, mill-inqas EUR 43 000 000, jitħallsu lil proġetti magħżula taħt sejħiet li għandhom l-għan li jżidu l-parteċipazzjoni fil-programmi Orizzont Ewropa.

L-investiment huwa mistenni li jirriżulta fi:

• mill-inqas 48 applikazzjoni u proġetti parteċipanti fil-programmi Orizzont Ewropa

• Mill-inqas 1600 għotja biex jappoġġaw it-tħejjija ta’ applikazzjonijiet għal proġetti

6

9 Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 2: Appoġġ għall-kooperazzjoni bejn id-ditti, l-akkademja u l-organizzazzjonijiet tal-Iżvilupp Rurali

Stadju ewlieni

Tnedija ta’ sejħiet għal proġetti biex tiġi appoġġata l-kooperazzjoni bejn il-kumpaniji, l-akkademja u l-organizzazzjonijiet u l-vawċers R&Ż

Tnedija ta’ sejħiet għal proġetti ta’ appoġġ għall-kooperazzjoni bejn id-ditti, l-akkademja u l-organizzazzjonijiet u l-vouchers R&Ż

 

 

5

Q4

2022

Għandhom jitniedu mill-inqas ħames sejħiet għal proġetti f’konformità mal-prinċipju tad-DNSH biex tiġi appoġġata l-kooperazzjoni bejn il-kumpaniji, l-akkademja u l-organizzazzjonijiet tal-iżvilupp rurali u biex jiġu appoġġati l-iskemi tal-vawċers:

• “Tlaqqigħ” ta’ għotjiet lil istituzzjonijiet ta’ riċerka biex jiġu ingranati riżorsi mis-settur privat fil-qafas tal-kollaborazzjoni fir-riċerka.

• Apprendistati tal-istudenti tal-PhD u persunal bejn in-negozji u l-organizzazzjonijiet tar-riċerka akkademika

• it-twaqqif ta’ konsorzji “trasformattivi u innovattivi”

• Skemi ta’ appoġġ għall-vawċers, li jinkludu vawċers tal-innovazzjoni, vawċers diġitali u vawċers tal-privattivi

7

9 Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 2: Appoġġ għall-kooperazzjoni bejn id-ditti, l-akkademja u l-organizzazzjonijiet tal-Iżvilupp Rurali

Mira

Għadd ta’ proġetti kollaborattivi u vawċers appoġġati

 

Għadd ta’ proġetti

0

2660

Q4

2024

Mill-objettiv kumplessiv li jiġu appoġġati 2950 proġett, jiġu appoġġati mill-inqas 2 660 proġett ta’ kooperazzjoni bejn il-kumpaniji, l-akkademja u l-organizzazzjonijiet u l-vouchers tal-Iżvilupp Rurali.

L-investiment huwa mistenni li jirriżulta fi:

• It-twaqqif ta’ mill-inqas żewġ konsorzji “trasformattivi u innovattivi”

• 2 000 proġett kollaborattiv appoġġati taħt għotjiet korrispondenti

• 50 apprendistat appoġġjati (temporanji) bejn l-intrapriżi u l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka akkademika

• Jingħataw 500 vawċis innovattivi u tal-privattivi u 400 vawċ diġitali

8

9 Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 2: Appoġġ għall-kooperazzjoni bejn id-ditti, l-akkademja u l-organizzazzjonijiet tal-Iżvilupp Rurali

Mira

Għadd ta’ proġetti kollaborattivi u vawċers appoġġati

 

Għadd ta’ proġetti

2600

5500

Q2

2026

Mill-objettiv kumplessiv li jiġu appoġġati 5 900 proġett, jiġu appoġġati mill-inqas 5 500 proġett ta’ kooperazzjoni bejn il-kumpaniji, l-akkademja u l-organizzazzjonijiet RŻ u l-vawċers

L-investiment huwa mistenni li jirriżulta fi:

• mill-inqas żewġ konsorzji “trasformattivi u innovattivi” ikunu operattivi

• 4 000 proġett kollaborattiv appoġġati taħt għotjiet korrispondenti

• 100 apprendistat appoġġjati bejn l-intrapriżi u l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka akkademika

• jingħataw u jitlestew 500 vawċ innovattiv, 500 vawċ privattiv u 800 vawċ diġitali

9

9 Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 3: Xjenza eċċellenti.

Stadju ewlieni

Tnedija ta’ sejħiet għal appoġġ tar-riċerkaturi eċċellenti

Tnedija ta’ sejħiet għal proġetti biex jappoġġaw ir-riċerkaturi eċċellenti

 

 

6

Q4

2022

Għandhom jitnedew mill-inqas sitt sejħiet għal proġetti biex jappoġġaw riċerkaturi eċċellenti f’konformità mal-prinċipju DNSH taħt l-iskemi li ġejjin:

• Boroż ta’ studju għal programmi eċċellenti ta’ PhD

• Boroż ta’ studju ta’ wara d-dottorat

• Senior fellowships tar-riċerka

•

• Proġetti kbar għal riċerkaturi eċċellenti

• Għotjiet għar-riċerka “fi stadju bikri”

• Spinta kapitali għall-iskemi ta’ appoġġ eżistenti għar-RŻ

10

9 Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 3: Xjenza eċċellenti

Mira

 

L-għadd ta’ riċerkaturi eċċellenti appoġġati

 

 

 

 

L-għadd ta’ riċerkaturi

0

650

Q1

2024

Mill-objettiv kumplessiv li jingħata appoġġ lil 715-il riċerkatur, mill-inqas 650 riċerkatur eċċellenti huma appoġġati taħt is-sejħiet.

L-investiment huwa mistenni li jirriżulta fi:

• Għażla ta’ 15-il għotja kbira lil timijiet ta’ riċerkaturi eċċellenti

Appoġġ ta’:

• 425 fellowship għar-riċerkaturi fi stadji differenti tal-karriera (R1-R4)

• 200 għotja ta’ riċerka “fi stadju bikri” għal riċerkaturi żgħażagħ

• 90 proġett taħt spinta kapitali

 

11

9 Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 3: Xjenza eċċellenti

Mira

L-għadd ta’ riċerkaturi eċċellenti appoġġati

 

 

L-għadd ta’ riċerkaturi

650

1000

Q1

2026

Mill-objettiv kumplessiv li jiġu appoġġati 1060 riċerkatur, mill-inqas 1000 riċerkatur eċċellenti, jiġu appoġġati taħt is-sejħiet.

L-investiment huwa mistenni li jirriżulta fi:

• 425 fellowship għar-riċerkaturi fi stadji differenti tal-karriera (R1-R4)

• 500 għotja ta’ riċerka “fi stadju bikri” għal riċerkaturi żgħażagħ

• 120 proġett taħt spinta kapitali

• 15 għotjiet kbar lil riċerkaturi eċċellenti huma implimentati

12

9 Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 4: Riċerka u innovazzjoni għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija.

Stadju ewlieni

It-tnedija ta’ sejħiet għal proġetti tematiċi mmexxija mid-domanda li jindirizzaw l-isfidi tat-tranżizzjoni diġitali

It-tnedija ta’ sejħiet għal proġetti tematiċi mmexxija mid-domanda li jindirizzaw l-isfidi tat-tranżizzjoni diġitali

 

 

2

Q4

2022

Għandhom jitniedu mill-inqas żewġ sejħiet għal proġetti tematiċi mmexxija mid-domanda f’konformità mal-prinċipju tad-DNSH li jindirizzaw l-isfidi tat-tranżizzjoni ekoloġika, id-dekarbonizzazzjoni kif ukoll ir-reżiljenza u l-adattament għat-tibdil fil-klima.

L-appoġġ għandu jkun dirett lejn suġġetti li huma previsti fil-prijoritajiet tematiċi ta’ Orizzont Ewropa, bħal

• Enerġija ħielsa mill-karbonju

• elektrifikazzjoni

• Idroġenu, teknoloġiji tal-batteriji u fjuwils alternattivi

• Proċessi u materjali industrijali b’emissjonijiet baxxi

• Il-bijoekonomija, l-agrikoltura sostenibbli u l-forestrija.

Is-sejħiet għall-proġetti għandhom ikopru ċ-ċiklu kollu tar-riċerka u l-innovazzjoni (livelli ta’ tħejjija teknoloġika 1–9)

13

9 Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 4: Riċerka u innovazzjoni għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija.

Mira

L-għadd ta’ proġetti magħżula li jindirizzaw l-isfidi tat-tranżizzjoni ekoloġika

 

L-għadd ta’ proġetti

0

27

Q4

2024

Mill-objettiv kumplessiv li jintgħażlu 30 proġett, mill-inqas 27 proġett, jintgħażlu taħt sejħiet li jindirizzaw l-isfidi tat-tranżizzjoni ekoloġika u d-dekarbonizzazzjoni

Il-proġetti għandhom jiġu approvati f’fażijiet differenti ta’ livelli ta’ tħejjija teknoloġika (TRL -1–9)

14

9 Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 4: Riċerka u innovazzjoni għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija.

Mira

L-għadd ta’ proġetti li jindirizzaw l-isfidi tat-tranżizzjoni ekoloġika, li tlestew

 

Għadd ta’ proġetti

0

27

Q2

2026

Mill-objettiv kumplessiv li jitlestew 30 proġett, jitlestew mill-inqas 27 proġett, magħżula taħt is-sejħiet.

15

9 Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 5: Riċerka u innovazzjoni għad-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija.

Stadju ewlieni

It-tnedija ta’ sejħiet għal proġetti tematiċi mmexxija mid-domanda li jindirizzaw l-isfidi tat-tranżizzjoni diġitali

It-tnedija ta’ sejħiet għal proġetti tematiċi mmexxija mid-domanda li jindirizzaw l-isfidi tat-tranżizzjoni diġitali

 

 

2

Q4

2022

Mill-inqas żewġ sejħiet għal proġetti tematiċi mmexxija mid-domanda għandhom jitniedu f’konformità mal-prinċipju DNSH li jindirizza l-isfidi tat-trasformazzjoni diġitali u jgħin biex jintlaħqu l-ambizzjonijiet tal-KE għall-awtonomija diġitali.

L-appoġġ għandu jkun dirett lejn suġġetti f’konformità mal-prijoritajiet tematiċi ta’ Orizzont Ewropa, bħal:

• Teknoloġiji diġitali ewlenin (bħaċ-ċibersigurtà; it-teknoloġiji quantum għaċ-ċibersigurtà, is-sensuri u l-Internet tal-Oġġetti; mikroelettronika u komponenti elettroniċi u soluzzjonijiet cloud)

• L-intelliġenza artifiċjali u r-robotika

Is-sejħiet għall-proġetti għandhom ikopru ċ-ċiklu kollu tar-riċerka u l-innovazzjoni (livell ta’ tħejjija teknoloġika 1–9)

16

9 Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 5: Riċerka u innovazzjoni għad-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija.

Mira

L-għadd ta’ proġetti RŻI magħżula fl-ambitu tas-sejħiet li jindirizzaw l-isfidi tat-trasformazzjoni diġitali.

 

Għadd ta’ proġetti

0

140

Q4

2024

Mill-objettiv kumplessiv li jintgħażlu 155 proġett, jintgħażlu mill-inqas 140 proġett taħt is-sejħiet għal proġetti tematiċi mmexxija mid-domanda li jindirizzaw l-isfidi tat-trasformazzjoni diġitali f’livelli differenti ta’ tħejjija teknoloġika (TRL -1-9)

 

17

9 Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 5: Riċerka u innovazzjoni għad-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija.

Mira

L-għadd ta’ proġetti RŻI li jindirizzaw l-isfidi tat-trasformazzjoni diġitali, li tlestew

 

Għadd ta’ proġetti

0

140

Q2

2026

Mill-objettiv kumplessiv li jitlestew 155 proġett, jitlestew mill-inqas 140 proġett, magħżula taħt is-sejħiet

 

18

9 Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 6: Strumenti finanzjarji biex jappoġġaw l-innovazzjoni.

Stadju ewlieni

It-tnedija u l-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji għall-appoġġ tal-innovazzjoni

It-tnedija tal-fażi ta’ investiment tal-istrumenti finanzjarji biex tiġi appoġġata l-innovazzjoni f’konformità mal-istrateġija ta’ investiment

 

 

2

Q4

2022

Mill-inqas żewġ strumenti finanzjarji għandhom jiġu mnedija fil-fażi ta’ investiment f’konformità ma’ strateġija ta’ investiment/ftehim kuntrattwali, li jikkonformaw mal-prinċipji ta’ “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01) li jirrikjedu verifika tas-sostenibbiltà, kriterji ta’ esklużjoni tal-investiment u konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE u nazzjonali.

L-aspetti tad-DNSH għandhom jiġu riflessi kif xieraq fil-ftehim kuntrattwali bejn l-awtoritajiet Slovakki u s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni/l-intermedjarji finanzjarji.

L-istrumenti finanzjarji għandhom jappoġġaw l-innovazzjoni fl-intrapriżi u jinkludu l-iskemi li ġejjin:

• L-input kapitali kmieni fiċ-ċiklu tal-ħajja tan-negozju

• L-input kapitali għall-kumpaniji fl-istadju tat-tkabbir

• self mikro li jkopri self “ekoloġiku” u “diġitali”

19

9 Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 6: Strumenti finanzjarji biex jappoġġaw l-innovazzjoni.

Mira

Għadd ta’ kumpaniji appoġġati permezz ta’ strumenti finanzjarji

Għadd ta’ kumpaniji

0

150

Q2

2026

Mill-objettiv kumplessiv li jiġu appoġġati 165 kumpanija, mill-inqas 150 kumpanija jiġu appoġġati minn strumenti finanzjarji fil-forma ta’ inputs kapitali u mikroself

Huwa stmat li 40 kumpanija jibbenefikaw minn injezzjoni ta’ kapital u 125 kumpanija minn self “ekoloġiku” jew “diġitali”

20

9 Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 7: Hija tappoġġa sistema unika ta’ għotjiet għar-RŻ

Stadju ewlieni

Tfassil tas-sistema l-ġdida ta’ informazzjoni RD biex tevalwa l-iskemi tal-għotjiet

L-ewwel sejħiet għal għotjiet implimentati fis-sistema l-ġdida ta’ informazzjoni tal-evalwazzjoni tal-għotjiet RŻ

 

0

1

Q1

2023

Sistema ġdida ta’ informazzjoni għall-evalwazzjoni tal-għotjiet RŻ hija operattiva u għandha tiġi ttestjata sal-ewwel sejħiet.

Is-sistema tal-IT hija mistennija li jkollha l-karatteristiċi speċifiċi li ġejjin:

• modulu li jorbot ir-reġistru tal-persunal tal-edukazzjoni għolja mal-persunal fir-RŻI u setturi oħra,

• modulu li jirreġistra l-organizzazzjonijiet RŻ,

• il-modularità tas-sistema għall-użu flessibbli tas-sistemi differenti ta’ evalwazzjoni,

• modulu li jorbot ir-reġistru tal-ouput tal-pubblikazzjoni kemm għall-evalwazzjoni tal-proġetti kif ukoll għar-rappurtar tar-riżultati tal-proġetti,

• interazzjonijiet mas-sistema tal-IT tal-Politika ta’ Koeżjoni u

• modularità li tippermetti settings varjabbli tas-sejħiet

KOMPONENT 10: Nattiraw u nżommu t-talenti

L-objettiv ta’ dan il-komponent tal-pjan Slovakk għall-irkupru u r-reżiljenza huwa li jiġu żviluppati politiki effettivi li jippromwovu l-mobilità tal-istudenti u tal-ħaddiema, jimmotivaw b’mod attiv esperti barranin bi kwalifiki għolja (inklużi ċittadini Slovakki), studenti u intraprendituri biex jistabbilixxu ruħhom fis-Slovakkja. L-għan ta’ dawn il-miżuri huwa l-ħtieġa li jiġi attirat u miżmum il-kapital uman essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku tas-Slovakkja. L-ambizzjoni tal-awtoritajiet hija li jiżdied, fuq perjodu ta’ ħames snin, is-sehem taċ-ċittadini barranin b’ħiliet għolja fil-forza tax-xogħol minn 0,5 % għal 1 % u li jinstab bilanċ bejn l-istudenti li jitilqu u dawk li jidħlu fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja Slovakki.

Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza skont il-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

Il-miżuri f’dan il-komponent għandhom jikkontribwixxu biex jindirizzaw ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż lis-Slovakkja, b’mod partikolari fir-rigward tat-“titjib tal-kwalità u l-inklużività tal-edukazzjoni fil-livelli kollha u l-promozzjoni tal-ħiliet” u “l-promozzjoni tal-integrazzjoni ta’ gruppi żvantaġġati” (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 2, 2019), kif ukoll ir-“reżiljenza tas-sistema tas-saħħa fl-oqsma tal-forza tax-xogħol tas-saħħa” (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 1, 2020).

A.1.    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Riforma 1: Ir-riforma tal-leġiżlazzjoni dwar ir-residenza u x-xogħol

Il-proċeduri applikabbli għall-permessi tax-xogħol u tar-residenza fis-Slovakkja ġeneralment huma impenjattivi kemm għall-ħaddiem kif ukoll għall-kumpanija u għandhom it-tendenza li jkunu twal. L-għan ta’ din ir-riforma huwa li tqassar u tissimplifika b’mod sinifikanti dawn il-proċeduri għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi bi kwalifiki għolja, inklużi l-membri tal-familja tagħhom.

Ir-riforma għandha tuża l-iskema rapida eżistenti għall-viża nazzjonali (D) fl-interess tal-pajjiż, u tiftaħha għal kategorija ġdida ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi bi kwalifiki għoljin li jkunu qed ifittxu impjieg. Din il-kategorija ta’ ħaddiema għandha tkun eżentata mill-ħtieġa li tipprova li għandha impjieg garantit qabel ma tidħol fil-pajjiż u għandha titħalla tibda taħdem b’viża nazzjonali (D) immedjatament malli ssib impjieg. Għandha tiġi żgurata l-kompatibbiltà mar-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Karta Blu.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2022.

Riforma 2: Is-simplifikazzjoni tar-reġim għar-rikonoxximent tal-kwalifiki u l-kwalifiki professjonali għall-eżerċizzju ta’ professjonijiet regolati

Din ir-riforma għandha tissimplifika r-rikonoxximent tal-kwalifiki edukattivi tal-ħaddiema barranin, sabiex tiffaċilita l-istabbiliment tagħhom fis-Slovakkja.

Għall-pajjiżi bi ftehim bilaterali ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki, l-applikanti għandhom ikunu eżentati milli jipprovdu attestazzjoni tal-akkreditazzjoni tal-università biex jipprovdu l-edukazzjoni rilevanti. Barra minn hekk, il-kapaċità taċ-Ċentru għar-Rikonoxximent ta’ Rikonoxximent Edukattiv għandha tissaħħaħ biex jitħaffef il-proċess ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki għall-pajjiżi kollha.

Għall-kwalifiki tat-tobba r-riforma għandha:

-tnaqqas il-limiti ta’ żmien għar-rikonoxximent ta’ diplomi elenkati fl-Anness 3 għall-Att dwar il-Fornituri tal-Kura tas-Saħħa minn tliet xhur għal xahar. Rikonoxximent awtomatiku ta’ speċjalizzazzjonijiet koordinati fil-livell tal-UE tat-tobba u d-dentisti;

-tnaqqas il-limiti ta’ żmien għar-rikonoxximent ta’ diplomi mhux elenkati fl-Anness 3 għall-Att dwar il-fornituri tal-kura tas-saħħa maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti skont il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri minn tliet xhur għal xahrejn;

-tnaqqas il-limiti ta’ żmien għar-rikonoxximent ta’ diplomi maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti skont il-liġijiet ta’ pajjiżi terzi minn tliet xhur għal xahrejn. Taġġusta l-limiti ta’ żmien għar-rikonoxximent ta’ diplomi maħruġa f’pajjiż ieħor minn erba’ xhur għal xahrejn;

-testendi l-istituzzjoni ta’ traineeships temporanji lil hinn mill-perjodu ta’ kriżi attwali, billi jiġi emendat l-Artikolu 30a tal-Att dwar il-Fornituri tal-Kura tas-Saħħa.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2022.

Investiment 1: L-għodod ta’ appoġġ u assistenza għal persuni rimpatrijati, ħaddiema bi kwalifiki għoljin minn pajjiżi terzi u l-membri tal-familja tagħhom u studenti barranin tal-edukazzjoni għolja li qed jistudjaw fis-Slovakkja

Dan l-investiment għandu l-għan li jgħin l-integrazzjoni ta’ ħaddiema b’ħiliet għolja, persuni rimpatrijati minn barra l-pajjiż u l-membri tal-familja tagħhom.

L-investiment għandu jappoġġa programmi ta’ integrazzjoni għal gruppi fil-mira ta’ studenti barranin, ħaddiema b’ħiliet għolja u l-membri tal-familja tagħhom u persuni rimpatrijati minn barra l-pajjiż, inkluż permezz ta’ finanzjament ta’ proġetti. Għandu jinħoloq qafas legali għal “punti uniċi ta’ kuntatt” (ċentri li jipprovdu pariri komprensivi u servizzi li jiffaċilitaw l-istabbiliment fis-Slovakkja u li jibdew karriera), segwiti mill-istabbiliment ta’ tliet ċentri bħal dawn. Il-ħiliet lingwistiċi tal-persunal tas-settur pubbliku (b’mod partikolari l-persunal tal-ewwel kuntatt) u l-bini tal-kapaċità tagħhom fil-konsulenza dwar l-integrazzjoni għall-barranin għandhom jissaħħu permezz tat-taħriġ.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2025.

Investiment 2: It-tisħiħ tar-relazzjonijiet mad-dijaspora, b’appoġġ għall-inizjattivi taċ-ċittadini

L-għan ta’ din il-miżura huwa li jissaħħu r-relazzjonijiet mas-Slovakki barra mill-pajjiż, inklużi membri tad-dijaspora l-ġdida, biex tiżdied il-probabbiltà li jirritornaw lura lejn pajjiżhom, u biex jużaw l-għarfien tagħhom biex jimmodernizzaw is-Slovakkja. L-objettiv mhuwiex li jiġi ostakolat il-moviment ta’ ħaddiema b’ħiliet għolja, iżda pjuttost li tiġi promossa “ċ-ċirkolazzjoni tal-imħuħ”.

L-investiment għandu jappoġġa l-promozzjoni ta’ opportunitajiet ta’ karriera fis-Slovakkja, inkluż permezz ta’ pjattaformi diġitali li fihom informazzjoni rilevanti għar-ritorn lura d-dar. Għandu jappoġġa wkoll l-attivitajiet ta’ inizjattivi nongovernattivi b’esperjenza f’dan il-qasam u sħubiji bejn inizjattivi governattivi u nongovernattivi.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2026.

Investiment 3: Il-boroż ta’ studju għal studenti b’talent domestiku u barrani

L-iskema ta’ boroż ta’ studju għandha tappoġġa finanzjarjament lill-istudenti b’talent fi tliet gruppi:

(a)l-aktar gradwati tal-iskola sekondarja Slovakka b’talent – imkejla skont il-grad ta’ gradwazzjoni tal-iskola sekondarja tagħhom, b’enfasi fuq speċjalizzazzjonijiet bi proporzjon ogħla li jitilqu mis-Slovakkja (matematika, lingwi barranin);

(b)l-aktar studenti b’talent minn barra – imkejla permezz ta’ testijiet internazzjonali standardizzati;

(c)studenti ‘l fuq mill-medja minn sfondi soċjalment u ekonomikament żvantaġġati jew li jappartjenu għal gruppi żvantaġġati speċifiċi (bħal orfni, tfal f’ċentri tat-tfal u tal-familji, jew l-hekk imsejħa studenti universitarji tal-ewwel ġenerazzjoni) — imkejla skont il-grad ta’ gradwazzjoni tal-iskola sekondarja għolja tagħhom.

L-iskema għandha tipprovdi borża ta’ studju għal studenti magħżula matul l-ewwel tliet snin tal-lawrja tal-baċellerat. Għandu jitħallas inċentiv finanzjarju għall-universitajiet li jirċievu l-istudenti, li jistgħu jużaw biex jappoġġaw studenti eċċellenti fit-tieni ċiklu jew għal programmi ta’ integrazzjoni u żvilupp tal-karriera għal studenti domestiċi jew barranin eċċellenti.

L-iskema għandha tkun operattiva fil-perjodu bejn l-2022 u l-2027 (jiġifieri boroż ta’ studju li jibqgħu għaddejjin sal-2029). Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għandu jappoġġa l-istudenti li jidħlu bejn l-2022 u l-2024, filwaqt li sorsi finanzjarji oħra għandhom jintużaw biex jiġi estiż l-għoti ta’ tali appoġġ mill-inqas sa tmiem l-2027.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Investiment 4: Promozzjoni tal-internazzjonalizzazzjoni fl-ambjent akkademiku

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jappoġġa l-internazzjonalizzazzjoni tal-universitajiet u tal-istituzzjonijiet tar-riċerka fis-Slovakkja.

Il-Gvern għandu jadotta strateġija għall-internazzjonalizzazzjoni tal-universitajiet, li għandha tinkludi appoġġ għal programmi universitarji konġunti, miżuri biex jiġu attirati studenti u akkademiċi barranin u jiġu implimentati l-prinċipji tal-Istrateġija tar-Riżorsi Umani għar-Riċerka (HRS4R).

L-investiment għandu jappoġġa:

-miżuri sistemiċi bħal awditi tal-kwalità u skemi ta’ appoġġ għall-iżvilupp universitarju bbażati fuq ir-riżultati tal-awditjar;

-appoġġ għall-programmi ta’ mobilità tal-istudenti (fellowships CEEPUS, boroż ta’ studju fuq il-bażi ta’ ftehimiet bilaterali, Programm ta’ Boroż ta’ Studju Nazzjonali Slovakki);

-il-promozzjoni tal-edukazzjoni għolja Slovakka u x-xjenza barra mill-pajjiż u l-appoġġ għan-networking internazzjonali tal-universitajiet Slovakki.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2026.

A.2.    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Num. Sek.

 

Miżura relatata (Riforma jew Investiment)

 

Stadju importanti / Mira

 

Isem

 

Indikaturi kwalitattivi (għal stadji importanti)

 

Indikaturi kwantitattivi (għall-miri)

Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija

Deskrizzjoni u definizzjoni ċara ta’ kull stadju importanti u mira

 

Unità ta’ kejl

Linja bażi

Mira

Trimestru

Sena

1

10 — Attrazzjoni u żamma ta’ talenti — Riforma 1: Riforma tal-leġiżlazzjoni dwar ir-residenza u x-xogħol

Stadju ewlieni

Skema li tiddefinixxi kategorija ġdida ta’ applikanti għall-viża nazzjonali (D).

Adozzjoni tal-iskema permezz ta’ Riżoluzzjoni tal-Gvern u d-dħul fis-seħħ.

 

 

 

Q1

2022

Adozzjoni ta’ skema li tiddefinixxi l-kategorija ta’ applikanti għal viża nazzjonali (D) fl-interess tar-Repubblika Slovakka. Kategorija ġdida tal-viża li tkopri ċittadini ta’ pajjiżi terzi bi kwalifiki għolja li qed ifittxu impjieg eżenti mill-ħtieġa li jagħtu prova ta’ impjieg garantit qabel ma jidħlu fis-Slovakkja għandha tiġi introdotta. Il-persuni għandhom ikunu jistgħu jibdew jaħdmu fuq viża nazzjonali (D) immedjatament. Il-miżura għandha tikkonċerna kategoriji bħal gradwati minn universitajiet ewlenin minn madwar id-dinja (irrispettivament mill-qasam); gradwati tat-tielet livell tal-universitajiet u l-istituzzjonijiet ta’ riċerka ewlenin tad-dinja (irrispettivament mill-qasam); gruppi oħra magħżula skont l-interessi ekonomiċi tas-Slovakkja (eż. esperti tal-IT, esperti f’setturi b’valur miżjud għoli, tobba).

2

10 — Attrazzjoni u żamma ta’ talenti — Riforma 1: Riforma tal-leġiżlazzjoni dwar ir-residenza u x-xogħol

Stadju ewlieni

L-iffaċilitar tar-ritorn lejn il-pajjiż u ż-żieda fl-attraenza tal-pajjiż għall-barranin b’rabtiet familjari

Adozzjoni mill-Parlament u dħul fis-seħħ

 

 

 

Q1

2022

Emenda tal-Att Nru 40/1993 dwar iċ-ċittadinanza Slovakka li għandha tiffaċilita r-ritorn lejn il-pajjiż u żżid l-attraenza tal-pajjiż għall-barranin b’rabtiet familjari mas-Slovakkja. L-emenda għandha tintroduċi reġim simplifikat għall-kisba taċ-ċittadinanza billi jitneħħa r-rekwiżit ta’ perjodu minimu ta’ residenza fis-Slovakkja.

 

3

10 — Attrazzjoni u żamma ta’ talenti — Riforma 2: Simplifikazzjoni tar-reġim għar-rikonoxximent tal-kwalifiki u l-kwalifiki professjonali għall-eżerċizzju ta’ professjonijiet regolati

Stadju ewlieni

Is-simplifikazzjoni tar-rikonoxximent tal-kwalifiki edukattivi u professjonali

Adozzjoni mill-Parlament u dħul fis-seħħ

 

 

 

Q1

2022

L-emenda tal-Att Nru 422/2015 dwar ir-rikonoxximent ta’ provi ta’ edukazzjoni u r-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali għandha tippermetti:

• L-iffaċilitar tar-rikonoxximent ta’ diplomi/dokumenti ta’ taħriġ għal pajjiżi li magħhom is-Slovakkja għandha ftehimiet bilaterali fil-qasam tar-rikonoxximent ta’ diplomi/dokumenti ta’ taħriġ, billi jitnaqqsu d-dokumenti meħtieġa mill-applikant (pereż. ċertifikati universitarji ta’ kompetenza biex tiġi pprovduta l-edukazzjoni rilevanti);

• It-tisħiħ tal-kompetenzi taċ-Ċentru għar-Rikonoxximent tal-Kwalifiki (SUDV) għar-rikonoxximent ta’ dokumenti għall-validazzjoni tal-kisba ta’ edukazzjoni ogħla anke għal pajjiżi barra ż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja (EHEA) mingħajr ftehim bilaterali, li għandu jħaffef u jissimplifika b’mod sinifikanti l-proċess meta mqabbel mas-sitwazzjoni attwali fejn l-uniċi istituzzjonijiet eliġibbli huma l-universitajiet biex jiffaċilitaw ir-rikonoxximent ta’ diplomi/dokumenti għal pajjiżi li magħhom is-Slovakkja għandha ftehimiet bilaterali dwar ir-rikonoxximent ta’ diplomi/dokumenti ta’ taħriġ.

L-emenda tal-Att Nru 578/2004 dwar il-fornituri tal-kura tas-saħħa, il-professjonisti tas-saħħa, l-organizzazzjonijiet professjonali fis-settur tas-saħħa għandha tippermetti:

• It-tqassir tal-limitu ta’ żmien għar-rikonoxximent ta’ dokumenti ta’ taħriġ ulterjuri għal professjonisti tas-saħħa bi kwalifiki għolja;

• Estensjoni tat-traineeship temporanju għat-tobba lil hinn mill-pandemija

4

10 — Attrazzjoni u żamma ta’ talenti — Investiment 1: Għodod ta’ appoġġ u assistenza għal persuni li jiġu lura, ħaddiema bi kwalifiki għoljin minn pajjiżi terzi u l-membri tal-familja tagħhom u studenti barranin tal-edukazzjoni għolja li qed jistudjaw fis-Slovakkja

Mira

L-għadd ta’ punti uniċi ta’ kuntatt għall-integrazzjoni fis-Slovakkja

 Għadd

0

3

Q4

2023

Ċentri li jiffunzjonaw bis-sħiħ (punti uniċi ta’ kuntatt) li jipprovdu pariri u servizzi komprensivi li jiffaċilitaw l-istabbiliment fis-Slovakkja

5

10 — Attrazzjoni u żamma ta’ talenti — Investiment 1: Għodod ta’ appoġġ u assistenza għal persuni li jiġu lura, ħaddiema bi kwalifiki għoljin minn pajjiżi terzi u l-membri tal-familja tagħhom u studenti barranin tal-edukazzjoni għolja li qed jistudjaw fis-Slovakkja

Mira

Għadd ta’ barranin li jużaw is-servizzi taċ-Ċentru ta’ Informazzjoni dwar il-Migrazzjoni tal-IOM

Għadd

0

7000

Q1

2025

Matul il-perjodu 2022–2024, mill-objettiv kumplessiv ta’ 7500 benefiċjarju, mill-inqas 7000 benefiċjarju għandhom jiġu pprovduti servizzi taċ-Ċentru ta’ Informazzjoni dwar il-Migrazzjoni tal-IOM għall-integrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà (pariri, korsijiet tal-lingwa, promozzjoni tal-orjentazzjoni soċjokulturali). Dan jinkludi studenti barranin, ħaddiema bi kwalifiki għolja, membri tal-familja u barranin li jappartjenu għall-gruppi magħżula definiti fir-Riżoluzzjoni fir-Riforma 1, filwaqt li jitqiesu l-interessi ekonomiċi tar-Repubblika Slovakka.

6

10 — Attrazzjoni u żamma ta’ talenti — Investiment 2: It-tisħiħ tar-relazzjonijiet mad-dijaspora, b’appoġġ għall-inizjattivi taċ-ċittadini

Mira

L-għadd ta’ avvenimenti appoġġati li jsaħħu r-relazzjonijiet mad-dijaspora

Għadd

0

200

Q1

2026

Il-programm għandu jappoġġa 200 avveniment soċjali bil-għan li jissaħħu r-relazzjonijiet mas-Slovakki barra mill-pajjiż. L-avvenimenti appoġġati għandu jkollhom l-għan li jżidu l-impatt ta’ riformi oħra u investimenti trasversali, bħal:

• Promozzjoni tal-effett tal-emenda fl-Att dwar ir-Residenza tal-Barranin, li għandha tiffaċilita r-ritorn u żżid l-attraenza tal-pajjiż għall-barranin b’rabtiet familjari mas-Slovakkja.

• Jappoġġaw l-Investiment 4, jiġifieri l-mobilità bidirezzjonali tal-istudenti u l-internazzjonalizzazzjoni tal-akkademja

• Jappoġġaw l-impatt tal-investimenti f’komponenti oħra, eż. investimenti RŻI, billi trawwem il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet domestiċi Ewropej u oħrajn tar-riċerka fejn hija attiva d-dijaspora Slovakka, kif ukoll permezz ta’ aktar sensibilizzazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ karriera fis-Slovakkja.

7

10 — Attrazzjoni u żamma ta’ talenti — Investiment 3: Boroż ta’ studju għal studenti b’talent, domestiċi u barrani

Mira

L-għadd ta’ boroż ta’ studju mogħtija għal studenti b’talent.

Għadd

0

4500

Q4

2024

Mill-objettiv kumplessiv ta’ 4800 borża ta’ studju motivazzjonali, jingħataw mill-inqas 4500 borża ta’ studju motivazzjonali lill-aktar studenti domestiċi b’talent, l-ogħla talenti minn barra, u studenti b’talent li huma soċjalment żvantaġġati.

8

10 — Attrazzjoni u żamma ta’ talenti — Investiment 4: Promozzjoni tal-internazzjonalizzazzjoni fl-ambjent akkademiku

Stadju ewlieni

Strateġija għall-internazzjonalizzazzjoni tal-universitajiet

Adozzjoni mill-gvern tal-istrateġija

 

 

 

Q4

2021

L-adozzjoni ta’ strateġija ta’ internazzjonalizzazzjoni għall-universitajiet, li għandha l-għan li tipproponi miżuri li jappoġġaw it-tħejjija ta’ programmi ta’ studju konġunti, li jattiraw studenti u akkademiċi barranin, jew li jimplimentaw bidliet istituzzjonali sistemiċi fl-universitajiet Slovakki.

9

10 — Attrazzjoni u żamma ta’ talenti — Investiment 4: Promozzjoni tal-internazzjonalizzazzjoni fl-ambjent akkademiku

Mira

L-għadd ta’ proġetti appoġġati biex jippromwovu jew jiżviluppaw l-internazzjonalizzazzjoni ta’ universitajiet u istituzzjonijiet ta’ riċerka

Għadd

0

28

Q4

2025

Mill-objettiv kumplessiv ta’ 31 proġett, jiġu appoġġjati mill-inqas 28 proġett li jippromwovu jew jiżviluppaw l-internazzjonalizzazzjoni tal-universitajiet u l-istituti tar-riċerka, permezz ta’:

- l-implimentazzjoni ta’ strateġiji istituzzjonali ta’ internazzjonalizzazzjoni fil-livell tal-universitajiet (bħat-tħejjija ta’ programmi ġodda f’lingwi barranin, it-titjib tal-istat ta’ tħejjija tal-għalliema tal-edukazzjoni għolja/studenti tad-dottorat domestiċi biex joperaw f’ambjent internazzjonali);

- żieda fir-rata ta’ finanzjament għall-programmi ta’ boroż ta’ studju;

- appoġġ għall-parteċipazzjoni universitarja f’fieri barranin u f’avvenimenti ta’ reklutaġġ ta’ studenti;

- promozzjoni tas-Slovakkja f’avvenimenti internazzjonali.

