<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTA.0500374101.case.xml"><NO.CASE>C-391/04</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62004C0391</NO.CELEX><NO.SEQ>0003.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>3743</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>3758</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET MENGOZZI — KAWŻA C-391/04</LEFT><RIGHT>GEORGAKIS</RIGHT></CURR.TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Mengozzi</HT></P><P>ppreżentati fid-<DATE ISO="20061019">19 ta' Ottubru 2006</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I —</NO.P><TXT>Introduzzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fil-każ preżenti, sar rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Kunsill ta' l-Istat Grieg) għal deċiżjoni preliminari dwar l-interpretazzjoni tad-dis-pożizzjonijiet tad-Direttiva 89/592/KEE tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19891113">13 ta' Novembru 1989</DATE>, dwar ilkoordinazzjoni tar-regoli dwar l-insider dealing<NOTE NOTE.ID="E0002" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="334" DATE.PUB="1989" PAGE.FIRST="30">ĠU L 334, p. 30</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>B'mod aktar preċiż, il-Qorti tal-Ġustizzja ntalbet tinterpreta l-kunċetti ta' pussess u sfruttament ta' informazzjoni minn ġewwa, fis-sens tad-Direttiva 89/592.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II —</NO.P><TXT>Il-kuntest ġuridiku</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni Komunitarja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Minħabba r-rwol importanti li għandu ssuq sekondarju tat-titoli trasferibbli filfinanzjament ta' l-operaturi ekonomiċi, irraba' premessa tad-Direttiva 89/592 tiddikjara li t-tħaddim tajjeb ta' dan issuq jiddependi, fil-parti l-kbira, fuq is-sens ta' fiduċja li dan jagħti lill-investituri.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-ħames premessa tad-Direttiva 89/592 tispeċifika li din il-fiduċja tiddependi, <HT TYPE="ITALIC">inter alia,</HT> fuq il-garanzija mogħtija lill-investituri li jkunu qed joperaw taħt kundizzjonijiet ugwali u li jkunu protetti kontra abbuż ta' informazzjoni minn ġewwa.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3744"?><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 89/592, <QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/><QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="2018"/>informazzjoni minn ġewwa<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="2019"/> tfisser informazzjoni li ma saritx pubblika, li hija ta' natura preċiża dwar entità jew diversi entitajiet emittenti ta' titoli trasferibbli, jew dwar titolu jew diversi titoli trasferibbli u li, jekk issir pubblika, aktarx ikollha effett kbir fuq il-prezz tat-titolu jew titoli trasferibbli in kwistjoni.<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/> [Traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Skond il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, <QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="2018"/>titoli trasferibbli<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="2019"/>' tfisser l-inklużjoni, b'mod partikolari, ta' <QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>l-ishma u l-obbligi, kif ukoll titoli li jistgħu jiġu assimilati ma' ishma u obbligi meta dawn jiġu nnegozjati f'suq regolat u ssorveljat ta' awtoritajiet rikonoxxuti minn poteri pubbliċi, li joperaw b'mod regolari u huma aċċessibbli direttament jew indirettament għall-pubbliku.