European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1477

24.5.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1477

tal-21 ta’ Mejju 2024

li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fis-7 ta’ April 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2022/620 (2), li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġie propost għall-ħatra s-Sur Uwe BECKER sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Il-Gvern Ġermaniż ippropona lis-Sa Karin MÜLLER, rappreżentanta ta’ korp reġjonali jew lokali li hija politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, Staatssekretärin für Europaangelegenheiten und Entbürokratisierung, politische Verantwortung gegenüber dem Hessischen Landtag (Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej u t-Tnaqqis tal-burokrazija, politikament responsabbli quddiem il-Parlament tal-Istat Federali ta’ Hesse), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sa Karin MÜLLER, rappreżentanta ta’ korp reġjonali li hija politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, Staatssekretärin für Europaangelegenheiten und Entbürokratisierung, politische Verantwortung gegenüber dem Hessischen Landtag (Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej u t-Tnaqqis tal-burokrazija, politikament responsabbli quddiem il-Parlament tal-Istat Federali ta’ Hesse), hija b’dan maħtura bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Mejju 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LAHBIB


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/852/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/620 tas-7 ta’ April 2022 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 115, 13.4.2022, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/620/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1477/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)