<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-594/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0594</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:717">EU:C:2018:717</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20180913">13.9.2018</DATE> – Kawża C‑594/16)</HT></P><P><HT TYPE="SC">Buccioni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20180913">13 ta’ Settembru 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2013/36/UE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 53(1)</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ sigriet professjonali tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu</KEYWORD><KEYWORD>Istituzzjoni ta’ kreditu li l-istralċ obbligatorju tagħha ġie ordnat</KEYWORD><KEYWORD>Żvelar ta’ informazzjoni kunfidenzjali fil-kuntest ta’ proċeduri ċivili jew kummerċjali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑594/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20160929">29 ta’ Settembru 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20161123">23 ta’ Novembru 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Enzo Buccioni</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Banca d’Italia</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Banca Network Investimenti SpA</HT>, fi stralċ,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn J. L. da Cruz Vilaça (Relatur), President tal-Awla, E. Levits, A. Borg Barthet, M. Berger u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: R. Schiano, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20180321">21 ta’ Marzu 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal E. Buccioni, minn N. Paoletti, A. Mari u G. Paoletti, avvocati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Banca d’Italia, minn S. Ceci, M. Marcucci, u N. de Giorgi, avvocati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, M. Figueiredo u L. Barroso, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn V. Di Bucci, J. Baquero Cruz, K.-Ph Wojcik u A. Steiblytė, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20180612">12 ta’ Ġunju 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 53(1) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE> dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="176" PAGE.FIRST="338" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 176, p. 338</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn Enzo Buccioni u l-Banca d’Italia (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>BdI<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), dwar id-deċiżjoni ta’ din tal-aħħar li tirrifjutalu l-aċċess għal ċerti dokumenti dwar Banca Network Investimenti SpA (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>BNI<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 2, 5, 6 u 15 tad-Direttiva 2013/36 jistabbilixxu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>(2)</NO.P><TXT>[…] L-għan prinċipali u s-suġġett ta’ din id-Direttiva huwa li jiġu kkoordinati d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirrigwardaw l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment, il-modalitajiet għall-governanza tagħhom, u l-qafas superviżorju tagħhom. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva għandha tikkostitwixxi l-istrument essenzjali għall-kisba tas-suq intern mill-aspett kemm tal-libertà tal-istabiliment kif ukoll tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi finanzjarji fil-qasam tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>L-operazzjoni bla intoppi tas-suq intern teħtieġ mhux biss regoli legali iżda wkoll kooperazzjoni mill-qrib u regolari u konverġenza konsiderevolment imsaħħa ta’ prattiki regolatorji u superviżorji bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(15)</NO.P><TXT>Huwa xieraq li ssir l-armonizzazzjoni li tkun neċessarja u suffiċjenti biex jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku ta’ awtorizzazzjoni u ta’ sistemi ta’ superviżjoni prudenzjali, biex b’hekk ikun possibbli l-għoti ta’ liċenzja unika rikonoxxuta fl-Unjoni kollha u l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ superviżjoni prudenzjali mill-Istat Membru domiċiljari.