|
20.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 57/9 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9659 — Telia Company/CapMan AIFM/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 57/06)
1.
Fil-11 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Telia Company AB (“Telia Company”, l-Isvezja), |
|
— |
CapMan AIFM Oy (“CapMan AIFM”, il-Finlandja), li tappartjeni għall-grupp CapMan, |
|
— |
il-Joint Venture (“JV”, il-Finlandja). |
Telia Company u CapMan AIFM jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (il-joint venture).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Telia Company: il-provvista ta’ servizzi tat-telekomunikazzjonijiet tal-mobile u fissi, u servizzi ta’ broadband u tat-televiżjoni fid-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Litwanja, in-Norveġja u l-Isvezja, kif ukoll il-provvista ta’ servizzi tat-telekomunikazzjonijiet bil-mobile fil-Latvja u aċċess għan-network kollu (servizzi ta’ carriers) mad-dinja kollha, |
|
— |
CapMan AIFM: il-ġestjoni tal-fond ta’ investiment CapMan Nordic Infrastructure SCSP, |
|
— |
il-JV: il-provvista ta’ aċċess għall-internet fiss fil-livell bl-ingrossa, jiġifieri l-bini, is-sjieda, it-tħaddim u l-manutenzjoni networks lokali ta’ fibre-to-the-home (“FTTH”) passivi għal unitajiet ta’ residenza singola (single dwelling units, “SDUs”) fil-Finlandja, u ċerti assi ta’ fiber-to-the-building (“FTTB”) passivi limitati għal unitajiet ta’ multi-residenza (multi dwelling units, “MDUs”) fil-Finlandja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9659 — Telia Company/CapMan AIFM/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz ta-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-‘“Regolament dwar l-Għaqdiet”).