10

10 — Attrazzjoni u żamma ta’ talenti — Investiment 4: Promozzjoni tal-internazzjonalizzazzjoni fl-ambjent akkademiku

Mira

Persuni-xhur appoġġati għal programmi ta’ boroż ta’ studju għall-mobilità barranija

Persuni-xhur appoġġati

9976

17 600

Q1

2026

Żieda kumulattiva fl-għadd ta’ proġetti ta’ mobilità appoġġati fil-fellowships CEEPUS, boroż ta’ studju pprovduti fuq il-bażi ta’ kuntratti bilaterali u fil-Programm ta’ Fellowship Nazzjonali Slovakk minn għadd annwali ta’ 2494 għal 4440 persuna-xhur għas-snin 2022 sa 2025

KOMPONENT 11: Kura tas-saħħa moderna u aċċessibbli

L-objettiv ta’ dan il-komponent tal-pjan Slovakk għall-irkupru u r-reżiljenza huwa li jinħoloq network modern, aċċessibbli u effiċjenti tal-isptarijiet li jipprovdi kura tas-saħħa ta’ kwalità, ambjent attraenti għall-persunal, proċessi effiċjenti u ġestjoni tajba. L-għan huwa wkoll li tiżdied id-disponibbiltà tas-servizzi tas-saħħa ta’ emerġenza, li jibnu fuq il-ħtiġijiet tan-network il-ġdid tal-isptarijiet, u li tissaħħaħ il-kura primarja, li hija maħsuba biex tkun punt ta’ integrazzjoni essenzjali għall-kura tal-pazjenti.

Il-komponent jinkludi ħames riformi u ħames investimenti.

Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza skont il-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

Il-komponent jindirizza r-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 1 mill-2020 li tirreferi għat-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistema tas-saħħa fl-oqsma tal-forza tax-xogħol tas-saħħa, il-prodotti mediċi kritiċi u l-infrastruttura; u t-titjib tal-provvista tal-kura primarja u l-koordinazzjoni bejn it-tipi ta’ kura.

A.1.    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Riforma 1: Ottimizzazzjoni tan-network tal-isptarijiet

L-objettiv tar-riforma huwa li ttejjeb il-kwalità u l-effiċjenza tal-kura tas-saħħa inpatient permezz tad-definizzjoni tat-tipoloġija u tal-ġerarkija tal-kura fl-isptar, kif ukoll id-definizzjoni tal-kundizzjonijiet minimi għall-għoti ta’ servizzi mediċi.

Ir-riforma għandha tiddefinixxi l-profili tal-isptarijiet. Profil ifisser sett ta’ servizzi obbligatorji u rekwiżiti oħra li fornitur f’ċertu livell għandu jikkonforma magħhom. Wara li jibdel il-profil, sptar għandu jkun obbligat ikopri diversi servizzi miġbura taħt profil partikolari. Xi wħud għandhom iwessgħu l-ambitu tal-attività, filwaqt li oħrajn huma mistennija li jittrasformaw id-dipartimenti tas-sodod akuti f’dipartimenti tal-kura fit-tul.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Riforma 2: Riforma tat-tħejjija tal-proġetti ta’ investiment fis-saħħa

Il-Ministeru tas-Saħħa f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Ministeru tal-Finanzi għandu jadotta l-pjan għall-proġetti kollha ta’ investiment fis-saħħa. Il-pjan għandu jkun akkumpanjat bil-metodoloġija għall-evalwazzjoni tal-investimenti fis-saħħa, li għandha tiddetermina kriterji tat-teħid tad-deċiżjonijiet ibbażati fuq il-benefiċċji finanzjarji, mediċi, soċjetali u soċjoekonomiċi.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2022.

Riforma 3: Ċentralizzazzjoni tal-ġestjoni tal-akbar sptarijiet

Ir-riforma għandha tintroduċi s-sistema ċentrali ta’ ġestjoni tal-isptarijiet għad-19-il sptar tal-istat li tinkludi: 1) kontroll ċentrali, ibbaġitjar, ippjanar tal-prestazzjoni u monitoraġġ; 2) proċessi għax-xiri ċentrali ta’ prodotti mediċinali, materjali mediċi, tagħmir; 3) ċentralizzazzjoni ta’ servizzi ta’ appoġġ bħall-kontabilità; 4) l-immaniġġjar tar-riżorsi umani. Ir-riforma għandha tibda bit-twaqqif ta’ korp ċentrali għall-ġestjoni tal-isptarijiet u għandha tiġi segwita minn proġett pilota li jinkludi d-19-il sptar. Il-proġett pilota għandu jintemm b’evalwazzjoni, li tagħti bidu għall-possibbiltà tal-introduzzjoni sussegwenti tal-istandards għall-isptarijiet kollha fin-network.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha tibda sal-31 ta’ Diċembru 2023 u għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2025.

Riforma 4: Ottimizzazzjoni tan-network tal-kura tas-saħħa akuta u definizzjoni ġdida tal-kura tas-saħħa ta’ emerġenza

Ir-riforma għandha tindirizza l-bidliet legali meħtieġa biex tiżdied id-disponibbiltà universali tal-ambulanzi fi żmien 15-il minuta għal aktar minn 90 % tal-popolazzjoni tal-pajjiż. L-emenda tal-liġi tipprevedi distribuzzjoni ġeografika ġusta tal-istazzjonijiet tal-ambulanzi. In-network akut għandu jkun ibbażat fuq id-domanda għal interventi skont id-dijanjożi u r-reġjuni, id-distribuzzjoni ġeografika tal-istazzjonijiet tal-ambulanzi, filwaqt li jitqiesu n-network tat-toroq u l-infrastruttura, id-disponibbiltà ta’ tipi xierqa ta’ faċilitajiet fl-isptarijiet, filwaqt li jintuża mudellar matematiku u simulazzjonijiet minn data reali (bħal mudell p-medjan).

Id-definizzjoni l-ġdida ta’ kura tas-saħħa ta’ emerġenza għandha tiġi introdotta biex tidentifika n-numru ta’ utenti awtorizzati tas-servizzi tal-ambulanza u kif tirrispondi għad-domanda ta’ dawn l-utenti.

L-implimentazzjoni ta’ din ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2023.

Riforma 5: Riforma tal-provvista tal-kura primarja għall-adulti, it-tfal u ż-żgħażagħ

L-objettiv tar-riforma huwa li jiġi żgurat l-aċċess għas-servizzi tal-kura primarja f’dawk ir-reġjuni li jbatu minn defiċit ta’ tobba tal-familja (GPs) u pedjatri prattikanti. Il-leġiżlazzjoni xierqa għandha tiddefinixxi r-rekwiżiti għall-aħjar għadd u l-post tal-GPs u tal-pedjatri fuq distanza massima (l-għadd ottimali ta’ tobba definit mill-popolazzjoni tal-kontea u l-istruttura tal-età) u biex tintroduċi kriterji tat-tqassim f’żoni u tal-proċess ta’ evalwazzjoni annwali. L-għan tat-tqassim f’żoni huwa li jiġu kklassifikati t-territorji skont is-severità tal-iskarsezzi identifikati ta’ GPs. Din il-mappa dettaljata tal-lakuni fil-provvista tal-kura primarja tippermetti li l-azzjoni ta’ rimedju tiġi mmirata aħjar, inkluża l-modulazzjoni tal-inċentivi għat-tobba biex jiftħu prattiki ġodda f’żoni li mhumiex moqdijin tajjeb. Dawn imbagħad għandu jkollhom aċċess għal appoġġ għal mediċina ġenerali, b’mod partikolari fil-forma ta’ għotjiet finanzjarji għall-istabbiliment u l-attrezzar ta’ kliniċi tal-GPs jew ħlasijiet kumpensatorji meta tinfetaħ klinika ġdida f’żoni li mhumiex moqdijin tajjeb (relatati mal-Investiment 1).

L-implimentazzjoni ta’ din ir-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2022.

Investiment 1: Appoġġ għall-ftuħ ta’ kliniki ġodda ta’ kura primarja f’żoni li mhumiex moqdijin tajjeb

Mill-objettiv kumplessiv li jinħolqu 170 klinika tal-outpatient — għandu jingħata appoġġ għall-ħolqien ta’ mill-inqas 153 klinika ġdida għat-tobba tal-familja għall-adulti u l-pedjatrija fil-forma ta’ sussidju biex tiġi kkumpensata l-ispiża tal-klinika outpatient fl-ewwel sena tal-operat. L-appoġġ finanzjarju għandu jingħata lit-tobba li jiddeċiedu li jwettqu servizzi ta’ kura primarja fiż-żoni b’nuqqas ta’ tobba biex jikkumpensaw għar-riskju u l-investiment inizjali matul l-ewwel sena, meta r-riżorsi finanzjarji mill-assigurazzjoni ma jkunux biżżejjed minħabba l-għadd baxx ta’ pazjenti rreġistrati. L-appoġġ finanzjarju għandu jkun temporanju, idum sena u għandu jonqos gradwalment hekk kif l-għadd ta’ pazjenti rreġistrati jibda jiżdied kif mistenni. Kliniċi li jinfetħu ġodda għandhom imbagħad isiru awtosuffiċjenti u ffinanzjati bħall-oħrajn kollha minn fondi pubbliċi tal-assigurazzjoni.

L-implimentazzjoni ta’ dan l-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment 2: Network ġdid tal-isptarijiet — kostruzzjoni, rikostruzzjoni u tagħmir

L-objettiv tal-investiment huwa li tittejjeb l-infrastruttura attwali u li tinbena waħda ġdida biex tkun kompatibbli mar-rekwiżiti tas-sistemi moderni tas-saħħa u tikkontribwixxi għan-network tal-isptarijiet. Il-pjan biex jiġi ottimizzat in-network tal-isptarijiet li jirriżulta mir-Riforma 1 ta’ dan il-komponent, Optimizzazzjoni tan-network tal-isptarijiet, għandu jkun il-bażi għal dan l-investiment.

L-investimenti jibdew b’sejħa għall-offerti li tispeċifika r-rekwiżiti għall-forniment ta’ sodod tal-isptarijiet, skont il-prinċipju “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (DNSH). Dan ifisser li l-bini għandu jissodisfa rekwiżiti għoljin tal-effiċjenza enerġetika għall-isptarijiet il-ġodda u jikseb ċertifikat dwar il-Metodu ta’ Valutazzjoni Ambjentali tal-Istabbiliment tar-Riċerka (Building Research Establishment Environmental Assessment Method, BREEAM). Għall-bini rinnovat għandu jinkiseb iffrankar ta’ 30 % tal-enerġija primarja. Mill-objettiv kumplessiv ta’ 2 666 sodda tal-isptar, għandhom jinħolqu jew jiġu rinnovati mill-inqas 2 400 sodda tal-isptar. Sabiex jiġu ffaċilitati t-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-proġetti, għandha tiġi stabbilita Aġenzija speċjali.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment 3: Diġitalizzazzjoni fis-saħħa

L-investiment għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tar-Riforma 3 ta’ dan il-komponent — Ċentralizzazzjoni tal-ġestjoni tal-akbar sptarijiet. Iċ-ċentralizzazzjoni tas-sistemi tal-Ippjanar tar-Riżorsi tal-Intrapriżi (Enterprise Resource Planning - ERP) (għaċ-ċentru ta’ servizz kondiviż) għandha titwettaq fil-proġett pilota tad-19-il sptar taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tas-Saħħa. Huwa preżunt li dawn l-isptarijiet għandhom jibqgħu fin-network tal-isptarijiet wara t-tlestija tan-network tal-isptarijiet. It-tħejjija tas-sistemi għandha tqis l-integrazzjoni fis-sistema ċentrali ta’ informazzjoni ppjanata għall-isptarijiet.

L-implimentazzjoni ta’ dan l-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment 4: Kostruzzjoni u riabilitazzjoni ta’ stazzjonijiet tal-ambulanzi

L-objettiv tal-investiment huwa li jimplimenta r-Riforma 1 ta’ dan il-komponent: Ottimizzazzjoni tan-network tal-isptarijiet u Riforma 4 ta’ dan il-komponent, Ottimizzazzjoni tan-network tal-kura tas-saħħa akuta u d-definizzjoni l-ġdida tal-kura tas-saħħa ta’ emerġenza, li jiżguraw l-implimentazzjoni tat-trasferiment tal-istazzjon skont in-network il-ġdid tal-kura akuta u r-rekwiżiti għan-network il-ġdid tal-isptarijiet. Parti mill-istazzjonijiet trasferiti għandha tiġi żgurata billi jiġi rikostruwit bini xieraq, u parti oħra jenħtiġilha tinbena mill-ġdid bit-tagħmir korrispondenti. L-investiment għandu jindirizza l-kostruzzjoni jew ir-rikostruzzjoni ta’ 55 stazzjon tal-ambulanza fuq skala żgħira.

L-implimentazzjoni ta’ dan l-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2025.

Investiment 5: Tiġdid tal-flotta tal-ambulanzi

 Ix-xiri u t-tagħmir ta’ vetturi tal-ambulanza għas-servizzi tal-ambulanza huma mistennija li jissodisfaw rekwiżiti ta’ kwalità għolja u ta’ sikurezza għall-forniment ta’ kura medika ta’ emerġenza fil-qasam kif ukoll vetturi operattivi oħra meħtieġa — vetturi desktop, operazzjonali u tat-trasport tal-massa għal persuni b’diżabbiltà u eżerċizzji għandhom jiġu żgurati. Ix-xiri tal-197 vettura għandu jkun kompletament konformi mal-prinċipju DNSH.

L-implimentazzjoni ta’ dan l-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.

A.2.    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Num. Sek.

 

Miżura relatata (Riforma jew Investiment)

 

Stadju importanti / Mira

 

Isem

 

Indikaturi kwalitattivi (għal stadji importanti)

 

Indikaturi kwantitattivi (għall-miri)

Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija

Deskrizzjoni u definizzjoni ċara ta’ kull stadju importanti u mira

unità tal-kejl

Linja bażi

Mira

Trimestru

Sena

1

11 — Kura tas-saħħa moderna u aċċessibbli — Riforma 1 Optimizzazzjoni tan-Network tal-Isptarijiet (NU)

Stadju ewlieni

L-introduzzjoni tan-network tal-isptarijiet

Tidħol fis-seħħ emenda leġiżlattiva

Q1

2022

Emendi leġiżlattivi tal-liġijiet u l-atti legali relatati (il-liġijiet jinkludu: 576/2004, 577/2004, 578/2004, 579/2004, 581/2004) l-introduzzjoni tal-ottimizzazzjoni tan-network tal-isptarijiet għandha tiddefinixxi l-ġerarkija tal-fornituri tal-kura fl-isptarijiet skont il-kumplessità tal-kura pprovduta, l-ambitu tas-servizzi u l-aċċessibbiltà tal-ħin.

Se jkun hemm ħames (5) livelli ta’ fornituri tal-kura fl-isptar. Il-liġi għandha tistabbilixxi servizzi obbligatorji li l-fornituri huma obbligati jipprovdu f’kull livell. Barra minn hekk, hija għandha tiddefinixxi l-indikaturi tal-kwalità, ir-rekwiżiti għat-tagħmir tekniku, il-kapaċitajiet tal-persunal, il-ħinijiet ta’ stennija għal ċerti servizzi.

2

11 — Kura tas-saħħa moderna u aċċessibbli — Riforma 1 Optimizzazzjoni tan-Network tal-Isptarijiet (NU)

Mira

Is-sehem tal-isptarijiet imfassla mill-ġdid (awtorizzati fl-ambitu tal-isptarijiet ġenerali u speċjalizzati) taħt in-network il-ġdid tal-isptarijiet

%

0

40

Q4

2025

Għandu jkun hemm perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu l-isptarijiet u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa għandhom ikunu meħtieġa jikkonformaw ma’ regoli definiti ġodda.

40 % tal-isptarijiet attwali (sptarijiet awtorizzati fl-ambitu tal-isptarijiet ġenerali u speċjalizzati) għandhom jiġu riformati skont ir-riforma l-ġdida.

3

11 — Kura tas-saħħa moderna u aċċessibbli — Riforma 2 Riform tat-tħejjija tal-pjanijiet ta’ investiment fis-saħħa

Stadju ewlieni

Pjan ta’ investiment prijoritizzat skont il-metodoloġija tal-evalwazzjoni tal-investiment adottata mill-Ministeru tas-Saħħa

pjan ta’ investiment prijoritizzat ippubblikat fuq is-sit web tal-Ministeru tas-Saħħa

Q2

2022

Il-pjan għandu jinkludi l-investimenti kollha li għandhom jiġu ffinanzjati mill-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza u l-Fondi Strutturali tal-UE u għandu jibda jħejji dawn il-proġetti bħala kwistjoni ta’ prijorità għall-implimentazzjoni (marbuta mal-Investimenti 1, 2 u 3).

Għandha tiġi żviluppata metodoloġija għall-evalwazzjoni tal-investimenti fis-saħħa, li tiddetermina l-kriterji tat-teħid tad-deċiżjonijiet ibbażati fuq il-benefiċċji finanzjarji, mediċi iżda wkoll indiretti, inklużi l-benefiċċji soċjali u soċjoekonomiċi. Għandu jiġi stabbilit mudell għat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-effiċjenza ekonomika ta’ investiment fis-settur tas-saħħa, filwaqt li jitqiesu mhux biss il-benefiċċji finanzjarji diretti tal-investiment iżda wkoll dawk indiretti kollha (pereż. kumdità akbar tal-pazjenti).

4

11 — Kura tas-saħħa moderna u aċċessibbli — Riforma 3 Ċertifikazzjoni tal-ġestjoni tal-akbar sptarijiet

Stadju ewlieni

It-twaqqif ta’ korp ċentrali għall-ġestjoni tal-isptarijiet minn perspettiva organizzattiva, operattiva u ekonomika

Awtorità Ċentrali tal-Ġestjoni tal-Isptarijiet approvata mill-Ministeru tas-Saħħa u kompletament operattiva

Q4

2023

Din l-awtorità għandha tipprovdi b’mod effettiv l-istruttura governattiva għad-19-il sptar li għandha tikkonsisti min-network tal-isptarijiet fil-fażi pilota (ara l-mira hawn taħt). Dan ifisser li: timmaniġġa, tiggwida u tevalwa l-ippjanar u l-prestazzjoni tal-isptarijiet bħall-kontroll finanzjarju, il-kontroll tal-konformità, ir-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-kwalità u tar-riskju b’rabta mal-proċessi kliniċi. Għandha tagħmel ukoll ir-rakkomandazzjonijiet għall-ottimizzazzjoni tal-infiq u l-inventarji tal-mediċini u l-apparat mediku.

5

11 — Kura tas-saħħa moderna u aċċessibbli — Riforma 3 Ċertifikazzjoni tal-ġestjoni tal-akbar sptarijiet

Mira

Għadd ta’ sptarijiet involuti fis-sistema ta’ ġestjoni ċentrali

Għadd

0

19

Q2

2025

Is-sistema ċentrali ta’ ġestjoni għandha tħaddan 19-il sptar ikkontrollati mill-istat fil-fażi ta’ pilotaġġ.

6

11 — Kura tas-saħħa moderna u aċċessibbli — Riforma 4 Ottimizzazzjoni tan-network tal-kura tas-saħħa akuta u definizzjoni ġdida tal-kura tas-saħħa ta’ emerġenza

Stadju ewlieni

Emenda fil-liġi dwar in-Network tal-ambulanzi ottimali u d-definizzjoni l-ġdida tal-kura tas-saħħa ta’ emerġenza

Tidħol fis-seħħ il-leġiżlazzjoni dwar in-network ġdid ottimali tal-ambulanzi.

Q1

2023

L-emendi leġiżlattivi għandhom jintroduċu network ġdid ta’ stazzjonijiet tal-ambulanzi u definizzjoni ġdida ta’ kura medika ta’ emerġenza. In-network il-ġdid għandu jiggarantixxi d-disponibbiltà tas-servizzi ta’ emerġenza fi żmien 15 minuta għal 90 % tal-popolazzjoni. Għandha tkun marbuta ġeografikament u proċeduralment man-network il-ġdid tal-isptarijiet tan-NU. Id-definizzjoni l-ġdida ta’ kura ta’ emerġenza għandha tiddetermina l-għadd ta’ utenti awtorizzati tas-servizzi tal-ambulanza u kif għandhom iwieġbu għat-talba ta’ dawk l-utenti.

7

11 — Kura tas-saħħa moderna u aċċessibbli — Riforma 5 Riforma tal-forniment tal-kura primarja għall-adulti, it-tfal u ż-żgħażagħ

Stadju ewlieni

Il-liġi l-ġdida dwar l-istabbiliment tan-network ta’ fornituri tal-kura ġenerali u l-introduzzjoni ta’ tqassim f’żoni

Dħul fis-seħħ tal-att tal-liġi

Q2

2022

Il-leġiżlazzjoni l-ġdida għandha tistabbilixxi regoli għan-network tal-kura primarja biex jiġu ddeterminati l-għadd u d-distribuzzjoni tat-tobba tal-familja fuq il-bażi ta’: - Disponibbiltà (ħin ta’ vjaġġar massimu għal kull tabib);

-ħtiġijiet ta’ kapaċità (in-numru ta’ prattikanti mediċi ġenerali ta’ adulti u tfal meħtieġa, fuq il-bażi tad-daqs u l-istruttura tal-età tal-popolazzjoni).

11 — Kura tas-saħħa moderna u aċċessibbli — Investiment 1 Appoġġ għall-ftuħ ta’ kura primarja ġdida

Mira

Għadd ta’ kliniċi tal-kura primarja għall-outpatients appoġġati minn programm pilota

Għadd

0

153

Q4

2025

L-objettiv kumplessiv li jinħolqu 170 klinika outpatient — l-appoġġ għandu jingħata għall-ħolqien ta’ mill-inqas 153 klinika ġdida għall-outpatients għat-tobba tal-familja għall-adulti u l-pedjatriji fil-forma ta’ sussidju biex ipatti għall-ispiża tal-kliniċi outpatient matul l-ewwel sena ta’ operat.

9

11 — Kura tas-saħħa moderna u aċċessibbli — Investiment 2 Network ġdid tal-isptarijiet — kostruzzjoni, rikostruzzjoni u tagħmir

Stadju ewlieni

Sejħa għall-offerti għall-kostruzzjoni u r-rikostruzzjoni tal-isptarijiet

Notifika tal-għoti ta’ kuntratt tal-proġetti, konformi mal-kriterji tal-eliġibbiltà/tal-għażla

Q1

2024

Notifika tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi kollha għall-objettiv kumplessiv ta’ 2 666 sodod ġodda tal-isptar, li minnhom mill-inqas 2400 sodda għandhom ikunu disponibbli, imqassma:

1. mill-inqas 870 sodda fi sptarijiet kompletament ġodda fil-livell tal-idoneità* fil-bini li jissodisfa r-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika tal-25 BREEAM iċċertifikat waqt l-operat (l-objettiv huwa 968 sodda)

2. mill-inqas 1 035 sodda fi sptarijiet kompletament ġodda fil-livell ta’ “kostruzzjoni grossa”** f’bini li jissodisfa r-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika tal-25 BREEAM iċċertifikat waqt l-operat (l-objettiv huwa 1 150 sodda)

3. Mill-inqas 495 sodda fl-isptarijiet wara rinnovazzjoni maġġuri biex isiru kompletament idoeni*** f’bini li jissodisfa r-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika tas-26bis waqt l-operat (l-objettiv huwa 548 sodod)

*Idoneità sħiħa – sptar kompletament ġdid b’tagħmir materjali lest biex jirċievi l-pazjenti. **Kostruzzjoni grossa – pedamenti, kostruzzjoni, pajpijiet, insulazzjoni, drenaġġ, plumbing estern, mingħajr makkinarju, tisħin ċentrali, wiring, artijiet, finitura u apparat. *** Rinnovazzjoni estensiva għal rikostruzzjoni b’idoneità sħiħa ta’ parti kbira mill-binijiet, iżolament, soqfa, twieqi, bibien, dwal, sostituzzjoni ta’ apparat tekniku (tisħin, wiring, elettriku, lifts). Ir-rikostruzzjoni għandha torganizza mill-ġdid il-proċessi interni tal-isptarijiet u tirriabilita t-tagħmir tekniku. Ir-rikostruzzjoni tal-bini għandha tkun soġġetta għal iffrankar fl-enerġeja primarja ta’ aktar minn 30% li se jiġi mmonitorjat b’ċertifikati tal-iffrankar tal-enerġija.

10

11 — Kura tas-saħħa moderna u aċċessibbli — Investiment 2 Network ġdid tal-isptarijiet — kostruzzjoni, rikostruzzjoni u tagħmir

Mira

Sodod disponibbli fi sptarijiet imtejba

Għadd

0

2400

Q4

2025

Sodod disponibbli fi sptarijiet imtejba b’kapaċità ta’ mill-inqas 2 400 sodda maqsuma fl-1. Minimu ta’ 870 sodda fi sptarijiet kompletament ġodda fil-livell tal-idoneità sħiħa* f’bini li jissodisfa r-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika tal-25 BREEAM iċċertifikata waqt l-operat 2. Minimu ta’ 1 035 sodda fi sptarijiet kompletament ġodda fil-livell ta’ “kostruzzjoni grossa” f’bini li jissodisfa r-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika tal-25 BREEAM iċċertifikata waqt l-operat 3. Mill-inqas 495 sodda fl-isptarijiet wara rinnovazzjoni maġġuri għall-kundizzjoni fiżika sħiħa fil-bini li tissodisfa r-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika tas-26bis iċċertifikata waqt l-operat (mill-inqas iffrankar tal-enerġija ta’ 30 % meta mqabbel mal-istatus attwali).

11

11 — Kura tas-saħħa moderna u aċċessibbli — Investiment 3 Diġitalizzazzjoni tas-saħħa

Mira

L-għadd ta’ sptarijiet konnessi mas-sistema ERP Ċentrali

Għadd

0

19

Q4

2025

19-il sptar pubbliku għandhom ikunu konnessi mas-sistema ċentrali tal-ERP li tippermetti ċ-ċentralizzazzjoni tal-proċessi ta’ kontroll u proċessi oħra fl-isptarijiet.

12

11 — Kura tas-saħħa moderna u aċċessibbli — Investiment 3 Diġitalizzazzjoni tas-saħħa

Mira

Sistema ta’ navigazzjoni għat-trattament ta’ fibrillazzjoni atrijali fi 3 istituzzjonijiet tal-mard kardjovaskulari

Għadd

0

3

Q4

2023

Il-mira hija li tliet istituti tal-mard kardjovaskulari jiġu mgħammra bis-sistema ta’ navigazzjoni għat-trattament ta’ fibrillazzjoni atrijali li tnaqqas il-ħin imqatta’ fuq il-kirurġija tal-fibrillazzjoni atrijali b’65 %.

13

11 — Kura tas-saħħa moderna u aċċessibbli — Investiment 4 Kostruzzjoni u riabilitazzjoni ta’ stazzjonijiet tal-ambulanza (Servizzi tal-Ambulanza)

Mira

Għadd ta’ stazzjonijiet tal-ambulanza mibnija jew mibnija mill-ġdid

Għadd

0

55

Q2

2025

L-għan huwa li jinbnew jew jinbnew mill-ġdid il-postijiet tal-istazzjonijiet tal-ambulanza li għandhom ikunu fin-network il-ġdid tas-servizzi tal-ambulanza. — Insedjamenti mibnija għandhom ikunu f’bini li jissodisfa r-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika tas-26bis waqt l-operat (iffrankar tal-enerġija ta’ 30 % meta mqabbel mal-istatus attwali). — L-insedjamenti ġodda għandhom ikunu f’bini li, f’konformità mar-regolament fis-seħħ mill-1.1.2021, irid jikkonforma mal-klassi tal-effiċjenza enerġetika A0.

Distribuzzjoni ġeografika ġusta għandha tkun ibbażata fuq mudell ta’ simulazzjoni matematika li għandu jkollu l-għan li jipproponi network fejn: (1) 90 fil-mija tal-popolazzjoni tkun aċċessibbli fi żmien 15-il minuta mid-dispaċċ (2) 80 fil-mija tal-pazjenti bl-ewwel dijanjosi ta’ siegħa għandhom jintlaħqu fi żmien tmien minuti mid-dispaċċ (3) permezz tar-rilokazzjoni tal-istazzjonijiet, il-ħin tar-rispons għandu jkun iqsar mis-sitwazzjoni attwali

14

11 — Kura tas-saħħa moderna u aċċessibbli — Investiment 5 Tiġdid tal-flotta tal-ambulanzi

Mira

Xiri ta' vetturi

Għadd

0

197

Q4

2024

158 ambulanza, 9 vetturi għat-trasport kollettiv ta’ persuni u 30 vetturi rendez-vous għandhom jinxtraw u jitwasslu skont il-prinċipju DNSH.

Għall-vetturi Rendez-vous, għandhom jintgħażlu tipi ta’ vetturi magħżula b’emissjonijiet żero (ċelloli elettriċi/tal-idroġenu/tal-fjuwil) jew baxxi ta’ inqas minn 50 g CO2/km (vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli). Għall-bqija, il-proċedura tax-xiri hija kif ġej: l-ewwel - diżil, imbagħad ibrida jew elettrika – għandha tiġi applikata l-aħjar teknoloġija disponibbli fil-kategorija tal-vettura.

KOMPONENT 12: Kura tas-saħħa mentali umana, moderna u aċċessibbli

L-objettiv tal-komponent tal-pjan Slovakk għall-irkupru u r-reżiljenza huwa li jrawwem titjib sistemiku fil-kura tas-saħħa mentali fis-Slovakkja, mirfud minn kooperazzjoni bejn setturi differenti tal-amministrazzjoni pubblika u l-organizzazzjonijiet professjonali. Il-miżuri għandhom l-għan li jimmodernizzaw il-kura soċjomedika psikjatrika u psikoloġika, li jippromwovu s-saħħa mentali u l-prevenzjoni ta’ disturbi psikoloġiċi fil-popolazzjoni ġenerali, li jsaħħu l-kura soċjomedika u li jżidu l-aċċessibbiltà tagħha.

Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza skont il-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

Il-miżuri f’dan il-komponent għandhom jikkontribwixxu biex jindirizzaw ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż lis-Slovakkja, b’mod partikolari fir-rigward tar-reżiljenza tas-sistema tal-kura tas-saħħa u l-koordinazzjoni bejn it-tipi ta’ kura (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 1, 2020) u l-kura fit-tul (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 2, 2019).

A.1.    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Riforma 1: Kooperazzjoni u regolamentazzjoni interministerjali koordinati

Din ir-riforma għandha l-għan li tikkoordina l-politika dwar is-saħħa mentali u ttejjeb il-kooperazzjoni f’setturi differenti tal-amministrazzjoni pubblika. Dan għandu jinkiseb billi:

-jitwaqqaf korp ta’ koordinazzjoni interdipartimentali inkarigat mis-saħħa mentali. Il-Kunsill tal-Gvern għas-Saħħa Mentali kellu jiġi stabbilit fl-24 ta’ Frar 2021. Ir-riforma tinkludi l-operazzjonalizzazzjoni tal-governanza tagħha. Wieħed mill-ewwel kompiti tal-Kunsill għandu jkun li jikkoordina l-abbozzar tal-Programm Nazzjonali dwar is-Saħħa Mentali 2022–2030, li għandu jiġi ppreżentat lill-Gvern għall-approvazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2022.

-l-istabbiliment ta’ organizzazzjoni professjonali għall-psikologi, bl-objettiv primarju li jiżdied il-professjonaliżmu u tiġi żgurata r-regolamentazzjoni fl-edukazzjoni, is-superviżjoni dixxiplinarja u l-għoti ta’ assistenza legali għal dawn il-professjonijiet, irrispettivament mis-settur li fih jitwettqu.

Sabiex din ir-riforma u l-investimenti f’dan il-komponent ikunu mmirati aħjar, l-ewwel studju epidemjoloġiku fil-qasam tad-disturbi mentali għandu jitħejja sal-31 ta’ Diċembru 2022. Dan l-istudju għandu jipprovdi mmappjar tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali ta’ disturbi tas-saħħa mentali fis-Slovakkja.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2025.

Riforma 2: Żvilupp ta’ żoni ta’ kapaċità severament sottovalutati fil-kura tas-saħħa mentali

Din ir-riforma għandha l-għan li tiżviluppa kura tas-saħħa mentali soċjomedika aċċessibbli b’enfasi fuq iż-żieda fil-firxa tal-kura komunitarja. Dan għandu jinkiseb billi tingħata prijorità lill-immappjar ta’ servizzi severament skarsi fis-Slovakkja u billi tiġi żviluppata strateġija għall-iżvilupp prijoritarju tagħhom.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Riforma 3: Modernizzazzjoni tal-metodi u t-trattamenti dijanjostiċi

L-għan ta’ din ir-riforma huwa li tiżgura modernizzazzjoni komprensiva tal-proċeduri dijanjostiċi u terapewtiċi standard u li tiżgura l-applikazzjoni tagħhom fil-prattika. Għandhom jitwaqqfu gruppi ta’ ħidma biex jirrevedu l-metodi psikodijanjostiċi internazzjonali għal gruppi ta’ etajiet differenti u applikazzjonijiet differenti u jippreżentaw rakkomandazzjonijiet għall-adattament tal-metodi nazzjonali. Għandu jitwaqqaf grupp ta’ ħidma biex jidentifika faċilitajiet psikjatriċi istituzzjonali speċifiċi fejn l-umanizzazzjoni u s-sostituzzjoni ta’ sodod magħluqin għandhom jiġu implimentati.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2025.

Investiment 1: Ġestjoni ta’ proġetti u tħejjija ta’ investimenti

Għandha titwaqqaf unità ta’ implimentazzjoni għall-ġestjoni ta’ proġetti ta’ investiment taħt il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, li tkopri t-tfassil mediku, proċedurali u tal-IT ta’ dawn il-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa. L-entità għandha tikkoordina l-attivitajiet ta’ disinn u inġinerija, l-għażla ċentrali tal-kuntrattur, tikkoopera fl-organizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ kostruzzjoni u kontroll sabiex tiġġenera ekonomiji ta’ skala u ffrankar ta’ ħin.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment 2: Ħolqien ta’ faċilitajiet ta’ detenzjoni

L-għan huwa li tingħata kura adegwata lil grupp żgħir ta’ pazjenti psikjatriċi li wettqu reati kriminali serji. L-istabbiliment ta’ faċilitajiet ta’ detenzjoni mhuwiex parti mill-proċess ta’ deistituzzjonalizzazzjoni, iżda huwa miżura ta’ sigurtà u kura tas-saħħa meħtieġa u komplementari għal grupp żgħir ta’ pazjenti.

Żewġ faċilitajiet ta’ detenzjoni għandhom jiġu stabbiliti b’kapaċità ta’ 75 sodda kull waħda, waħda tkun diġà qed tinbena.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment 3: Il-bini ta’ ċentri psikosoċjali

L-objettiv ta’ din il-miżura huwa li tiġi żgurata kura adegwata fit-tul għall-pazjenti fl-ambjent tad-dar tagħhom minn timijiet mobbli, u b’hekk jiġi limitat it-tqegħid f’faċilitajiet istituzzjonali jew titjieb il-kwalità tal-ħajja li hemm f’dawn il-faċilitajiet. Il-miżura għandha tipprevjeni l-ħtieġa ta’ jew tnaqqas it-tul ta’ żmien ta’ rikoveru fl-isptar. Il-miżura għandha tiffoka fuq adulti u pazjenti pedjatriċi b’adattament soċjali limitat.

Iċ-ċentri għandhom jipprovdu servizzi tas-saħħa u soċjali permezz ta’ tim multidixxiplinarju (psikjatra, psikologu, infermier, assistent soċjali, edukatur speċjali u terapewtiku). B’kollox għandhom jiġu stabbiliti 38 ċentru. Fil-każ ta’ rinnovazzjonijiet tal-bini, l-objettiv minimu huwa li jinkiseb iffrankar medju tal-enerġija primarja ta’ 30 %.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment 4: It-tlestija tan-network stazzjonarju psikjatriku

L-għan ta’ dan l-investiment huwa li jitlesta n-network ta’ faċilitajiet stazzjonarji psikjatriċi, li jipprovdu kura psikjatrika ta’ kuljum bħala pass intermedju bejn il-kura psikjatrika istituzzjonali u dik out-patient.

B’kollox għandhom jinbnew 15-il faċilità stazzjonarja. Fil-każ ta’ rinnovazzjonijiet tal-bini, l-objettiv minimu huwa li jinkiseb iffrankar medju tal-enerġija primarja ta’ 30 %.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment 5: L-istabbiliment ta’ ċentri speċjalizzati għal disturbi ġeneralizzati tal-awtiżmu 

L-għan huwa li tiżdied id-disponibbiltà ta’ faċilitajiet speċjalizzati ta’ kura għal disturbi ġeneralizzati tal-awtiżmu biex jiġi żgurat trattament adegwat għal din il-kundizzjoni. Għandu jiġi stabbilit total ta’ tliet ċentri ġodda ta’ intervent dijanjostiku għal persuni b’disturbi ġeneralizzati tal-awtiżmu. Il-persunal għandu jitħarreġ fl-aktar metodi dijanjostiċi u ta’ intervent riċenti għal din il-kundizzjoni. Fil-każ ta’ rinnovazzjonijiet tal-bini, l-objettiv minimu huwa li jinkiseb iffrankar medju tal-enerġija primarja ta’ 30 %.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment 6: Stabbiliment ta’ repożitorju ta’ metodi psikodijanjostiċi

L-għan huwa li jiġi prodott repożitorju aġġornat tal-metodi psikodijanjostiċi disponibbli għall-professjonisti u l-faċilitajiet tal-kura psikoloġika. Il-metodi disponibbli bħalissa għandhom jiġu riveduti u aġġornati. Il-metodi neqsin għandhom jiġu kkumplimentati bl-akkwist u bit-traduzzjoni ta’ metodi fl-lingwi barranin. Ir-repożitorju għandu jkun taħt amministrazzjoni tal-organizzazzjoni professjonali kompetenti (l-Assoċjazzjoni Slovakka tal-Psikologi) u għandu jinkludi verżjoni diġitali aċċessibbli online.