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>In-nomina u s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>[…]</P><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw l-attivitajiet ta’ istituzzjonijiet […] sabiex jivvalutaw il-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) [Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE> dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="176" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 176, p. 1</REF.DOC.OJ>)]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti miżuri adatti biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiksbu l-informazzjoni meħtieġa sabiex jivvalutaw il-konformità tal-istituzzjonijiet […] mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 u biex jinvestigaw ksur possibbli ta’ dawk ir-rekwiżiti.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="004.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari tagħhom bl-informazzjoni kollha meħtieġa għall-valutazzjoni tal-konformità tagħhom mar-regoli adottati skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-mekkaniżmi ta’ kontroll intern u l-proċeduri amministrattivi u kontabbilistiċi tal-istituzzjonijiet jippermettu l-verifika tal-konformità tagħhom ma’ tali regoli f’kull waqt.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Kooperazzjoni mas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-konverġenza fir-rigward tal-għodod superviżorji u l-prattiki superviżorji fl-applikazzjoni tal-liġi, ir-regolamenti u r-rekwiżiti amministrattivi adottati skont din id-Direttiva u r-Regolament [Nru 575/2013]. B’mod partikulari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-awtoritajiet kompetenti, bħala partijiet għas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF), jikkooperaw b’fiduċja u rispett reċiproku sħiħ, b’mod partikolari huma u jiżguraw iċ-ċirkolazzjoni ta’ informazzjoni adatta u affidabbli bejniethom u partijiet oħrajn għas-SESF, f’konformità mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni stipulata fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 50 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Kollaborazzjoni rigward is-superviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkolloboraw mill-qrib sabiex issir is-superviżjoni ta’ l-attivitajiet ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joperaw, partikolarment permezz ta’ fergħa, fi Stat Membru wieħed jew aktar apparti minn dak li fih is-sede prinċipali tagħhom tkun tinstab. Huma għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-ġestjoni u s-sjieda ta’ tali istituzzjonijiet ta’ kreditu li x’aktarx tiffaċilita s-superviżjoni tagħhom u l-eżaminar tal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tagħhom, u l-informazzjoni kollha li x’aktarx tiffaċilita l-monitoraġġ ta’ istituzzjonijiet, b’mod partikolari fir-rigward tal-likwidità, is-solvenza, il-garanziji ta’ depożitu, il-limitazzjoni ta’ skoperturi kbar, fatturi oħra li jistgħu jinfluwenzaw ir-riskju sistemiku kkawżat mill-istituzzjoni, il-proċeduri amministrattivi u kontabbilistiċi u l-mekkaniżmi ta’ kontroll intern.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 53 tad-Direttiva 2013/36, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Il-ħtiġiet tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprevedi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuni kollha li jaħdmu jew li jkunu ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti, u l-awdituri jew l-esperti li jaġixxu f’isem l-awtoritajiet kompetenti, għandhom jintrabtu bl-obbligu tas-segretezza professjonali.</ALINEA><ALINEA>Informazzjoni kunfidenzjali li tali persuni, awdituri jew esperti jirċievu matul it-twettiq tad-dmirijiet tagħhom tista’ tiġi żvelata biss f’forma sommarja jew aggregata, hekk li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali ma jistgħux ikunu identifikati, bla preġudizzju għall-każijiet koperti bid-dritt kriminali.</ALINEA><ALINEA>Madankollu, meta istituzzjoni ta’ kreditu tkun ġiet iddikjarata falluta jew tkun qiegħda tiġi stralċata b’mod obbligatorju, informazzjoni kunfidenzjali li ma tikkonċernax terzi involuti f’tentattivi biex isalvaw lil dik l-istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tiġi żvelata fi proċeduri ċivili jew kummerċjali.