32000D0694



Official Journal L 286 , 11/11/2000 P. 0041 - 0041


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-27 ta’ Ottubru 2000

li temenda għat-tielet darba d-Deċiżjonijiet 1999/466/KE u 1999/467/KE li jistabbilixxu rispettivament l-istatus ta’ uffiċjalment ħieles mill-bruċellosi u t-tuberkulosi ghall-merħliet bovini ta’ ċerti Stati Membri jew reġjuni ta’ Stati Membri

(notifikat taħt id-dokument numru Ċ(2000) 3133)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2000/694/KE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE dwar problemi ta’ saħħa li jolqtu l-kummerċ intra-Komunitarju ta’ annimali bovini u ħnieżer [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/20/KE [2], partikularment l-Anness AI(4) u AII(7) ta’ din,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/466/KE tal-15 ta’ Lulju1999 li tistabbilixxi l-istatus ta’ uffiċċjalment ħieles mill-bruċellosi għall-merħliet bovini ta’ ċerti Stati Membri jew reġjuni ta’ Stati Membri u li tirrevoka d-Deċiżjoni 97/175/KE [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2000/442/KE [4] tat dan l-istatus lil ċerti Stati Membri u reġjuni tagħhom sal-31 ta’ Ottubru 2000.

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/467/KE tal-15 ta’ Lulju 1999 li tistabbilixxi l-istatus ta’ uffiċċjalment ħieles mit-tuberkulosi għall-merħliet bovini ta’ ċerti Stati Membri jew reġjuni ta’ Stati Membri u li terrevoka d-Deċiżjoni 97/76(KE) [5], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2000/442/KE, tat dan l-istatus lil ċerti Stati Membri u reġjuni tagħhom sal-31 ta’ Ottubru 2000.

(3) Il-limitazzjonijiet temporanji fuq l-istatus ta’ uffiċċjalment ħieles għal dak li għandu x’jaqsam mal-bruċellosi bovina li hemm maħsub għalihom fid-Deċiżjonijiet imsemmija hawn fuq kienu ddaħħlu minħabba nuqqas ta’ koerenza fid-dati f’biċċiet differenti ta’ leġislazzjoni marbuta mas-sistema ta’ l-identifikazzjoni ta’ annimali bovini.

(4) Skond l-Annessi AI(4)(b) u AII(7)(b) tad-Direttiva 641432/KEE u d-Direttiva 641432/KEE, kif emendati bid-Direttiva 2000/20/KE l-identifikazzjoni tal-bhejjem skond il-leġislazzjoni Komunitarja hija meħtieġa bħala kondizzjoni minn qabel biex jingħata l-istatus ta’ uffiċjalment ħieles mit-tuberkulosi u bruċellosi bovina rispettivament.

(5) Ladarba l-annimali bovini f’azjendi fir-reġjuni ta’ Bolzano u Trento fl-Italja u Gran Brettanja fir-Renju Unit huma identifikati skond il-leġislazzjoni Komunitarja fis-seħħ,huwa xieraq li d-Deċiżjonijiet 1999/466/KE u 1999/467/KE jiġu adattati għas-sitwazzjoni legali fis-seħħ mid-data tal-pubblikazzjoni tad-Direttiva 2000/20/KE

(6) Billi l-miżuri li tipprovdi għalihom din id-Deċiżjoni jaqblu ma’l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. l. Il-kliem ‘sal-31 ta’ Ottubru 2000’ huma mħassra fit-titolu ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni 1999/466/KE.

2. Il-kliem ‘sal-31 ta’ Ottubru 2000’ huma mħassra fit-titolu ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni 1999/467/KE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Ottubru 2000.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU C 121, 39.7.1977, p. 1977/44.

[2] ĠU L 163, ta’ l-4.7.2000, p. 35.

[3] ĠU L 181, tas-16.7.1999, p. 34.

[4] ĠU L 176, tal-15.7.2000, p. 51.

[5] ĠU L 181, tas-16.7.1999, p. 36.

--------------------------------------------------