Matul il-pandemija għandha tiġi operata linja ta’ promozzjoni nazzjonali tas-saħħa mentali li tipprovdi appoġġ psikoloġiku bit-telefon u online sabiex jittaffew l-impatti tal-kriżi tal-COVID-19.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2025.

Investiment 7: L-umanizzazzjoni tal-kura psikjatrika istituzzjonali

L-objettiv tal-investiment huwa r-rinnovazzjoni tal-faċilitajiet psikjatriċi istituzzjonali biex jittejbu l-kundizzjonijiet għall-ammissjoni fl-isptar. Dan għandu jinkiseb billi jitnaqqas in-numru ta’ pazjenti f’kull kamra b’faċilitajiet sanitarji indipendenti. Il-kapaċità ġenerali tal-pazjenti għandha tibqa’ l-istess. Miżura oħra għandha tkun is-sostituzzjoni ta’ sodod magħluqin (enclosure beds) bi kmamar ta’ iżolament sikuri.

Kapaċità totali għal 244 pazjent għandha tkun soġġetta għal rinnovazzjoni. Fil-każ ta’ rinnovazzjonijiet tal-bini, l-objettiv minimu huwa li jinkiseb iffrankar medju tal-enerġija primarja ta’ 30 %.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment 8: Taħriġ fis-saħħa mentali għall-persunal

L-għan ta’ dan l-investiment huwa li jiżdied in-numru ta’ persunal professjonali b’edukazzjoni moderna, li jagħmilha possibbli li jiżdiedu d-disponibbiltà u l-kwalità tal-kura pprovduta. L-objettiv għandu jintlaħaq billi jiġu aġġornati l-kurrikuli għar-rekwiżiti tal-prattiki moderni u jiġu introdotti tipi ġodda ta’ kura. L-ostakli leġiżlattivi għar-rikonoxximent tal-kwalifiki barranin għandhom jitneħħew u t-taħriġ kliniku tas-settur tas-saħħa għandu jkun disponibbli għall-professjonisti tas-saħħa mentali mis-setturi kollha. Għandu jingħata taħriġ mill-ġdid fis-saħħa mentali lill-ħaddiema fis-settur tas-saħħa kif ukoll lill-professjonisti barra mis-settur tal-kura tas-saħħa.

Total ta’ mill-inqas 900 ħaddiem fis-settur tal-kura tas-saħħa għandhom jitħarrġu mill-ġdid f’tipi differenti ta’ programmi fis-saħħa mentali.

L-implimentazzjoni ta’ din il-miżura għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2025.

A.2.    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Num. Sek.

 

Miżura relatata (Riforma jew Investiment)

 

Stadju importanti / Mira

 

Isem

 

Indikaturi kwalitattivi (għal stadji importanti)

 

Indikaturi kwantitattivi (għall-miri)

Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija

Deskrizzjoni u definizzjoni ċara ta’ kull stadju importanti u mira

 

Unità ta’ kejl

Linja bażi

Mira

Trimestru

Sena

1

12 — Kura tas-saħħa mentali umana, moderna u aċċessibbli — Riforma 1: Kooperazzjoni u regolamentazzjoni interministerjali koordinati

Stadju ewlieni

Stabbiliment ta’ żewġ entitajiet ta’ koordinazzjoni għas-saħħa mentali

L-operazzjonalizzazzjoni sħiħa tal-entitajiet

Q2

2025

Għandhom jiġu stabbiliti żewġ entitajiet ta’ koordinazzjoni:

1. Il-Kunsill tal-Gvern għas-Saħħa Mentali;

2. L-Assoċjazzjoni tal-psikologi

Il-Kunsill għandu jikkoordina l-politiki bejn il-ministeri kompetenti fil-qasam tas-saħħa mentali. Għandu jipproduċi l-Programm Nazzjonali tas-Saħħa Mentali u l-Pjan ta’ Azzjoni, li għandhom jiġu approvati mill-Gvern Slovakk.

L-assoċjazzjoni għandha tkun organizzazzjoni professjonali rreġistrata ta’ psikologi fis-setturi funzjonali kollha (jiġifieri mhux biss limitata għas-settur tal-kura tas-saħħa). Għandha topera reġistru diġitali ta’ psikologi professjonali li jaħdmu fl-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-affarijiet soċjali, il-ġustizzja, l-affarijiet interni, id-difiża u oħrajn.

2

12 — Kura tas-saħħa mentali umana, moderna u aċċessibbli — Investiment 1: Ġestjoni ta’ proġetti u tħejjija ta’ proġett ta’ investimenti

12 — Kura tas-saħħa mentali umana, moderna u aċċessibbli — Investiment 2: Ħolqien ta’ faċilitajiet ta’ detenzjoni

Mira

Kapaċità ta’ pazjenti tal-faċilitajiet ta’ detenzjoni

Għadd

0

150

Q4

2025

Il-bidu tal-użu ta’ faċilitajiet ġodda ta’ detenzjoni b’kapaċità għal 150 pazjent psikjatriku.

3

12 — Kura tas-saħħa mentali umana, moderna u aċċessibbli — Riforma 2: Żvilupp ta’ żoni ta’ kapaċità severament sottovalutati fil-kura tas-saħħa mentali

12 — Kura tas-saħħa mentali umana, moderna u aċċessibbli — Investiment 1: Ġestjoni ta’ proġetti u tħejjija ta’ proġett ta’ investimenti

12 — Kura tas-saħħa mentali umana, moderna u aċċessibbli — Investiment 3: Il-bini ta’ ċentri psikosoċjali

12 — Kura tas-saħħa mentali umana, moderna u aċċessibbli — Investiment 4: It-tlestija tan-network stazzjonarju psikjatriku

12 — Kura tas-saħħa mentali umana, moderna u aċċessibbli — Investiment 5: L-istabbiliment ta’ ċentri speċjalizzati għad-disturbi tal-ispettru tal-awtiżmu

Mira

L-għadd ta’ ċentri tal-kura tas-saħħa mentali maħluqa bbażati fil-komunità

Għadd

0

56

Q4

2025

Il-bidu tal-użu ta’ 56 ċentru tas-saħħa u tal-kura soċjali bbażati fil-komunità: ċentri psikosoċjali, faċilitajiet stazzjonarji ta’ matul il-jum u faċilitajiet għal disturbi tat-tip awtistiku.

4

12 — Kura tas-saħħa mentali umana, moderna u aċċessibbli — Riforma 3: Modernizzazzjoni tal-metodi u t-trattamenti dijanjostiċi

12 — Kura tas-saħħa mentali umana, moderna u aċċessibbli — Investiment 6: Stabbiliment ta’ repożitorju ta’ metodi psikodijanjostiċi

Mira

L-għadd ta’ metodi psikodijanjostiċi rreġistrati u standardizzati

 

Għadd

0

112

Q2

2025

It-twaqqif ta’ reġistru diġitali ta’ metodi psikodijanjostiċi.

Mill-objettiv kumplessiv ta’ 125 metodu standardizzat ġdid u aġġornat, għandha tiġi pprovduta standardizzazzjoni għal 112-il metodu, li għandhom jintgħażlu minn grupp ta’ esperti.

5

12 — Kura tas-saħħa mentali umana, moderna u aċċessibbli — Riforma 3: Modernizzazzjoni tal-metodi u t-trattamenti dijanjostiċi

12 — Kura tas-saħħa mentali umana, moderna u aċċessibbli — Investiment 1: Ġestjoni ta’ proġetti u tħejjija ta’ proġett ta’ investimenti

12 — Kura tas-saħħa mentali umana, moderna u aċċessibbli — Investiment 7: L-umanizzazzjoni tal-kura psikjatrika istituzzjonali

Mira

Il-kapaċità tal-pazjenti fi kmamar konvertiti fil-kura psikjatrika istituzzjonali.

 

Għadd

0

244

Q4

2025

Kompletat ir-rikostruzzjoni tal-kmamar b’żewġ sodda fil-faċilitajiet sanitarji tal-kura psikjatrika istituzzjonali u s-sostituzzjoni tas-sodod magħluqa fil-kmamar ta’ iżolament.

6

12 — Kura tas-saħħa mentali umana, moderna u aċċessibbli — Investiment 8: Taħriġ fis-saħħa mentali għall-persunal

Mira

L-għadd ta’ ħaddiema fis-settur tas-saħħa mħarrġa fis-saħħa mentali

Għadd

0

900

Q2

2025

Tal-objettiv kumplessiv li jiġi pprovdut taħriġ fis-saħħa mentali lil 1000 ħaddiem, taħriġ iċċertifikat fuq terminu qasir jew fit-tul fis-saħħa mentali għandu jitlesta għal 900 ħaddiem tas-saħħa.

KOMPONENT 13: Kura soċjali tas-saħħa fit-tul aċċessibbli u ta’ kwalità għolja

Is-sistema ta’ kura fit-tul tas-Slovakkja mhijiex lesta għat-tixjiħ rapidu mistenni tal-popolazzjoni. Il-proporzjon tal-popolazzjoni li għandha aktar minn 65 sena għandu jiżdied mill16 % attwali għal aktar minn 24 % sal-2040. Aċċess insuffiċjenti għal kura fit-tul ta’ kwalità u affordabbli, minħabba nuqqas ta’ finanzjament ġenerali ta’ servizzi ta’ kura bbażati fil-komunità u fid-djar, governanza frammentata, u n-nuqqas ta’ koordinazzjoni sistemika ta’ servizzi soċjali u tal-kura tas-saħħa. Ma hemmx strateġija komprensiva u adegwata li tinkludi kemm l-aspetti soċjali kif ukoll l-aspetti tal-kura tas-saħħa. Il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-kura fit-tul għall-persuni b’diżabilità hija wkoll inkoerenti. Is-superviżjoni tal-kura soċjali hija ineffiċjenti u partikolarment insuffiċjenti fir-rigward tal-kura fid-dar. Barra minn hekk, is-sistema ta’ finanzjament hija frammentata u tiffavorixxi l-kura istituzzjonalizzata fost nuqqas ta’ appoġġ għal servizzi bbażati fid-djar u bbażati fil-komunità. Għal din ir-raġuni, hemm nuqqas ta’ servizzi ta’ kura xierqa fit-tul u palljattivi, b’mod partikolari f’ambjenti ta’ kura bbażati fid-djar u fil-komunità.

Dan il-komponent tal-pjan Slovakk għall-irkupru u r-reżiljenza għandu jħejji lis-Slovakkja għal popolazzjoni li qed tixjieħ malajr billi jiġi żgurat appoġġ ta’ kwalità għolja, aċċessibbli u komprensiv għall-persuni li jeħtieġu kura fit-tul u palljattiva. L-għoti ta’ tali kura għandu jżid ukoll l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabbiltà fis-soċjetà, kif ukoll il-livell ta’ protezzjoni soċjali tagħhom. Ir-riformi regolatorji jimmiraw lejn sistema tal-kura aktar koerenti u kkoordinata aħjar li torbot il-kura soċjali u tas-saħħa, skema ta’ finanzjament imtejba ċċentrata madwar il-ħtiġijiet tan-nies u li tipprovdi inċentivi aħjar għall-kura bbażata fil-komunità, valutazzjoni aktar koerenti tal-ħtiġijiet tal-kura għall-persuni b’diżabilità, u superviżjoni mtejba tal-kura soċjali. L-investimenti għandhom jirriżultaw f’aktar kapaċitajiet ta’ kura fit-tul, kura palljattiva u servizzi ta’ wara l-kura, b’mod partikolari fl-għoti ta’ kura fid-djar u bbażata fil-komunità.

Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza skont il-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

Il-komponent għandu jikkontribwixxi biex jindirizza r-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 2, 2019, itejjeb l-aċċess għal kura affordabbli u ta’ kwalità fit-tul, u jindirizza r-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 1, 2020, filwaqt li jtejjeb il-koordinazzjoni bejn it-tipi ta’ kura. Huwa għandu jikkontribwixxi wkoll għas-salvagwardja tas-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi, b’mod partikolari tas-sistema tal-kura tas-saħħa, kif rakkomandat fir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 1, 2019.

 

Riforma 1: Integrazzjoni u finanzjament tal-kura soċjali u tas-saħħa fit-tul

Din ir-riforma għandha l-għan li tirriforma l-istrutturi tal-kura soċjali u tas-saħħa fit-tul biex tiżgura koordinazzjoni aħjar bejn it-tipi ta’ kura u biex tagħmel il-finanzjament aktar effettiv. B’mod partikolari, għandha tistabbilixxi qafas koerenti li jinkludi kemm il-kura soċjali kif ukoll dik tas-saħħa. Il-bidla ewlenija fis-sistema ta’ finanzjament tikkonċerna l-introduzzjoni ta’ baġit personali għall-persuni bi bżonnijiet ta’ kura minflok il-finanzjament frammentat attwali tal-fornituri tal-kura. L-iskema ta’ finanzjament riformata għandha ttejjeb ukoll l-isforzi biex titneħħa l-istituzzjonalizzazzjoni tal-kura billi ttejjeb l-inċentivi għal kura bbażata fid-djar u bbażata fil-komunità.

Il-liġi l-ġdida dwar il-kura fit-tul u palljattiva għandha tidħol fis-seħħ sal-31 ta’ Marzu 2023, u l-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar il-finanzjament tas-servizzi soċjali għandha tidħol fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Riforma 2: Valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ kura

Il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-kura fit-tul għall-persuni b’diżabilità hija inkoerenti fost sistema frammentata. Filwaqt li mhux il-każ għall-għoti ta’ servizzi soċjali, ir-rikonoxximent ta’ diżabbilitajiet serji huwa prekundizzjoni għall-għoti ta’ assistenza personali u allowance għall-kura.

Din ir-riforma għandha ttejjeb u tissimplifika l-mod kif il-persuni b’diżabilità severa jiġu rikonoxxuti. Hija għandha tintroduċi qafas unifikat u sistema ta’ valutazzjoni għall-assistenza u l-kura personali għall-persuni b’diżabilità serja. Il-valutazzjoni ewlenija għandha titwettaq mill-uffiċċji tax-xogħol, soċjali u tal-familja u skont metodoloġija uniformi bbażata fuq l-Iskeda 2.0 tal-Valutazzjoni tad-Diżabilità tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, li tivvaluta firxa wiesgħa ta’ ħtiġijiet. Biex jitnaqqas il-piż amministrattiv u bħala parti mill-isforzi tad-diġitalizzazzjoni, l-assessuri għandhom jużaw is-sistema tas-saħħa elettronika. L-assessuri fis-46 uffiċċju tal-fergħa għandhom jirċievu t-tagħmir meħtieġ biex iwettqu xogħolhom.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2024.

Riforma 3: Konsolidazzjoni tas-superviżjoni tal-kura soċjali u l-provvediment tal-infrastruttura meħtieġa

Is-sistema ta’ superviżjoni tal-provvediment tal-kura soċjali hija frammentata u ineffiċjenti. Is-superviżjoni u l-kontroll attwalment jitwettqu minn awtoritajiet differenti fil-livell nazzjonali u reġjonali mingħajr allokazzjoni ċara ta’ kompetenzi. Il-kapaċitajiet għas-superviżjoni mhumiex biżżejjed. Il-kura informali u l-assistenza personali, b’mod partikolari l-kura fid-dar ipprovduta minn membri tal-familja, mhumiex koperti.

Din ir-riforma għandha tikkonsolida s-superviżjoni tal-kura soċjali. Għandha tiġi stabbilita awtorità superviżorja unifikata. Din għandha tissorvelja l-forniment tas-servizzi soċjali u l-kwalità tagħhom, il-kwalità u l-ambitu tal-assistenza għall-persuni li jirċievu baġit personali għall-ħtiġijiet tal-kura, u l-forniment tal-kura tas-saħħa fis-servizzi soċjali (flimkien mal-Awtorità Superviżorja tal-Kura tas-Saħħa). Il-kwalità tal-kura għandha tiġi vvalutata skont metodoloġija żviluppata f’konformità mas-Sett ta’ Għodod dwar id-Drittijiet tal-Kwalità tad-WHO. Il-miżura għandha tipprovdi wkoll l-infrastruttura meħtieġa għas-sistema l-ġdida ta’ superviżjoni, magħmula mill-kwartieri ġenerali u tmien fergħat reġjonali, inkluż bini, vetturi, u tagħmir tal-IT.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2024.

Investiment 1: It-titjib ta’ kapaċitajiet ta’ kura soċjali bbażati fil-komunità

Fis-Slovakkja, il-provvediment ta’ servizzi soċjali formali jxaqleb favur servizzi residenzjali ta’ natura istituzzjonali, iddominati minn faċilitajiet ta’ kura fuq skala kbira aktar milli faċilitajiet iżgħar ibbażati fil-komunità. Hemm nuqqas ta’ servizzi ta’ kura outpatient.

Fuq il-bażi tar-riforma 1 tal-komponent 13 Integrazzjoni u finanzjament tal-kura soċjali u tas-saħħa fit-tul, dan l-investiment għandu jespandi l-kapaċità tal-kura bbażata fil-komunità u tal-faċilitajiet outpatient u jippermetti li l-pazjenti jiġu trasferiti minn faċilitajiet fuq skala kbira għal faċilitajiet iżgħar tat-tip fil-komunità, filwaqt li tipprovdi kapaċità addizzjonali għal benefiċjarji ġodda, u tnaqqas il-piż fuq dawk li jindukraw b’mod informali. B’mod speċifiku, bil-kostruzzjoni ta’ bini ġdid u bir-rinnovazzjoni ta’ bini eżistenti, għandhom jinħolqu mill-inqas 1 400 post ġdid f’faċilitajiet ibbażati fil-komunità u f’faċilitajiet tal-kura tas-saħħa soċjali b’kapaċità baxxa flimkien. Barra minn hekk, għandhom jinħolqu mill-inqas 2 580 post f’faċilitajiet ta’ outpatients ġodda u ta’ kapaċità baxxa b’kapaċità medja ta’ 20 post billi jinbena bini ġdid jew jiġi rinnovat bini eżistenti.

Fil-każ ta’ rinnovazzjonijiet tal-bini, l-objettiv minimu huwa li jinkiseb iffrankar medju tal-enerġija primarja ta’ 30 %.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment 2: Estensjoni u tiġdid ta’ kapaċitajiet ta’ kura ta’ segwitu u ta’ infermiera

Hemm nuqqas ta’ ċarezza leġiżlattiva u ta’ kapaċità ta’ wara l-kura tal-pazjenti wara li jiddaħħlu l-isptar biex tiġi żgurata l-aħjar riabilitazzjoni possibbli. Dan in-nuqqas jikkontribwixxi biex wieħed jerġa’ jidħol l-isptar bla bżonn u b’mod ineffiċjenti u dan jitfa’ piż żejjed fuq l-isptarijiet. Il-kapaċitajiet għal servizz ta’ infermiera fid-dar huma wkoll nieqsa.

Dan l-investiment għandu jsaħħaħ il-kapaċitajiet tal-kura biex jiżgura kura ta’ wara tajba għall-persuni fil-bżonn wara li joħorġu mill-isptar, u biex jespandi l-kapaċitajiet tal-infermiera ġod-djar. B’mod speċifiku, għandhom jinħolqu mill-inqas 650 sodda ġdida tal-kura ta’ wara, bl-użu tal-kapaċitajiet liberati mill-kura kronika u akuta wara l-ottimizzazzjoni tan-network tal-isptarijiet kif deskritt fil-komponent 11 tal-pjan Slovakk għall-irkupru u r-reżiljenza. Barra minn hekk, tal-anqas 91 fornitur tal-kura fid-dar għandhom jirċievu appoġġ. Dan jinkludi l-istabbiliment ta’ mill-inqas 11-il fornitur ġdid ta’ servizz ta’ infermiera fid-dar u li jiġu mgħammra bis-sħiħ mill-inqas 80 fornituri eżistenti.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment 3: It-tisħiħ u l-irkupru tal-kapaċitajiet tal-kura palljattiva

In-network ta’ servizzi paljattivi għal pazjenti b’marda terminali mhuwiex biżżejjed u ma jissodisfax ir-rakkomandazzjonijiet internazzjonali. Hemm inqas minn nofs l-għadd ta’ ospizji ambulanti rakkomandati disponibbli u l-kwalità tal-kura tagħhom hija kompromessa mis-set-up tagħhom, filwaqt li huma t-tip preferut ta’ servizz ta’ ospizji għall-maġġoranza tal-pazjenti. Barra minn hekk, hemm differenzi reġjonali sinifikanti fid-disponibbiltà tas-servizzi. Hemm dipartimenti tal-kura palljattiva fi tlieta biss mit-tmien reġjuni.

Fuq il-bażi tar-riforma 1 tal-komponent 13 Integrazzjoni u finanzjament tal-kura soċjali u tas-saħħa fit-tul, dan l-investiment għandu jespandi u jtejjeb il-kapaċitajiet għall-kura palljattiva, fost nuqqas ta’ tali servizzi, f’konformità mal-istrateġija tad-deistituzzjonalizzazzjoni, il-preferenza tal-kura bbażata fid-dar u dik ibbażata fil-komunità. L-investiment għandu jinkludi:

·Il-ħolqien ta’ mill-inqas 270 sodda tal-kura palljattiva ġodda fi sptarijiet b’kapaċità baxxa, b’kapaċità medja ta’ 20 sodda għal kull sptar, f’żoni li mhumiex moqdijin biżżejjed billi jinbnew sptarijiet żgħar ġodda u jiġu rinnovati dawk eżistenti. Id-dipartimenti paljattivi u s-sodod tal-kura fl-isptarijiet għandhom jinħolqu bir-rikostruzzjoni ta’ sodod eżistenti li spiċċaw vojta minħabba r-riorganizzazzjoni tan-network tal-isptarijiet.

·L-estensjoni u t-tiġdid tal-kura palljattiva ambulanti billi jiġu stabbiliti mill-inqas 20 ospizju ambulanti ġdid u billi jiġġeddu mill-inqas sitta (6) eżistenti. Dan jinkludi l-forniment tat-tagħmir fiżiku u tekniku meħtieġ. Billi tiġi bbażata l-kura palljattiva ambulanti li għadha kif ġiet stabbilita fl-ospizji jew fid-dipartimenti palljattivi, il-kwalità tal-kura tagħhom għandha titjieb.

Fil-każ ta’ rinnovazzjonijiet tal-bini, l-objettiv minimu huwa li jinkiseb iffrankar medju tal-enerġija primarja ta’ 30 %.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Settembru 2025.

A.2.    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Num. Sek.

 

Miżura relatata (Riforma jew Investiment)

 

Stadju importanti / Mira

 

Isem

 

Indikaturi kwalitattivi (għal stadji importanti)

 

Indikaturi kwantitattivi (għall-miri)

Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija

Deskrizzjoni u definizzjoni ċara ta’ kull stadju importanti u mira

 

Unità tal-kejl

Sfond

Mira

Trimestru

Sena

1

13 — kura soċjomedika aċċessibbli u ta’ kwalità għolja fit-tul — Riforma 1: Kura soċjomedika disponibbli u ta’ kwalità fit-tul — Riforma tal-integrazzjoni u l-finanzjament tal-kura soċjali u tas-saħħa fit-tul

Stadju ewlieni

Qafas leġiżlattiv ġdid għas-saħħa fit-tul u l-kura palljattiva

Id-dħul fis-seħħ ta’ liġi ġdida dwar il-kura fit-tul u palljattiva u tar-regolamentazzjoni tal-finanzjament tal-kura palljattiva u tal-infermiera

 

 

 

Q1

2023

L-ewwel fażi tal-implimentazzjoni tar-riforma tikkonsisti fir-regolamentazzjoni tar-rimborż mill-kumpaniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa tal-kura tal-infermiera fil-faċilitajiet tas-servizzi soċjali, l-arranġamenti għall-kuntratt tal-kura tal-infermiera mill-kumpaniji tal-assigurazzjoni u l-aġġustament tar-rimborżi mill-kumpaniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa għall-kura palljattiva, outpatient u inpatient. L-adozzjoni ta’ din l-emenda leġiżlattiva hija prevista sal-Q1 2022.

Il-fażi li jmiss tal-implimentazzjoni tikkonsisti fl-iżvilupp u l-approvazzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida. Liġi ġdida dwar is-saħħa għandha tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kura tas-saħħa u tal-kura palljattiva fit-tul u tiddefinixxi l-kura ta’ segwitu u r-rabta tagħha ma’ tipi oħra ta’ kura. Din il-liġi għandha tiġi adottata sal-Q1 2023. L-emendi leġiżlattivi għandhom jirregolaw l-oqsma attwalment definiti mill-Att Nru 576/2004 dwar il-kura tas-saħħa u s-servizzi relatati mal-provvediment tal-kura tas-saħħa.

2

13 — kura soċjomedika aċċessibbli u ta’ kwalità għolja fit-tul— Riforma 1: Kura soċjomedika disponibbli u ta’ kwalità fit-tul — Riforma tal-integrazzjoni u l-finanzjament tal-kura soċjali u tas-saħħa fit-tul

Stadju ewlieni

Pubblikazzjoni tal-kunċett ta’ finanzjament tas-servizzi soċjali għal dibattitu pubbliku

Kunċett ippubblikat dwar il-finanzjament tas-servizzi soċjali

 

 

 

Q4

2023

Bħala riżultat tal-ewwel fażi tat-tħejjija tar-riforma tal-finanzjament tas-servizzi soċjali, għandu jiġi propost kunċett ġdid għall-finanzjament tas-servizzi soċjali mill-gvern għall-konsultazzjoni mal-partijiet interessati.

3

13 — kura soċjomedika aċċessibbli u ta’ kwalità għolja fit-tul — Riforma 1: Kura soċjomedika disponibbli u ta’ kwalità fit-tul — Riforma tal-integrazzjoni u l-finanzjament tal-kura soċjali u tas-saħħa fit-tul

Stadju ewlieni

Is-sistema l-ġdida ta’ finanzjament tas-servizzi soċjali – l-introduzzjoni ta’ baġit personali

Dħul fis-seħħ tal-att dwar il-finanzjament tas-servizzi soċjali

 

 

 

Q4

2025

Id-dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni dwar is-servizzi soċjali li għandha tintroduċi sistema ġdida ta’ finanzjament ibbażata fuq baġit personali għall-persuna fil-bżonn. Ir-riforma għandha tabolixxi għadd kbir ta’ kontribuzzjonijiet differenti u toħloq spazju għal appoġġ immirat u komprensiv għall-persuni li jeħtieġu kura fit-tul. Ir-riforma tal-finanzjament għandha tappoġġa l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ servizzi fil-komunità. L-emendi leġiżlattivi għandhom jirregolaw l-oqsma attwalment definiti b’mod partikolari mill-Att Nru 448/2008 dwar is-servizzi soċjali u l-Att Nru 447/2008 Coll. dwar allowances fi flus biex jikkumpensaw għal diżabilità serja.

4

13 — kura soċjomedika aċċessibbli u ta’ kwalità għolja fit-tul — Riforma 2: Kura soċjomedika fit-tul disponibbli u ta’ kwalità għolja — Valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-kura

Stadju ewlieni

Unifikazzjoni tas-sistema ta’ valutazzjoni

Id-dħul fis-seħħ tal-att dwar is-servizzi soċjali u li jemenda l-Att 447/2008 dwar il-kumpens għal persuni b’diżabbiltà serja

 

 

 

 

Q1

2024

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi soċjali li għandha tiġbor flimkien ix-xogħol ta’ valutazzjoni mwettaq s’issa minn diversi korpi u, fl-istess ħin, temenda l-Att Nru 447/2008 dwar il-kumpens għal persuni b’diżabbiltà severa.

Ir-riforma tal-ħidma ta’ valutazzjoni għandha tneħħi l-ineffiċjenzi u l-burokrazija għall-valutaturi mediċi u l-valutaturi. Għandhom jiġu definiti kriterji uniformi ġodda għas-sottodipendenza biex il-valutazzjoni ssir aktar trasparenti. Il-ħidma ta’ valutazzjoni għandha tiġi diġitizzata – valutaturi mediċi se jużaw is-sistema tas-saħħa elettronika. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti tar-riforma, ir-riżorsi finanzjarji taħt din ir-riforma għandhom jintużaw biex jipprovdu tagħmir tal-kompjuter u tal-uffiċċju għall-200 persuna tal-persunal tal-valutazzjoni u vettura għal kull waħda mis-46 fergħa.

5

13 — kura soċjomedika aċċessibbli u ta’ kwalità għolja fit-tul — Riforma 3: Riforma tas-superviżjoni tal-kura soċjali u l-provvista tal-infrastruttura għall-implimentazzjoni tagħha

Stadju ewlieni

Riforma tas-superviżjoni tal-kura soċjali

Dħul fis-seħħ tal-att dwar is-superviżjoni tal-kura soċjali

 

 

 

 

Q2

2022

Id-dħul fis-seħħ ta’ liġi fil-qasam tas-superviżjoni tal-kura soċjali li għandha tgħaqqad is-setgħat ta’ superviżjoni u; — Il-ħolqien tal-bażi leġiżlattiva għall-funzjonament tas-superviżjoni/spezzjoni ġdida tal-benessri soċjali; — Definizzjoni ta’ kundizzjonijiet ġodda għall-kwalità tal-kura fis-servizzi soċjali u fid-djar; — L-estensjoni tal-qasam ta’ superviżjoni biex tinkludi s-superviżjoni ta’ kura informali fid-dar.

6

13 — kura soċjomedika aċċessibbli u ta’ kwalità għolja fit-tul — Riforma 3: Riforma tas-superviżjoni tal-kura soċjali u l-provvista tal-infrastruttura għall-implimentazzjoni tagħha

Mira

L-istabbiliment ta’ sistema superviżorja unifikata bi kwartieri ġenerali u tmien fergħat

 

Għadd

0

9

Q1

2024

It-tlestija tal-infrastruttura meħtieġa għall-funzjonament tal-korp superviżorju — il-kwartieri ġenerali u tmien fergħat reġjonali. L-ispejjeż jinkludu binjiet, karozzi, tagħmir tal-kompjuter u prerekwiżiti oħra

7

13 — Kura soċjomedika aċċessibbli u ta’ kwalità għolja fit-tul — Investiment 1: It-titjib ta’ kapaċitajiet ta’ kura soċjali bbażati fil-komunità

Mira

Titjib tal-kapaċitajiet ta’ servizzi residenzjali bbażati fil-komunità u faċilitajiet ta’ kapaċità baxxa soċjali tas-saħħa (indikatur: Għadd minimu ta’ postijiet maħluqa)

 

Għadd

0

210

Q2

2024

Għandhom jinħolqu mill-inqas 210 post ġdid f’faċilitajiet ibbażati fil-komunità u faċilitajiet tal-kura tas-saħħa soċjali b’kapaċità baxxa flimkien, billi jinbnew binjiet ġodda u billi jiġi rinnovat bini eżistenti.  Il-faċilitajiet ibbażati fil-komunità jirreferu l-aktar għal faċilitajiet ta’ akkomodazzjoni tal-familja b’kapaċità sa 12-il post kull waħda. Il-faċilitajiet tal-kura tas-soċjomedika għandu jkollhom kapaċità sa 30 post kull wieħed.

Il-faċilitajiet se jinbnew/jinbnew mill-ġdid skont il-prinċipji ta’ disinn universali u se jkunu ta’ kapaċità baxxa, u b’hekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità.

 

8

13 — Kura soċjomedika aċċessibbli u ta’ kwalità għolja fit-tul — Investiment 1: It-titjib ta’ kapaċitajiet ta’ kura soċjali bbażati fil-komunità

Mira

Titjib tal-kapaċitajiet ta’ servizzi residenzjali bbażati fil-komunità u faċilitajiet ta’ kapaċità baxxa soċjali tas-saħħa (indikatur: Għadd minimu ta’ postijiet maħluqa)

 

Għadd

0

1400

Q2

2026

Mill-objettiv kumplessiv li jinħolqu 1480 post f’faċilitajiet ibbażati fil-komunità (li minnhom 1000 post) u faċilitajiet tal-kura soċjomedika b’kapaċità baxxa (li minnhom 480 post) flimkien, għandhom jinħolqu mill-inqas 1400 post ġdid, billi jinbena bini ġdid u billi jiġi rinnovat bini eżistenti.  Il-faċilitajiet ibbażati fil-komunità jirreferu l-aktar għal faċilitajiet ta’ akkomodazzjoni tal-familja b’kapaċità sa 12-il post kull waħda. Il-faċilitajiet tal-kura tas-soċjomedika għandu jkollhom kapaċità sa 30 post kull wieħed.

Il-faċilitajiet se jinbnew/jinbnew mill-ġdid skont il-prinċipji ta’ disinn universali u se jkunu ta’ kapaċità baxxa, u b’hekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità.

 

9

13 — Kura soċjomedika aċċessibbli u ta’ kwalità għolja fit-tul — Investiment 1: It-titjib ta’ kapaċitajiet ta’ kura soċjali bbażati fil-komunità

Mira

Espansjoni tal-kapaċitajiet tas-servizzi tal-outpatient (indikatur: Għadd minimu ta’ postijiet maħluqa)

 

Għadd

0

387

Q2

2024

Għandhom jinħolqu 387 post għal servizzi tal-outpatient f’faċilitajiet ġodda tal-outpatient (pereż. kartolerija ta’ kuljum, ċentru ta’ riabilitazzjoni) b’kapaċità medja ta’ 20 post permezz ta’ kostruzzjoni ta’ bini ġdid jew rinnovazzjoni ta’ bini eżistenti. Dawn il-faċilitajiet għandhom parzjalment iservu bħala post ta’ indukrar waqt il-mistrieħ tal-persuni li jindukraw b’mod informali. Il-faċilitajiet għandhom jinbnew/jinbnew mill-ġdid skont il-prinċipji ta’ disinn universali u għandhom ikunu ta’ kapaċità baxxa, u b’hekk jissodisfaw it-termini tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità.

10

13 — Kura soċjomedika aċċessibbli u ta’ kwalità għolja fit-tul — Investiment 1: It-titjib ta’ kapaċitajiet ta’ kura soċjali bbażati fil-komunità

Mira

Espansjoni tal-kapaċitajiet tas-servizzi tal-outpatient (indikatur: Għadd minimu ta’ postijiet maħluqa)

 

Għadd

0

2580

Q2

2026

Mill-objettiv kumplessiv li jinħolqu 2585 post għal servizzi outpatient f’faċilitajiet ġodda ta’ outpatients (pereż. stazzjonarji ta’ kuljum, ċentru ta’ riabilitazzjoni) b’kapaċità medja ta’ 20 post, għandhom jinħolqu mill-inqas 2580 post permezz ta’ kostruzzjoni ta’ bini ġdid jew rinnovazzjoni ta’ bini eżistenti. Dawn il-faċilitajiet għandhom parzjalment iservu bħala post ta’ indukrar waqt il-mistrieħ tal-persuni li jindukraw b’mod informali. Il-faċilitajiet għandhom jinbnew/jinbnew mill-ġdid skont il-prinċipji ta’ disinn universali u għandhom ikunu ta’ kapaċità baxxa, u b’hekk jissodisfaw it-termini tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità.

11

13 — Kura soċjomedika aċċessibbli u ta’ kwalità għolja fit-tul — Investiment 2: Estensjoni u restorazzjoni ta’ kapaċitajiet ta’ kura ta’ segwitu u ta’ infermerija

Mira

Estensjoni u tiġdid ta’ fornituri tal-kura tal-infermiera fid-dar (indikatur: l-għadd ta’ fornituri appoġġati)

 

Għadd

0

91

Q1

2025

Investiment fit-tagħmir fiżiku u tekniku ta’ 91 aġenzija ġdida u eżistenti ta’ infermiera fid-dar. Dan se jappoġġa l-istabbiliment ta’ mill-inqas 11-il aġenzija ġdida u t-tagħmir mill-ġdid ta’ mill-inqas 80 aġenzija eżistenti tal-infermerija fid-dar.

12

13 — Kura soċjomedika aċċessibbli u ta’ kwalità għolja fit-tul — Investiment 2: Estensjoni u restorazzjoni ta’ kapaċitajiet ta’ kura ta’ segwitu u ta’ infermerija

Mira

Il-ħolqien ta’ sodod ta’ kura ta’ segwitu permezz tar-rikostruzzjoni ta’ sodod akuti u kroniċi eżistenti (indikatur: għadd minimu ta’ sodod ta’ kura ta’ segwitu rekostruwiti)

 

Għadd

0

650

Q2

2026

Mill-inqas 650 sodda tal-kura ta’ segwitu għandhom jinħolqu bl-użu ta’ kapaċitajiet liberati ta’ kura kronika u akuta wara l-ottimizzazzjoni tan-network tal-isptarijiet. Is-sodod tal-kura ta’ segwitu se jservu biex il-pazjenti jiġu kkurati wara li jiddaħħlu l-isptar f’sodod akuti.

13

13 — Kura soċjomedika aċċessibbli u ta’ kwalità għolja fit-tul — Investiment 3: Żieda u restorazzjoni tal-kapaċitajiet tal-kura palljattiva

Mira

L-espansjoni u t-tiġdid ta’ kapaċitajiet ta’ kura palljattiva residenzjali (indikatur: għadd ta’ postijiet tas-sodod li nħolqu u li ġew irkuprati)

 

Għadd

0

270

Q3

2025

Dan l-investiment jinkludi l-ħolqien ta’ mill-inqas 270 sodda permezz tal-kostruzzjoni ta’ sptar ġodda (medja ta’ 20 sodda) u r-rikostruzzjoni ta’ sptarijiet. L-ospizji se jintużaw għall-kura palljattiva fit-tul għal pazjenti li l-kundizzjoni jew is-sitwazzjoni familjari tagħhom ma tippermettix kura palljattiva fid-dar. Is-sodod tal-kompartimenti paljattivi għandhom jinħolqu billi jinbnew mill-ġdid sodod eżistenti. Xi wħud minnhom jirriżultaw mit-tfassil mill-ġdid ta’ profili tal-kompartimenti ta’ morda fit-tul, li parti minnhom tirriżulta minn sodod akuti rilaxxati mill-ottimizzazzjoni tan-network.