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 54 ta’ din id-direttiva jirrigwarda l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Użu ta’ informazzjoni kunfidenzjali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-<DATE ISO="20131015">15 ta’ Ottubru 2013</DATE> li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="287" PAGE.FIRST="63" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 287, p. 63</REF.DOC.OJ>), jikkonċerna proċedura regolari għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fil-qasam tas-sorveljanza, filwaqt li l-Artikolu 27 ta’ dan ir-regolament jirrigwarda l-obbligu ta’ sigriet professjonali li għandhom il-membri tal-Bord Superviżorju, persunal tal-BĊE u persunal issekondat mill-Istati Membri parteċipanti li jwettqu dmirijiet superviżorji, u dwar l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-BĊE u l-awtoritajiet u l-korpi nazzjonali jew tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 22 tal-legge n. 241 — recante nuove norme in materia di procedimento amministrativo e di diritto di accesso ai documenti amministrativi (il-Liġi Nru 241, li tirrigwarda dispożizzjonijiet ġodda dwar il-proċedura amministrattiva u d-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti amministrattivi), tas‑<DATE ISO="19900807">7 ta’ Awwissu 1990</DATE>, kif emendata, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Definizzjonijiet u prinċipji dwar aċċess<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprevedi, fil-paragrafi 2 u 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="022.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fid-dawl tal-għanijiet importanti tiegħu ta’ interess pubbliku, id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti amministrattivi jikkostitwixxi prinċipju ġenerali, li fuqu huma bbażati l-attivitajiet tal-awtoritajiet amministrattivi, sabiex tiġi promossa l-parteċipazzjoni u jiżgura li tali attivitajiet huma imparzjali u trasparenti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="022.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Għandu jingħata aċċess għad-dokumenti amministrattivi kollha, bl-eċċezzjoni ta’ dawk imsemmija fl-Artikolu 24(1), (2), (3), (5) u (6).<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 ta’ din il-liġi, kif emendata, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Esklużjoni tad-dritt ta’ aċċess<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="024.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-dritt ta’ aċċess ma għandux jingħata:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fir-rigward ta’ dokumenti koperti mis-sigrieti tal-Istat fis-sens tal-Liġi Nru 801 tal-<DATE ISO="19771024">24 ta’ Ottubru 1977</DATE>, kif sussegwentement emendata, u fir-rigward ta’ sigrieti, jew projbizzjonijiet dwar żvelar espressament previsti mil-liġi, mir-regolament tal-gvern imsemmi fil-paragrafu 6, u mill-awtoritajiet pubbliċi, kif previst fil-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="024.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Ma għandhomx ikunu ammissibbli t-talbiet għal aċċess li jirrigwardaw kontroll ġenerali tal-attività tal-amministrazzjoni pubblika.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="024.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>Madankollu, l-applikant għandu jingħata aċċess għad-dokumenti amministrattivi fejn it-tagħrif ta’ dawn id-dokumenti huwa meħtieġ sabiex jissalvagwardjaw jew jiddefendu l-interess ġuridiku tiegħu. […]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tad-decreto legislativo n. 385 — recante il testo unico delle leggi in materia bancaria e creditizia (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 385, li jirrigwarda t-test waħdieni tal-liġijiet fil-qasam bankarju u ta’ kreditu), tal-<DATE ISO="19930901">1 ta’ Settembru 1993</DATE>, kif emendat, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Sigriet professjonali u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>L-informazzjoni u d-data kollha fil-pussess tal-[BdI], minħabba l-attivitajiet ta’ sorveljanza, għandhom ikunu koperti mis-sigriet uffiċjali, inkluż fil-konfront tal-awtoritajiet pubbliċi, bl-eċċezzjoni tal-Ministeru għall-Ekonomija u l-Finanzi, li jippresjedi ċ-CICR [Comitato interministeriale per il credito e il risparmio (il-Kumitat Interministerjali għall-Kreditu u t-Tfaddil)]. L-iżvelar ma jistax ikun miċħud lill-awtoritajiet ġudizzjarji fuq bażi ta’ sigriet fejn l-informazzjoni mitluba hija meħtieġa għall-investigazzjonijiet preliminari jew għall-proċeduri relatati ma’ ksur li għalih jistgħu jiġu imposti sanzjonijiet kriminali.