25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 170/12


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10710 – SELFINVEST / LLG / SELECTED CAR GROUP JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 170/07)

1.   

Fit-13 ta’ April 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Selfinvest ApS (“Selfinvest”, id-Danimarka) ultimament ikkontrollata mill-familja Østergaard,

—

LLG A/S (“LLG”, id-Danimarka) ultimament ikkontrollata mill-familja Brunsborg,

—

Selected Car Group A/S (“SCG JV”, id-Danimarka).

Selfinvest u LLG jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ SCG JV.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tat-trasferiment ta’ assi u x-xiri ta’ ishma f’kumpanija li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Selfinvest hija l-kumpanija azzjonarja għal grupp varjat ta’ kumpaniji, prinċipalment fil-qasam tat-trasport marittimu. Selfinvest għandha attivitajiet fi ħdan, pereżempju, il-ġestjoni tar-riskju madwar id-dinja, is-servizzi tat-terminal u tal-burdnara, l-ispedizzjoni tal-merkanzija, il-bunker, it-tankers taż-żejt u tal-kimika, u l-IT,

—

LLG hija taħt il-kontroll tal-familja Brunsborg u tikkontrolla grupp varjat ta’ kumpaniji primarjament fis-settur tal-bejgħ bl-imnut, inkluża l-katina tal-bejgħ bl-imnut tal-għamara JYSK.

3.   

SCG JV se torganizza l-attivitajiet ta’ lokazzjoni eżistenti ta’ Selfinvest u LLG, li primarjament huma relatati mal-kiri ta’ karozzi u vannijiet ta’ lussu. Barra minn hekk, il-Partijiet se jittrasferixxu l-attivitajiet marġinali eżistenti tagħhom fi ħdan il-bejgħ ta’ vetturi użati relatati mal-attivitajiet ta’ lokazzjoni tagħhom lil SKG, u Selfinvest se tittrasferixxi l-attivitajiet tagħha fi ħdan l-investiment f’vetturi ta’ lussu.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’din in-Notifika.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10710 – SELFINVEST / LLG / SELECTED CAR GROUP JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz Elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.