14

13 — Kura soċjomedika aċċessibbli u ta’ kwalità għolja fit-tul — Investiment 3: Żieda u restorazzjoni tal-kapaċitajiet tal-kura palljattiva

Mira

Estensjoni u tiġdid tan-network tal-isptarijiet mobbli (indikatur: għadd ta’ fornituri ġodda u mibnija mill-ġdid)

 

Għadd

0

26

Q1

2025

Bħala parti minn dan l-investiment fit-tagħmir fiżiku u tekniku ta’ ospizji mobbli ġodda u eżistenti, se jiġu appoġġati mill-inqas 20 ospizju mobbli ġdid u mill-inqas 6 oħra eżistenti.

KOMPONENT 14: It-titjib tal-ambjent tan-negozju

L-ambjent tan-negozju tas-Slovakkja bil-mod il-mod qed jintilef. Il-bidliet frekwenti fl-ambjent leġiżlattiv u l-piż regolatorju għoli jinvolvu spejjeż għan-negozji, proċeduri ta’ insolvenza għaljin u twal ifixklu r-riallokazzjoni tar-riżorsi, u l-qafas tal-akkwist pubbliku mhux trasparenti jnaqqas ir-ritmu tal-investiment u jwassal għal akkwist subottimali.

Dan il-komponent tal-pjan Slovakk għall-irkupru u r-reżiljenza għandu l-għan li jagħmel diversi titjibiet fl-ambjent tan-negozju. Il-miżuri għandhom l-għan li jnaqqsu l-piż amministrattiv għan-negozji, jaġġornaw u jiddiġitalizzaw il-qafas tal-insolvenza, u jtejbu l-proċeduri tal-akkwist pubbliku.

Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza skont il-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

Il-komponent b’hekk jikkontribwixxi biex tiġi indirizzata r-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 4, 2020 biex jiġi żgurat ambjent tan-negozju favorevoli kif ukoll għar-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 3, 2019 billi jiġu indirizzati l-isfidi tal-akkwist pubbliku.

Riforma 1: Tnaqqis tal-piż regolatorju għan-negozji

Piż amministrattiv u regolatorju kbir jaffettwa b’mod negattiv l-investiment u l-innovazzjoni, speċjalment għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Minkejja l-isforzi tal-gvern, il-piż amministrattiv mhuwiex jitnaqqas biżżejjed u l-ambjent tan-negozju fis-Slovakkja qiegħed jaqa’ lura bil-mod meta jitqabbel ma’ dak internazzjonali.

Din ir-riforma għandha tnaqqas il-piż amministrattiv għan-negozji billi tintroduċi l-għodod li ġejjin: l-evalwazzjoni ex ante tal-leġiżlazzjoni ta’ traspożizzjoni ppjanata biex tiġi evitata regolamentazzjoni żejda mhux ġustifikata; l-evalwazzjoni ex post tal-effikaċja u l-ġustifikazzjoni ta’ regolamentazzjoni diġà introdotta; ir-regola 1-in-2-out li tiżgura leġiżlazzjoni ġdida ma żżidx l-ispiża amministrattiva għan-negozji; u pakketti ta’ miżuri individwali bbażati fuq konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati li huma adattati biex jissimplifikaw ir-rekwiżiti amministrattivi għan-negozji.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Riforma 2: L-armonizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri ta’ insolvenza

Il-proċedimenti ta’ insolvenza tas-Slovakkja jieħdu fit-tul u jiswew ħafna flus. Hemm nuqqas ta’ mekkaniżmi xierqa ta’ twissija bikrija, ma hemm l-ebda qrati speċjalizzati biex jittrattaw proċeduri ta’ insolvenza, u hemm nuqqas ta’ proċessi ta’ fluss tax-xogħol kompletament diġitalizzat.

Din ir-riforma għandha tistabbilixxi proċeduri unifikati u diġitalizzati tal-insolvenza u tar-ristrutturar li jtejbu t-trasparenza, il-ħin u l-kost tagħhom. Ir-riforma għandha tistabbilixxi qafas imtejjeb u armonizzat tal-insolvenza, inklużi għodod ta’ twissija bikrija u speċjalizzazzjoni tal-insolvenza fil-qrati tan-negozju.

Il-leġiżlazzjoni dwar il-mekkaniżmi ta’ twissija bikrija għandha tidħol fis-seħħ sal-31 ta’ Jannar 2022. L-emendi leġiżlattivi rispettivi tal-Att Nru 7/2005 dwar il-falliment u r-ristrutturar, l-Att Nru 328/1991 dwar il-falliment u l-kompożizzjoni, l-Att Nru 7/2005 dwar il-falliment u r-ristrutturar u l-Att Nru 8/2005 dwar it-trustees, l-Att Nru 757/2004 dwar il-Qrati u l-Att Nru 371/2004 dwar is-sede u d-distretti tal-qrati tar-Repubblika Slovakka għandhom jidħlu fis-seħħ sal-31 ta’ Marzu 2023.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2023.

Riforma 3: Il-proċeduri tal-akkwist pubbliku

Il-kumplessità u t-tul tal-proċeduri ta’ verifika tal-akkwist pubbliku jibqgħu fattur ta’ imblukkar għall-benefiċjarji potenzjali. Barra minn hekk, hemm lok biex jiżdied l-użu ta’ kriterji relatati mal-kwalità u mal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja. Fl-istess ħin, jeħtieġ li jiġu żgurati salvagwardji xierqa. Fil-kuntest tan-nuqqas ta’ fiduċja fil-konfront tal-istituzzjonijiet pubbliċi, jeħtieġ li l-akkwirenti pubbliċi jagħmlu sforz akbar biex jerġgħu jirbħu l-fiduċja tan-negozji, tal-midja u tal-pubbliku inġenerali. Il-benefiċċji tal-isforzi ta’ professjonalizzazzjoni sa issa qed jitfaċċaw biss bil-mod.

Ir-riforma tal-akkwist pubbliku għandha tissimplifika u tħaffef il-proċeduri filwaqt li tiżgura salvagwardji xierqa. Għandha wkoll l-għan li ttejjeb il-kontroll billi tiddiġitalizza u tawtomatizza l-għoti u l-evalwazzjoni tal-kuntratti, u l-ġbir u l-analiżi tal-prezzijiet. Ir-riforma leġiżlattiva għandha tirregola kemm il-proċeduri pubbliċi ’l fuq mil-limitu u dawk taħt il-limitu kif ukoll dawk b’valur baxx. Il-proċeduri tal-akkwist pubbliku għandhom jiġu ssimplifikati u mqassra, il-proċeduri ta’ kontroll għandhom jittejbu, u t-trasparenza tiżdied b’mod partikolari bl-istabbiliment ta’ pjattaforma elettronika pubblika unika għall-proċess kollu tal-akkwist, inkluż għal kuntratti taħt il-limitu minimu u b’valur baxx. Il-bidliet kollha, b’mod partikolari bħala salvagwardji xierqa bħar-rekwiżiti ta’ trasparenza, il-proċeduri ta’ rieżami u s-separazzjoni tal-kompiti u l-kompetenzi, għandhom jikkonformaw bis-sħiħ mal-liġi tal-UE. Sabiex jittejjeb l-użu tal-kriterji tal-kwalità, ir-regoli għall-akkwist pubbliku ekoloġiku huma mistennija li jissaħħu. Huwa mistenni li għandu jinkiseb tisħiħ ulterjuri tal-użu tal-kriterji tal-kwalità permezz ta’ mezzi mhux regolatorji. Il-miżura għandha ttejjeb aktar il-professjonalizzazzjoni tal-akkwist pubbliku billi tibni l-kapaċitajiet tal-Uffiċċju tal-Akkwist Pubbliku. B’mod speċifiku, għandu jingħata taħriġ f’formati varji biex tittejjeb l-applikazzjoni tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku.

Ir-riforma tal-Att dwar l-Akkwist Pubbliku għandha tidħol fis-seħħ sal-31 ta’ Marzu 2022. Il-pjattaforma elettronika unika għandha tkun operattiva sat-30 ta’ Ġunju 2023.

Investiment 1: Kapaċitajiet għal riformi biex jitnaqqas il-piż regolatorju

L-implimentazzjoni rapida tar-riformi biex jitnaqqas il-piż amministrattiv teħtieġ kapaċitajiet temporanji, b’mod partikolari l-avukati u l-analisti, fil-korpi pubbliċi responsabbli.

Dan l-investiment għalhekk jipprevedi timijiet ta’ proġetti temporanji biex ifasslu u jwettqu Riforma 1. Għandu jinkludi esperti legali u analisti. Għandhom jitwettqu l-evalwazzjonijiet ex ante u ex post u tapplika r-regola 1-in-2-out. Ir-rappurtar online tal-kontroll tal-konformità tal-prinċipju 1-in-2-out (kont virtwali) għandu jikkonferma li r-regola titqiegħed fil-prattika.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2025.

Investiment 2: Diġitalizzazzjoni ta’ proċessi ta’ insolvenza

In-nuqqas ta’ sistema diġitali komprensiva hija waħda mir-raġunijiet ewlenin għall-akkumulazzjoni ta’ proċedimenti ta’ insolvenza. Ir-reġistru attwali tal-insolvenza essenzjalment jaħdem bħala pjattaforma ta’ pubblikazzjoni, iżda ma jippermettix li l-każijiet jiġu ttrattati b’mod diġitali fost l-atturi involuti. Dan jikkontribwixxi għal proċeduri twal b’implikazzjonijiet negattivi għall-ambjent tan-negozju u għal riallokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi.

L-investiment għandu jiddiġitalizza bis-sħiħ il-proċeduri tal-insolvenza sabiex iqassar u jnaqqas l-ispiża għall-intraprendituri. Dan għandu jinkludi d-diġitalizzazzjoni tal-likwidazzjoni, il-falliment, ir-ristrutturar u l-ħelsien mid-dejn, inklużi l-proċedimenti ta’ qabel l-insolvenza. Diversi atturi għandhom ikunu konnessi magħha, bħall-qrati, il-kredituri, u l-pubbliku.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2024. 

A.2.    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Num. Sek.

Miżura relatata (Riforma jew Investiment)

Stadju importanti / Mira

Isem

Indikaturi kwalitattivi (għal stadji importanti)

Indikaturi kwantitattivi (għall-miri)

Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija

Deskrizzjoni u definizzjoni ċara ta’ kull stadju importanti u mira

 

 

 

 

 

 

Unità tal-kejl

Sfond

Mira

Trimestru

Sena

1

14 — Titjib tal-ambjent tan-negozju — Riforma 1: Tnaqqis tal-piż regolatorju fuq in-negozju

Stadju ewlieni

Introduzzjoni ta’ għodod ġodda għat-tnaqqis tal-piż regolatorju: – Implimentazzjoni tar-regola “1-in-2-out” — Introduzzjoni ta’ evalwazzjoni ex post tar-regolamenti eżistenti (materjal leġiżlattiv u mhux leġiżlattiv) – L-introduzzjoni ta’ protezzjoni kontra regolamentazzjoni żejda mhux ġustifikata

 

Dħul fis-seħħ ta’ riżoluzzjonijiet li jaġġornaw il-Metodoloġija Unifikata għall-Valutazzjoni ta’ Impatti

 

 

 

Q1

2023

Dħul fis-seħħ ta’ riżoluzzjonijiet tal-gvern li jaġġornaw il-Metodoloġija Unifikata għall-Valutazzjoni ta’ Impatti Magħżula u l-introduzzjoni ta’ għodod ġodda biex jitnaqqas il-piż regolatorju: — Introduzzjoni tar-regola “1-in-2-out” fl-Q1/2022 — Introduzzjoni ta’ evalwazzjoni ex post tar-regolamenti eżistenti (materjal leġiżlattiv sal-Q1/2022 u materjal mhux leġiżlattiv sal-Q1/2023) fir-rigward tal-effettività u l-ġustifikazzjoni tagħhom — Introduzzjoni ta’ protezzjoni kontra regolamentazzjoni żejda mhux ġustifikata sar-Q4/2022 — Implimentazzjoni tal-investiment biex jiġu implimentati miżuri biex jitnaqqas il-piż regolatorju fuq in-negozju.

2

14 — Titjib tal-ambjent tan-negozju — Investiment 1: Tnaqqis tal-piż regolatorju fuq in-negozju

Stadju ewlieni

Ir-regola 1-in-2-out, evalwazzjoni ex ante biex tiġi evitata regolamentazzjoni żejda u evalwazzjonijiet ex post tar-regolamentazzjoni eżistenti

Evalwazzjonijiet imwettqa mill-Ministeru tal-Ekonomija

 

 

 

Q2

2025

Ir-rappurtar online tal-kontroll tal-konformità tal-prinċipju 1-in-2-out (kont virtwali) għandu jikkonferma li r-regola titqiegħed fil-prattika: Kontroll tal-materjal leġiżlattiv sottomess (500 fis-sena)/Tħejjija ta’ taħriġ għas-sottomittenti ta’ materjal leġiżlattiv u mhux leġiżlattiv (1 fis-sena)/Għadd ta’ konsultazzjonijiet ipprovduti għas-sottomittenti (100 fis-sena)/Għadd ta’ aġġornamenti tal-kontijiet virtwali fuq is-sit web tal-MH SR (12 fis-sena) — Q4/2024

Levalwazzjoni ex post tal-effikaċja u l-ġustifikazzjoni ta’ regolamentazzjoni diġà introdotta; Rieżami tal-materjal leġiżlattiv ppreżentat (50 fl-2022, 100 fis-snin ta’ wara). Taħriġ għas-sottomittenti ta’ materjali leġiżlattivi (darba fis-sena) u l-forniment ta’ konsultazzjonijiet. Se jiġi żviluppat mekkaniżmu biex jikkontrolla l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-evalwazzjoni ex post — Q4/2024

Implimentazzjoni ta’ protezzjoni kontra regolamentazzjoni żejda mhux ġustifikata: Se jiġi żviluppat kontroll tal-evalwazzjonijiet sottomessi tal-materjali leġiżlattivi (40 fis-sena)/Taħriġ għas-sottomittenti ta’ materjali leġiżlattivi (1 fis-sena)/Għadd ta’ konsultazzjonijiet (30 fis-sena)/Mekkaniżmu għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ protezzjoni kontra regolamentazzjoni żejda mhux ġustifikata. — Q2/2025.

3

14 — Titjib tal-ambjent tan-negozju — Riforma 1: Tnaqqis tal-piż regolatorju fuq in-negozju

Stadju ewlieni

Tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq l-intraprendituri

Dħul fis-seħħ ta’ tliet pakketti b’300 miżura biex jitnaqqas il-piż amministrattiv

Q4

2024

Id-dħul fis-seħħ ta’ tliet pakketti li jnaqqsu l-piż amministrattiv għan-negozji, li kull wieħed minnhom ikun fih mill-inqas 100 miżura, u li jwassal għal iffrankar għall-intraprendituri.

4

14 — Titjib tal-ambjent tan-negozju — Riforma 2: Tiforma tal-qafas tal-insolvenza — adattament tal-leġiżlazzjoni

Stadju ewlieni

Riforma tal-qafas tal-insolvenza

 

Dħul fis-seħħ ta’ sett ta’ liġijiet li jirregolaw il-proċedimenti ta’ insolvenza.

 

 

 

Q1

2023

Id-dħul fis-seħħ ta’ liġijiet li għandhom jistabbilixxu l-qafas legali għall-unifikazzjoni u d-diġitalizzazzjoni sħiħa tal-likwidazzjoni, il-falliment, ir-ristrutturar u l-ħelsien mid-dejn u, fejn xieraq, ir-riżoluzzjoni ta’ falliment imminenti, kif ukoll il-modifika tal-oqfsa legali u proċedurali għad-diġitalizzazzjoni tal-proċessi ta’ likwidazzjoni sfurzata. Dan jinkludi l-introduzzjoni ta’ għodod ta’ twissija bikrija u joħloq speċjalizzazzjoni tal-insolvenza fil-livell tal-qrati kummerċjali.

Il-Gvern u l-parlament japprovaw sett ta’ liġijiet: — Liġi ġdida dwar ir-ristrutturar finanzjarju mhux pubbliku u r-ristrutturar pubbliku preventiv; — Emenda tal-Att Nru 7/2005 dwar il-Falliment u r-Ristrutturar, — Emenda tal-Att Nru 8/2005 dwar l-Amministraturi, – Emenda tal-Att Nru 328/1991 dwar il-falliment u l-arranġament; — Emenda tal-Att Nru 757/2004 dwar il-Qrati; — Emenda tal-Att Nru 371/2004 dwar is-sede u d-distretti tal-qrati tar-Repubblika Slovakka.

5

14 — Titjib tal-ambjent tan-negozju — Investiment 2: Diġitalizzazzjoni tal-proċessi ta’ insolvenza

Mira

Proċess uniku ta’ insolvenza kompletament diġitalizzat huwa kompletament operattiv.

 

% ta’ proċeduri ta’ insolvenza magħmula permezz ta’ proċess diġitali unifikat

0

100

Q2

2024

Il-proċess uniku ta’ insolvenza kompletament diġitalizzat ġie ttestjat u mniedi u jintuża fil-proċedimenti kollha ta’ insolvenza. Dħul fis-seħħ ta’ sistema ta’ informazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika (qafas tekniku) li tiffoka fuq il-liġi tal-insolvenza u l-proċessi ta’ ħruġ b’moduli ta’ utenti multipli (kustodji, kredituri, qrati, il-pubbliku, realizzazzjoni tal-assi) u funzjonalitajiet ulterjuri għal twissija bikrija ta’ insolvenza imminenti, ħelsien mid-dejn ta’ persuni fiżiċi, skambju transfruntier ta’ informazzjoni, forniment ta’ data statistika u analitika u divulgazzjoni ta’ informazzjoni.

6

14 — Titjib tal-ambjent tan-negozju — Riforma 3: Riforma tal-akkwist pubbliku – adattament tal-leġiżlazzjoni

Stadju ewlieni

Riforma tal-Att dwar il-Proċeduri tal-Akkwist Pubbliku

Dħul fis-seħħ tal-Att rivedut dwar il-Proċeduri tal-Akkwist Pubbliku mill-Parlament

 

 

 

Q1

2022

Emenda għall-Att dwar il-Proċeduri tal-Akkwist Pubbliku approvata mill-Gvern u l-Parlament u li daħlet fis-seħħ se tiżgura:

L-aċċellerazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-proċedura tal-akkwist.

— L-aċċellerazzjoni tal-proċess ukoll bil-ħsieb li jiġu eżerċitati d-drittijiet tal-kandidati, l-offerenti, il-parteċipanti u persuni oħra kkonċernati.

Titjib tal-kontroll tal-akkwist pubbliku billi jiġu awtomatizzati l-għoti u l-evalwazzjoni tal-kuntratti u jiġu żgurati l-ġbir u l-analiżi effiċjenti tad-data dwar il-prezzijiet.

— L-iżgurar ta’ salvagwardji xierqa, b’mod partikolari fir-rigward tat-trasparenza u kwalunkwe emenda proposta se tkun konformi kemm mad-Direttivi rilevanti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll mar-regoli stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE.

7

14 — Titjib tal-ambjent tan-negozju — Riforma 3: Riforma tal-akkwist pubbliku – diġitalizzazzjoni tal-proċessi tal-akkwist pubbliku

Stadju ewlieni

Id-diġitalizzazzjoni tal-proċessi tal-akkwist pubbliku permezz ta’ pjattaforma elettronika unika.

Il-pjattaforma elettronika unika hija kompletament operattiva fir-rigward tal-7 funzjonalitajiet ġodda.

Q2

2023

Id-diġitalizzazzjoni tal-proċessi tal-akkwist pubbliku għandha tiġi ttestjata u tkun kompletament operazzjonali, inkluża l-interoperabbiltà mas-sistema ta’ informazzjoni tal-Ġestjoni Ċentrali tad-data ta’ referenza (IS CSRÚ) skont l-Att Nru 305/2013 Coll. li jippermetti l-ikkompletar awtomatiku tad-data tal-entità kontraenti, l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni għall-prodotti u s-servizzi kollha, u l-monitoraġġ tal-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-oġġetti u s-servizzi. Is-sistema għall-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-prodotti u s-servizzi hija mistennija li timtela gradwalment. Karatteristiċi:

— Sottomissjoni ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi taħt il-limitu massimu mhux biss dawk normalment disponibbli fis-suq;

— Għoti ta’ kuntratt b’kriterju differenti minn dak tal-prezz;

— Riċerka tas-suq għal kuntratti ta’ valur baxx;

— Pubblikazzjoni ta’ kuntratti ta’ valur baxx;

- Il-ħolqien ta’ funzjonalità ta’ monitoraġġ tal-prezzijiet;

- Il-ħolqien tal-funzjonalità għall-klassifikazzjoni awtomatizzata tal-offerti;

— Integrazzjoni mas-sistema ta’ informazzjoni tal-Ġestjoni Ċentrali tad-data ta’ referenza (IS CSRU) skont l-Att Nru 305/2013 Coll.

KOMPONENT 15: Riforma ġudizzjarja

Fis-Slovakkja, qam tħassib speċifiku dwar l-integrità ġenerali tas-sistema ġudizzjarja tagħha, u l-fiduċja fil-ġudikatura tikklassifika ħażin meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra tal-UE. Il-korruzzjoni għadha ta’ sfida u l-perċezzjonijiet tal-korruzzjoni għadhom problematiċi.

Dan il-komponent tal-pjan Slovakk għall-irkupru u r-reżiljenza għandu l-għan li jkompli jżid l-effiċjenza, l-integrità u l-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja kif ukoll li jiġġieled il-korruzzjoni. L-għan tar-riforma tal-mappa ġudizzjarja huwa li tintroduċi l-ispeċjalizzazzjoni għall-imħallfin u b’hekk toħloq lok għal deċiżjonijiet tal-qorti aħjar u aktar rapidi. L-investimenti marbuta mar-riforma tal-mappa ġudizzjarja għandhom żewġ għanijiet ġenerali. L-ewwel għan huwa t-titjib tal-bini eżistenti u l-bini jew l-akkwist ta’ bini ġdid għall-qrati ewlenin fil-mappa ġudizzjarja l-ġdida. It-tieni għan huwa li jsir investiment fil-kapaċitajiet analitiċi, fit-teknoloġiji diġitali u fl-elettronika tal-proċessi ġudizzjarji, sabiex jikkontribwixxi għal kwalità aħjar u servizzi aktar rapidi u żieda fit-trasparenza proċedurali, u biex jitnaqqas l-ambitu għal prattiki korrotti.

Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza skont il-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

Il-komponent jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati r-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 2019, 4 u r-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 2020, 4, jiġifieri biex tittejjeb l-effettività u jiġi indirizzat it-tħassib dwar l-integrità fis-sistema ġudizzjarja, kif ukoll biex jiżdiedu l-isforzi għad-detezzjoni u l-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni, u jiġu żgurati superviżjoni u infurzar effettivi tal-qafas kontra l-ħasil tal-flus.

Riforma 1: Organizzazzjoni mill-ġdid tal-mappa ġudizzjarja

Il-frammentazzjoni tas-sistema ġudizzjarja tas-Slovakkja ddgħajjef l-effettività tagħha. L-imħallfin ma jistgħux jispeċjalizzaw b’mod suffiċjenti, u dan ifixkel l-effiċjenza u l-kwalità tad-deċiżjonijiet tal-qorti. Barra minn hekk, l-eteroġeneità tas-sistema tirriżulta f’nuqqas ta’ trasparenza.

Din ir-riforma għalhekk għandha ttejjeb l-effiċjenza u l-kwalità tal-ġudikatura. Għal dan il-għan, hija għandha torganizza mill-ġdid is-sistema tal-qrati billi tirrazzjonalizzaha u b’hekk tippermetti speċjalizzazzjoni akbar tal-imħallfin fil-ġustizzja kriminali, ċivili, kummerċjali u tal-familja, u b’hekk twitti t-triq għal deċiżjonijiet tal-qorti aħjar u aktar rapidi. Għandha tinkludi network ġdid ta’ qrati amministrattivi u ordinarji tal-prim’istanza (inklużi l-qrati muniċipali), il-qrati tal-appell, u Qorti Amministrattiva Suprema.

Il-leġiżlazzjoni ewlenija li timplimenta r-riforma tal-mappa ġudizzjarja għandha tidħol fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2021. It-tranżizzjoni tas-sistema ġudizzjarja għal għadd iżgħar ta’ qrati u b’imħallfin speċjalizzati għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2023.

Riforma 2: Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-tisħiħ tal-integrità u l-indipendenza tal-ġudikatura

Il-livell għoli ta’ korruzzjoni perċepita huwa akkumpanjat minn nuqqas ta’ fiduċja fil-ġudikatura. Tħassib partikolari huwa n-nuqqas ta’ mezzi għall-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni u tal-ħasil tal-flus.

Din ir-riforma tinvolvi pakkett ta’ bidliet leġiżlattivi mmirati lejn it-titjib tal-integrità u l-indipendenza ġudizzjarja, u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus b’mod aktar effettiv. Din ir-riforma għandha tiġi implimentata f’konformità mal-Artikolu 19 tat-TUE biex tiġi żgurata protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

It-tisħiħ tal-integrità u l-indipendenza ġudizzjarja:

·Il-Qorti Amministrattiva Suprema għandha tingħata s-setgħa taġixxi bħala qorti dixxiplinari għall-imħallfin, għall-prosekuturi, għall-bailiffs, għan-nutara u għall-amministraturi (marbuta mar-riforma tal-1).

·Il-Kunsill Ġudizzjarju għandu jirċievi aktar kompetenzi fil-verifika tal-assi u l-kompetenza ġudizzjarja tal-imħallfin. Barra minn hekk, għandu jiġi introdott prinċipju reġjonali għall-elezzjoni tal-Kunsill Ġudizzjarju biex tiġi żgurata rappreżentanza aħjar.

·L-elezzjoni tal-imħallfin għall-Qorti Kostituzzjonali għandha tittejjeb u ssir aktar trasparenti permezz ta’ diversi mezzi, bħal salvagwardja kontra l-passività parlamentari fl-elezzjoni tal-imħallfin, l-introduzzjoni elezzjoni tal-imħallfin bil-prinċipju ta’ rotazzjoni biex jitnaqqas ir-riskju li jkun hemm wisq imħallfin magħżula minn partit politiku partikolari. Għandhom jiġu introdotti seduti ta’ smigħ pubbliċi għall-elezzjoni ta’ mħallfin ewlenin (tal-Qorti Kostituzzjonali, tal-Avukat Ġenerali u tal-Prosekutur Speċjali).

·Ir-regoli dwar l-eżerċizzju tal-professjoni ġudizzjarja għandhom jiġu emendati, inkluż limitu ta’ età ta’ 67 sena għall-imħallfin u 72 sena għall-imħallfin kostituzzjonali.

Biex jiġu żgurati s-superviżjoni effettiva u l-infurzar tal-qafas kontra l-ħasil tal-flus:

·Għandu jiġi stabbilit l-Uffiċċju għall-Ġestjoni tal-Assi Maqbuda, flimkien ma’ qafas legali mtejjeb li jippermetti l-qbid u l-ġestjoni tal-assi aktar effettivi. Din il-miżura hija marbuta mal-isforzi kontra l-ħasil tal-flus fil-komponent 16 tal-pjan Slovakk għall-irkupru u r-reżiljenza.

L-identifikazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni:

·Għandhom jiġu introdotti reati kriminali ġodda jekk l-imħallfin jabbużaw mil-liġijiet u jekk l-uffiċjali pubbliċi jitolbu jew iwiegħdu vantaġġi indebiti.

Parti minn dawn il-bidliet leġiżlattivi kienet ippjanata għall-31 ta’ Diċembru 2020. Il-pakkett sħiħ tal-leġiżlazzjoni għandu jidħol fis-seħħ sat-30 ta’ Settembru 2021.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Settembru 2021.

Investiment 1: Binjiet għas-sistema riorganizzata tal-qrati

Il-mappa ġudizzjarja l-ġdida li rriżultat mir-riforma 1 ta’ dan il-komponent, Riorganizzazzjoni tal-mappa ġudizzjarja, teħtieġ xi binjiet ġodda u attwalment il-binjiet tal-qorti jeħtieġu rinnovazzjoni jew adattament bir-reqqa.

Dan l-investiment għandu jespandi l-kapaċità jew itejjeb il-kapaċità eżistenti jew, fejn xieraq, jibni jew jakkwista bini xieraq ġdid għall-qrati ewlenin fil-mappa ġudizzjarja l-ġdida. Speċifikament, mill-inqas 80 500 m² ta’ binjiet tal-qrati għandhom jinbnew jew jinxtraw, u mill-inqas 77 500 m² ta’ binjiet tal-qrati għandhom jiġu rinnovati. Ir-rinnovazzjonijiet għandhom jiksbu ffrankar medju tal-enerġija primarja ta’ mill-inqas 30 %. Huwa mistenni li dan jikkonċerna mill-inqas ir-rinnovazzjoni ta’ 25 qorti ordinarja tal-prim’ istanza, il-kostruzzjoni ta’ żewġ qrati muniċipali ġodda, il-kostruzzjoni tal-Qorti Amministrattiva Suprema, u l-kostruzzjoni jew ir-rinnovazzjoni ta’ tliet qrati amministrattivi tal-prim’ istanza, tliet qrati ordinarji tal-appell u tliet qrati ordinarji tal-prim’ istanza.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Investiment 2: Id-diġitalizzazzjoni u l-kapaċitajiet analitiċi 

Is-sistema ġudizzjarja għandha lok sinifikanti għal titjib fl-użu tat-teknoloġiji diġitali, bil-ħsieb li jiżdiedu l-effettività u t-trasparenza. Dan jinkludi l-iżgurar tal-fajls tal-qorti u tagħmir tal-IT disponibbli b’mod diġitali u ċentrali fil-qrati.

Dan l-investiment għandu jkompli jtejjeb l-effettività tal-ġudikatura billi jipprovdi lin-network riformat b’tagħmir għat-trattament tal-każijiet diġitali, u billi jistabbilixxi s-sistemi meħtieġa. Għal dan il-għan, għandhom jiġu stabbiliti reġistru elettroniku tan-negozju u sistema elettronika u ċentralizzata ta’ ġestjoni ġudizzjarja. Dawn tal-aħħar għandhom jippermettu ġestjoni kompletament elettronika tal-fajls tal-qorti. Dan għandu jkun ikkomplementat minn pjattaforma ta’ appoġġ analitiku li tipprovdi bażi tad-data diġitali u li tista’ titfittex, dwar il-każistika li għandha tgħin lill-imħallfin u tħaffef id-deċiżjonijiet. Fir-rigward tat-tagħmir tal-IT, l-investiment għandu jattrezza mill-inqas 6 000 membru tal-persunal tal-qrati b’notebooks, stazzjonijiet tad-dokkjar, moniters u telefowns. L-investiment jinkludi wkoll aktar infrastruttura diġitali meħtieġa għall-qrati, bħat-teknoloġija tal-vidjokonferenzi u l-internet bla fili.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

A.2.    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Num. Sek.

 

Miżura relatata (Riforma jew Investiment)

 

Stadju importanti / Mira

 

Isem

 

Indikaturi kwalitattivi (għal stadji importanti)

 

Indikaturi kwantitattivi (għall-miri)

Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija

Deskrizzjoni u definizzjoni ċara ta’ kull stadju importanti u mira

 

Unità tal-kejl

Sfond

Mira

Trimestru

Sena

1

15 — Riforma tal-ġudikatura — Riforma 1: Riforma tal-Mappa Ġudizzjarja — Leġiżlazzjoni

Stadju ewlieni

Definizzjoni ta’ mappa ġudizzjarja ġdida

Dħul fis-seħħ tal-Att dwar ir-Residenzi u d-distretti

 

 

 

Q4

2021

Id-dħul fis-seħħ tal-emenda leġiżlattiva għandu jiddefinixxi sistema ġdida ta’ qrati.

Il-bidliet fil-mappa ġudizzjarja għandhom jaġġustaw in-network tal-qrati ordinarji tal-prim’ istanza, joħolqu qrati amministrattivi, jaġġustaw il-qrati ordinarji tal-appell u joħolqu Qorti Amministrattiva Suprema tar-Repubblika Slovakka.

2

15 — Riforma tal-ġudikatura — Riforma 1: Riforma tal-Mappa Ġudizzjarja — Leġiżlazzjoni

Stadju ewlieni

 

L-introduzzjoni tan-network il-ġdid tal-qrati

In-network tal-qrati riorganizzat huwa operazzjonali

 

 

 

Q1

2023

It-transizzjoni tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja għal għadd iżgħar ta’ qrati tlestiet u ntgħażlu l-imħallfin fl-ispeċjalizzazzjonijiet (fost il-liġi ċivili, tal-familja, kriminali u kummerċjali) f’mill-inqas tliet aġendi tal-qorti f’kull distrett ġudizzjarju ġdid (Q1/2023). In-network il-ġdid tal-qrati ordinarji u amministrattivi tal-prim’istanza, il-qrati ordinarji tal-appell u l-Qorti Amministrattiva Suprema tar-Repubblika Slovakka (Q1/2023) huwa stabbilit u operazzjonali.

3

15 — Riforma tal-ġudikatura — Investiment 1: riorganizzazzjoni tal-qrati — rinnovazzjoni tal-bini

Mira

 

Żona mibnija mill-ġdid ta’ binjiet tal-qorti f’m²)

Erja (m2)

0

77 500

Q4

2024

Mill-objettiv kumplessiv li jinbnew mill-ġdid 86000 metru kwadru ta’ bini tal-qorti, għandhom jinbnew mill-ġdid mill-inqas 77500 metru kwadru bil-ħsieb li tiġi modernizzata u tiżdied il-kapaċità tagħhom b’riżultat taż-żieda fil-persunal ġudizzjarju u fl-imħallfin fid-distretti ġudizzjarji magħquda. Id-dokumentazzjoni tad-disinn għar-rikostruzzjonijiet għandha titħejja Q2/2022.

 

4

15 — Riforma tal-ġudikatura — Investiment 1: Riorganizzazzjoni tal-qrati — Kostruzzjoni/akkwist ta’ bini ġdid

Mira

 

Erja tal-bini tal-qrati mibnija jew mixtrija (f’m²)

Erja (m2)

0

80 500

Q4

2024

Mill-objettiv kumplessiv li jinbnew jew jinxtraw 89216 metru kwadru ta’ bini modern għall-ħtiġijiet tal-akbar qrati fis-sistema ġudizzjarja (qrati urbani, ċerti qrati tal-appell u qrati amministrattivi), mill-inqas 80500 metru kwadru għandhom jinbnew jew jinxtraw. Id-dokumentazzjoni tad-disinn għar-rikostruzzjonijiet għandha titħejja Q2/2022.

 

5

15 — Riforma tal-ġudikatura — Riforma 2: Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-tisħiħ tal-integrità u tal-indipendenza tal-ġudikatura

Stadju ewlieni

Pakkett ta’ liġijiet għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u għat-tisħiħ tal-integrità u l-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja

Dħul fis-seħħ tal-Att dwar ir-Riforma Ġudizzjarja, l-Att Kostituzzjonali, l-Att emendat dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, il-Kodiċi Kriminali emendat, u r-Regoli Dixxiplinari tal-Amministrazzjoni Suprema tal-Qorti tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka

 

 

 

Q3

2021

Id-dħul fis-seħħ tal-Att dwar il-Ġestjoni tal-Assi Friżati, l-Att dwar ir-Riforma Ġudizzjarja, l-Att Kostituzzjonali, l-Att emendat dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, u l-kodiċi kriminali emendat. L-adozzjoni tar-Regoli Dixxiplinari għall-Qorti Amministrattiva Suprema tar-Repubblika Slovakka

6

15 — Riforma tal-ġudikatura — Investiment 2: Strumenti ta’ appoġġ għar-riforma tal-Mappa Ġudizzjarja — Reġistru Kummerċjali u Sistema Ċentralizzata ta’ Governanza Ġudizzjarja

Stadju ewlieni

Żvilupp u trasferiment tas-sistema tal-IT – Reġistru tan-Negozji

Komunikazzjoni elettronika sħiħa tar-Reġistru Kummerċjali mad-ditti u l-qrati

 

 

 

Q3

2023

Id-dħul fis-servizz ta’ sistema moderna tal-IT li tippermetti lill-intraprendituri u lill-qrati jwettqu attivitajiet tar-reġistru tan-negozju b’mod kompletament elettroniku.

7

15 — Riforma tal-ġudikatura — Investiment 2: Strumenti ta’ appoġġ għar-riforma tal-Mappa Ġudizzjarja — Reġistru Kummerċjali u Sistema Ċentralizzata ta’ Governanza Ġudizzjarja

Stadju ewlieni

Żvilupp u trasferiment tal-IS — Sistema ta’ Ġestjoni Ġudizzjarja Ċentralizzata

Fajls ġodda tal-qorti jistgħu jiġu ttrattati b’mod diġitali

 

 

 

Q1

2025

Dħul fis-servizz ta’ sistema moderna tal-IT li tippermetti l-ġestjoni diġitali tal-fajls tal-qorti. It-tnedija ta’ sistema ċentralizzata ta’ ġestjoni ġudizzjarja tinkludi l-migrazzjoni tad-data eżistenti tal-qrati kollha mill-bażijiet tad-data lokali eżistenti, id-diġitalizzazzjoni tal-kawżi l-ġodda kollha tal-qorti, l-interkonnessjoni tal-qrati kollha u r-rabtiet ma’ sistemi rilevanti oħra tal-amministrazzjoni pubblika.