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-elementi li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja, E. Buccioni mill-2004 huwa d-detentur ta’ kont kurrenti miftuħ ma’ istituzzjoni ta’ kreditu, il-BNI. Il-bilanċ ta’ dan il-kont kien jammonta għal EUR <FT TYPE="DECIMAL">181325,31</FT> sal-<DATE ISO="20120805">5 ta’ Awwissu 2012</DATE>. Il-qorti tar-rinviju tesponi li peress li dan l-istabbiliment huwa suġġett għal proċedura ta’ stralċ obbligatorju, EUR <FT TYPE="NUMBER">100000</FT> biss ġew irrimborsati lil dan id-depożitant mill-Fondo interbancario di tutela dei depositi (il-Fond Interbankarju ta’ Protezzjoni tad-Depożiti).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>E. Buccioni jqis li hemm fatti li jistgħu jinvolvu r-responsabbiltà kemm tal-BdI kif ukoll ta’ BNI għat-telf finanzjarju sostnut. Sabiex jikseb informazzjoni addizzjonali sabiex tiġi evalwata l-ħtieġa ta’ azzjoni legali, E. Buccioni talab lill-BdI, fit-<DATE ISO="20150403">3 ta’ April 2015</DATE>, l-iżvelar ta’ diversi dokumenti relatati mas-sorveljanza ta’ BNI.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20150520">20 ta’ Mejju 2015</DATE>, il-BdI ċaħdet parzjalment din it-talba, għar-raġunijiet, b’mod partikolari, li ċerti dokumenti li l-iżvelar tagħhom intalab kienu jinkludu informazzjoni kunfidenzjali koperti mill-obbligu tas-sigriet professjonali li kellha, li l-imsemmija talba ma kinitx preċiża biżżejjed jew li hija kienet tikkonċerna dokumenti li ma għandhom l-ebda interess għall-applikant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>E. Buccioni ippreżenta quddiem it-Tribunale amministrativo regionale del Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio, l-Italja), rikors intiż għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni. Permezz ta’ sentenza tat-<DATE ISO="20151202">2 ta’ Diċembru 2015</DATE>, il-qorti adita ċaħdet ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>E. Buccioni ippreżenta appella minn din is-sentenza quddiem il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja). F’dan ir-rigward, huwa jsostni, b’mod partikolari, li l-qorti tal-ewwel istanza kisret l-Artikolu 53(1) tad-Direttiva 2013/36, sa fejn BNI li tqiegħdet fi stralċ obbligatorju, l-obbligu ta’ sigriet professjonali li kellha BdI ma kienx iktar applikabbli. Min-naħa l-oħra, il-BdI ssostni li, konformement mal-imsemmija dispożizzjoni, l-iżvelar ta’ informazzjoni kunfidenzjali dwar istituzzjoni ta’ kreditu suġġetta għal proċedura ta’ stralċ obbligatorju jippreżupponi li l-applikant ikun ressaq minn qabel proċedura ċivili jew kummerċjali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1)</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ trasparenza, stabbilit b’mod ċar fl-Artikolu 15 tal-verżjoni kkonsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fl-għan ġenerali vinkolanti tiegħu, interpretat fis-sens li dan il-prinċipju jista’ jiġi rregolat mid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew ekwivalenti msemmija fil-paragrafu 3 ta’ din id-dispożizzjoni, li l-kontenut tiegħu jista’ jkun il-manifestazzjoni ta’ setgħa diskrezzjonali eċċessivament wiesgħa u nieqsa minn bażi legali kkostitwita minn sors superjuri tad-dritt Ewropew fir-rigward tal-istabbiliment minn qabel ta’ prinċipji minimi li ma huma suġġetti għal ebda deroga, jipprekludi tali interpretazzjoni limitattiva simili fil-qasam tal-leġiżlazzjoni Ewropea fil-qasam ta’ funzjonijiet ta’ sorveljanza tal-istabbilimenti ta’ kreditu, li tasal biex iċċaħħad lill-imsemmi prinċipju ta’ trasparenza mill-essenza tiegħu anki f’każijiet fejn l-interess għall-aċċess huwa marbut ma’ interessi essenzjali tal-applikant li jiffurmaw parti b’mod ċar mill-eċċezzjonijiet għal-limitazzjonijiet ammessi f’dan is-settur?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>B’konsegwenza ta’ dan, l-Artikolu 22(2) kif ukoll l-Artikolu 27(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013, tal-<DATE ISO="20131015">15 ta’ Ottubru 2013</DATE>, li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, għandhom jiġu interpretati mhux bħala każijiet mhux eċċezzjonali ta’ deroga min-natura mhux aċċessibbli tad-dokumenti, iżda pjuttost bħala dispożizzjonijiet li għandhom jiġu interpretati għall-finijiet iktar wiesgħa tal-Artikolu 15 tal-verżjoni kkonsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, bħala tali, jidħlu taħt prinċipju normattiv ġenerali tal-liġi tal-Unjoni li jgħid li l-aċċess ma jistax ikun ristrett, fit-tmiem ta’ bbilanċjar raġonevoli u proporzjonat tar-rekwiżiti tas-settur tal-kreditu mal-interessi fundamentali tal-persuna li tfaddal li tintlaqat minn sitwazzjoni ta’ tqassim tal-oneru [(<HT TYPE="ITALIC">burden sharing</HT>)], fir-rigward