<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/> [Traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 89/592 jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Kull Stat Membru għandu jipprojbixxi lil kull persuna li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>minħabba li tkun membru tal-korpi amministrattivi, tal-ġestjoni jew super-viżjoni ta' l-entità emittenti,</P></ITEM><ITEM><P>minħabba li żżomm kapital fl-entità emittenti</P><P>jew</P></ITEM><ITEM><P>peress li jkollha aċċess għal din l-informazzjoni minħabba l-impjieg, professjoni jew dmirijiet tagħha,</P></ITEM></LIST></P><P>tippossjedi informazzjoni minn ġewwa, milli takkwista jew tittrasferixxi għaliha jew għal ħaddieħor, kemm direttament kif ukoll indirettament, it-titoli trasferibbli ta' l-entità emittenti jew ta' l-entitajiet ikkonċernati minn din l-informazzjoni, billi tapprofitta ruħha mill-fatt li hija konxja ta' din l-informazzjoni minn ġewwa.</P></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Meta l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ikunu kumpanniji jew persuni ġuridiċi oħrajn, il-projbizzjoni stabbilita f'dan il-paragrafu hija applikabbli wkoll għall-persuni fiżiċi li jipparteċipaw fid-deċiżjoni biex issir tranżazzjoni f'isem il-persuna ġuridika in kwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 hija applikabbli għal kull akkwist jew kull ċessjoni ta' titoli trasferibbli mwettqa blintervent ta' intermedjarju professjonali.</TXT><?PAGE NO="I-3745"?><P>Kull Stat Membru jista jistabbilixxi li din il-projbizzjoni ma tapplikax għall-akkwisti jew ċessjonijiet ta' titoli trasferibbli mwettqa, mingħajr l-intervent ta' intermedjarju professjonali, barra minn suq kif definit fl-Artikolu 1(2) <HT TYPE="ITALIC">in fine.</HT></P><P>[...]<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/> [Traduzzjoni mhux uffiċjali].</P></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/592 jeżiġi li l-Istati Membri jipprojbixxu lil kull persuna suġġetta għall-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 2 li jkollha informazzjoni minn ġewwa:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>a)</NO.P><TXT>milli tikxef din l-informazzjoni minn ġewwa ma' terz, sakemm dan ma jsirx fit-twettiq normali ta' l-impjieg, professjoni jew dmirijiet tagħha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>milli tirrakkomanda jew iġġiegħel lil terz sabiex, abbażi ta' l-informazzjoni minn ġewwa, jakkwista jew jittrasferixxi titoli trasferibbli kif iddefiniti mill-Artikolu 1 (2) <HT TYPE="ITALIC">infine.<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/></HT> [Traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-Direttiva 89/592 jeżiġi li l-Istati Membri għandhom jimponu l-projbizzjoni prevista mill-Artikolu 2, ukoll fuq kull persuna, minbarra dawk imsemmija f'dak l-Artikolu, li, b'konoxxenza tal-fatti, tippossjedi informazzjoni minn ġewwa, li setgħet oriġinat, direttament jew indirettament, biss minn persuna msemmija fl-Artikolu 2.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/592 jippermetti li l-Istati Membri jistgħu jdaħħlu fis-seħħ dispożizzjonijiet aktar rigorużi minn dawk previsti mid-Direttiva jew dispożizzjo-nijiet supplementari, sakemm dawn id-dis-pożizzjonijiet ikunu ta' applikazzjoni ġene-rali.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Il-ħdax-il premessa tad-Direttiva 89/592 tispeċifika li <QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>meta l-akkwist jew iċ-ċessjoni ta titoli trasferibbli timplika neċessarjament deċiżjoni preliminari ta' akkwist jew ċessjoni mill-persuna li tipproċedi għal waħda minn dawn l-operazzjonijiet, il-fatt li jsir dan l-akkwist jew ċessjoni ma jikkostitwixxix fih innifsu użu ta' informazzjoni minn ġewwa.