8

15 — Riforma tal-ġudikatura — Investiment 2:

mira

Modernizzazzjoni tat-tagħmir tal-IT tal-qorti għall-persunal tal-qorti

Għadd

0

6 000

Q2

2026

Għandu jinxtara u jitwassal tagħmir diġitali tal-qrati biex jagħmlu xogħolhom aktar effiċjenti, biex jgħammruhom bit-teknoloġija għat-twettiq effiċjenti ta’ smigħ u atti mill-bogħod. L-objettiv kumplessiv li 6100 membru tal-persunal tal-qorti jiġu mgħammra, il-modernizzazzjoni tat-tagħmir tal-IT (notebooks ġodda, stazzjonijiet tad-dokkjar, moniters, telefowns) se jitwettaq għal mill-inqas 6 000 membru tal-persunal tal-qorti kif riorganizzat wara r-riforma tal-mappa ġudizzjarja.

9

15 — Riforma tal-ġudikatura — Investiment 2: Għodod ta’ Appoġġ għar-Riforma tal-Mapep Ġudizzjarji — Pjattaforma ta’ Appoġġ Analitiku

Stadju ewlieni

Ħolqien ta’ pjattaforma ta’ appoġġ analitiku għall-aċċess għall-każistika fil-qrati

Il-pjattaforma ta’ appoġġ analitiku hija kompletament operattiva.

Q2

2026

Il-pjattaforma ta’ appoġġ analitiku dwar il-każistika hija operazzjonali u disponibbli għall-qrati, li tippermetti lill-imħallfin jużaw il-bażi tad-data tal-ġurisprudenza sabiex jitħaffef il-proċess ta’ studju tal-fajls.

KOMPONENT 16: Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, is-sigurtà u l-protezzjoni tal-popolazzjoni

Is-Slovakkja tikklassifika ħażin fl-indikaturi tal-perċezzjoni tal-korruzzjoni u l-fiduċja fil-pulizija. Il-governanza hija frammentata u għandha kapaċità limitata, li xxekkel it-twassil tas-servizz pubbliku u l-investiment pubbliku, u l-kriminalità finanzjarja mhijiex indirizzata biżżejjed.

L-objettivi ewlenin ta’ dan il-komponent 16 tal-pjan Slovakk għall-irkupru u r-reżiljenza huma li jissaħħu l-isforzi għad-detezzjoni u l-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni, il-ġlieda kontra l-kriminalità ambjentali, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-isforzi kontra l-ħasil tal-flus, l-ottimizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kriżijiet u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet amministrattivi fil-livelli differenti tal-gvern.

Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza skont il-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

B’hekk tikkontribwixxi biex tiġi indirizzata r-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 4, 2020, b’mod partikolari biex jiġu żgurati superviżjoni u infurzar effettivi tal-qafas kontra l-ħasil tal-flus, u biex jiġu żgurati ambjent tan-negozju favorevoli u servizzi pubbliċi ta’ kwalità. Ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 4, 2019 qed tiġi indirizzata wkoll, inkluż fir-rigward ta’ sforzi akbar għall-identifikazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni.

Riforma 1: Biex il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus issir aktar effettiva

Ix-xejriet ġodda fil-kriminalità organizzata internazzjonali, inkluż l-użu ħażin ta’ entitajiet legali għal skopijiet ta’ ħasil tal-flus, qed jagħmlu pressjoni fuq is-Slovakkja biex taġġorna l-qafas tagħha kontra l-ħasil tal-flus sabiex tipprevjeni u tiġġieled il-kriminalità ekonomika.

Din ir-riforma għandha l-għan li ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-korruzzjoni. Hija għandha ttejjeb il-qafas legali għall-iffriżar tal-assi inkluż l-istabbiliment ta’ uffiċċju li jimmaniġġja tali assi u l-kompetenza tal-pulizija biex tivverifika l-oriġini tagħhom. Hija għandha tintroduċi wkoll reġistru ċentrali tal-kontijiet.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2022.

Investiment 1: Għodod u kapaċità għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus

Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus teħtieġ għodod xierqa, inklużi soluzzjonijiet u kapaċitajiet diġitali.

Dan l-investiment għandu jipprovdi diversi għodod u miżuri ta’ bini ta’ kapaċità biex jappoġġaw ir-riforma 1. Dan għandu jinkludi soluzzjonijiet ta’ softwer diġitali għall-investigazzjonijiet finanzjarji u għar-reġistru tal-kontijiet ċentrali. Il-kapaċitajiet ta’ investigazzjonijiet finanzjarji fil-forza tal-pulizija għandhom jissaħħu permezz ta’ taħriġ u tagħmir kif ukoll riorganizzazzjoni, li għandha toħloq iċ-Ċentru Nazzjonali għal Reati Speċjali (NCODK) flimkien mal-uffiċċji reġjonali u s-servizzi analitiċi tal-Aġenzija Kriminali Nazzjonali (NAKA). Barra minn hekk, għandhom jittieħdu passi biex l-uffiċċju tal-informatur isir kompletament operazzjonali, sabiex tiġi appoġġata l-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Dan jinkludi l-provvista ta’ tagħmir tekniku.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Riforma 2: L-immodernizzar u l-bini tal-kapaċità tal-forza tal-pulizija

L-istrutturi u l-kapaċitajiet tal-forza tal-pulizija huma skaduti u m’għandhomx servizzi speċjalizzati li jittrattaw forom ġodda ta’ kriminalità u analiżi kriminali. Ir-riforma għandha tirrevedi l-organizzazzjoni tal-forza tal-pulizija, issaħħaħ il-kapaċitajiet analitiċi u s-servizz tat-teknoloġija tal-kriminalità kif ukoll l-investigazzjonijiet dwar il-kriminalità ambjentali. Għandha tistabbilixxi servizz ta’ inġinier kriminali, unitajiet għall-analiżi kriminali u unità għall-ġlieda kontra l-kriminalità ambjentali u l-persunal u għandha tiġi mgħammra b’mod xieraq.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2021.

Investiment 2: Tagħmir u diġitalizzazzjoni tal-forza tal-pulizija

Diġitalizzazzjoni insuffiċjenti tal-forza tal-pulizija twassal għal ineffiċjenzi f’diversi oqsma. Ir-riorganizzazzjoni (tar-Riforma 2) teħtieġ taħriġ mill-ġdid, rinnovazzjonijiet u tagħmir addizzjonali.

Dan l-investiment għandu jibni l-kapaċitajiet tal-forza tal-pulizija u tal-proċessi ta’ diġitalizzazzjoni sabiex isir aktar effettiv. Għandhom jiġu pprovduti taħriġ u tagħmir lil mill-inqas 310 membri tal-persunal fl-unitajiet stabbiliti taħt ir-riforma 2 ta’ dan il-komponent, Immodernizzar u bini tal-kapaċità tal-forza tal-pulizija. Il-bini tal-pulizija b’erja t’art ta’ mill-inqas 45 000 m² għandu jiġi rinnovat, u bħala medja għandu jinkiseb iffrankar tal-enerġija primarja ta’ mill-inqas 30 %, u jinxtraw mill-inqas 700 vettura nadifa. L-isforzi ta’ diġitalizzazzjoni għandhom jinkludu l-istabbiliment ta’ sistema awtomatizzata ta’ ksur tat-traffiku fit-toroq u proċess elettroniku ta’ permess ta’ residenza.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Riforma 3: L-ottimizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kriżijiet

Diversi kriżijiet, inkluża l-pandemija, urew dgħufijiet fil-mekkaniżmi ta’ rispons għall-kriżijiet.

Din ir-riforma għandha tottimizza l-ġestjoni tal-kriżijiet u tal-kapaċitajiet rispettivi u l-koordinazzjoni effiċjenti tas-servizzi ta’ salvataġġ. Dan għandu jinkludi definizzjoni ċara tar-rwoli u l-arranġamenti kooperattivi tas-servizzi ta’ rispons għal emerġenza tas-sistema integrata ta’ salvataġġ, l-istabbiliment ta’ proċeduri komuni għal reazzjoni f’każ ta’ kriżi, u mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni konġunta. Għandu jistabbilixxi wkoll network ta’ Ċentri tas-Sigurtà Integrata (ara l-investiment 2 ta’ dan il-komponent, Tagħmir u diġitalizzazzjoni tal-forza tal-pulizija).

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2023.

Investiment 3: Modernizzazzjoni tas-sistema tan-nar u tas-salvataġġ

Il-ġestjoni integrata tal-kriżijiet teħtieġ infrastruttura xierqa għall-koordinazzjoni tagħha. L-infrastruttura ta’ komunikazzjoni u informazzjoni skaduta u frammentata tas-servizzi ta’ rispons ta’ emerġenza tnaqqas ir-ritmu tar-rispons għall-kriżijiet. Barra minn hekk, parti mill-infrastruttura tas-servizz ta’ salvataġġ f’każ ta’ nar tinsab f’kundizzjoni teknika mhux sodisfaċenti.

Dan l-investiment għandu l-għan li jipprovdi l-infrastruttura fiżika u diġitali meħtieġa għall-implimentazzjoni sħiħa tar-riforma 3 ta’ dan il-komponent, Ottimizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kriżijiet. Għal dan il-għan, hija għandha tappoġġa l-kostruzzjoni ta’ żewġ binjiet ġodda li jospitaw Ċentri ta’ Servizzi Integrati ġodda, kif ukoll teknoloġija interoperabbli tal-IT għas-servizzi kollha ta’ salvataġġ. Barra minn hekk, għandhom jinbnew mill-inqas erba’ stazzjonijiet tat-tifi tan-nar ġodda u mill-inqas tlieta għandhom jiġu rinnovati u modernizzati. Bħala medja, ir-rinnovazzjonijiet għandhom jiksbu ffrankar tal-enerġija primarja ta’ mill-inqas 30 %.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment 4: Ir-razzjonalizzazzjoni, l-ottimizzazzjoni u t-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva fil-livelli differenti tal-gvern

L-investiment pubbliku qed jinżamm lura minħabba nuqqas ta’ kapaċità amministrattiva fl-implimentazzjoni f’diversi livelli. Investiment imdaqqas previst fil-pjan jimplika l-ħtieġa li jiżdiedu aktar il-kapaċitajiet tal-ġestjoni ta’ dawn l-investimenti. Barra minn hekk, il-forniment tas-servizzi huwa mxekkel minn governanza frammentata fil-livell muniċipali.

Din ir-riforma għandha ssaħħaħ il-kapaċitajiet amministrattivi kemm fil-livell lokali kif ukoll fil-livell nazzjonali għall-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti tal-pjan Slovakk għall-irkupru u r-reżiljenza. Għal dan il-għan, għandha titwaqqaf l-Awtorità Nazzjonali għall-Implimentazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-RRP Slovakka (NIKA). Id-dħul fis-seħħ tal-Att dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkun fis-seħħ saż-żmien tal-ewwel talba għall-ħlas u f’dak il-mument ma jitbiegħed bl-ebda mod materjali mid-deskrizzjoni pprovduta fil-pjan Slovakk finali. Jenħtieġ li sistema repożitorja għar-reġistrazzjoni u l-ħżin tad-data rilevanti kollha relatata mal-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza — il-kisba tal-istadji importanti u l-miri, id-data dwar ir-riċevituri finali, il-kuntratturi, is-sottokuntratturi u s-sidien benefiċjarji — tiġi kkonfermata li tkun operattiva sal-31 ta’ Diċembru 2021. Is-Slovakkja għandha tippreżenta rapport tal-awditjar iddedikat li jikkonferma l-effettività tal-funzjonalitajiet tas-sistema repożitorja.

L-attivitajiet tal-midja u l-komunikazzjoni huma mistennija wkoll li jiġu appoġġati. Fil-livell lokali, għandhom jiġu stabbiliti mill-inqas 20 ċentru ta’ servizzi kondiviżi biex itejbu l-effiċjenza tat-twassil tas-servizz pubbliku fil-livell lokali, b’mod partikolari f’reġjuni żvantaġġati. Barra minn hekk, biex jissaħħu l-ħiliet tal-persunal pubbliku, għandha tiġi stabbilita pjattaforma ta’ tagħlim u kemm il-persunal attwali kif ukoll dak trasferit jew reklutat ġdid għandu jirċievi taħriġ.

L-att dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jidħol fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2021. Ir-rapport tal-awditjar li jikkonferma l-funzjonalitajiet tas-sistema tar-repożitorju għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2021. Is-sistema tal-IT għan-NIKA għandha tkun funzjonali sat-30 ta’ Settembru 2022. Sal-31 ta’ Diċembru 2024 għandhom jiġu stabbiliti mill-inqas 20 ċentru ta’ servizz kondiviż. It-taħriġ huwa mistenni li jibda fl-1 ta’ Jannar 2023 u għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

A.2.    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Num. Sek.

 

Miżura relatata (Riforma jew Investiment)

 

Stadju importanti / Mira

 

Isem

 

Indikaturi kwalitattivi (għal stadji importanti)

 

Indikaturi kwantitattivi (għall-miri)

Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija

Deskrizzjoni u definizzjoni ċara ta’ kull stadju importanti u mira

 

Unità tal-kejl

Sfond

Mira

Trimestru

Sena

1

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Riforma 1: Nagħmlu l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus aktar effettiva

Stadju ewlieni

Riformi biex jiġu ssimplifikati u mtejba l-investigazzjonijiet finanzjarji

Id-dħul fis-seħħ tal-att 312/2020 dwar l-iffriżar tal-assi u ta’ att li jistabbilixxi Reġistru Ċentrali tal-Kontijiet

 

 

 

Q1

2022

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li għandha tistabbilixxi qafas għad-dħul fis-seħħ tar-Reġistru Ċentrali tal-Kontijiet. L-awtorità tal-pulizija li tiċċekkja l-proprjetà f’każ ta’ diskrepanza bejn id-dħul legali u l-proprjetà użata se tiġi estiża. Uffiċċju għall-ġestjoni tal-assi sekwestrati huwa operattiv u l-possibbiltajiet għall-iffriżar tal-assi huma estiżi.

2

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Investiment 1: Għodod u kapaċità għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus

Stadju ewlieni

Il-provvista ta’ Infrastruttura meħtieġa biex tiġi appoġġata l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-korruzzjoni

L-infrastruttura relatata mal-AML u mal-informaturi hija kompletament operazzjonali.

Q4

2023

Tlestija tal-passi li ġejjin:

— Xiri tal-għodda tas-softwer “go AML” Q4/2022 u l-implimentazzjoni tagħha sat-Q3/2023.

— Tnedija ta’ verżjoni tat-test tar-Reġistru Ċentrali tal-Kontijiet b’dawk kollha fl-Att definiti minn qabel b’aċċess għad-data sat-Q2/2022 u t-tnedija sussegwenti tal-verżjoni finali sar-Q4/2022.

- Operazzjonalizzazzjoni u t-tagħmir tekniku sħiħ tal-uffiċċju tal-protezzjoni tal-informaturi sat-Q3/2022.

— Tnedija tal-LISA (Sistema Ċentrali ta’ Ġbir tad-Data tal-Pulizija tas-Sistema ta’ Informazzjoni — pjattaforma unika għas-servizzi ta’ investigazzjoni finanzjarja — NAKA, NCODK, FSJ) sar-Q4/2023.

— Adattament tal-bini u t-tagħmir tal-ICT tal-unitajiet NCODK u NAKA għall-investigazzjoni finanzjarja u l-verifika tal-oriġini tal-assi skont il-livell reġjonali (mudell 1 + 4) sar-Q4/2023.

3

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Investiment 1: Għodod u kapaċità għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus

Mira

Taħriġ mill-ġdid tal-uffiċjali tal-pulizija f’investigazzjonijiet finanzjarji u attivitajiet analitiċi

 

Għadd

0

240

Q4

2023

L-istabbiliment taċ-Ċentru Analitiku tan-NAKA u l-Uffiċċji Reġjonali għall-Analiżi u l-Investigazzjoni Finanzjarja tan-NAKA u l-istabbiliment ta’ Uffiċċji Reġjonali għall-Analiżi u l-Investigazzjoni Finanzjarja taċ-Ċentru Nazzjonali ta’ Reati Speċjali (NCODK) fl-Q1/2022.

 

Mill-objettiv kumplessiv li jitħarrġu 266 membru tal-persunal, mill-inqas 240 membru tal-persunal tal-pulizija jkunu attendew taħriġ, workshops u seminars bil-parteċipazzjoni ta’ lekċerers barranin u nazzjonali, kooperazzjoni fit-taħriġ mas-CEPOL u l-EUROPOL.

4

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Riforma 2: Modernizzazzjoni u bini tal-kapaċità tal-forzi tal-pulizija

Stadju ewlieni

L-implimentazzjoni ta’ bidliet organizzattivi fil-pulizija biex tiżdied l-effiċjenza tad-detezzjoni tal-kriminalità, l-investigazzjoni u d-detezzjoni tal-korruzzjoni

Il-bidla organizzattiva tal-forza tal-pulizija hija effettiva.

 

 

 

 

Q4

2021

Bidliet organizzattivi mmirati lejn il-ħolqien ta’ unità għad-detezzjoni u l-investigazzjoni tal-kriminalità ambjentali (ċentru u reġjuni), l-estensjoni tal-kapaċitajiet analitiċi tal-forza tal-pulizija għal-livell reġjonali, l-istabbiliment ta’ unità ġdida għas-servizzi tat-teknoloġija tal-kriminalità (ċentru u reġjuni).

5

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Investiment 2: Tagħmir u diġitalizzazzjoni tal-forza tal-pulizija — taħriġ u tagħmir

Mira

It-tnedija tat-taħriġ u tagħmir relatat mar-riforma tal-pulizija

 

Għadd ta’ persunal imħarreġ

0

310

Q4

2024

Taħriġ ta’ mill-inqas 310 uffiċjal tal-pulizija (kriminalità ambjentali 200, analiżi kriminali 60, servizzi tat-teknoloġija kriminali 50) fir-Q4/2022. Jingħata taħriġ lil mill-inqas 300 uffiċjal tal-pulizija biex tittejjeb il-kwalità tal-komunikazzjoni mal-vittmi tal-kriminalità għall-uffiċjali tal-pulizija fir-Q4/2022.

6

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Investiment 2: Tagħmir u diġitalizzazzjoni tal-forza tal-pulizija — tiġdid tal-flotta tal-vetturi

Mira

Xiri ta’ vetturi ġodda (10 % tal-flotta) ta’ vetturi elettriċi u ibridi

 

Għadd

0

700

Q4

2022

Mill-objettiv ġenerali li jiġġeddu 705 vettura tal-flotta tal-pulizija b’vetturi elettriċi u ibridi (326 vetturi sat-Q2/2022 u 379 vetturi sar-Q4/2022), mill-inqas 700 vetturi tal-pulizija għandhom jiġu sostitwiti.

7

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Investiment 2: Tagħmir u diġitalizzazzjoni tal-Forza tal-Pulizija — Rikostruzzjoni ta’ bini

Stadju ewlieni

Il-firxa ta’ spazju ta’ art rinnovata tal-binjiet tal-pulizija biex titnaqqas l-intensità enerġetika tal-bini

(f’m²)

 

Għadd

0

45.000

Q4

2024

Mill-objettiv kumplessiv tar-rinnovazzjoni ta’ 49965 metru kwadru ta’ erja tal-art tal-bini, mill-inqas 45 000 metru kwadru f’binjiet tal-pulizija għandhom jiġu rinnovati biex titnaqqas l-intensità tal-enerġija tagħhom. Mill-inqas ħames binjiet se jiġu rinnovati sar-Q4/2023. Il-provvista teknika, materjali u spazjali ta’ unitajiet tal-analiżi kriminali, servizzi tat-teknoloġija kriminali u unitajiet tal-kriminalità ambjentali skont l-inventarju materjali tar-Q4/2024.

 

8

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Investiment 2: Tagħmir u diġitalizzazzjoni tal-Forza tal-Pulizija — Sistema ġdida ta’ Informazzjoni dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Residenti Barranin (IS ECU)

Stadju ewlieni

Proċessi ta’ permessi ta’ residenza elettroniċi biex jissimplifikaw il-proċessi għall-pubbliku

Il-bidu tal-operat tas-sistema l-ġdida

 

 

 

Q4

2024

Id-dħul fis-servizz sħiħ tas-Sistema ta’ Informazzjoni l-ġdida dwar ir-Residenti Barranin bil-funzjonalitajiet ewlenin li ġejjin: preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal residenza u tiġdid, reġistrazzjoni ta’ residenza, kompjuterizzazzjoni tal-applikazzjoni għal dokument, moduli ta’ notifika u kompjuterizzazzjoni tal-komunikazzjoni matul il-proċedura.

9

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Investiment 2: Tagħmir u diġitalizzazzjoni tal-forza tal-pulizija — Sistema awtomatizzata għall-identifikazzjoni ta’ reati tat-traffiku tat-triq

Stadju ewlieni

L-awtomatizzazzjoni tas-sistema għad-detezzjoni ta’ ksur tat-traffiku fit-triq f’operazzjoni sħiħa

L-użu ta’ operazzjoni sħiħa ta’ tliet moduli

 

 

 

Q2

2026

L-awtomatizzazzjoni tar-reġistrazzjoni ta’ ksur tar-regoli tat-traffiku tat-triq. Tħaddim sħiħ tas-sistema b’moduli: (1) ir-reġistrazzjoni u l-identifikazzjoni tal-ksur tat-traffiku fit-triq, (2) modifiki fis-sistema eżistenti għall-ġenerazzjoni awtomatika tad-deċiżjonijiet, u (3) l-istatistika, ir-rappurtar u l-analiżi.

10

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Riforma 3: Ottimizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kriżijiet

Stadju ewlieni

Id-dħul fis-seħħ tal-ġestjoni ottimizzata tal-kriżijiet

Dħul fis-seħħ tal-att emendat 129/2002 dwar is-sistema integrata ta’ salvataġġ

 

 

 

Q1

2023

Il-kunċett tal-ottimizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kriżijiet għandu jiddefinixxi b’mod ċar ir-relazzjonijiet bejn is-servizzi ta’ rispons għal emerġenza tas-sistema integrata ta’ salvataġġ, jistabbilixxi proċeduri komuni biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet ta’ kriżi, jipprevedi koordinazzjoni konġunta bejn il-komponenti, filwaqt li jqis kemm il-livelli strateġiċi kif ukoll dawk operazzjonali tal-ġestjoni tal-kriżijiet, u jipproponi network ta’ ċentri integrati tas-sigurtà. Il-leġiżlazzjoni għandha tidħol fis-seħħ sal-Q1 2023.

11

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Investiment 3: Modernizzazzjoni tas-sistema kontra n-nirien u s-salvataġġ — il-bini ta’ network ta’ Ċentri tas-Sigurtà Integrata

Mira

Kostruzzjoni u operazzjonalizzazzjoni ta’ Ċentri ta’ Sigurtà Integrata

Għadd

0

2

Q2

2026

Se jinbnew u jsiru operattivi mill-inqas żewġ ċentri tas-Sigurtà Integrati, li jtejbu l-ġestjoni operattiva tas-servizzi ta’ salvataġġ tas-sistema integrata ta’ salvataġġ, inkluż appoġġ ta’ informazzjoni permezz tal-istabbiliment ta’ Ċentri ta’ Sigurtà Integrata.

12

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Investiment 3: Modernizzazzjoni tas-sistema tat-tifi tan-nar u s-salvataġġ — tiġdid tal-bini tal-istazzjon tat-tifi tan-nar

Mira

Modernizzazzjoni tal-istazzjonijiet tat-tifi tan-nar

Għadd

0

7

Q2

2026

Tlestija ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni għal mill-inqas erba’ stazzjonijiet ġodda għat-tifi tan-nar u r-rikostruzzjoni ta’ mill-inqas tliet stazzjonijiet eżistenti għat-tifi tan-nar.

13

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Investiment 4: Tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva f’livelli differenti ta’ gvern — stabbiliment ta’ Awtorità Nazzjonali għall-Implimentazzjoni u l-Koordinazzjoni

Stadju ewlieni

Minimizzazzjoni tar-riskju tal-implimentazzjoni billi jiġi stabbilit korp ta’ koordinazzjoni, finanzjarju u ta’ implimentazzjoni (NIKA) għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

 

L-istabbiliment u l-bini tal-kapaċità għall-awtorità tal-RRP

 

 

 

Q3

2022

Nika se tiġi stabbilita sat-Q3 2021. Hija se tkun il-korp ta’ koordinazzjoni, finanzjarju u ta’ implimentazzjoni għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Il-passi sussegwenti jinvolvu: It-tisħiħ tal-kapaċità tal-NIKA u l-awditjar tal-gvern sar-Q4/2021. Sistema ġdida tal-IT fis-seħħ għall-finijiet tan-NIKA sat-Q3/2022

14

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Investiment 4: Tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva f’livelli differenti ta’ gvern — stabbiliment ta’ Awtorità Nazzjonali għall-Implimentazzjoni u l-Koordinazzjoni

Stadju ewlieni

Awditjar u kontrolli: il-bażi ġuridika

Dħul fis-seħħ tal-Att dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

 

 

Q4

2021

L-approvazzjoni parlamentari u d-dħul fis-seħħ legali tal-Att dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jridu jitlestew qabel l-ewwel talba għall-ħlas 

15

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Investiment 4: Tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva f’livelli differenti ta’ gvern — stabbiliment ta’ Awtorità Nazzjonali għall-Implimentazzjoni u l-Koordinazzjoni

Stadju ewlieni

Sistema ta’ Repożitorju tal-RRP: informazzjoni għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-RRP

Rapport tal-awditjar li jikkonferma l-funzjonalitajiet tas-sistema tar-repożitorju

 

 

 

Q4

2021

Sistema repożitorja, li tista’ tieħu l-forma ta’ Excel sheet, għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-RRF għandha tkun fis-seħħ u operattiva.

Is-sistema għandha tinkludi, bħala minimu, il-funzjonalitajiet li ġejjin:

(a) il-ġbir tad-data u l-monitoraġġ tal-kisba tal-istadji importanti u l-miri;

(b) tiġbor, taħżen u tiżgura l-aċċess għad-data meħtieġa mill-Artikolu 22(2)(d) (i) sa (iii) tar-Regolament RRF. 

 

16

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Investiment 4: Tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva f’livelli differenti ta’ gvern — stabbiliment ta’ ċentri ta’ servizzi kondiviżi

mira

L-istabbiliment ta’ ċentri ta’ servizzi kondiviżi.

 

 

0

20

Q4

2024

Mill-objettiv kumplessiv li jiġu stabbiliti 22 ċentru ta’ servizz kondiviż fl-aktar reġjuni li għadhom lura sar-Q4/2024, għandhom jiġu stabbiliti mill-inqas 20 ċentru ta’ servizz kondiviż. Dawn iċ-ċentri ta’ servizzi kondiviżi jgħinu biex jiġbru flimkien il-kapaċità fil-livell lokali tal-forniment ta’ servizzi (soċjali) pubbliċi essenzjali.

 

 

17

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Investiment 4: Tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva f’livelli differenti ta’ gvern — il-bini ta’ pjattaforma għal taħriġ speċjalizzat

Mira

Taħriġ ta’ speċjalizzazzjoni awtomatizzat għall-persunal kollu tal-ewwel kuntatt li għadu kif ġie reklutat

 

%

0

100

Q2

2026

Il-persunal kollu tal-ewwel kuntatt li jkun għadu kif ġie rreklutat u ttrasferit se jirċievi taħriġ sabiex jitjieb il-provvediment tas-servizz pubbliku. Dan jinvolvi diversi passi: Il-bini ta’ pjattaforma ta’ tagħlim u kontenut sat-Q2/2022. It-tnedija ta’ taħriġ pilota sar-Q4/2022. Il-persunal kollu tal-ewwel punti ta’ kuntatt għandu jirċievi t-taħriġ rilevanti fit-Q2/2026.

KOMPONENT 17: IS-SLOVAKKJA DIĠITALI (L-ISTAT FIL-MOWBAJL, IĊ-ĊIBERSIGURTÀ, L-INTERNET VELOĊI GĦAL KULĦADD, L-EKONOMIJA DIĠITALI)

L-objettiv ta’ dan il-komponent tal-pjan Slovakk għall-irkupru u r-reżiljenza huwa li jinkiseb progress sostanzjali tas-Slovakkja lejn soċjetà u ekonomija mħejjija b’mod diġitali. Dan l-objettiv għandu jinkiseb permezz ta’ miżuri mmirati lejn id-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika u tal-forniment ta’ servizzi pubbliċi, it-titjib taċ-ċibersigurtà permezz ta’ approċċi standardizzati għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ inċidenti fl-entitajiet kollha tal-amministrazzjoni pubblika, strateġija globali għall-ħiliet diġitali, u appoġġ għall-proġetti multinazzjonali tal-UE u l-investimenti fir-riċerka u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji diġitali ewlenin. Barra minn hekk, il-komponent jippreżenta miżuri għall-konnettività diġitali, li l-awtoritajiet beħsiebhom jiffinanzjaw mill-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni.

Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza skont il-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

Il-miżuri f’dan il-komponent għandhom jikkontribwixxu biex jindirizzaw ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż lis-Slovakkja, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħiliet diġitali (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 2, 2020) tat-trasformazzjoni diġitali (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 3, 2020), l-ambjent tan-negozju u l-kwalità tas-servizzi pubbliċi (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 4, 2020), ir-riċerka u l-innovazzjoni (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 3, 2019) u l-kompetittività tal-SMEs (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiżi 3, 2019).

A.1.    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Riforma 1: Il-ħolqien ta’ soluzzjonijiet ta’ gvern elettroniku għal sitwazzjonijiet ta’ prijorità tal-ħajja

Din ir-riforma għandha twassal għat-tħejjija u l-adozzjoni mill-Ministeru tal-Investiment, l-Iżvilupp Reġjonali u l-Informatizzazzjoni (Ministry of Investment, Regional Development and Informatisation, MIRRI) ta’ pjan ta’ investiment għal “sitwazzjonijiet tal-ħajja” ta’ prijorità taċ-ċittadini u n-negozji. L-għan huwa li ċ-ċittadini u n-negozji jkunu jistgħu jsolvu b’mod amministrattiv sitwazzjonijiet tal-ħajja bħal dawn f’post wieħed malajr u faċilment.

Il-pjan ta’ investiment għandu jidentifika 16-il sitwazzjoni ta’ prijorità tal-ħajja, jiddeskrivi l-istatus attwali u futur tal-proċessi, u jelenka l-azzjonijiet ta’ investiment li jeħtieġ li jitwettqu fl-entitajiet amministrattivi u s-sistemi ta’ informazzjoni tagħhom. Is-sitwazzjonijiet tal-ħajja ta’ prijorità għandhom jintgħażlu skont il-lista ta’ sitwazzjonijiet tal-ħajja mmonitorjati mill-parametru referenzjarju eGov u b’kont meħud tas-sitwazzjonijiet tal-ħajja inklużi fl-Anness II tar-Regolament dwar il-Gateway Diġitali Unika.

Ir-riforma għandha twassal għall-introduzzjoni ta’ pakkett ta’ emendi leġiżlattivi biex jintużaw servizzi pubbliċi diġitali fuq disinn unifikat.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Riforma 2: Ġestjoni ċentrali tar-riżorsi tal-IT

Fl-ambitu ta’ din ir-riforma għandha tintuża pjattaforma ċentrali tal-akkwist għax-xiri u l-użu ta’ riżorsi tal-IT. Dawn ir-riżorsi għandhom sussegwentement ikunu disponibbli għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ informazzjoni fl-amministrazzjoni pubblika, bl-objettiv kumplessiv li jitnaqqsu l-ħin u l-ispejjeż ta’ tali żviluppi.

Ir-riżorsi tal-IT għandhom jiġu akkwistati ċentralment permezz ta’ kuntratt qafas u l-entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika għandhom ikunu intitolati li jirrikorru għalihom permezz ta’ pjattaforma ċentrali, Post tas-Suq Diġitali (Digital Marketplace). It-tnaqqis fl-ispejjeż għandu jinkiseb permezz ta’ xiri u allokazzjoni aktar effiċjenti tal-kapaċitajiet tal-IT

Il-pjattaforma għandha tiġi introdotta f’żewġ stadji:

-L-ewwel nett, għandu jinħoloq katalogu tar-riżorsi tal-IT fuq il-bażi ta’ kundizzjonijiet ċari ta’ eliġibbiltà li skonthom ir-riżorsi jistgħu jiġu rreġistrati fil-katalogu. Għandhom jitqiesu s-sigurtà tas-sistemi, ir-rekwiżiti tal-arkitettura ta’ referenza u l-kwalità tas-servizzi u tal-komoditajiet.

-It-tieni, l-akkwist ta’ dawn ir-riżorsi għandu jitlesta mill-MIRRI bil-għan li dawn isiru disponibbli lill-utenti fil-kwalità u l-kwantità meħtieġa.

Il-pjattaforma għandha tipprovdi funzjonalità ta’ evalwazzjoni tal-valur tal-investimenti tal-IT billi timmonitorja l-kostijiet, il-preżentazzjonijiet, it-tranżazzjonijiet u r-redditi.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Investiment 1: Servizzi aħjar għaċ-ċittadini u n-negozji

F’rabta diretta mar-Riforma 1 ta’ dan il-komponent, il-Ħolqien ta’ soluzzjonijiet ta’ Gvern Elettroniku għal sitwazzjonijiet ta’ prijorità tal-ħajja, dan l-investiment għandu jikkonsisti fl-użu ta’ soluzzjonijiet integrati tal-Gvern elettroniku għal 16-il sitwazzjoni tal-ħajja prijoritarja. Is-soluzzjonijiet għandhom jiġu żviluppati bl-użu ta’ pjattaforma komuni ta’ għodod tal-IT meħtieġa biex jinbnew u jitwasslu servizzi diġitali li jinftiehmu u faċli għall-utent li jkopru l-integrità tal-proċedura tas-sitwazzjoni tal-ħajja. 

L-investimenti għandhom jieħdu l-forma ta’ proġetti mmexxija mid-domanda li jipprovdu soluzzjoni amministrattiva komprensiva għal sitwazzjonijiet tal-ħajja bl-akbar benefiċċji. Is-soluzzjonijiet għandu jkun fihom funzjonalitajiet ta’ tiftix uniformi, punt uniku għat-twassil tas-servizz, verżjoni mobbli, disinn uniformi u navigazzjoni ċara, tranżizzjonijiet bla xkiel matul is-sitwazzjoni tal-ħajja, ħarsa ġenerali tal-istatus tar-rikjesta u n-notifiki tal-istatus, u pagamenti online. Il-proġett għandu jinvolvi wkoll l-integrazzjoni tas-soluzzjonijiet fil-portal ċentrali tal-amministrazzjoni pubblika, tfassil mill-ġdid tal-proċessi amministrattivi sottostanti, aġġornament tas-sistemi tal-aġenda u konnessjoni mal-middleware ċentrali u l-backend ċentrali.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment 2: Trasformazzjoni diġitali tal-għoti ta’ servizzi pubbliċi

Dan l-investiment għandu jqassar it-tul tat-tlestija tas-servizzi pubbliċi billi jottimizza u jawtomatizza l-proċessi amministrattivi. L-investiment għandu jittrasforma 42 sezzjoni tal-amministrazzjoni pubblika billi jniedi verżjoni diġitalizzata kompletament funzjonali.

L-investimenti għandhom jieħdu l-forma ta’ proġetti mmexxija mid-domanda biex jittrasformaw il-proċessi tal-amministrazzjonijiet bl-ogħla potenzjal għal titjib fil-kwalità jew iffrankar. L-iffrankar għandu jinkiseb permezz ta’ tnaqqis fl-ispejjeż operattivi, żbalji proċedurali, skedi ta’ żmien għat-tlestija jew rekwiżiti ta’ riżorsi umani. It-titjib tal-kwalità tal-proċessi u t-tnaqqis tal-ispejjeż għandhom jinkisbu, kif xieraq, billi tiġi ottimizzata l-leġiżlazzjoni rilevanti jew billi tinbidel l-organizzazzjoni tal-attivitajiet u l-proċessi.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Riforma 3: Il-ġestjoni tat-trasformazjoni diġitali tas-soċjetà u l-ekonomija

Din ir-riforma għandha tintroduċi struttura ġdida ta’ governanza għar-riformi u l-investimenti fl-ekonomija diġitali billi tinvolvi korpi kompetenti f’livelli differenti. Fil-livell politiku, il-Kunsill tal-Gvern għad-Diġitalizzazzjoni tal-Amministrazzjoni Pubblika u s-Suq Uniku Diġitali bħala l-korp konsultattiv, ta’ koordinazzjoni u ta’ inizjattiva tal-Gvern dwar kwistjonijiet relatati mad-diġitalizzazzjoni għandu jimmonitorja l-implimentazzjoni u t-twettiq ta’ riformi u proġetti fil-qasam tal-ekonomija diġitali. Fil-livell ta’ ħidma, it-Taqsima tal-Aġenda Diġitali tal-MIRRI għandha taħdem biex tiżgura l-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti, kif ukoll biex jintlaħqu l-istadji importanti u l-miri stabbiliti. Fil-livell ta’ valutazzjoni, l-unità analitika tal-MIRRI għandha tiżgura l-konsistenza tematika tal-interventi mal-prijoritajiet tal-politiki/dokumenti strateġiċi (RIS3, SACI, 2030 Strateġija ta’ Trasformazzjoni Diġitali għas-Slovakkja). Fil-livell ta’ konsultazzjoni, il-Grupp ta’ Ħidma dwar it-Trasformazzjoni Diġitali tas-Slovakkja għandu jassisti lit-Taqsima tal-Aġenda Diġitali tal-MIRRI fl-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti fl-ekonomija diġitali.