taċ-ċirkustanzi rilevanti kkonstatati minn awtorità ta’ sorveljanza li għandha karatteristiċi organizzazzjonali u kompetenzi settorjali analogi għal dawk tal-[BĊE]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Konsegwentement, fir-rigward tal-Artikolu 53 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE>, dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE) u tad-dispożizzjonijiet tal-ordinament ġuridiku nazzjonali konformi ma’ din id-dispożizzjoni, l-imsemmi Artikolu 53 għandu jiġi kkonċiljat mal-korp kollu fformat mid-dispożizzjonijiet u prinċipji l-oħra [tad-dritt Ewropew] stabbiliti [fl-ewwel domanda], fis-sens li l-aċċess jista’ jingħata, fil-każ ta’ talba mressqa wara s-sottomissjoni tal-istabbiliment bankarju għall-proċedura ta’ likwidazzjoni [stralċ] amministrattiva forzata, mhux biss meta l-applikant ma jressaqx it-talba tiegħu esklużivament fil-kuntest ta’ proċeduri ċivili jew kummerċjali effettivament imressqa bil-għan tal-protezzjoni ta’ interessi patrimonjali leżi wara s-sottomissjoni tal-istabbiliment bankarju għall-proċedura ta’ likwidazzjoni amministrattiva forzata, iżda wkoll meta l-applikant imsemmi, preċiżament sabiex tiġi vverifikata l-possibbiltà li jitressqu tali proċeduri ċivili jew kummerċjali, jadixxi preliminarjament lil awtorità ġudizzjarja li tingħata l-kompetenza mill-Istat nazzjonali biex tipproteġi d-dritt ta’ aċċess u ta’ trasparenza preċiżament minħabba l-protezzjoni sħiħa tad-drittijiet tad-difiża u ta’ azzjoni legali, partikolarment fir-rigward tat-talba ta’ persuna li tfaddal li diġà batiet l-effetti tat-tqassim tal-oneru [(<HT TYPE="ITALIC">burden sharing</HT>)] fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza tal-istabbiliment ta’ kreditu li miegħu din kienet iddepożitat it-tfaddil tagħha?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi preliminari tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 53(1) tad-Direttiva 2013/36, moqri flimkien kemm mal-Artikolu 15 TFUE kif ukoll mal-Artikolu 22(2) u l-Artikolu 27(1) tar-Regolament Nru 1024/2013, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom<?PAGE NO="7"?> jiżvelaw informazzjoni kunfidenzjali lil persuna li tagħmel it-talba sabiex tkun tista’ tressaq proċedura ċivili jew kummerċjali intiża għall-protezzjoni ta’ interessi patrimonjali li kienu leżi wara li tqiegħdet fi stralċ obbligatorju istituzzjoni ta’ kreditu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat, sa fejn il-qorti nazzjonali qed tirreferi kemm għall-Artikolu 15 TFUE kif ukoll għall-Artikolu 22(2) u l-Artikolu 27(1) tar-Regolament Nru 1024/2013, li l-interpretazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, li jirriżulta ċar mill-formulazzjoni tagħhom li ma humiex indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170718">18 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Breyer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑213/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:563">EU:C:2017:563</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), hija irrilevanti fil-kawża prinċipali, li tikkonċerna talba ta’ aċċess għal dokumenti fil-pussess tal-BdI.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għad-domandi magħmula, għandu jiġi rrilevat, qabel kollox, li mill-premessa 2 tad-Direttiva 2013/36 jirriżulta li din tal-aħħar għandha l-għan prinċipali li jiġu kkoordinati d-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tal-impriżi ta’ investiment, il-modalitajiet ta’ governanza tagħhom u l-qafas ta’ sorveljanza tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif il-premessi 5 u 6 tagħha jispeċifikaw, id-Direttiva 2013/36 għandha tikkostitwixxi l-istrument essenzjali għat-twettiq tas-suq intern fis-settur tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li l-funzjonament bla xkiel tagħhom jirrikjedi, minbarra regoli legali, kooperazzjoni mill-qrib u regolari bejn l-awtoritajiet kompetenti kif ukoll konverġenza kunsiderevolment imsaħħa tal-prattiki leġiżlattivi u ta’ sorveljanza tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Mill-premessa 15 tal-imsemmija direttiva jirriżulta wkoll li din tal-aħħar għandha l-għan li ssir l-armonizzazzjoni li tkun neċessarja u suffiċjenti sabiex jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku ta’ awtorizzazzjonijiet u ta’ sistemi ta’ sorveljanza prudenzjali, sabiex b’hekk ikun possibbli l-għoti ta’ awtorizzazzjoni unika rrikonoxxuta fl-Unjoni kollha u l-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sorveljanza prudenzjali mill-Istat Membru ta’ oriġini.