<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/> [Traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>It-tnax-il premessa tad-Direttiva 89/592 tfakkar li <QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>l-operazzjoni effettwata minn persuna li jkollha informazzjoni minn ġewwa timplika l-isfruttament ta' informazzjoni minn ġewwa<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/> u li, għaldaqstant, <QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>għandu jiġi kkunsidrat li l-fatt li jsiru tranżazzjonijiet bil-għan li jiġu rregolati l-prezzijiet ta' titoli trasferibbli li jkunu għadhom kemm inħarġu jew innegozjati fil-kuntest ta' offerta sekondarja ma jikkostitwixxix fih innifsu użu ta' informazzjoni minn ġewwa<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/>. [Traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-3746"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Id-Digriet Presidenzjali Grieg Nru 53/1992 dwar atti relatati ma informazzjoni minn ġewwa u li jittrasponi d-Direttiva 89/592 (iktar 'il quddiem id-<QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>Digriet nru. 53/1992<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/>), li kien fis-seħħ fil-mument talfatti pertinenti, jistabbilixxi, fl-Artikolu 1 tiegħu, li l-iskop tiegħu huwa li jagħmel il-leġiżlazzjoni dwar il-boroż finanzjarji konformi ma l-imsemmija Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Artikoli 2, 3, 4 u 5 tad-Digriet Nru 53/1992 jittrasponu rispettivament l-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tad-Direttiva 89/592.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Id-Digriet Nru 53/1992 ma jdaħħalx dispożizzjonijiet b'portata aktar wiesgħa mill-kunċetti u l-projbizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 89/592. Il-Greċja b'hekk ma adottatx il-possibbiltà offruta mill-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/592.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tad-Digriet Nru 53/1992 jipprevedi li, fil-każ ta' ksur tad-dispożizzjo-nijiet ta' l-Artikolu 3(1) u (2), u ta' l-Artikoli 4 u 5 tad-Digriet, barra l-penalitajiet taħt l-Artikolu 30 (1) u (3) tal-liġi Nru 1806/1988, il-Kummissjoni tas-Swieq Kapitali tista' timponi multa ta' mhux inqas minn 10 miljun GRD u mhux aktar minn biljun GRD, jew ammont ekwivalenti għal ħames darbiet il-qligħ magħmul mill-persuna li tkun sfruttat l-informazzjoni minn ġewwa.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>L-Artikolu 30 ta' l-istess liġi tipprevedi wkoll sanzjonijiet penali għad-detenturi ta' informazzjoni kunfidenzjali li tkun intużat b'mod illeċitu.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 34 tal-liġi Nru 3632/1928 jipprevedi piena ta' priġune-rija u multa ta' mhux ikar minn GRD <FT TYPE="NUMBER">50000</FT> jew sempliċement waħda minn dawn iż-żewġ pieni kontra kull min, bl-iskop li jagħmel qligħ illeċitu, juża xjentement mezzi speċifiċi li jqarrqu lill-pubbliku biex jinfluwenza l-valuri ta' titoli kkwotati fil-borża.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Liġi Nru 1969/1991 tistabbilixxi, fl-Artikolu 72(1) tagħha, li kull minn ixerred xjentement, permezz ta' listampa jew b'kull mezz ieħor, informazzjoni falza jew mhux eżatta li tista' tinfluwenza landament tal-valuri ta' titoli trasferibbli nnegozjati fil-borża, ikun suġġett għal piena ta priġunerija u multa ta' mhux iktar minn mitt miljun GRD.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-Artikolu 76(10) ta' l-istess liġi jipprevedi li, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet penali ġenerali, il-Kummissjoni<?PAGE NO="I-3747"?> tas-Swieq kapitali tista' timponi multa ta' mhux iktar minn mitt miljun GRD.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III —</NO.P><TXT>Il-kawża prinċipali u d-domanda għal deċiżjoni preliminari</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fil-bidu tas-sena 1996, C. Georgakis u membri tal-familja tiegħu, deskritti mill-qorti tar-rinviju bħala l-<QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>grupp Georgakis<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/>, kienu l-azzjonisti ewlenin tal-kumpannija Parnassos. Parnassos u s-sussidjarja tagħha, il-kumpannija Syrios AVEE, kellhom il-maġġo-ranza ta' l-ishma, kollha nominattivi, tal-kumpannija ATEMKE. Il-parti l-kbira tal-membri tal-grupp Georgakis kienu fil-bord tad-diretturi tal-kumpanniji Parnassos u ATEMKE, fejn kienu jeżerċitaw ir-rwol ta' diretturi.