Bħala parti minn din ir-riforma, il-MIRRI għandu jadotta dokument strateġiku ġdid — Pjan ta’ Azzjoni għat-Trasformazzjoni Diġitali tas-Slovakkja għas-snin 2023–2026.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment 3: L-involviment fi proġetti Ewropej multinazzjonali relatati mal-ekonomija diġitali

Dan l-investiment għandu jappoġġa l-parteċipazzjoni Slovakka fi proġetti Ewropej multinazzjonali. Il-lista preliminari ta’ inizjattivi ġiet stabbilita fuq il-bażi ta’ konsultazzjoni pubblika esperta, prekundizzjonijiet u tħejjija għall-proġetti. Is-Slovakkja beħsiebha tfittex finanzjament għal xi wħud minn dawk il-proġetti minn sorsi oħra, b’mod partikolari minn programmi tal-UE ġestiti direttament (Ewropa Diġitali, Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, Orizzont Ewropa).

L-investiment għandu jwassal għall-proġetti li ġejjin:

-il-ħolqien ta’ network ta’ Ċentri ta’ Innovazzjoni Diġitali Ewropej (EDIH) u ta’ Ċentri ta’ Innovazzjoni Diġitali (DIH) biex tiġi appoġġata d-diġitalizzazzjoni tal-SMEs Slovakki.

-l-ikkummissjonar ta’ superkompjuter għaċ-ċentru nazzjonali tas-supercomputing.

-il-parteċipazzjoni f’żewġ proġetti Ewropej multinazzjonali oħra, li għandhom jiġu identifikati minn lista predefinita ta’ proġetti multinazzjonali mressqa mill-Kummissjoni Ewropea.

L-aħħar stadju importanti tal-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024. L-appoġġ għal dawn il-proġetti għandu jkompli lil hinn minn din l-iskadenza, sal-orizzont tal-implimentazzjoni tal-RRP.

Investiment 4: Appoġġ għal proġetti mmirati lejn l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji diġitali ewlenin

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li tinħoloq skema ta’ sostenn għar-riċerka, l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji diġitali avvanzati mill-kumpaniji, inklużi l-SMEs, l-istituti tar-riċerka u l-entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika. Għandu jingħata appoġġ lil proġetti Slovakki ta’ suċċess taħt programmi ġestiti direttament, proġetti magħżula tal-IPCEI jew proġetti li jiksbu s-Siġill ta’ Eċċellenza, f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-finanzjament tal-fondi tal-UE. Barra minn hekk, jista’ jingħata wkoll appoġġ lil proġetti magħżula fil-livell nazzjonali. Minbarra l-proġetti ta’ riċerka, żvilupp u applikazzjoni, jista’ jingħata appoġġ lil istituzzjonijiet teknoloġiċi, ċentri ta’ kompetenza, intrapriżi privati u pjattaformi f’konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

L-investiment għandu jiffoka fuq:

-appoġġ għal proġetti ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni b’Livelli ta’ Tlestija Teknoloġika minn 5 sa 8,

-appoġġ għall-istabbiliment ta’ infrastruttura għall-ittestjar u l-esperimentazzjoni,

-appoġġ għall-parteċipazzjoni fi proġetti innovattivi fil-livell Ewropew u internazzjonali,

-appoġġ għal pjattaformi u ċentri ta’ kompetenza fl-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni u taħriġ tagħhom immirati lejn il-ħiliet u l-kompetenzi diġitali.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment 5: Għotjiet rapidi – hackathons

L-għan huwa li tinħoloq għodda biex jiġu stimulati soluzzjonijiet innovattivi biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjetali attwali b’mod flessibbli u rapidu. Dan għandu jinkiseb billi jiġu organizzati hackathons li jinvolvu negozji ġodda, kumpaniji oħra, istituzzjonijiet ta’ riċerka, universitajiet u l-istudenti tagħhom, u speċjalisti oħra.

L-investiment għandu jintuża biex jiġu organizzati 20 hackathons fuq ħames snin. L-ispejjeż jinkludu riżorsi għat-timijiet rebbieħa li għandhom jipprovdu s-soluzzjonijiet tagħhom lill-amministrazzjoni pubblika jew lill-pubbliku ġenerali.

L-organizzatur għandu jiddefinixxi l-firxa ta’ suġġetti u problemi li għandhom jiġu indirizzati mill-hackathons f’kollaborazzjoni mal-korpi tal-amministrazzjoni pubblika parteċipanti.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Riforma 4: Standardizzazzjoni ta’ soluzzjonijiet tekniċi u proċedurali taċ-ċibersigurtà (ITVS — Teknoloġiji tal-informazzjoni għall-amministrazzjoni pubblika)

Ir-rekwiżiti attwali taċ-ċibersigurtà fl-amministrazzjoni pubblika jvarjaw f’termini tal-elaborazzjoni, il-kwalità u ċ-ċarezza tagħhom. Is-soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà individwalizzati jwasslu għal spejjeż kumplessivi ogħla, kif ukoll għal ambigwitajiet għal għadd ta’ operaturi tas-servizzi. Barra minn hekk, il-linji gwida metodoloġiċi applikabbli għaċ-ċibersigurtà huma skaduti u mhumiex adattati għall-iskop tagħhom f’ambjent ta’ theddid ċibernetiku li qed jinbidel b’mod rapidu. L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiġu aġġornati r-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà applikabbli u li tiżdied l-istandardizzazzjoni tas-soluzzjonijiet għall-entitajiet kollha tal-amministrazzjoni pubblika.

B’mod speċifiku, ir-riforma għandha twassal għall-iżvilupp ta’ qafas metodoloġiku uniku għaċ-ċibersigurtà; il-ħolqien ta’ manwal proċedurali għall-valutazzjoni taċ-ċibersigurtà; il-ħolqien ta’ appoġġ espert ċentrali għall-implimentazzjoni ta’ miżuri taċ-ċibersigurtà; id-definizzjoni ta’ kategoriji ta’ organizzazzjonijiet għall-finijiet taċ-ċibersigurtà; definizzjoni tar-rekwiżiti bażiċi tal-protezzjoni taċ-ċibersigurtà fl-amministrazzjoni pubblika.

Il-kunċett Nazzjonali għall-Informazzizazzjoni tal-Amministrazzjoni Pubblika (NKIVS) għandu jistabbilixxi qafas ta’ standardizzazzjoni għar-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Riforma 5: Titjib tat-taħriġ u tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà (ITVS — Teknoloġiji tal-informazzjoni għall-amministrazzjoni pubblika)

Il-livell ġenerali tal-ħiliet taċ-ċibersigurtà fl-amministrazzjoni pubblika mhuwiex biżżejjed. L-għan ta’ din ir-riforma huwa li tintroduċi tagħlim tul il-ħajja sistematiku fiċ-ċibersigurtà tal-professjonisti tal-IT fl-amministrazzjoni pubblika.

Ir-riforma għandha:

-tistabbilixxi programm ta’ sensibilizzazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà u taħriġ għall-persunal tal-amministrazzjoni pubblika, inkluż taħriġ komplementari ta’ speċjalisti taċ-ċibersigurtà (bħala tagħlim tul il-ħajja);

-jistabbilixxu mill-inqas tliet ċentri ta’ kompetenza fiċ-ċibersigurtà fl-universitajiet, sabiex ikollhom rwol fl-edukazzjoni u fl-għoti ta’ għarfien espert lis-settur pubbliku u privat;

-tappoġġa l-kooperazzjoni internazzjonali maċ-ċentri internazzjonali rilevanti ta’ eċċellenza fit-theddid ċibernetiku u ibridu;

-tiżviluppa metodoloġija għall-istabbiliment ta’ unitajiet taċ-ċibersigurtà f’entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment 6: Tisħiħ tal-miżuri preventivi, żieda fil-veloċità tad-detezzjoni u r-riżoluzzjoni tal-inċidenti (ITVS — Teknoloġiji tal-informazzjoni għall-amministrazzjoni pubblika)

L-objettiv ta’ din il-miżura huwa li tġi żviluppata sistema ta’ rispons bikri fiċ-ċibersigurtà tal-amministrazzjoni pubblika. Hija ssegwi proġetti fl-ambitu tal-Infrastruttura Integrata tal-Programm Operazzjonali.

B’mod speċifiku, l-investiment għandu:

-jintegra soluzzjonijiet tekniċi u teknoloġiċi ġodda tas-sistema ta’ rispons bikri fl-infrastruttura għall-ġestjoni tal-inċidenti taċ-ċibersigurtà;

-jiżviluppa qafas ta’ awditi regolari profondi tas-sigurtà, valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà u testijiet ta’ penetrazzjoni fl-arkitettura ġenerali taċ-ċibersigurtà;

-jżid il-livell ta’ tagħmir ta’ sigurtà teknoloġika ta’ installazzjonijiet ta’ infrastruttura kritika;

-jiżviluppa katalgu ta’ theddid u metodoloġija għall-ġestjoni taċ-ċibersigurtà;

-jiżviluppa approċċ ċentralizzat għall-implimentazzjoni ta’ patches tas-sigurtà.

Bħala parti mill-prevenzjoni, il-livell ġenerali tal-kwalità tas-sigurtà fiżika u proċedurali tal-infrastruttura kritika tal-amministrazzjoni pubblika għandu jissaħħaħ. Dan għandu jinkiseb billi jittejbu s-sigurtà tal-proċess, ir-rikostruzzjoni u t-tlestija ta’ 72 spazju sigur għal sistemi ta’ informazzjoni tal-infrastruttura kritika.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Riforma 6: Approċċ strateġiku għall-edukazzjoni fil-ħiliet diġitali f’kooperazzjoni mar-rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati ewlenin

Din ir-riforma għandha tfassal strateġija nazzjonali koerenti għall-iżvilupp tal-ħiliet diġitali permezz tat-tagħlim tul il-ħajja, li tkopri persuni f’età produttiva u postproduttiva. L-istrateġija għandha titħejja mill-MIRRI f’kooperazzjoni mal-Ministeri kompetenti u r-rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati ewlenin.

L-istrateġija għandha tinkludi analiżi tas-sitwazzjoni attwali tal-ħiliet diġitali fis-Slovakkja, identifikazzjoni tal-ostakli eżistenti għall-iżvilupp tagħhom, viżjoni ta’ tagħlim għall-perjodu li jmiss, kif ukoll rakkomandazzjonijiet ta’ miżuri għall-awtoritajiet pubbliċi biex itejbu s-sitwazzjoni u jilħqu l-miri. L-istrateġija għandha tipproponi wkoll finanzjament sostenibbli fit-tul u sistema ta’ appoġġ għall-ħiliet diġitali, filwaqt li timmira wkoll li toħloq ambjent attraenti biex jiġi evitat l-eżodu ta’ mħuħ u jiġu attirati esperti u riċerkaturi barranin.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2022.

Investiment 7: It-titjib tal-ħiliet diġitali tal-anzjani u d-distribuzzjoni tat-Tablets għall-Anzjani

Il-perċentwal ta’ persuni bejn il-65 u l-74 sena b’mill-inqas ħiliet diġitali bażiċi huwa biss ta’ 11 %, meta mqabbel mal-medja tal-UE ta’ 24 %. It-taħriġ fil-ħiliet diġitali fis-Slovakkja jiddependi ħafna fuq it-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol u/jew fuq programmi ffinanzjati mill-impjegaturi. B’riżultat ta’ dan, persuni f’età post-produttiva u persuni żvantaġġati b’mod ġenerali għandhom aċċess aktar limitat għall-iżvilupp tal-ħiliet diġitali. Din id-diskrepanza fil-ħiliet kienet partikolarment problematika matul il-perjodu tal-COVID-19. L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jindirizza din il-kwistjoni permezz ta’ programm ta’ taħriġ immirat fil-ħiliet diġitali u l-forniment ta’ tagħmir diġitali għal mill-inqas 172 800 anzjani u persuni żvantaġġati.

L-investiment għandu jikkonsisti minn:

-proġett pilota għal 1 000 persuna biex jiġu vvalutati l-ħtiġijiet speċifiċi u tiġi vvalutata l-adegwatezza fiżjoloġika tat-tagħmir teknoloġiku (pilloli jew alternattivi) għall-anzjani u l-persuni żvantaġġati;

-sessjonijiet ta’ taħriġ għal anzjani u persuni żvantaġġati fil-forma ta’ tagħlim wiċċ imb’ wiċċ u tagħlim elettroniku;

-l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet speċjalizzati b’karatteristiċi ta’ aċċessibbiltà;

-il-provvista ta’ tagħmir teknoloġiku sussidjat (tablet jew alternattivi) flimkien ma’ vawċers għall-forniment tal-aċċess għall-internet.

L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

A.2.    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Num. Sek.

 

Miżura relatata (Riforma jew Investiment)

 

Stadju importanti / Mira

 

Isem

 

Indikaturi kwalitattivi (għal stadji importanti)

 

Indikaturi kwantitattivi (għall-miri)

Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija

Deskrizzjoni u definizzjoni ċara ta’ kull stadju importanti u mira

 

Unità ta’ kejl

Linja bażi

Mira

Trimestru

Sena

1

17 — Slovakkja Diġitali — Riforma 1: Il-ħolqien ta’ soluzzjonijiet ta’ gvern elettroniku għal sitwazzjonijiet ta’ prijorità tal-ħajja

Stadju ewlieni

Pjan ta’ investiment għal sitwazzjonijiet ta’ prijorità tal-ħajja

Pubblikazzjoni tal-lista ta’ prijorità approvata mill-MIRRI

 

 

 

Q4

2022

Pubblikazzjoni tal-lista ta’ servizzi elettroniċi ta’ prijorità approvati mill-MIRRI SR, fuq il-bażi tal-parametru referenzjarju tal-eGOV u b’kunsiderazzjoni tal-Anness II tar-Regolament dwar il-Gateway Diġitali Unika,

2

17 — Slovakkja Diġitali — Riforma 1: Il-ħolqien ta’ soluzzjonijiet ta’ gvern elettroniku għal sitwazzjonijiet ta’ prijorità tal-ħajja

Stadju ewlieni

Pjan direzzjonali tas-sitwazzjonijiet ta’ prijorità tal-ħajja

Pubblikazzjoni tal-pjan direzzjonali

Q4

2023

Analiżi tat-tfassil tas-servizzi u l-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet (pjan direzzjonali) għat-titjib tagħhom permezz tal-istituzzjonijiet pubbliċi kollha kkonċernati

3

17 — Slovakkja Diġitali — Riforma 2: Ġestjoni ċentrali tar-riżorsi tal-IT

Stadju ewlieni

Pjattaforma ċentrali għall-użu tar-riżorsi tal-IT (post tas-suq diġitali)

Tnedija tal-pjattaforma

 

 

 

Q4

2023

Dħul fis-servizz ta’ pjattaforma ta’ għodod u politiki għal mod ġdid ta’ xiri u użu ta’ komoditajiet tal-IT, għarfien espert, użu ta’ servizzi cloud u kodiċi b’sors miftuħ. Is-servizzi għandhom jiġu akkwistati ċentralment (kuntratt qafas) u l-utenti tas-servizzi għandu jkollhom il-possibbiltà li jużaw il-pjattaforma ċentrali b’mod dinamiku kif meħtieġ.

4

17 — Slovakkja Diġitali — Investiment 1: Servizzi aħjar għaċ-ċittadini u n-negozji

Mira

L-għadd ta’ soluzzjonijiet tal-Gvern elettroniku mibnija u użati

għadd

0

2

Q1

2025

L-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali għal żewġ sitwazzjonijiet tal-ħajja magħżula, bil-karatteristiċi li ġejjin: aċċess uniformi għat-tfittxija għas-servizzi; punt uniku għall-għoti tas-servizzi; fejn rilevanti verżjoni mobbli; disinn uniformi; navigazzjoni ċara; tranżizzjonijiet bla xkiel matul is-sitwazzjoni tal-ħajja; ħarsa ġenerali lejn l-istatus tat-talba; notifiki tal-istatus; u pagamenti online. Il-proġett għandu jinvolvi l-integrazzjoni tas-soluzzjonijiet fil-portal ċentrali tal-amministrazzjoni pubblika, tfassil mill-ġdid tal-proċessi tan-negozju f’sistemi komprensivi, aġġornament tas-sistemi tal-aġenda u konnessjoni mal-middleware ċentrali u s-sistemi backend ċentrali. L-implimentazzjoni tal-aktar żewġ sitwazzjonijiet tal-ħajja użati.

5

17 — Slovakkja Diġitali — Investiment 1: Servizzi aħjar għaċ-ċittadini u n-negozji

Mira

L-għadd ta’ soluzzjonijiet tal-Gvern elettroniku mibnija u użati

 

Għadd

2

16

Q2

2026

Implimentazzjoni sħiħa ta’ soluzzjonijiet diġitali għal 16-il sitwazzjonijiet tal-ħajja magħżula, bil-karatteristiċi li ġejjin: aċċess uniformi għat-tfittxija għas-servizzi; punt uniku għall-għoti tas-servizzi; fejn rilevanti verżjoni mobbli; disinn uniformi; navigazzjoni ċara; tranżizzjonijiet bla xkiel matul is-sitwazzjoni tal-ħajja; ħarsa ġenerali lejn l-istatus tat-talba; notifiki tal-istatus; u pagamenti online. Il-proġett għandu jinvolvi l-integrazzjoni tas-soluzzjonijiet fil-portal ċentrali tal-amministrazzjoni pubblika, it-tfassil mill-ġdid tal-proċessi tan-negozju f’sistemi komprensivi, aġġornament tas-sistemi tal-aġenda u konnessjoni mal-middleware ċentrali u s-sistemi backend ċentrali.

6

17 — Slovakkja Diġitali — Investiment 1: Servizzi aħjar għaċ-ċittadini u n-negozji

Stadju ewlieni

Pjattaforma għall-iżvilupp u l-provvista ta’ sitwazzjonijiet ta’ prijorità tal-ħajja

Implimentazzjoni kompluta tal-pjattaforma

 

 

 

Q4

2024

Il-modernizzazzjoni tal-pjattaforma tal-front, tal-backend u tal-middleware (moduli komuni) fuq il-prinċipji ta’ komponenti konfigurabbli b’kodiċi baxx ġestiti ċentralment għall-fornituri kollha tas-servizzi pubbliċi. Il-pjattaforma hija prerekwiżit għall-użu ta’ soluzzjonijiet tal-Gvern elettroniku għal sitwazzjonijiet tal-ħajja.

7

17 — Slovakkja Diġitali — Investiment 2: Trasformazzjoni diġitali tat-twassil tas-servizz pubbliku

Mira

Trasformazzjoni diġitali tat-taqsimiet tal-amministrazzjoni pubblika

Għadd

0

8

Q4

2024

Tmien proċessi u taqsimiet fl-amministrazzjoni pubblika għandhom jiġu ottimizzati u awtomatizzati. L-investimenti għandu jkollhom l-għan li jtejbu l-kwalità tas-servizzi pubbliċi jew li jtejbu l-effiċjenza (permezz ta’ tnaqqis fl-ispejjeż operattivi, żbalji proċedurali, skedi ta’ żmien għat-tlestija jew rekwiżiti tar-riżorsi umani). Dan għandu jinkiseb, kif xieraq, billi tiġi emendata l-leġiżlazzjoni jew billi tinbidel l-organizzazzjoni tal-proċessi. It-taqsimiet tal-amministrazzjoni pubblika huma rreġistrati fis-Sistema Ċentrali tal-Metainformazzjoni tal-Amministrazzjoni Pubblika skont l-Att No.575/2001 Coll. dwar l-organizzazzjoni tal-attivitajiet tal-gvern u l-organizzazzjoni tal-amministrazzjoni ċentrali tal-istat.

8

17 — Slovakkja Diġitali — Investiment 2: Trasformazzjoni diġitali tat-twassil tas-servizz pubbliku

Mira

Trasformazzjoni diġitali tat-taqsimiet tal-amministrazzjoni pubblika

 

Għadd

8

42

Q2

2026

42 proċess u taqsima fl-amministrazzjoni pubblika għandhom jiġu ottimizzati u awtomatizzati. L-investimenti għandu jkollhom l-għan li jtejbu l-kwalità tas-servizzi pubbliċi jew li jtejbu l-effiċjenza (permezz ta’ tnaqqis fl-ispejjeż operattivi, żbalji proċedurali, skedi ta’ żmien għat-tlestija jew rekwiżiti tar-riżorsi umani). Dan għandu jinkiseb, kif xieraq, billi tiġi emendata l-leġiżlazzjoni jew billi tinbidel l-organizzazzjoni tal-proċessi. It-taqsimiet tal-amministrazzjoni pubblika huma rreġistrati fis-Sistema Ċentrali tal-Metainformazzjoni tal-Amministrazzjoni Pubblika skont l-Att No.575/2001 Coll. dwar l-organizzazzjoni tal-attivitajiet tal-gvern u l-organizzazzjoni tal-amministrazzjoni ċentrali tal-istat.

9

17 — Slovakkja Diġitali — Riforma 3: Ġestjoni tat-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija u tas-soċjetà

Stadju ewlieni

Pjan ta’ Azzjoni għat-Trasformazzjoni Diġitali tas-Slovakkja għas-snin 2023–2026

Żvilupp u adozzjoni mill-MIRRI

 

 

 

Q4

2022

L-adozzjoni mill-MIRRI ta’ dokument strateġiku ġdid — Pjan ta’ Azzjoni għat-Trasformazzjoni Diġitali tas-Slovakkja għas-snin 2023–2026. Il-pjan ta’ Azzjoni għandu jressaq azzjonijiet biex itejjeb il-prestazzjoni diġitali tas-Slovakkja, billi jibni fuq l-Istrateġija ta’ Trasformazzjoni Diġitali għas-Slovakkja tal-2030 u jibni fuq il-pjan direzzjonali attwali 2019–2022.

10

17 — Slovakkja Diġitali — Investiment 3: L-involviment fi proġetti Ewropej multinazzjonali relatati mal-ekonomija diġitali

Mira

Għadd ta’ Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali/Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali Ewropej

 

Għadd

0

5

Q3

2022

Din il-mira għandha tintlaħaq permezz ta’:

1. Il-bini ta’ network ta’ erba’ Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali Ewropej (EDIHs) fis-Slovakkja li għandhom jipprovdu servizzi lin-negozji biex jappoġġaw l-użu ta’ teknoloġiji ġodda u l-innovazzjoni. Huma għandhom jipparteċipaw fin-network pan-Ewropew tal-EDIHs. Il-kandidati biex jiġu stabbiliti l-erba’ EDIHs ġew innominati f’Settembru 2020.

2.Minbarra l-4 EDIHs, għandu jiġi stabbilit mill-inqas ċentru addizzjonali wieħed li jsegwi waħda miż-żewġ għażliet:

(a) EDIH mingħajr appoġġ finanzjarju mill-programm Ewropa Diġitali, li għandu jingħata s-Siġill ta’ Eċċellenza fil-kompetizzjoni tal-KE; jew

(b) DIH lokali li għandu jintgħażel taħt l-iskema nazzjonali u li se jikkomplementa n-network tal-EDIHs eżistenti.

11

17 — Slovakkja Diġitali — Investiment 3: L-involviment fi proġetti Ewropej multinazzjonali relatati mal-ekonomija diġitali

Stadju ewlieni

L-iżvilupp u l-kostruzzjoni tas-supercomputer għaċ-ċentru nazzjonali tas-supercomputing

 L-ikkummissjonar tas-supercomputer u s-sottomissjoni ta’ nota ta’ trasferiment

Q4

2024

L-ikkummissjonar u d-dħul fis-servizz tal-infrastruttura tal-informatika fuq il-bażi ta’ testijiet funzjonali u protokoll ta’ trasferiment.

L-investiment għandu jiffinanzja l-kostruzzjoni ta’ superkompjuter bl-użu ta’ arkitettura b’CPU u GPU integrati fuq ċippa waħda, b’ambizzjoni li jikkwalifika mal-aqwa 10 tal-lista globali ta’ Green500 ta’ superkompjuters b’effiċjenza għolja fl-użu tal-enerġija. Id-dettalji tal-arkitettura għandhom jiġu speċifikati fl-istudju tal-fattibbiltà.

12

17 — Slovakkja Diġitali — Investiment 3: L-involviment fi proġetti Ewropej multinazzjonali relatati mal-ekonomija diġitali

Mira

Parteċipazzjoni fi proġetti diġitali multinazzjonali mis-sett predefinit

 

Għadd

0

2

Q4

2024

Jingħata appoġġ lill-parteċipazzjoni f’żewġ proġetti diġitali multinazzjonali minn dan is-sett propost mill-Kummissjoni Ewropea: Ċentri tal-Operazzjonijiet tas-Sigurtà, MediaInvest, Infrastruttura Ewropea ta’ Servizzi ta’ Blockchain, EuroQCI, Kurituri 5G, Infrastruttura tad-Data Komuni Ewropea, Proċessuri u Ċipep Semikondutturi, Amministrazzjoni Pubblika Konnessa, Ġenomu tal-Ewropa, Ħiliet Diġitali.

13

17 — Slovakkja Diġitali — Investiment 4: Appoġġ għal proġetti mmirati lejn l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji diġitali ewlenin

Stadju ewlieni

Tfassil ta’ skema ta’ appoġġ għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji diġitali ewlenin

It-tnedija ta’ skema ta’ appoġġ

 

 

 

Q2

2022

Għandha tiġi stabbilita u ppubblikata skema ta’ appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet diġitali mill-unità ta’ implimentazzjoni tal-MIRRI għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, kumpaniji kbar, istituzzjonijiet privati RŻ, istituzzjonijiet pubbliċi RŻ inklużi l-akkademja u l-Akkademja Slovakka tax-Xjenzi, organizzazzjonijiet mhux governattivi u mingħajr skop ta’ qligħ, midja, istituzzjonijiet pubbliċi inklużi muniċipalitajiet u applikanti eliġibbli oħra.

L-iskema għandha sservi wkoll bħala mekkaniżmu ta’ kofinanzjament għal proġetti li jirnexxu fi programmi tal-UE ġestiti direttament (Ewropa Diġitali, Orizzont Ewropa u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa). Għandha tingħata prijorità lil proġetti ta’ suċċess ibbażati fuq valutazzjoni tal-IPCEI mill-Kummissjoni Ewropea. Il-proġetti għandhom jiġu vvalutati wkoll fuq il-bażi tal-oqsma ta’ prijorità definiti fid-Dimensjoni 4 (Trasformazzjoni Diġitali tas-Slovakkja) fl-Istrateġija ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti (RIS3).

14

17 — Slovakkja Diġitali — Investiment 4: Appoġġ għal proġetti mmirati lejn l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji diġitali ewlenin

Mira

Għadd ta’ proġetti għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji diġitali ewlenin

 

Għadd

0

20

Q4

2024

Appoġġ mogħti lil 20 proġett fl-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ soluzzjonijiet diġitali taħt l-iskema ta’ appoġġ

15

17 — Slovakkja Diġitali — Investiment 4: Appoġġ għal proġetti mmirati lejn l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji diġitali ewlenin

Mira

Għadd ta’ proġetti għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji diġitali ewlenin

 

Għadd

20

43

Q2

2026

Appoġġ mogħti lil 43 proġett fl-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ soluzzjonijiet diġitali taħt l-iskema ta’ appoġġ

16

17 — Slovakkja Diġitali — Investiment 5: Għotjiet rapidi – hackathons

Mira

Għadd ta’ avvenimenti organizzati ta’ għotjiet rapidi - hackathons

Għadd

0

20

Q2

2026

L-organizzazzjoni ta’ 20 Hackathons — avvenimenti fejn għandhom jingħataw għotjiet rapidi għal soluzzjonijiet innovattivi lill-aktar soluzzjonijiet innovattivi għall-isfidi soċjetali attwali. L-avveniment għandu jinvolvi negozji ġodda, kumpaniji oħra, istituzzjonijiet ta’ riċerka, universitajiet u l-istudenti tagħhom, u speċjalisti oħra.

It-timijiet rebbieħa għandhom jipprovdu s-soluzzjonijiet tagħhom lill-amministrazzjoni pubblika jew lill-pubbliku inġenerali.

17

17 — Slovakkja Diġitali — Riforma 5: Titjib tat-taħriġ u tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà (ITVS — Teknoloġiji tal-informazzjoni għall-amministrazzjoni pubblika)

Mira

L-għadd ta’ persunal tal-IT fl-amministrazzjoni pubblika mħarreġ fiċ-ċibersigurtà

 

Għadd

29

600

Q2

2026

571 espert addizzjonali tal-IT fl-ambjent tal-amministrazzjoni pubblika mħarrġa mill-ġdid għaċ-ċibersigurtà fil-livelli “professjonali”, “Maniġer” u “Maniġer tal-IT”.

18

17 — Slovakkja Diġitali — Investiment 6: Tisħiħ tal-miżuri preventivi, żieda fil-veloċità tad-detezzjoni u r-riżoluzzjoni tal-inċidenti (ITVS — Teknoloġiji tal-informazzjoni għall-amministrazzjoni pubblika)

Mira

Għadd ta’ sistemi tal-IT siguri fl-ambjent tal-amministrazzjoni pubblika

 

Għadd

70

1000

Q4

2024

L-iżgurar ta’ 1000 sistema tal-IT, li għandhom jiġu definiti bħala: l-għodod tas-Sistema ta’ Twissija Bikrija (STB) huma integrati fis-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Inċidenti taċ-Ċibersigurtà, billi jintużaw l-elementi meħtieġa tal-ħardwer/tas-softwer, il-komunikazzjoni kriptata bidirezzjonali, u d-dispaċċ ta’ twissija.

19

17 — Slovakkja Diġitali — Investiment 6: Tisħiħ tal-miżuri preventivi, żieda fil-veloċità tad-detezzjoni u r-riżoluzzjoni tal-inċidenti (ITVS — Teknoloġiji tal-informazzjoni għall-amministrazzjoni pubblika)

Stadju ewlieni

Awditi tas-sigurtà tal-applikazzjonijiet fl-ambjent tal-amministrazzjoni pubblika

L-użu ta’ applikazzjonijiet ġodda jew aġġornament ta’ applikazzjonijiet eżistenti fis-servizz

 

 

 

Q2

2025

L-użu ta’ għodod tal-awditjar ġodda jew riveduti tal-vulnerabbiltà taċ-ċibersigurtà tal-applikazzjonijiet tal-IT pubbliċi. Il-valutazzjoni għandha titwettaq permezz ta’ testijiet penetranti u bl-użu ta’ softwer għall-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, filwaqt li l-verifika tal-awditjar tas-sigurtà għandha dejjem issir qabel l-użu għall-verifika tal-vulnerabbiltajiet kritiċi.

Għandha tingħata prijorità lis-sistemi ta’ informazzjoni li huma parti mill-infrastruttura kritika.

20

17 — Slovakkja Diġitali — Riforma 6: Approċċ strateġiku għall-edukazzjoni fil-ħiliet diġitali f’kooperazzjoni mar-rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati ewlenin

Stadju ewlieni

Strateġija Nazzjonali għall-Ħiliet Diġitali

Approvazzjoni tal-Istrateġija għall-Ħiliet Diġitali mill-Gvern Slovakk u pubblikazzjoni

 

 

 

Q4

2022

L-istrateġija għandha tiffoka fuq persuni f’età produttiva u postproduttiva u għandha tinkludi analiżi tas-sitwazzjoni attwali, definizzjoni tal-ostakli eżistenti u viżjoni tal-edukazzjoni għall-perjodu li jmiss u tat-tagħlim tul il-ħajja f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-OECD tal-2020, kif ukoll proposta għal miżuri u rakkomandazzjonijiet għall-amministrazzjonijiet pubbliċi biex itejbu l-istatus quo u jilħqu l-miri stabbiliti. Il-miżuri għandhom jiġu ffinanzjati minn sorsi oħra minbarra l-RRF.

21

17 — Slovakkja Diġitali — Investiment 7: Titjib tal-ħiliet diġitali tal-anzjani u d-distribuzzjoni ta’ Tablets lill-Anzjani

Mira

L-għadd ta’ anzjani u persuni żvantaġġati mħarrġa fil-ħiliet diġitali bażiċi

 

Għadd

0

1000

Q2

2022

L-implimentazzjoni ta’ proġett pilota biex jiġu vvalidati l-attivitajiet u s-soluzzjonijiet proposti biex jiżdiedu l-ħiliet diġitali fost kampjun ta’ 1000 anzjan u persuna żvantaġġati. Dan għandu jinkiseb bit-tlestija ta’ programm ta’ taħriġ segwit mid-distribuzzjoni ta’ tagħmir issussidjat.

Ir-riżultati tal-proġett pilota għandhom jiġu vvalutati u jwasslu għal deċiżjoni dwar il-forma tal-kontinwazzjoni tal-proġett.

22

17 — Slovakkja Diġitali — Investiment 7: Titjib tal-ħiliet diġitali tal-anzjani u d-distribuzzjoni ta’ Tablets lill-Anzjani

Mira

L-għadd ta’ anzjani u persuni żvantaġġati mħarrġa fil-ħiliet diġitali bażiċi

 

Għadd

1000

172800

Q2

2026

Wara l-proġett pilota u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu, ittejjeb il-ħiliet diġitali ta’ 172 800 persuna anzjana u persuni żvantaġġati. Dan għandu jinkiseb bit-tlestija ta’ programm ta’ taħriġ u d-distribuzzjoni ta’ tagħmir sussidjat lil kull persuna.

23

17 — Slovakkja Diġitali — Riforma 4: Standardizzazzjoni ta’ soluzzjonijiet tekniċi u proċedurali taċ-ċibersigurtà (ITVS — Teknoloġiji tal-informazzjoni għall-amministrazzjoni pubblika)

Stadju ewlieni

Kunċett Nazzjonali għall-Informatizzazzjoni tal-Amministrazzjoni Pubblika (NKIVS) 2021-2030

Adozzjoni u approvazzjoni tal-Kunċett Nazzjonali għall-Informatizzazzjoni tal-Amministrazzjoni Pubblika mill-MIRRI u l-pubblikazzjoni

 

 

 

Q4

2021

Il-Kunċett Nazzjonali għall-Informazzizazzjoni tal-Amministrazzjoni Pubblika (NKIVS) għandu jistabbilixxi l-qafas għar-riformi diġitali b’mod sinkronizzat mal-RRP. L-azzjonijiet u l-proġetti individwali tal-RRP għandhom jimplimentaw il-kompiti strateġiċi rilevanti tal-NKIVS. L-NKIVS għandu jistabbilixxi l-qafas ta’ standardizzazzjoni għar-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà. Ikunu meħtieġa aktar azzjonijiet biex jiġu stabbiliti l-istandards tekniċi u proċedurali taċ-ċibersigurtà.

KOMPONENT 18: Finanzi pubbliċi sodi, sostenibbli u kompetittivi

Is-Slovakkja qed tiffaċċja riskji għolja ta’ sostenibbiltà fiskali minħabba taħlita ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ, sistema tal-pensjonijiet fiskalment insostenibbli, u qafas ta’ politika fiskali li ma jinċentivax biżżejjed is-sostenibbiltà fiskali. Barra minn hekk, il-potenzjal mid-dħul mit-tassazzjoni ambjentali u tal-proprjetà mhijiex tintuża daqskemm tintuża f’pajjiżi oħra tal-UE.

Dan il-komponent tal-pjan Slovakk għall-irkupru u r-reżiljenza għandu jtejjeb is-sostenibbiltà, is-solidità u l-kompetittività tal-finanzi pubbliċi permezz ta’ tliet elementi ta’ riforma, jiġifieri riforma tal-pensjonijiet, limiti massimi pluriennali tan-nefqa, u riforma tal-ġestjoni tal-investiment pubbliku.

Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza skont il-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

Il-komponent b’hekk jikkontribwixxi biex tiġi indirizzata r-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 2019, 1 biex tiġi salvagwardjata s-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi, b’mod partikolari tas-sistema tal-pensjonijiet, u biex tiġi indirizzata r-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 2020, 1 biex jiġu segwiti politiki fiskali mmirati lejn il-kisba ta’ pożizzjonijiet fiskali prudenti fuq terminu medju u l-iżgurar tas-sostenibbiltà tad-dejn meta l-kundizzjonijiet ekonomiċi jippermettu. Jgħin ukoll biex jiġu indirizzati r-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 2020, 3 u r-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 2019, 3 biex jiġu frontlooaded proġetti maturi ta’ investiment pubbliku kif ukoll biex l-investiment jiġi ffukat f’oqsma speċifiċi.

Riforma 1: It-titjib fis-sostenibbiltà tas-sistema tal-pensjonijiet

Il-finanzi pubbliċi tas-Slovakkja jiffaċċjaw riskji għolja ta’ sostenibbiltà kemm fit-terminu medju kif ukoll fit-tul. Dan huwa parzjalment minħabba t-tixjiħ rapidu tal-popolazzjoni. Il-proporzjon ta’ dipendenza tax-xjuħija (li jqabbel is-sehem ta’ persuni anzjani mas-sehem tal-popolazzjoni fix-xogħol jew fit-taħriġ) huwa pproġettat li kważi jittriplika sal-2060. Il-limiti massimi tal-età tal-irtirar jaggravaw l-implikazzjonijiet għas-sostenibbiltà fiskali fit-tul. Barra minn hekk, it-tfaddil fit-tieni pilastru tas-sistema tal-pensjonijiet huwa ineffiċjenti u jħalli redditi baxxi, filwaqt li l-għarfien fil-popolazzjoni huwa baxx.