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, l-Artikolu 4(2) u (3) tad-Direttiva 2013/36 jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw kemm li l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw l-attivitajiet ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu b’mod li jiġi żgurat li dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-direttiva kif ukoll li jkun hemm miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiksbu l-informazzjoni meħtieġa sabiex jevalwaw jekk l-imsemmija stabbilimenti jissodisfawx dawn ir-rekwiżiti. Skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu 4, l-Istati Membri b’mod partikolari jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta’ oriġini tagħhom bl-informazzjoni kollha meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-osservanza tagħhom tar-regoli adottati konformement mad-Direttiva Nru 2013/36.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 6(a) ta’ din id-direttiva jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, konformement mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE, jikkooperaw bi spirtu ta’ fiduċja u ta’ rispett reċiproku sħiħ, b’mod partikolari sabiex jiżguraw il-fluss ta’ informazzjoni adegwata u affidabbli bejn dawn l-awtoritajiet u l-partijiet l-oħrajn għas-SESF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 50(1) tal-imsemmija direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkollaboraw mill-qrib sabiex issir is-sorveljanza tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joperaw, partikolarment permezz ta’ fergħa, fi Stat Membru wieħed jew iktar apparti minn dak li fih is-sede prinċipali tagħhom tkun tinstab. Huma għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-ġestjoni u l-proprjetà ta’ tali istituzzjonijiet ta’ kreditu li tista’ tiffaċilita s-sorveljanza tagħhom u l-eżamina tal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tagħhom, kif ukoll l-informazzjoni kollha li tista’ tiffaċilita l-monitoraġġ tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-likwidità, tas-solvenza, tal-garanziji ta’ depożiti, tal-limitazzjoni ta’ riskji kbar, fatturi oħra li jistgħu jinfluwenzaw ir-riskju sistemiku rrappreżentat mill-istabbiliment, l-organizzazzjoni amministrattiva u tal-kontijiet u l-mekkaniżmi ta’ kontroll intern.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-funzjonament effettiv tas-sistema ta’ sorveljanza prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li l-leġiżlatur tal-Unjoni issostitwixxa meta adotta d-Direttiva 2013/36, ibbażata fuq sorveljanza eżerċitata fi ħdan Stat Membru u fuq l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ diversi Stati Membri, hekk kif deskritt fil-qosor fil-punti preċedenti, jeħtieġ li kemm l-istituzzjonijiet ta’ krediti ssorveljati kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkunu ċerti li l-informazzjoni kunfidenzjali pprovduta żżomm bħala regola n-natura kunfidenzjali tagħha (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181112">12 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Baumeister</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑15/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:464">EU:C:2018:464</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-assenza ta’ tali fiduċja hija ta’ natura li tikkomprometti t-trasferiment mingħajr problemi tal-informazzjoni kunfidenzjali neċessarja għall-eżerċizzju tal-attività ta’ sorveljanza prudenzjali (ara, b’analoġija, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180619">19 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Baumeister</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑15/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:464">EU:C:2018:464</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Huwa għalhekk sabiex jiġu protetti mhux biss l-interessi speċifiċi tal-impriżi direttament ikkonċernati, iżda wkoll l-interess ġenerali marbut, b’mod partikolari, mal-istabbiliment tas-sistema finanzjarja fi ħdan l-Unjoni, li l-Artikolu 53(1) tad-Direttiva 2013/36 jimponi, bħala regola ġenerali, obbligu tas-sigriet professjonali (ara, b’analoġija, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180619">19 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Baumeister</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑15/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:464">EU:C:2018:464</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-każijiet speċifiċi li fihom il-prinċipju ġenerali ta’ projbizzjoni ta’ żvelar ta’ informazzjoni kunfidenzjali miżmuma mill-awtoritajiet kompetenti, stabbilit fl-Artikolu 53(1) tad-Direttiva 2013/36 ma huwiex, eċċezzjonalment, ta’ ostakolu għat-trasferiment jew użu tagħha huma stipulati b’mod eżawrjenti (ara, b’analoġija, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180619">19 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Baumeister</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑15/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:464">EU:C:2018:464</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 53(1) tad-Direttiva 2013/36 jipprevedi, fit-tielet subparagrafu tiegħu, li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>meta istituzzjoni ta’ kreditu tkun ġiet iddikjarata falluta jew tkun qiegħda tiġi stralċata b’mod obbligatorju, informazzjoni kunfidenzjali li ma tikkonċernax terzi involuti f’tentattivi biex isalvaw lil dik l-istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tiġi żvelata fi proċeduri ċivili jew kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Hekk kif l-Avukat Ġenerali essenzjalment irrileva fil-punti 79 sa 81 tal-konklużjonijiet tiegħu, permezz ta’ din id-dispożizzjoni l-leġiżlatur tal-Unjoni ried jippermetti lill-awtorità kompetenti li tiżvela biss lill-persuni direttament ikkonċernati mill-falliment jew mil-istralċ obbligatorju tal-istituzzjoni ta’ kreditu, informazzjoni kunfidenzjali li ma tikkonċernax lit-terzi involuti f’tentattivi ta’ salvataġġ ta’ din l-istituzzjoni, għall-finijiet tal-użu tagħha fil-kuntest ta’ proċeduri ċivili jew kummerċjali, taħt il-kontroll tal-qrati kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Issa, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, la mill-formulazzjoni tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tad-Direttiva 2013/36, la mill-kuntest li fih tinsab din id-dispożizzjoni, u lanqas mill-għanijiet segwiti mir-regoli li jinsabu fl-imsemmija direttiva dwar is-sigriet professjonali ma jista’ jiġi dedott li l-informazzjoni kunfidenzjali relatata ma’ istituzzjoni ta’ kreditu li tkun ġiet iddikjarata falluta jew tkun fi stralċ obbligatorju tista’ tiġi żvelata biss fi proċeduri ċivili jew kummerċjali li diġà ġew introdotti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’każ bħal dak tal-kawża prinċipali, l-iżvelar ta’ din l-informazzjoni fil-kuntest ta’ proċedura li għandha natura amministrattiva skont id-dritt nazzjonali, tista’ tasal li tiggarantixxi, anki qabel proċedura ċivili jew kummerċjali ma tinbeda, ir-rekwiżiti rrilevati fil-punt 32 ta’ din is-sentenza u għaldaqstant l-effett utli tal-obbligu ta’ sigriet professjonali stabbilit fl-Artikolu 53(1) tad-Direttiva 2013/36.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, ikun hemm ksur tar-rekwiżiti ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja jekk ir-rikorrent ikun obbligat iressaq proċedura ċivili jew kummerċjali bil-għan li jikseb l-aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali fil-pussess tal-awtoritajiet kompetenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din l-interpretazzjoni ma hijiex ikkontestata mill-kunsiderazzjonijiet li jinsabu fil-punt 39 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141112">12 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Altmann <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑140/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2362">EU:C:2014:2362</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li jgħidu li t-tilwima inkwistjoni fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza ma taqax fil-kuntest ta’ proċeduri ċivili jew kummerċjali mressqa mill-persuni li kienu talbu l-aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali dwar impriża tal-investiment li kienet tinsab fi stralċ ġudizzjarju. Fil-fatt, fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141112">12 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Altmann <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑140/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2362">EU:C:2014:2362</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ma ntalbitx tirrispondi għad-domanda li hija s-suġġett ta’ din il-proċedura, peress li dik is-sentenza kienet tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE> dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 