Ir-riforma tal-pensjonijiet għandha ttejjeb is-sostenibbiltà fiskali fit-tul tas-sistema tal-pensjonijiet. Għal dan il-għan, għandha torbot l-età tal-irtirar mal-istennija tal-għomor, u tabolixxi l-limiti tal-età tal-irtirar. Barra minn hekk, għandha tiżgura l-intitolament għal benefiċċju attwarjament newtrali wara għadd minimu ta’ snin maħduma u jintroduċi strateġija ta’ tfaddil ġdida bbażata fuq iċ-ċiklu tal-ħajja fit-tieni pilastru tal-pensjonijiet li tinvesti inqas f’bonds b’rendiment baxx, b’għażla ta’ nonparteċipazzjoni, biex tiżdied l-effiċjenza tat-tfaddil fit-tieni pilastru. Għandha żżid ukoll it-trasparenza billi tinforma b’mod regolari lin-nies dwar il-pensjonijiet mistennija tagħhom.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2023.

Riforma 2: L-introduzzjoni ta’ limiti massimi multiannwali tan-nefqa

Il-qafas baġitarju ta’ terminu medju tas-Slovakkja ma wassalx għal dixxiplina fiskali suffiċjenti. Is-Slovakkja ma rnexxilhiex issegwi politika fiskali kontroċiklika fi żminijiet ekonomiċi tajbin. Dan huwa ta’ piż fuq is-sostenibbiltà fiskali fuq terminu medju u twil.

Din ir-riforma għalhekk għandha ssaħħaħ id-dixxiplina fiskali sabiex ittejjeb is-sostenibbiltà fiskali fuq perjodu medju u twil ta’ żmien. Għal dan il-għan, għandhom jiġu introdotti limiti massimi tan-nefqa multiannwali vinkolanti bħala għodda ewlenija biex tiġi segwita aħjar il-politika fiskali kontroċiklika, jitjieb l-ippjanar baġitarju u tinkiseb sostenibbiltà fiskali fit-tul. Dawn il-limiti massimi tan-nefqa għandhom ikunu marbuta ma’ bilanċi strutturali ppjanati marbuta ma’ objettivi ta’ sostenibbiltà fit-tul. Dan għandu jiġi implimentat fil-Programm ta’ Stabbiltà 2022–2025 f’April 2022 biex ikopri ċ-ċiklu baġitarju sħiħ għall-2023.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2021.

Riforma 3: Ir-razzjonalizzazzjoni tal-investiment pubbliku

Il-valur ekonomiku tal-biċċa l-kbira tal-proġetti ta’ investiment pubbliku vvalutati mill-Ministeru tal-Finanzi qabeż biss ftit l-ispejjeż tagħhom, bi proporzjon bejn il-benefiċċji u l-ispejjeż tal-proġetti (benefit-cost ratio, BCR) bejn 1,0 u 1,5. Barra minn hekk, ir-rati ta’ assorbiment tal-baġit għall-investimenti pubbliċi huma baxxi, u dan jindika diffikultajiet fl-ippjanar u l-eżekuzzjoni tal-baġit. Fl-istess ħin, il-prijoritizzazzjoni tal-investiment hija nieqsa minn kriterji oġġettivi u simplifikati.

Ir-riforma għandha tħejji aħjar il-proġetti ta’ investiment pubbliku billi tapplika b’mod konsistenti l-prinċipji tal-valur għall-flus. Għandha tipprijoritizza b’mod strateġiku l-proġetti ta’ investiment mill-bidu nett u tiffinanzja biss proġetti maturi. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, ir-riforma għandha tpoġġi fil-prattika metodoloġija ġdida u armonizzata għat-tħejjija u l-prijoritizzazzjoni tal-proġetti ta’ investiment pubbliku. Din il-metodoloġija għandha tippermetti li jiġu żviluppati riżervi ta’ proġetti speċifiċi għas-settur u li jittejjeb il-proporzjon kostijiet-benefiċċji medju ta’ proġetti ta’ investiment li jkunu għadhom kemm intgħażlu, filwaqt li tiżdied ukoll il-preċiżjoni tal-ibbaġitjar tal-investiment. Il-proċess ta’ investiment għandu jkun standardizzat għall-proġetti kollha, li għandhom jiġu evalwati ċentralment u minn stadju bikri.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

A.2.    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Num. Sek.

 

 

Miżura relatata (Riforma jew Investiment)

 

 

Stadju importanti / Mira

 

 

Isem

 

 

Indikaturi kwalitattivi (għal stadji importanti)

 

 

Indikaturi kwantitattivi (għall-miri)

Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija

Deskrizzjoni u definizzjoni ċara ta’ kull stadju importanti u mira

Unità tal-kejl

Sfond

Mira

Trimestru

Sena

1

18 — Finanzi pubbliċi sodi, sostenibbli u kompetittivi — Riforma 1: Titjib tas-sostenibbiltà tas-sistema tal-pensjonijiet

Stadju ewlieni

Riforma fis-sistema tal-pensjonijiet

Dħul fis-seħħ tal-pakkett ta’ emendi (Nru 461/2003 Coll. dwar l-assigurazzjoni soċjali u Nru 43/2004 Coll. dwar tfaddil għall-pensjoni tal-età)

 

 

 

Q1

2023

Id-dħul fis-seħħ tal-pakkett mill-parlament (l-Att dwar l-Assigurazzjoni Soċjali u l-Att dwar it-Tfaddil tal-Pensjonijiet tal-Età) sa tmiem ir-Q4 2022 b’effett mill-Q1 2023, li se jtejjeb is-sostenibbiltà finanzjarja fit-tul tas-sistema tal-pensjonijiet, jiġifieri: 1) torbot taż-żidiet fl-età tal-irtirar maż-żieda fl-istennija tal-għomor, 2) l-introduzzjoni ta’ intitolament għal benefiċċji attwarjament newtrali mill-ewwel pilastru tal-pensjoni pay-as-you-go għal persuni wara għadd minimu statutorju ta’ snin ta’ servizz, 3) introduzzjoni ta’ strateġija ta’ tfaddil awtomatika bbażata fuq il-prinċipju taċ-ċiklu tal-ħajja għal faddala ġodda u li joħorġu gradwalment fil-Pilastru II (bil-possibbiltà li wieħed jirrifjuta din l-istrateġija awtomatika)

2

18 — Finanzi pubbliċi sodi, sostenibbli u kompetittivi — Riforma 2: Introduzzjoni tal-limiti massimi tan-nefqa

Stadju ewlieni

L-ankrar tal-limiti tan-nefqa fil-Liġi 523/2004 dwar ir-regoli baġitarji

Dħul fis-seħħ tal-emenda fl-att 523/2004 dwar ir-regoli baġitarji

 

 

 

Q4

2021

Id-dħul fis-seħħ tal-limiti massimi pluriennali fuq in-nefqa pubblika u l-implimentazzjoni tagħhom fil-Programm ta’ Stabbiltà 2022–2025 f’April 2022 biex jiġi kopert iċ-ċiklu baġitarju sħiħ għall-2023.

3

18 — Finanzi pubbliċi b’saħħithom, sostenibbli u kompetittivi — Riforma 3: Riforma tal-ġestjoni tal-investiment pubbliku

Stadju ewlieni

applikazzjoni tal-metodoloġija għall-proċeduri għat-tħejjija u l-prijoritizzazzjoni tal-investimenti

 

Evalwazzjoni tal-proġetti ta’ investiment pubbliku mwettqa f’konformità mal-metodoloġija adottata

 

 

 

Q2

2026

It-tħejjija u l-evalwazzjoni tal-proġetti ta’ investiment pubbliku rilevanti kollha jitwettqu f’konformità mal-metodoloġija ppubblikata li tarmonizza t-tħejjija u l-prijoritizzazzjoni. Il-valutazzjoni titwettaq mill-Ministeru tal-Finanzi u tiġi applikata għall-proġetti ta’ investiment ġodda kollha fil-livell nazzjonali ‘l fuq minn EUR 1 miljun, kif muri mid-dokumentazzjoni tal-proġetti magħżula. Il-metodoloġija għandha l-għan li tistabbilixxi sensiela ta’ proġetti ta’ investiment fil-livell settorjali u li żżid il-proporzjon bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji għal proġetti ġodda ta’ investiment.

2.Spiża totali stmata tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza

L-ispiża totali stmata tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tas-Slovakkja hija ta’ EUR 6 575 000 000

.

TAQSIMA 2: APPOĠĠ FINANZJARJU

1.Kontribuzzjoni finanzjarja

Il-pagamenti msemmija fl-Artikolu 2(2) għandhom jiġu organizzati kif ġej:

1.1L-ewwel Pagament (appoġġ mhux ripagabbli):

Numru sekwenzjali

Miżura relatata (Riforma jew Investiment)

Stadju Ewlieni/Mira

Isem

1

1 — Sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u infrastruttura tal-enerġija-Riforma 1: L-adattament tal-qafas legali tal-elettriku

Stadju ewlieni

Rilaxx ta’ restrizzjonijiet fuq il-kapaċitajiet tekniċi għat-trażmissjoni tal-elettriku fis-sistema tal-elettriku Slovakka

2

3 — Trasport sostenibbli—Riforma 1: Riforma tat-tħejjija ta’ proġetti ta’ investiment fit-trasport

Stadju ewlieni

Pjan ta’ investiment għal proġetti ta’ infrastruttura ferrovjarja

3

3 — Trasport sostenibbli—Riforma 1: Riforma tat-tħejjija ta’ proġetti ta’ investiment fit-trasport

Stadju ewlieni

Metodoloġija għall-għażla, it-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ proġetti għaċ-ċikliżmu

4

8 — Żieda fil-prestazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja Slovakk-Riforma tal-4: Riforma tal-ġestjoni tal-universitajiet

Stadju ewlieni

Ir-riforma tas-sistema ta’ ġestjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja

5

8 — Żieda fil-prestazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja Slovakk-Riforma 5: Konċentrazzjoni ta’ kapaċitajiet edukattivi u ta’ riċerka eċċellenti

Stadju ewlieni

Jibdew jitlaqqgħu flimkien l-universitajiet f’unitajiet akbar

6

9 — Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament tar-RŻI — Riforma 2: Riforma tal-organizzazzjoni u tal-finanzjament ta’ istituzzjonijiet tar-riċerka mhux kummerċjali, b’mod partikolari l-Akkademja Slovakka tax-Xjenzi

Stadju ewlieni

Riforma tal-Akkademja Slovakka tax-Xjenza (SaS)

7

10 — Attrazzjoni u żamma tat-talent-Investiment 4: Promozzjoni tal-internazzjonalizzazzjoni fl-ambjent akkademiku

Stadju ewlieni

Strateġija għall-internazzjonalizzazzjoni tal-universitajiet

8

15 — Riforma ġudizzjarja — Riforma 2: Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-tisħiħ tal-integrità u tal-indipendenza tal-ġudikatura

Stadju ewlieni

Pakkett ta’ liġijiet għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u għat-tisħiħ tal-integrità u l-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja

9

15 — Riforma Ġudizzjarja — Riforma 1: Riforma tal-Mappa Ġudizzjarja — Leġiżlazzjoni

Stadju ewlieni

Definizzjoni ta’ mappa ġudizzjarja ġdida

10

16 — Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Riforma 2: Modernizzazzjoni u bini tal-kapaċità tal-forza tal-pulizija

Stadju ewlieni

L-implimentazzjoni ta’ bidliet organizzattivi fil-pulizija biex tiżdied l-effiċjenza tad-detezzjoni tal-kriminalità, l-investigazzjoni u d-detezzjoni tal-korruzzjoni

11

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Investiment 4: Tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva fil-livelli differenti tal-gvern — l-istabbiliment ta’ Awtorità Nazzjonali għall-Implimentazzjoni u l-Koordinazzjoni

Stadju ewlieni

Awditjar u kontrolli: il-bażi ġuridika

12

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Investiment 4: Tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva f’livelli differenti ta’ gvern — stabbiliment ta’ Awtorità Nazzjonali għall-Implimentazzjoni u l-Koordinazzjoni

Stadju ewlieni

Sistema ta’ Repożitorju tal-RRP: informazzjoni għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-RRP

13

17 — Slovakkja Diġitali — Riforma 4: Standardizzazzjoni ta’ soluzzjonijiet tekniċi u proċedurali taċ-ċibersigurtà

Stadju ewlieni

Kunċett Nazzjonali għall-Informatizzazzjoni tal-Amministrazzjoni Pubblika (NKIVS) 2021-2030

14

18 — Finanzi pubbliċi sodi, sostenibbli u kompetittivi — Riforma 2: Introduzzjoni tal-limiti massimi tan-nefqa

Stadju ewlieni

L-ankrar tal-limiti tan-nefqa fil-Liġi 523/2004 dwar ir-regoli baġitarji

 

 

Ammont ta’ Pagament

EUR 458 277 000

1.2It-tieni Pagament (appoġġ mhux ripagabbli):

 

Numru sekwenzjali

Miżura relatata (Riforma jew Investiment)

Stadju Ewlieni/Mira

Isem

1

2 — Rinnovazzjoni tal-bini — Riforma 3: Il-ġestjoni tal-iskart tal-kostruzzjoni

Stadju ewlieni

L-emenda tal-Att dwar l-Iskart

2

5 — Adattament għat-tibdil fil-klima — Investiment 1: L-adattament tar-reġjuni għat-tibdil fil-klima, b’enfasi fuq il-konservazzjoni tan-natura u l-iżvilupp tal-bijodiversità

Mira

Lista ta’ proġetti magħżula għar-reġjuni ta’ Muránska Planina u Polonina

3

6 — Aċċessibbiltà, żvilupp u kwalità tal-edukazzjoni inklużiva — Investiment 1: Tneħħija tal-ostakli fil-bini tal-iskejjel

Stadju ewlieni

L-introduzzjoni tad-definizzjoni ta’ standard ta’ tneħħija tal-ostakli, il-ħolqien ta’ manwal ta’ deostakolizzazzjoni u l-immappjar tal-ħtiġijiet tal-iskola fil-livelli kollha tal-edukazzjoni

4

8 — Żieda fil-prestazzjoni tal-istituzzjonijiet Slovakki tal-edukazzjoni għolja- Riforma 2: Introduzzjoni ta’ sistema ta’ evalwazzjoni perjodika tal-prestazzjoni xjentifika

Stadju ewlieni

Id-definizzjoni tas-sistema ta’ evalwazzjoni perjodika tal-prestazzjoni xjentifika introdotta fil-Liġi Nru 172/2005

5

9 — Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament tal-RDI — Riforma 1: Ir-riforma tal-governanza, l-evalwazzjoni u l-appoġġ fix-xjenza, ir-riċerka u l-innovazzjoni

Stadju ewlieni

Ir-riforma tal-governanza u l-appoġġ għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni.

6

10 — Attrazzjoni u żamma tat-talenti — Riforma 1: Riforma tal-leġiżlazzjoni dwar ir-residenza u x-xogħol

Stadju ewlieni

L-iffaċilitar tar-ritorn lejn il-pajjiż u ż-żieda fl-attraenza tal-pajjiż għall-barranin b’rabtiet familjari

7

10 — Attrazzjoni u żamma tat-talent-Riforma 1: Riforma tal-leġiżlazzjoni dwar ir-residenza u x-xogħol

Stadju ewlieni

Skema li tiddefinixxi kategorija ġdida ta’ applikanti għall-viża nazzjonali (D).

8

10 — Attrazzjoni u żamma tat-talenti — Riforma 2: Simplifikazzjoni tar-reġim għar-rikonoxximent tal-kwalifiki u l-kwalifiki professjonali għall-eżerċizzju tal-professjonijiet regolati

Stadju ewlieni

Is-simplifikazzjoni tar-rikonoxximent tal-kwalifiki edukattivi u professjonali

9

11 — Kura tas-saħħa moderna u aċċessibbli — Riforma 1 Ottomizzazzjoni tan-Network tal-Isptarijiet (NU)

Stadju ewlieni

L-introduzzjoni tan-network tal-isptarijiet

10

11 — Kura tas-saħħa moderna u aċċessibbli — Riforma 2 Riforma tat-tħejjija tal-pjanijiet ta’ investiment fis-saħħa

Stadju ewlieni

Pjan ta’ investiment prijoritizzat skont il-metodoloġija tal-evalwazzjoni tal-investiment adottata mill-Ministeru tas-Saħħa

11

11 — Kura tas-saħħa moderna u aċċessibbli — Riforma 5 Riforma tal-forniment tal-kura primarja għall-adulti, it-tfal u ż-żgħażagħ

Stadju ewlieni

Il-liġi l-ġdida dwar l-istabbiliment tan-network ta’ fornituri tal-kura ġenerali u l-introduzzjoni ta’ tqassim f’żoni

12

13 — Kura soċjomedika aċċessibbli u ta’ kwalità għolja fit-tul — Riforma tas-superviżjoni tal-kura soċjali u l-forniment ta’ infrastruttura għall-implimentazzjoni tagħha

Stadju ewlieni

Riforma tas-superviżjoni tal-kura soċjali

13

14 — Titjib tal-ambjent tan-negozju — Riforma 3: Riforma tal-akkwist pubbliku — adattament tal-leġiżlazzjoni

Stadju ewlieni

Riforma tal-Att dwar il-Proċeduri tal-Akkwist Pubbliku

14

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Riforma 1: Nagħmlu l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus aktar effettiva

Stadju ewlieni

Riformi biex jiġu ssimplifikati u mtejba l-investigazzjonijiet finanzjarji

15

17 — Slovakkja diġitali- Investiment 4: Appoġġ għal proġetti mmirati lejn l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji diġitali ewlenin

Stadju ewlieni

Tfassil ta’ skema ta’ sostenn għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji diġitali ewlenin

16

17 — Slovakkja diġitali- Investiment 7: Titjib tal-ħiliet diġitali tal-anzjani u d-distribuzzjoni ta’ Tablets lill-Anzjani

Mira

L-għadd ta’ anzjani u persuni żvantaġġati mħarrġa fil-ħiliet diġitali bażiċi

 

 

Ammont ta’ Pagament

 EUR 814 715 000

1.3It-tielet Pagament (appoġġ mhux ripagabbli):

Numru sekwenzjali

Miżura relatata (Riforma jew Investiment)

Stadju Ewlieni/Mira

Isem

1

1 — Sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u infrastruttura tal-enerġija — Riforma 1: Adattament tal-qafas legali tal-elettriku

Stadju ewlieni

Riforma tas-suq tal-elettriku

2

1 — Sorsi tal-enerġija rinnovabbli u infrastruttura tal-enerġija — Riforma 2: Il-qafas legali għall-promozzjoni ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli

Stadju ewlieni

Qafas għall-appoġġ tal-investimenti fis-sorsi rinnovabbli ġodda

3

2 — Rinnovazzjoni tal-bini — Riforma 1: Armonizzazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ appoġġ għar-rinnovazzjoni tad-djar tal-familji

Stadju ewlieni

Pjan ta’ implimentazzjoni biex tiġi mobilizzata r-rinnovazzjoni ekoloġika tad-djar tal-familja

4

2 — Rinnovazzjoni tal-bini — Riforma 1: Titjib tal-effiċjenza enerġetika tad-djar tal-familji

Stadju ewlieni

It-tnedija tal-iskemi ta’ appoġġ għall-mobilizzazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija u r-rinnovazzjoni ekoloġika

5

3 — Trasport sostenibbli — Riforma 3: Riforma intermodali tat-trasport tal-merkanzija

Stadju ewlieni

Kunċett u sejħiet għal skemi ġodda ta’ għajnuna

6

3 — Trasport sostenibbli — Riforma 4: Introduzzjoni ta’ politiki ġodda għall-promozzjoni fit-tul tal-fjuwils alternattivi fis-settur tat-trasport

Stadju ewlieni

Pakkett ġdid ta’ miżuri għall-promozzjoni ta’ propulsjonijiet alternattivi

7

4 — Dekarbonizzazzjoni tal-industrija — Riforma 2: Skema kompetittiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-industrija

Stadju ewlieni

Adozzjoni tal-iskema tad-dekarbonizzazzjoni industrijali

8

5 — Adattament għat-tibdil fil-klima — Riforma 1: Riforma tal-ippjanar tal-art

Stadju ewlieni

Riforma tal-Ippjanar tal-Art

9

6 — Aċċessibbiltà, żvilupp u kwalità tal-edukazzjoni inklużiva- Riforma 1: Żgurar tal-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-edukazzjoni preprimarja obbligatorja għat-tfal ta’ ħames snin u l-introduzzjoni ta’ intitolament legali għal post fil-kindergarten jew ma’ fornituri oħra ta’ edukazzjoni ta’ qabel il-primarja mill-età ta’ tliet snin

Mira

Rata ta’ reġistrazzjoni fl-iskejjel ta’ qabel il-primarja għat-tfal ta’ ħames snin

10

6 — Aċċessibbiltà, żvilupp u kwalità tal-edukazzjoni inklużiva- Riforma 1: 1.Żgurar tal-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-edukazzjoni preprimarja obbligatorja għat-tfal ta’ ħames snin u l-introduzzjoni ta’ intitolament legali għal post fil-kindergarten jew ma’ fornituri oħra tal-edukazzjoni ta’ qabel il-primarja mill-età ta’ tliet snin

Stadju ewlieni

L-introduzzjoni ta’ bidliet legali fl-edukazzjoni preprimarja obbligatorja għal tfal ta’ età ta’ ħames snin u l-introduzzjoni ta’ intitolament legali għal post fil-kindergarten jew għand fornituri oħra tal-edukazzjoni ta’ qabel il-primarja mill-età ta’ tliet snin.

11

6 — Aċċessibbiltà, żvilupp u kwalità ta’ edukazzjoni inklużiva — Riforma 2: Definizzjoni tal-kunċett ta’ ħtiġijiet edukattivi speċjali tat-tfal u l-istudenti u l-iżvilupp ta’ mudell għal miżuri ta’ appoġġ eliġibbli fl-edukazzjoni u l-edukazzjoni, inkluża s-sistema ta’ finanzjament tagħhom

Stadju ewlieni

L-adozzjoni tal-liġi dwar id-definizzjoni mill-ġdid tal-kunċett ta’ ħtiġijiet edukattivi speċjali u t-tħejjija ta’ materjal metodoloġiku li jakkumpanjah għall-persunal tat-tagħlim, għall-persunal speċjalizzat u għall-mexxejja tal-iskejjel.

12

6 — Aċċessibbiltà, żvilupp u kwalità tal-edukazzjoni inklużiva — Riforma 6: Miżuri kumpensatorji biex jittaffa l-impatt tal-pandemija fl-edukazzjoni għall-istudenti tal-iskejjel primarji u sekondarji

Mira

L-għadd ta’ studenti li qed jieħdu sehem fi programmi ta’ tagħlim

13

8 — Żieda fil-prestazzjoni tal-istituzzjonijiet Slovakki tal-edukazzjoni għolja- Investiment 1: Appoġġ għall-iżvilupp strateġiku tal-universitajiet

Stadju ewlieni

Jitlestew mill-inqas żewġ sejħiet għall-appoġġ tal-iżvilupp strateġiku tal-universitajiet

14

8 — Żieda fil-prestazzjoni tal-istituzzjonijiet Slovakki tal-edukazzjoni għolja- Riforma 1: Bidla fil-finanzjament għall-universitajiet, inkluża l-introduzzjoni ta’ kuntratti tal-prestazzjoni

Stadju ewlieni

L-introduzzjoni ta’ kuntratti ta’ prestazzjoni

15

8 — Żieda fil-prestazzjoni tal-istituzzjonijiet Slovakki tal-edukazzjoni għolja — Riforma 2: Introduzzjoni ta’ sistema ta’ evalwazzjoni perjodika tal-prestazzjoni xjentifika

Mira

L-għadd ta’ Evalwazzjonijiet Imwettqin

16

8 — Żieda fil-prestazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja Slovakk- Riforma 3: Approċċ ġdid għall-akkreditazzjoni tal-edukazzjoni għolja

Mira

Il-perċentwal ta’ universitajiet japplikaw biex jivverifikaw il-konformità ta’ sistemi ta’ kwalità interni u programmi ta’ studju mal-istandards

17

9 — Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament tal-RDI — Riforma 1: Ir-riforma tal-governanza, l-evalwazzjoni u l-appoġġ fix-xjenza, ir-riċerka u l-innovazzjoni

Stadju ewlieni

It-tfassil tal-Istrateġija nazzjonali globali tar-RŻI

18

9 — Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 1: Promozzjoni tal-kooperazzjoni internazzjonali u l-parteċipazzjoni fi proġetti ta’ Orizzont Ewropa u l-EIT

Stadju ewlieni

It-tnedija ta’ sejħiet għal proġetti biex tiġi appoġġata l-parteċipazzjoni tal-atturi Slovakki f’Orizzont Ewropa

19

9 — Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 2: Appoġġ għall-kooperazzjoni bejn id-ditti, l-akkademja u l-organizzazzjonijiet tar-RŻ

Stadju ewlieni

Tnedija ta’ sejħiet għal proġetti biex tiġi appoġġata l-kooperazzjoni bejn il-kumpaniji, l-akkademja u l-organizzazzjonijiet u l-vawċers R&Ż

20

9 — Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 3: Xjenza eċċellenti

Stadju ewlieni

Tnedija ta’ sejħiet għal appoġġ tar-riċerkaturi eċċellenti

21

9 — Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 4: Riċerka u innovazzjoni għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija

Stadju ewlieni

It-tnedija ta’ sejħiet għal proġetti tematiċi mmexxija mid-domanda li jindirizzaw l-isfidi tat-tranżizzjoni diġitali

22

9 — Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 5: Riċerka u innovazzjoni għad-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija

Stadju ewlieni

It-tnedija ta’ sejħiet għal proġetti tematiċi mmexxija mid-domanda li jindirizzaw l-isfidi tat-tranżizzjoni diġitali

23

9 — Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 6: Strumenti finanzjarji li jappoġġjaw l-innovazzjoni

Stadju ewlieni

It-tnedija u l-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji għall-appoġġ tal-innovazzjoni

24

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Investiment 4: Tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva f’livelli differenti ta’ gvern — stabbiliment ta’ Awtorità Nazzjonali għall-Implimentazzjoni u l-Koordinazzjoni

Stadju ewlieni

Minimizzazzjoni tar-riskju tal-implimentazzjoni billi jiġi stabbilit korp ta’ koordinazzjoni, finanzjarju u ta’ implimentazzjoni (NIKA) għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

25

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Investiment 2: Tagħmir u diġitalizzazzjoni tal-forza tal-pulizija — tiġdid tal-flotta tal-vetturi

Mira

Xiri ta’ vetturi ġodda (10 % tal-flotta) ta’ vetturi elettriċi u ibridi

26

17 — Slovakkja diġitali- Investiment 3: Involviment fi proġetti Ewropej transfruntiera relatati mal-ekonomija diġitali

Mira

L-għadd ta’ Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali fis-Slovakkja/Hub Ewropew tal-Innovazzjoni Diġitali li joħloq network

27

17 — Slovakkja diġitali- Riforma 1: Il-ħolqien ta’ soluzzjonijiet ta’ gvern elettroniku għal sitwazzjonijiet ta’ prijorità tal-ħajja

Stadju ewlieni

Pjan ta’ investiment għal sitwazzjonijiet ta’ prijorità tal-ħajja

28

17 — Slovakkja diġitali- Riforma 3: Ġestjoni tat-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija u tas-soċjetà

Stadju ewlieni

Pjan ta’ Azzjoni għat-Trasformazzjoni Diġitali tas-Slovakkja għas-snin 2023–2026

29

17 — Slovakkja diġitali- Riforma 6: Approċċ strateġiku għall-edukazzjoni fil-ħiliet diġitali f’kooperazzjoni mar-rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati ewlenin

Stadju ewlieni

Strateġija Nazzjonali għall-Ħiliet Diġitali

 

 

Ammont ta’ Pagament

 EUR 814 715 000

1.4Ir-raba’ Pagament (appoġġ mhux ripagabbli):

Numru sekwenzjali

Miżura relatata (Riforma jew Investiment)

Stadju Ewlieni/Mira

Isem

1

3 — Trasport sostenibbli — Riforma 1: Riforma tat-tħejjija ta’ proġetti ta’ investiment fit-trasport

Stadju ewlieni

Emenda fl-Att dwar il-Ferroviji u r-regolamenti relatati dwar il-parametri tal-infrastruttura tat-trasport

2

3 — Trasport sostenibbli — Riforma 2: Riforma tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri

Stadju ewlieni

Liġi ġdida dwar it-trasport pubbliku tal-passiġġieri

3

6 — Aċċessibbiltà, żvilupp u kwalità tal-edukazzjoni inklużiva- Riforma 2: Definizzjoni tal-kunċett ta’ ħtiġijiet edukattivi speċjali tat-tfal u t-tfal tal-iskola u l-iżvilupp ta’ mudell għal miżuri ta’ appoġġ eliġibbli fl-edukazzjoni u l-edukazzjoni, inkluża s-sistema tal-finanzjament tagħhom

Stadju ewlieni

Dħul fis-seħħ tad-definizzjoni mill-ġdid tal-kunċett ta’ ħtiġijiet edukattivi speċjali

4

6 — Aċċessibbiltà, żvilupp u kwalità tal-edukazzjoni inklużiva — Riforma 3: Riforma tas-sistema tal-counselling u prevenzjoni u żgurar tal-ġbir sistematiku tad-data fil-qasam tal-promozzjoni tas-saħħa mentali tat-tfal, tat-tfal tal-iskola u l-istudenti

Stadju ewlieni

Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li toħloq sistema komprensiva ta’ counselling

5

6 — Aċċessibbiltà, żvilupp u kwalità ta’ edukazzjoni inklużiva — Riforma 4: Implimentazzjoni ta’ għodod għall-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-iskola u l-adattament ta’ programmi ta’ studju tat-tip F

Stadju ewlieni

Dħul fis-seħħ tal-emendi leġiżlattivi mmirati lejn:• L-estensjoni tal-possibbiltà li tinkiseb edukazzjoni sekondarja fl-edukazzjoni vokazzjonali sekondarja baxxa (VET), l-ottimizzazzjoni tal-programmi NSOV b’rispons għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u l-offerta ta’ programmi tal-NSOV fir-rigward tal-ħtiġijiet edukattivi tal-grupp ta’ studenti fil-mira

6

7 — Edukazzjoni għas-Seklu 21 — Riforma 1: Riforma tal-kontenut u tal-forma tal-edukazzjoni— Riforma tal-kurrikulu u tal-kotba tal-iskola

Stadju ewlieni

Approvazzjoni tal-verżjoni finali tal-kurrikulu l-ġdid għall-iskejjel primarji u sekondarji baxxi kollha organizzati f’ċikli edukattivi pluriennali

7

7 — Edukazzjoni għas-seklu 21 — Riforma 2: Tħejjija u żvilupp tal-għalliema għall-kontenut u l-forma ġodda tat-tagħlim

Stadju ewlieni

Id-dħul fis-seħħ tal-bidliet leġiżlattivi biex tissaħħaħ il-kwalità tal-ħiliet tal-għalliema u tal-persunal professjonali u jiġi motivat l-iżvilupp professjonali tul il-ħajja

8

9 — Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 7: Tappoġġa sistema unika ta’ għotjiet għar-RŻ

Stadju ewlieni

Tfassil tas-sistema l-ġdida ta’ informazzjoni D biex tevalwa l-iskemi tal-għotjiet

9

11 — Kura tas-saħħa moderna u aċċessibbli — Riforma 4 Ottimizzazzjoni tan-network tal-kura tas-saħħa akuta u definizzjoni ġdida tal-kura tas-saħħa ta’ emerġenza

Stadju ewlieni

Emenda fil-liġi dwar in-network tal-ambulanzi ottimali u definizzjoni ġdida tal-kura tas-saħħa ta’ emerġenza

10

13 — Kra tas-saħħa fit-tul aċċessibbli u ta’ kwalità għolja — Riforma tal-integrazzjoni u l-finanzjament tal-kura soċjali u tas-saħħa fit-tul

Stadju ewlieni

Qafas leġiżlattiv ġdid għas-saħħa fit-tul u l-kura palljattiva

11

14 — Titjib tal-ambjent tan-negozju — Riforma 1: Tnaqqis tal-piż regolatorju fuq in-negozju

Stadju ewlieni

Introduzzjoni ta’ għodod ġodda għat-tnaqqis tal-piż regolatorju: – Implimentazzjoni tar-regola “1-in-2-out” — Introduzzjoni ta’ evalwazzjoni ex post tar-regolamenti eżistenti (materjal leġiżlattiv u mhux leġiżlattiv) – L-introduzzjoni ta’ protezzjoni kontra regolamentazzjoni żejda mhux ġustifikata

12

14 — Titjib tal-ambjent tan-negozju — Riforma 3: Riforma tal-akkwist pubbliku — diġitalizzazzjoni tal-proċessi tal-akkwist pubbliku

Stadju ewlieni

Id-diġitalizzazzjoni tal-proċessi tal-akkwist pubbliku permezz ta’ pjattaforma elettronika unika.

13

14 — Titjib tal-ambjent tan-negozju — Riforma 2: Riforma tal-qafas tal-insolvenza — adattament tal-leġiżlazzjoni

Stadju ewlieni

Riforma tal-qafas tal-insolvenza

14

15 — Riforma ġudizzjarja- Riforma 1: Riforma tal-Mappa Ġudizzjarja — Leġiżlazzjoni

Stadju ewlieni

L-introduzzjoni tan-network il-ġdid tal-qrati

15

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Riforma 3: Ottimizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kriżijiet

Stadju ewlieni

Id-dħul fis-seħħ tal-ġestjoni ottimizzata tal-kriżijiet

16

18 — Finanzi pubbliċi sodi, sostenibbli u kompetittivi — Riforma 1: Titjib tas-sostenibbiltà tas-sistema tal-pensjonijiet

Stadju ewlieni

Riforma fis-sistema tal-pensjonijiet

 

 

Ammont ta’ Pagament

 EUR 923 828 000

1.5Il-Ħames Pagament (appoġġ mhux ripagabbli):

Numru sekwenzjali

Miżura relatata (Riforma jew Investiment)

Stadju Ewlieni/Mira

Isem

1

2 — Rinnovazzjoni tal-bini — Riforma 2: Żieda fit-trasparenza u simplifikazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Monumenti tar-Repubblika Slovakka

Stadju ewlieni

Metodoloġiji għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Monumenti tar-Repubblika Slovakka

2

3 — Trasport sostenibbli — Riforma 2: Riforma tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri

Stadju ewlieni

Implimentazzjoni ta’ skeda ottimizzata tat-trasport ferrovjarju

3

4 — Dekarbonizzazzjoni tal-industrija — Riforma 1: It-terminazzjoni tal-produzzjoni tal-elettriku bbażata fuq il-faħam fl-impjant tal-enerġija ta’ Nováky u t-trasformazzjoni tar-reġjun tan-Nitra ta’ Fuq

Stadju ewlieni

It-tranżizzjoni lil hinn mill-faħam fir-reġjun tan-Nitra ta’ Fuq

4

5 — Adattament għat-tibdil fil-klima — Riforma 2: Riforma tal-konservazzjoni tan-natura u l-ġestjoni tal-ilma fil-kampanja

Stadju ewlieni

Applikazzjoni aktar effettiva ta’ miżuri ta’ protezzjoni tan-natura f’pajsaġġi f’żoni protetti u r-rivitalizzazzjoni tal-korsiji tal-ilma

5

5 — Adattament għat-tibdil fil-klima — Investiment 1: L-adattament tar-reġjuni għat-tibdil fil-klima, b’enfasi fuq il-konservazzjoni tan-natura u l-iżvilupp tal-bijodiversità

Mira

Saldu tal-proprjetà mas-sidien tal-artijiet privati (f’Żoni tal-art stabbiliti f’ettari)

6

6 — Aċċessibbiltà, żvilupp u kwalità tal-edukazzjoni inklużiva- Riforma 5: Appoġġ għat-tneħħija tas-segregazzjoni fl-iskejjel

Stadju ewlieni

Adozzjoni ta’ emendi leġiżlattivi li jintroduċu d-definizzjoni tal-iskejjel fil-leġiżlazzjoni u l-iżvilupp ta’ materjal metodoloġiku għall-implimentazzjoni tat-tneħħija tas-segregazzjoni

7

7 — Edukazzjoni għas-seklu 21 — Riforma 2: Tħejjija u żvilupp tal-għalliema għall-kontenut u l-forma ġodda tat-tagħlim

Mira

Perċentwal ta’ għalliema mħarrġa speċjalment fit-tħejjija għall-kurrikulu l-ġdid tal-edukazzjoni inklużiva u l-ħiliet diġitali

8

8 — Żieda fil-prestazzjoni tal-istituzzjonijiet Slovakki tal-edukazzjoni għolja — Riforma 1: Bidla fil-finanzjament għall-universitajiet, inkluża l-introduzzjoni ta’ kuntratti ta’ prestazzjoni

Mira

Il-kuntratti ta’ prestazzjoni ffirmati ma’ universitajiet pubbliċi (f’perċentwali)

9

10 — Attrazzjoni u żamma tat-talenti — Investiment 1: Għodod ta’ appoġġ u assistenza għal persuni li jiġu lura, ħaddiema bi kwalifiki għoljin minn pajjiżi terzi u l-membri tal-familja tagħhom u studenti barranin tal-edukazzjoni għolja li qed jistudjaw fis-Slovakkja

Mira

L-għadd ta’ punti uniċi ta’ kuntatt għall-integrazzjoni fis-Slovakkja

10

11 — Kura tas-saħħa moderna u aċċessibbli — Riforma 3 Ċentralizzazzjoni tal-ġestjoni tal-akbar sptarijiet

Stadju ewlieni

It-twaqqif ta’ korp ċentrali għall-ġestjoni tal-isptarijiet minn perspettiva organizzattiva, operattiva u ekonomika

11

11 — Kura tas-saħħa moderna u aċċessibbli — Investiment 3 Diġitalizzazzjoni fis-saħħa

Mira

Sistema ta’ navigazzjoni għat-trattament ta’ fibrillazzjoni atrijali fi 3 istituzzjonijiet tal-mard kardjovaskulari

12

13 — Kra tas-saħħa fit-tul aċċessibbli u ta’ kwalità għolja — Riforma tal-integrazzjoni u l-finanzjament tal-kura soċjali u tas-saħħa fit-tul

Stadju ewlieni

Pubblikazzjoni tal-kunċett ta’ finanzjament tas-servizzi soċjali għal dibattitu pubbliku

13

15 — Riforma ġudizzjarja- Investiment 2: Strumenti ta’ appoġġ għar-riforma tal-Mappa Ġudizzjarja — Reġistru Kummerċjali u Sistema Ċentralizzata ta’ Governanza Ġudizzjarja

Stadju ewlieni

Żvilupp u trasferiment tas-sistema tal-IT – Reġistru tan-Negozji

14

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Investiment 1: Għodod u kapaċità għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus

Stadju ewlieni

Il-provvista ta’ Infrastruttura meħtieġa biex tiġi appoġġata l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-korruzzjoni

15

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Investiment 1: Għodod u kapaċità għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus

Mira

Taħriġ mill-ġdid tal-uffiċjali tal-pulizija f’investigazzjonijiet finanzjarji u attivitajiet analitiċi

16

17 — Slovakkja diġitali- Riforma 1: Il-ħolqien ta’ soluzzjonijiet ta’ gvern elettroniku għal sitwazzjonijiet ta’ prijorità tal-ħajja

Stadju ewlieni

Pjan direzzjonali tas-sitwazzjonijiet ta’ prijorità tal-ħajja

17

17 — Slovakkja diġitali- Riforma 2: Ġestjoni ċentrali tar-riżorsi tal-IT

Stadju ewlieni

Pjattaforma ċentrali għall-użu tar-riżorsi tal-IT (post tas-suq diġitali)

 

 

Ammont ta’ Pagament

 EUR 923 828 000

1.6Is-sitt Pagament (appoġġ mhux ripagabbli):

Numru sekwenzjali

Miżura relatata (Riforma jew Investiment)

Stadju Ewlieni/Mira

Isem

1

9 — Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 3: Xjenza eċċellenti

Mira

L-għadd ta’ riċerkaturi eċċellenti appoġġati

2

11 — Kura tas-saħħa moderna u aċċessibbli — Investiment 2: Network ġdid tal-isptarijiet — kostruzzjoni, rikostruzzjoni u tagħmir

Stadju ewlieni

Sejħa għall-offerti għall-kostruzzjoni u r-rikostruzzjoni tal-isptarijiet

3

13 — Kura soċjomedika aċċessibbli u ta’ kwalità għolja fit-tul — Riforma 2: Valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ kura

Stadju ewlieni

Unifikazzjoni tas-sistema ta’ valutazzjoni

4

13 — Kura soċjomedika aċċessibbli u ta’ kwalità għolja fuq terminu twil — Riforma 3: Riforma tas-superviżjoni tal-kura soċjali u l-provvista tal-infrastruttura għall-implimentazzjoni tagħha

Mira

Stabbiliment ta’ sistema superviżorja unifikata bi kwartieri ġenerali u tmien fergħat

5

13 — Kura soċjomedika fit-tul aċċessibbli u ta’ kwalità għolja — Investiment 1: It-titjib ta’ kapaċitajiet ta’ kura soċjali bbażati fil-komunità

Mira

Titjib tal-kapaċitajiet ta’ servizzi residenzjali bbażati fil-komunità u faċilitajiet ta’ kapaċità baxxa soċjali tas-saħħa (indikatur: Għadd minimu ta’ postijiet maħluqa)

6

13 — Kura soċjomedika fit-tul aċċessibbli u ta’ kwalità għolja — Tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-kura soċjali bbażati fil-komunità

Mira

Espansjoni tal-kapaċitajiet tas-servizzi tal-outpatient (indikatur: Għadd minimu ta’ postijiet maħluqa)

7

14 — Titjib tal-ambjent tan-negozju — Investiment 2: Diġitalizzazzjoni tal-proċessi tal-insolvenza

Mira

Proċess uniku ta’ insolvenza kompletament diġitalizzat huwa kompletament operattiv.

 

 

Ammont ta’ Pagament

EUR 792 892 000

1.7Is-seba’ Pagament (appoġġ mhux ripagabbli):

Numru sekwenzjali

Miżura relatata (Riforma jew Investiment)

Stadju Ewlieni/Mira

Isem

1

2 — Rinnovazzjoni tal-bini — Investiment 1: Titjib tal-effiċjenza enerġetika tad-djar tal-familji

Mira

L-għadd ta’ djar tal-familja rinnovati li jiffrankaw mill-inqas 30 % tal-enerġija primarja

2

2 — Rinnovazzjoni tal-bini — Investiment 2: Rinnovazzjoni ta’ bini pubbliku storiku u bini elenkat

Mira

Erja (m²) ta’ bini pubbliku storiku u monumentali rinnovat protett li jikseb mill-inqas 30 % tal-iffrankar tal-enerġija primarja

3

5 — Adattament għat-tibdil fil-klima — Investiment 1: L-adattament tar-reġjuni għat-tibdil fil-klima, b’enfasi fuq il-konservazzjoni tan-natura u l-iżvilupp tal-bijodiversità

Mira

Riabilitazzjoni tal-mogħdijiet tal-ilma (f’Km ta’ korsiji tal-ilma riabilitati)

4

7 — Edukazzjoni għas-seklu 21 — Riforma 1: Riforma tal-kontenut u tal-forma tal-edukazzjoni — Riforma tal-kurrikulu u tal-kotba tal-iskola

Mira

Il-ħolqien ta’ network ta’ ċentri reġjonali ta’ appoġġ

5

7 — Edukazzjoni għas-Seklu 21 — Investiment 1: Infrastruttura diġitali fl-iskejjel

Mira

Żieda fil-perċentwal ta’ skejjel b’livell bażiku ta’ tagħmir diġitali

6

7 — Edukazzjoni għas-Seklu 21 — Investiment 2: Tlestija tal-infrastruttura tal-iskejjel

Mira

L-għadd ta’ skejjel bil-librerija tagħhom stess bħala ċentru edukattiv jew b’librerija modernizzata

7

9 — Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 2: Appoġġ għall-kooperazzjoni bejn id-ditti, l-akkademja u l-organizzazzjonijiet tar-RŻ

Mira

Għadd ta’ proġetti kollaborattivi u vawċers appoġġati

8

9 — Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 4: Riċerka u innovazzjoni għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija

Mira

L-għadd ta’ proġetti magħżula li jindirizzaw l-isfidi tat-tranżizzjoni ekoloġika

9

9 — Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 5: Riċerka u innovazzjoni għad-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija

Mira

L-għadd ta’ proġetti RŻI magħżula fl-ambitu tas-sejħiet li jindirizzaw l-isfidi tat-trasformazzjoni diġitali.

10

10 — Attrazzjoni u żamma tat-talenti — Investiment 3: Boroż ta’ studju għal studenti domestiċi u barrani b’talent

Mira

L-għadd ta’ boroż ta’ studju mogħtija għal studenti b’talent.

11

11 — Kura tas-saħħa moderna u aċċessibbli — Investiment 5: Tiġdid tal-flotta tal-ambulanzi

Mira

Xiri ta' vetturi

12

14 — Titjib tal-ambjent tan-negozju — Investiment 1: Tnaqqis tal-piż regolatorju fuq in-negozju

Stadju ewlieni

Tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq l-intraprendituri

13

15 — Riforma ġudizzjarja- Investiment 1: Riforma tal-mappa ġudizzjarja — Riorganizzazzjoni tal-qrati — rinnovazzjoni tal-bini

Mira

Erja mibnija mill-ġdid tal-binjiet tal-qrati (f’m²) 

14

15 — Riforma ġudizzjarja- Investiment 1: Riorganizzazzjoni tal-qrati — Kostruzzjoni/akkwist ta’ bini ġdid

Mira

Erja ta’ bini tal-qorti mibni jew mixtri (f’m²) 

15

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Investiment 2: Tagħmir u diġitalizzazzjoni tal-forza tal-pulizija — taħriġ u tagħmir

Mira

Jitnieda ta’ taħriġ u tagħmir relatat mar-riforma tal-pulizija

16

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Investiment 2: Tagħmir u diġitalizzazzjoni tal-forza tal-pulizija — Rikostruzzjoni tal-bini

Stadju ewlieni

Firxa tal-erja tal-art rinnovata tal-bini tal-pulizija biex titnaqqas l-intensità enerġetika tal-bini (f’m²)

17

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, — Investiment 2: Tagħmir u diġitalizzazzjoni tal-forza tal-pulizija — Sistema ġdida ta’ Informazzjoni dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Residenti Barranin (IS ECU)

Stadju ewlieni

Proċessi ta’ permessi ta’ residenza elettroniċi biex jissimplifikaw il-proċessi għall-pubbliku

18

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Investiment 4: Tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva f’livelli differenti ta’ gvern — stabbiliment ta’ ċentri ta’ servizzi kondiviżi

Mira

Stabbiliment ta’ ċentri ta’ servizzi kondiviżi.

19

17 — Slovakkja diġitali- Investiment 1: Servizzi aħjar għaċ-ċittadini u n-negozji

Stadju ewlieni

Pjattaforma għall-iżvilupp u l-provvista ta’ sitwazzjonijiet ta’ prijorità tal-ħajja

20

17 — Slovakkja diġitali- Investiment 2: Trasformazzjoni diġitali tat-twassil tas-servizz pubbliku

Mira

Trasformazzjoni diġitali tat-taqsimiet tal-amministrazzjoni pubblika

21

17 — Slovakkja diġitali- Investiment 3: Involviment fi proġetti Ewropej transfruntiera relatati mal-ekonomija diġitali

Stadju importanti

L-iżvilupp u l-kostruzzjoni tas-supercomputer għaċ-ċentru nazzjonali tas-supercomputing

22

17 — Slovakkja diġitali- Investiment 3: Involviment fi proġetti Ewropej transfruntiera relatati mal-ekonomija diġitali

Mira

Parteċipazzjoni fi proġetti diġitali multinazzjonali mis-sett predefinit

23

17 — Slovakkja diġitali- Investiment 4: Appoġġ għal proġetti mmirati lejn l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji diġitali ewlenin

Mira

Għadd ta’ proġetti għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji diġitali ewlenin

24

17 — Slovakkja diġitali — Investiment 6: Tisħiħ tal-miżuri preventivi, żieda fil-veloċità tad-detezzjoni u r-riżoluzzjoni tal-inċidenti

Mira

Għadd ta’ sistemi tal-IT siguri fl-ambjent tal-amministrazzjoni pubblika

 

 

Ammont ta’ Pagament

 EUR 792 892 000

1.8It-Tmien Pagament (appoġġ mhux ripagabbli):

Numru sekwenzjali

Miżura relatata (Riforma jew Investiment)

Stadju Ewlieni/Mira

Isem

1

3 — Trasport sostenibbli — Investiment 2: Promozzjoni ta’ trasport nadif tal-passiġġieri

Mira

L-għadd ta’ materjal fuq ir-roti nadif tal-passiġġieri akkwistat (ponderat)

2

4 — Dekarbonizzazzjoni tal-industrija — Investiment 2: Żgurar tal-funzjonament tal-Ispettorat Slovakk tal-Ambjent marbut mad-dekarbonizzazzjoni

Stadju ewlieni

Żieda fil-kapaċità tal-investimenti għall-Ispettorat Slovakk tal-Ambjent

3

6 — Aċċessibbiltà, żvilupp u kwalità tal-edukazzjoni inklużiva — Riforma 4: Implimentazzjoni ta’ għodod għall-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-iskola u l-adattament ta’ programmi ta’ studju tat-tip F

Mira

Sehem ta’ programmi tal-edukazzjoni vokazzjonali sekondarja baxxa (NSOV) ottimizzati b’reazzjoni għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol

4

6 — Aċċessibbiltà, żvilupp u kwalità tal-edukazzjoni inklużiva — Investiment 1: Tneħħija tal-ostakli fil-bini tal-iskejjel

Mira

L-eliminazzjoni tal-ostakli arkitettoniċi ta’ skejjel sekondarji akbar

5

10 — Attrazzjoni u żamma tat-talenti — Investiment 1: Għodod ta’ appoġġ u assistenza għal persuni li jiġu lura, ħaddiema bi kwalifiki għoljin minn pajjiżi terzi u l-membri tal-familja tagħhom u studenti barranin tal-edukazzjoni għolja li qed jistudjaw fis-Slovakkja

Mira

L-għadd ta’ barranin li jużaw iċ-Ċentru ta’ Informazzjoni dwar il-Migrazzjoni tal-IOM

6

11 — Kura tas-saħħa moderna u aċċessibbli — Riforma 3 Ċentralizzazzjoni tal-ġestjoni tal-akbar sptarijiet

Mira

Għadd ta’ sptarijiet involuti fis-sistema ta’ ġestjoni ċentrali

7

11 — Kura tas-saħħa moderna u aċċessibbli — Investiment 4 Kostruzzjoni u riabilitazzjoni ta’ stazzjonijiet tal-ambulanza (Servizzi ta’ Ambulanza)

Mira

Għadd ta’ stazzjonijiet tal-ambulanza mibnija jew mibnija mill-ġdid

8

12 — Kura tas-saħħa mentali umana, moderna u aċċessibbli — Riforma 1: Kooperazzjoni u regolamentazzjoni interministerjali koordinati

Stadju ewlieni

Stabbiliment ta’ żewġ entitajiet ta’ koordinazzjoni għas-saħħa mentali

9

12 — Kura tas-saħħa mentali umana, moderna u aċċessibbli — Investiment 6: Stabbiliment ta’ repożitorju ta’ metodi psikodijanjostiċi

Mira

L-għadd ta’ metodi psikodijanjostiċi rreġistrati u standardizzati

10

12 — Kura tas-saħħa mentali umana, moderna u aċċessibbli — Investiment 8: Taħriġ fis-saħħa mentali għall-persunal

Mira

L-għadd ta’ ħaddiema fis-settur tas-saħħa mħarrġa fis-saħħa mentali

11

13 — Kura soċjomedika fit-tul aċċessibbli u ta’ kwalità għolja — Estensjoni u restawr tal-kapaċitajiet tal-kura ta’ wara u tal-infermerija

Mira

Estensjoni u tiġdid ta’ fornituri tal-kura tal-infermiera fid-dar (indikatur: l-għadd ta’ fornituri appoġġati)

12

13 — Kura soċjomedika tas-saħħa fit-tul aċċessibbli u ta’ kwalità għolja — Estensjoni u restawr tal-kapaċitajiet tal-kura palljattiva

Mira

Estensjoni u tiġdid tan-network tal-isptarijiet mobbli (indikatur: għadd ta’ fornituri ġodda u mibnija mill-ġdid)

13

14 — Titjib tal-ambjent tan-negozju — Riforma 1: Tnaqqis tal-piż regolatorju fuq in-negozju

Stadju ewlieni

Ir-regola 1-in-2-out, evalwazzjoni ex ante biex tiġi evitata regolamentazzjoni żejda u evalwazzjonijiet ex post tar-regolamentazzjoni eżistenti

14

15 — Riforma ġudizzjarja- Investiment 2: Strumenti ta’ appoġġ għar-riforma tal-Mappa Ġudizzjarja — Reġistru Kummerċjali u Sistema Ċentralizzata ta’ Governanza Ġudizzjarja

Stadju ewlieni

Żvilupp u trasferiment tal-IS — Sistema ta’ Ġestjoni Ġudizzjarja Ċentralizzata

15

17 — Slovakkja diġitali- Investiment 1: Servizzi aħjar għaċ-ċittadini u n-negozji

Mira

L-għadd ta’ soluzzjonijiet tal-Gvern elettroniku mibnija u użati

16

17 — Slovakkja diġitali- Investiment 6: Tisħiħ tal-miżuri preventivi, żieda fil-veloċità tad-detezzjoni u r-riżoluzzjoni tal-inċidenti

Stadju ewlieni

Awditi tas-sigurtà tal-applikazzjonijiet fl-ambjent tal-amministrazzjoni pubblika

 

 

Ammont ta’ Pagament

 EUR 400 083 000

1.9Id-disa’ Pagament (appoġġ mhux ripagabbli):

Numru sekwenzjali

Miżura relatata (Riforma jew Investiment)

Stadju Ewlieni/Mira

Isem

1

5 — Adattament għat-tibdil fil-klima — Investiment 1: L-adattament tar-reġjuni għat-tibdil fil-klima, b’enfasi fuq il-konservazzjoni tan-natura u l-iżvilupp tal-bijodiversità

Mira

Saldu tal-proprjetà mas-sidien tal-artijiet privati (f’Żoni tal-art stabbiliti f’ettari)

2

6 — Aċċessibbiltà, żvilupp u kwalità tal-edukazzjoni inklużiva- Riforma 5: Appoġġ għad-desegregazzjoni tal-iskola

Stadju ewlieni

Dħul fis-seħħ tad-definizzjoni leġiżlattiva tas-segregazzjoni fl-iskejjel

3

6 — Aċċessibbiltà, żvilupp u kwalità tal-edukazzjoni inklużiva- Riforma 1: Żgurar tal-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-edukazzjoni preprimarja obbligatorja għal tfal mill-età ta’ 5 snin u l-introduzzjoni ta’ intitolament legali għal post fil-kindergarten jew ma’ fornituri oħra tal-edukazzjoni ta’ qabel il-primarja mill-età ta’ 3 snin.

Mira

L-għadd ta’ kapaċitajiet mibnija ġodda

4

6 — Aċċessibbiltà, żvilupp u kwalità ta’ edukazzjoni inklużiva — Riforma 2: Definizzjoni tal-kunċett ta’ ħtiġijiet edukattivi speċjali tat-tfal u l-istudenti u l-iżvilupp ta’ mudell għal miżuri ta’ appoġġ eliġibbli fl-edukazzjoni u l-edukazzjoni, inkluża s-sistema ta’ finanzjament tagħhom

Mira

Għadd ta’ għalliema mħarrġa u persunal speċjalizzat

5

6 — Aċċessibbiltà, żvilupp u kwalità tal-edukazzjoni inklużiva- Riforma 5: Appoġġ għad-desegregazzjoni tal-iskola

Mira

Perċentwal ta’ skejjel li japplikaw standards ta’ desegregazzjoni li ġejjin mill-metodoloġija adottata

6

7 — Edukazzjoni għas-seklu 21 — Riforma 1: Riforma tal-kontenut u tal-forma tal-edukazzjoni — Riforma tal-kurrikulu u tal-kotba tal-iskola

Mira

Skejjel primarji li jimplimentaw il-kurrikulu l-ġdid (f’perċentwali)

7

7 — Edukazzjoni għas-seklu 21 — Riforma 1: Riforma tal-kontenut u tal-forma tal-edukazzjoni — Riforma tal-kurrikulu u tal-kotba tal-iskola

Mira

Introduzzjoni ta’ matura (eżami finali għal gradwati mill-iskola sekondarja għolja) on-line

8

10 — Attrazzjoni u żamma tat-talenti — Investiment 4: Promozzjoni tal-internazzjonalizzazzjoni fl-ambjent akkademiku

Mira

L-għadd ta’ proġetti appoġġati biex jippromwovu jew jiżviluppaw l-internazzjonalizzazzjoni ta’ universitajiet u istituzzjonijiet ta’ riċerka

9

11 — Kura tas-saħħa moderna u aċċessibbli — Riforma 1 Ottomizzazzjoni tan-Network tal-Isptarijiet (NU)

Mira

Is-sehem tal-isptarijiet imfassla mill-ġdid (awtorizzati fl-ambitu tal-isptarijiet ġenerali u speċjalizzati) taħt in-network il-ġdid tal-isptarijiet

10

11 — Kura tas-saħħa moderna u aċċessibbli — Investiment 1 Appoġġ għall-ftuħ ta’ kura primarja ġdida

Mira

Għadd ta’ kliniċi tal-kura primarja għall-outpatients appoġġati minn programm pilota

11

11 — Kura tas-saħħa moderna u aċċessibbli — Investiment 2 Network ġdid tal-isptarijiet — kostruzzjoni, rikostruzzjoni u tagħmir

Mira

Sodod disponibbli fi sptarijiet imtejba 

12

11 — Kura tas-saħħa moderna u aċċessibbli — Investiment 3 Diġitalizzazzjoni fis-saħħa

Mira

L-għadd ta’ sptarijiet konnessi mas-sistema ERP Ċentrali

13

12 — Kura tas-saħħa mentali umana, moderna u aċċessibbli — Investiment 2: Ħolqien ta’ faċilitajiet ta’ detenzjoni

Mira

Kapaċità ta’ pazjenti tal-faċilitajiet ta’ detenzjoni

14

12 — Kura tas-saħħa mentali umana, moderna u aċċessibbli — Investiment 3: Bini ta’ ċentri psikosoċjali; Investiment 4: Tlestija tan-network psikjatriku stazzjonarju; Investiment 5: L-istabbiliment ta’ ċentri speċjalizzati għal disturbi ġeneralizzati tal-awtiżmu

Mira

L-għadd ta’ ċentri tal-kura tas-saħħa mentali maħluqa bbażati fil-komunità

15

12 — Kura tas-saħħa mentali umana, moderna u aċċessibbli — Investiment 7: Umanizzazzjoni tal-kura psikjatrika istituzzjonali

Mira

Il-kapaċità tal-pazjenti fi kmamar konvertiti fil-kura psikjatrika istituzzjonali.

16

13 — Kura soċjomedika tas-saħħa fit-tul aċċessibbli u ta’ kwalità għolja — Estensjoni u restawr tal-kapaċitajiet tal-kura palljattiva

Mira

L-espansjoni u t-tiġdid ta’ kapaċitajiet ta’ kura palljattiva residenzjali (indikatur: għadd ta’ postijiet tas-sodod li nħolqu u li ġew irkuprati)

17

13 — Kra tas-saħħa fit-tul aċċessibbli u ta’ kwalità għolja — Riforma tal-integrazzjoni u l-finanzjament tal-kura soċjali u tas-saħħa fit-tul

Stadju ewlieni

Is-sistema l-ġdida ta’ finanzjament tas-servizzi soċjali – l-introduzzjoni ta’ baġit personali

 

 

Ammont ta’ Pagament

 EUR 203 679 000

1.10L-għaxar Pagament (appoġġ mhux ripagabbli):

Numru sekwenzjali

Miżura relatata (Riforma jew Investiment)

Stadju Ewlieni/Mira

Isem

1

1 — Sorsi tal-enerġija rinnovabbli u infrastruttura tal-enerġija — Investiment 1: Kostruzzjoni ta’ sorsi ġodda tal-elettriku rinnovabbli

Mira

Kapaċità ġdida ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli

2

1 — Sorsi tal-enerġija rinnovabbli u infrastruttura tal-enerġija — Investiment 2: Immodernizzar tas-sorsi tal-elettriku rinnovabbli eżistenti (repowering)

Mira

Il-kapaċità tas-sors tal-enerġija rinnovabbli rikostruwita

3

1 — Sorsi tal-enerġija rinnovabbli u infrastruttura tal-enerġija — Investiment 3: Żieda fil-flessibbiltà tas-sistemi tal-elettriku għal integrazzjoni akbar ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli

Mira

Iż-żieda kumulattiva fil-kapaċità tal-installazzjonijiet li jżidu l-flessibbiltà tas-sistemi tal-enerġija

4

2 — Rinnovazzjoni tal-bini — Investiment 1: Titjib tal-effiċjenza enerġetika tad-djar tal-familji

Mira

L-għadd ta’ djar tal-familja rinnovati li jiffrankaw mill-inqas 30 % tal-enerġija primarja

5

2 — Rinnovazzjoni tal-bini — Investiment 2: Rinnovazzjoni ta’ bini pubbliku storiku u bini elenkat

Mira

Erja (m2) ta’ bini pubbliku rinnovat storiku u monumentali protett

6

3 — Trasport sostenibbli — Riforma 2: Riforma tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri

Mira

L-għadd ta’ kontej li fihom hemm fis-seħħ l-integrazzjoni tariffarja li tippermetti li wieħed jivvjaġġa b’diversi modi ta’ trasport pubbliku jew b’carriers għal kull biljett

7

3 — Trasport sostenibbli — Investiment 1: Żvilupp ta’ infrastruttura tat-trasport b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju

Mira

It-tul tal-infrastruttura l-ġdida taċ-ċikliżmu (km)

8

3 — Trasport sostenibbli — Investiment 1: Żvilupp ta’ infrastruttura tat-trasport b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju

Mira

It-tul tal-infrastruttura ferrovjarja nadifa tal-passiġġieri mibnija mill-ġdid jew imtejba (f’kilometri, ponderat)

9

3 — Trasport sostenibbli — Investiment 1: Żvilupp ta’ infrastruttura tat-trasport b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju

Mira

It-tul tas-sezzjonijiet tal-linji ferrovjarji li tlestew (km)

10

3 — Trasport sostenibbli — Investiment 3: Żvilupp tat-trasport intermodali tal-merkanzija

Mira

Numru ta’ unitajiet ta’ trasport intermodali akkwistati f’Unitajiet Ekwivalenti ta’ Għoxrin pied

11

3 — Trasport sostenibbli — Investiment 4: Appoġġ għall-iżvilupp ta’ infrastruttura għal vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv

Mira

L-għadd ta’ punti tal-iċċarġjar jew ta’ punti ta’ riforniment tal-idroġenu li qed joperaw.

12

— 4 — Dekarbonizzazzjoni tal-industrija — Investiment 1: Tħaddim tal-iskema ta’ dekarbonizzazzjoni tal-industrija

Stadju ewlieni

Tlestija tal-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ dekarbonizzazzjoni tal-industrija kofinanzjati mill-RRF

13

5 — Adattament għat-tibdil fil-klima — Investiment 1: L-adattament tar-reġjuni għat-tibdil fil-klima, b’enfasi fuq il-konservazzjoni tan-natura u l-iżvilupp tal-bijodiversità

Mira

Riabilitazzjoni tal-mogħdijiet tal-ilma (f’Km ta’ korsiji tal-ilma riabilitati)

14

7 — Edukazzjoni għas-Seklu 21 — Investiment 2: Tlestija tal-infrastruttura tal-iskejjel

Mira

L-eliminazzjoni tal-iskejjel b’żewġ xiftijiet

15

8 — Żieda fil-prestazzjoni tal-istituzzjonijiet Slovakki tal-edukazzjoni għolja- Riforma 5: Konċentrazzjoni ta’ kapaċitajiet edukattivi u ta’ riċerka eċċellenti

Stadju ewlieni

It-tlestija tal-proċess ta’ fużjoni tal-unitajiet tar-riċerka 

16

8 — Żieda fil-prestazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja Slovakka- Investment1: Appoġġ għall-iżvilupp strateġiku tal-universitajiet

Mira

żona universitarja rikostruwita u dormitorju b’iffrankar tal-enerġija primarja ta’ aktar minn 30 % (f’m²)

17

9 — Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 3: Xjenza eċċellenti

Mira

L-għadd ta’ riċerkaturi eċċellenti appoġġati

18

9 — Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 1: Promozzjoni tal-kooperazzjoni internazzjonali u l-parteċipazzjoni fi proġetti ta’ Orizzont Ewropa u l-EIT

Mira

Appoġġ finanzjarju għall-applikazzjonijiet u l-proġetti parteċipanti fil-programmi Orizzont Ewropa, taħt sejħiet iffinanzjati mill-Fond ta’ Rkupru.

19

9 — Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 2: Appoġġ għall-kooperazzjoni bejn id-ditti, l-akkademja u l-organizzazzjonijiet tar-RŻ

Mira

Għadd ta’ proġetti kollaborattivi u vawċers appoġġati

20

9 — Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 4: Riċerka u innovazzjoni għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija

Mira

L-għadd ta’ proġetti li jindirizzaw l-isfidi tat-tranżizzjoni ekoloġika, li tlestew

21

9 — Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 5: Riċerka u innovazzjoni għad-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija

Mira

L-għadd ta’ proġetti RŻI li jindirizzaw l-isfidi tat-trasformazzjoni diġitali, li tlestew

22

9 — Governanza aktar effiċjenti u tisħiħ tal-finanzjament RŻI — Investiment 6: Strumenti finanzjarji li jappoġġjaw l-innovazzjoni

Mira

Għadd ta’ kumpaniji appoġġati permezz ta’ strumenti finanzjarji

23

10 — Attrazzjoni u żamma tat-talenti — Investiment 2: Tisħiħ tar-relazzjonijiet mad-dijaspora, b’appoġġ għall-inizjattivi taċ-ċittadini

Mira

L-għadd ta’ avvenimenti appoġġati li jsaħħu r-relazzjonijiet mad-dijaspora

24

10 — Attrazzjoni u żamma tat-talenti — Investiment 4: Promozzjoni tal-internazzjonalizzazzjoni fl-ambjent akkademiku

Mira

Persuni-xhur appoġġati għal programmi ta’ boroż ta’ studju għall-mobilità barranija

25

13 — Kura soċjomedika fit-tul aċċessibbli u ta’ kwalità għolja — Investiment 1: It-titjib ta’ kapaċitajiet ta’ kura soċjali bbażati fil-komunità

Mira

Titjib tal-kapaċitajiet ta’ servizzi residenzjali bbażati fil-komunità u faċilitajiet ta’ kapaċità baxxa soċjali tas-saħħa (indikatur: Għadd minimu ta’ postijiet maħluqa)

26

13 — Kura soċjomedika fit-tul aċċessibbli u ta’ kwalità għolja — Investiment 1: It-titjib ta’ kapaċitajiet ta’ kura soċjali bbażati fil-komunità

Mira

Espansjoni tal-kapaċitajiet tas-servizzi tal-outpatient (indikatur: Għadd minimu ta’ postijiet maħluqa)

27

13 — Kura soċjomedika fit-tul aċċessibbli u ta’ kwalità għolja — Investiment 2: Estensjoni u restorazzjoni ta’ kapaċitajiet ta’ kura ta’ segwitu u ta’ infermerija

Mira

Il-ħolqien ta’ sodod ta’ kura ta’ segwitu permezz tar-rikostruzzjoni ta’ sodod akuti u kroniċi eżistenti (indikatur: għadd minimu ta’ sodod ta’ kura ta’ segwitu rekostruwiti)

28

15 — Riforma ġudizzjarja- Investiment 2: Diġitalizzazzjoni u kapaċitajiet analitiċi

Mira

Modernizzazzjoni tat-tagħmir tal-IT tal-qrati għall-persunal tal-qrati

29

15 — Riforma ġudizzjarja- Investiment 2: Diġitalizzazzjoni u kapaċitajiet analitiċi

Stadju ewlieni

Ħolqien ta’ pjattaforma ta’ appoġġ analitiku għall-aċċess għall-każistika fil-qrati

30

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Investiment 2: Tagħmir u diġitalizzazzjoni tal-forza tal-pulizija — Sistema awtomatizzata għall-identifikazzjoni ta’ reati tat-traffiku tat-triq

Stadju ewlieni

L-awtomatizzazzjoni tas-sistema għad-detezzjoni ta’ ksur tat-traffiku fit-triq f’operazzjoni sħiħa

31

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Investiment 3: Modernizzazzjoni tas-sistema tat-tifi tan-nar u tas-salvataġġ — bini ta’ network ta’ Ċentri tas-Sigurtà Integrata

Mira

Kostruzzjoni u operazzjonalizzazzjoni ta’ Ċentri ta’ Sigurtà Integrata

32

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Investiment 3: Modernizzazzjoni tas-sistema tat-tifi tan-nar u tas-salvataġġ — tiġdid tal-bini tal-istazzjon tat-tifi tan-nar

Mira

Modernizzazzjoni tal-istazzjonijiet tat-tifi tan-nar

33

16 — Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus — Investiment 4: Tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva fil-livelli differenti tal-gvern — bini ta’ pjattaforma għal taħriġ speċjalizzat

Mira

Taħriġ ta’ speċjalizzazzjoni awtomatizzat għall-persunal kollu tal-ewwel kuntatt li għadu kif ġie reklutat

34

17 — Slovakkja diġitali- Investiment 1: Servizzi aħjar għaċ-ċittadini u n-negozji

Mira

L-għadd ta’ soluzzjonijiet tal-Gvern elettroniku mibnija u użati

35

17 — Slovakkja diġitali- Investiment 2: Trasformazzjoni diġitali tat-twassil tas-servizz pubbliku

Mira

Trasformazzjoni diġitali tat-taqsimiet tal-amministrazzjoni pubblika

36

17 — Slovakkja diġitali — Investiment 4: Appoġġ għal proġetti mmirati lejn l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji diġitali ewlenin

Mira

Għadd ta’ proġetti għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji diġitali ewlenin

37

17 — Slovakkja diġitali — Investiment 5: Għotjiet rapidi — hackathons

Mira

Għadd ta’ avvenimenti organizzati ta’ għotjiet rapidi - hackathons

38

17 — Slovakkja Diġitali — Riforma 5: Intejbu t-taħriġ u l-ħiliet fil-qasam taċ-ċibersigurtà

Mira

L-għadd ta’ persunal tal-IT fl-amministrazzjoni pubblika mħarreġ fiċ-ċibersigurtà

39

17 — Slovakkja diġitali — Investiment 7: Titjib tal-ħiliet diġitali tal-anzjani u d-distribuzzjoni ta’ Tablets lill-Anzjani

Mira

L-għadd ta’ anzjani u persuni żvantaġġati mħarrġa fil-ħiliet diġitali bażiċi

40

18 — Finanzi pubbliċi sodi, sostenibbli u kompetittivi — Riforma 3: Riforma tal-ġestjoni tal-investiment pubbliku

Stadju ewlieni

applikazzjoni tal-metodoloġija għall-proċeduri għat-tħejjija u l-prijoritizzazzjoni tal-investimenti

 

 

Ammont ta’ Pagament

 EUR 203 677 359

TAQSIMA 3: ARRANĠAMENTI ADDIZZJONALI

1. Arranġamenti għall-monitoraġġ u għall-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza

Il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tas-Slovakkja għandhom isiru skont l-arranġamenti li ġejjin:

Sabiex tiżgura kompiti, kompetenzi u setgħat definiti sew, ir-Repubblika Slovakka qed tħejji Att speċifiku dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u temenda ċerti atti (“Att dwar il-Faċilità ta’ Rkupru u Reżiljenza” jew “Att dwar l-RRF”). L-att huwa mistenni li jirregola, fost l-oħrajn, l-għażla tal-benefiċjarji u r-responsabbiltajiet tagħhom, kif għandhom jitwettqu l-korrezzjonijiet finanzjarji u kif jiġu ttrattati l-irregolaritajiet, il-kunflitti ta’ interess u l-ipproċessar tad-data personali. Hija mistennija tintroduċi wkoll miżuri biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea fil-livell ta’ kull entità involuta fl-implimentazzjoni. Hija tirregola l-monitoraġġ tal-kisba tal-istadji importanti u l-miri u s-sistema tal-ġbir tad-data dwar is-sidien benefiċjarji.

L-Awtorità Nazzjonali għall-Implimentazzjoni u l-Koordinazzjoni (NIKA) hija l-punt uniku ta’ servizz għall-implimentazzjoni tal-pjan Slovakk għall-irkupru u r-reżiljenza. Din tikkoordina u tiggwida l-implimentazzjoni u twettaq kontrolli fuq l-eżekuturi, l-intermedjarji u l-benefiċjarji. Hija responsabbli għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-pjan u l-kisba tal-istadji importanti kif ukoll biex tipprovdi lill-Kummissjoni bid-data miġbura fuq talba.

2. Arranġamenti għall-forniment ta’ aċċess sħiħ mill-Kummissjoni għad-data sottostanti

L-Awtorità Nazzjonali għall-Implimentazzjoni u l-Koordinazzjoni (NIKA), bħala l-korp ċentrali ta’ koordinazzjoni għall-pjan Slovakk għall-irkupru u r-reżiljenza u l-implimentazzjoni tiegħu, hija responsabbli għall-koordinazzjoni u l-monitoraġġ kumplessiv tal-pjan. B’mod partikolari, hija taġixxi bħala korp ta’ koordinazzjoni għall-monitoraġġ tal-progress fl-istadji importanti u l-miri, għall-monitoraġġ u, fejn xieraq, għall-implimentazzjoni ta’ attivitajiet ta’ kontroll u awditjar, u għall-forniment ta’ rappurtar u t-talbiet għal pagamenti. Hija tikkoordina r-rappurtar tal-istadji importanti u l-miri, l-indikaturi rilevanti, iżda wkoll informazzjoni finanzjarja kwalitattiva u data oħra, bħal dwar ir-riċevituri finali. Sat-30 ta’ Settembru 2022, il-kodifikazzjoni tad-data hija mistennija li ssir bl-użu ta’ sistema tal-IT imsejħa ISPO.

Skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) 2021/241, malli jitlestew l-istadji importanti u l-miri rilevanti maqbula fit-Taqsima 2.1 ta’ dan l-Anness, is-Slovakkja għandha tressaq talba debitament ġustifikata għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja lill-Kummissjoni. Is-Slovakkja għandha tiżgura li, fuq talba, il-Kummissjoni jkollha aċċess sħiħ għad-data sottostanti rilevanti li tappoġġa l-ġustifikazzjoni dovuta tat-talba għal pagament, kemm għall-valutazzjoni tat-talba għal pagament skont l-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) 2021/241 kif ukoll għal finijiet ta’ awditjar u kontroll.