263), f’kuntest ikkaratterizzat minn sitwazzjoni fattwali u proċedurali fil-livell nazzjonali differenti minn dik ta’ dik fil-kawża prinċipali. L-interpretazzjoni tal-Artikolu 53(1) tad-Direttiva 2013/36 ma tistax, għaldaqstant, issir fid-dawl tal-motiv li jinsab fil-punt 39 tal-imsemmija sentenza, kif l-Avukat Ġenerali essenzjalment irrileva fil-punti 50 u 52 tal-konklużjonijiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita ferm, id-derogi, previsti mid-Direttiva 2013/36, għall-projbizzjoni ġenerali ta’ żvelar ta’ informazzjoni kunfidenzjali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100422">22 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑346/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:213">EU:C:2010:213</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li jiġi kkunsidrat li l-possibbiltà li jiġi skartat l-obbligu tas-sigriet professjonali, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tal-imsemmija direttiva tirrikjedi li t-talba għall-iżvelar ta’ informazzjoni li fir-rigward tagħha l-applikant iressaq indizji preċiżi u konkordanti li jindikaw b’mod plawżibbli li din tkun irrilevanti għall-ħtiġijiet ta’ proċedura ċivili jew kummerċjali pendenti jew li għandha tinbeda, li l-għan tagħha għandha tkun konkretament identifikata mill-applikant u barra minnha li l-informazzjoni inkwistjoni ma tistax tintuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Huma, fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet u l-qrati kompetenti li għandhom jibbilanċjaw l-interess tal-applikant li jkollu l-informazzjoni inkwistjoni u l-interessi marbuta maż-żamma tal-kunfidenzjalità ta’ din l-istess informazzjoni koperta mill-obbligu tas-sigriet professjonali. qabel ma jiżvelaw kull informazzjoni kunfidenzjali mitluba (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080214">14 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Varec</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑450/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:91">EU:C:2008:91</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, hemm lok li tingħata risposta għad-domandi magħmula li l-Artikolu 53(1) tad-Direttiva 2013/36 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiżvelaw informazzjoni kunfidenzjali lil persuna li tagħmel it-talba sabiex tkun tista’ tressaq proċedura ċivili jew kummerċjali intiżi għall-protezzjoni ta’ interessi patrimonjali li kienu leżi wara li tqiegħdet fi stralċ obbligatorju ta’ istituzzjoni ta’ kreditu. Madankollu, it-talba ta’ żvelar għandha tirrigwarda l-informazzjoni li dwarha l-applikant iressaq indizji preċiżi u konkordanti li jindikaw b’mod plawżibbli li dawn huma rilevanti għall-ħtiġijiet ta’ proċedura ċivili jew kummerċjali, li s-suġġett tagħha għandha tiġi konkretament identifikata mill-applikant u barra minnha l-informazzjoni inkwistjoni ma tistax tintuża. Huwa f’idejn l-awtoritajiet u l-qrati kompetenti li jibbilanċjaw l-interess tar-rikorrent li jkollu aċċess għall-informazzjoni inkwistjoni u l-interessi marbuta mal-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali, qabel ma jagħmel l-iżvelar ta’ kull waħda mill-informazzjoni kunfidenzjali mitluba.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 53(1) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE> dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jiżvelaw informazzjoni kunfidenzjali lil persuna li tagħmel it-talba sabiex tkun tista’ tressaq proċedura ċivili jew kummerċjali intiżi għall-protezzjoni ta’ interessi patrimonjali li kienu leżi wara li tqiegħdet fi stralċ obbligatorju istituzzjoni ta’ kreditu. Madankollu, it-talba ta’ żvelar għandha tirrigwarda l-informazzjoni li dwarha l-applikant iressaq indizji preċiżi u konkordanti li jindikaw b’mod plawżibbli li dawn huma rilevanti għall-ħtiġijiet ta’ proċedura ċivili jew kummerċjali, li s-suġġett tagħha għandha tiġi konkretament identifikata mill-applikant u barra minnha l-informazzjoni inkwistjoni ma tistax tintuża. Huwa f’idejn l-awtoritajiet u l-qrati kompetenti li jibbilanċjaw l-interess tal-applikant li jkollu aċċess għall-informazzjoni inkwistjoni u l-interessi marbuta mal-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni koperta mill-obbligu tas-sigriet professjonali, qabel ma jagħmel l-iżvelar ta’ kull waħda mill-informazzjoni kunfidenzjali mitluba.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>