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Il-membri tal-grupp Georgakis kienu ddeċidew li jsostnu l-valur ta' l-ishma tal-Kumpannija Parnassos, fuq proposta talkonsulenti finanzjarji tagħhom. Sabiex ikollhom il-maġġoranza mitluba mil-leġiżlazzjoni Griega biex jadottaw din id-deċiżjoni flaq-għa ġenerali, huma ftiehmu li jixtru ishma bil-għan li jiksbu 75 % tal-kapital azzjonarju ta' l-imsemmija kumpannija, bil-għan li jimponu d-deċiżjoni tagħhom fuq l-azzjonisti l-oħrajn.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Bejn Mejju u Diċembru 1996, il-membri tal-grupp Georgakis effettwaw tranżazzjoni-jiet fir-rigward ta' l-ishma tal-kumpanniji Parnassos u ATEMKE. Huma biegħu lillkumpannija Parnassos ishma tal-kumpannija ATEMKE u akkwistaw, bil-likwidità miksuba b'dan il-mod, ishma f'Parnassos. Il-kumpannija Parnassos, f'Ottubru ta' l-1996, ittrasferiet <FT TYPE="NUMBER">835000</FT> sehem tal-kumpannija ATEMKE lil Merrill Lynch Capital Markets plc, bi klawżola ta' xiri lura li ma ġietx innotifikata lis-suq. Din it-tranżazzjoni ppermettiet lil Parnassos tiffinanzja, fuq medda ta' żmien qasir, ix-xiri ta' l-ishma tagħha stess, blishma tas-sussidjarja tagħha ATEMKE mogħtija bħala garanzija.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni Griega tas-Swieq kapitali imponiet fuq C. Georgakis multa b'total ta' 70 miljun GRD għall-fatt li huwa kien ipparteċipa fit-tranżazzjonijiet hawn fuq deskritti waqt li kellu informazzjoni minn ġewwa li huwa kien kiseb, jew direttament, bħala azzjonist u direttur tal-kumpanniji hawn fuq imsemmija, jew indirettament, permezz ta' l-involviment ta' persuni oħra fil-pożizzjoni ta' diretturi fi ħdan il-kumpanniji in kwistjoni, bi ksur ta' l-Artikolu 3(1) u l-Artikoli 4 u 5 tad-Digriet Nru 53/1992. C. Georgakis oġġezzjona għall-awiż ta' stima.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fl-ewwel istanza, id-Dioikitiko Protodikeio (it-tribunal amministrattiv) ta' Livadia ddeċieda b'mod partikolari li C. Georgakis kien sfrutta informazzjoni minn ġewwa dwar<?PAGE NO="I-3748"?> tranżazzjonijiet bejn il-membri tal-grupp Georgakis bil-għan li jżid artifiċjalment ilvolum ta' negozju ta' ishma tal-kumpannija Parnassos, sabiex jagħti impressjoni falza tal-valur tagħhom, mingħajr ebda relazzjoni mal-valur li kien jintlaħaq kieku ma sarux dawn it-tranżazzjonijiet Il-qorti ta' l-ewwel istanza b'hekk ikkonfermat il-multa li kienet ġiet imposta mill-Kummissjoni tas-Swieq kapitali.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fuq appell ippreżentat minn C Georgakis, id-Dioikitiko Efeteio Peiraios (il-Qorti ta' l-Appell Amministrattiva) ta' Piraeus laqgħet ir-rikors tar-rikorrent, u annullat id-deċiżjoni ta' l-ewwel istanza u l-awiż ta' stima.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Din il-qorti ddeċidiet li l-impożizzjoni tal-multa kienet illegali fuq il-bażi li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 89/592, trasposti fil-leġiżlazzjoni domestika permezz tad-Digriet Nru 53/1992, hija applikabbli għal tranżazzjonijiet imwettqa bejn persuni li jkollhom informazzjoni minn ġewwa u investituri terzi, u tippreżumi l-użu ta' informazzjoni minn ġewwa, waqt li fil-każ ta' akkwist jew ċessjoni ta' għadd kbir ta' ishma li jkunu miftiehma minn qabel bejn żewġ persuni, l-eżistenza ta' din l-informazzjoni hija inkonċepibbli peress li t-tnejn ikunu konxji mill-iskop u ċ-ċirkustanzi intrinsiċi tat-tranżazzjoni. Id-Dioikitiko Efeteio Peiraios b'hekk iddeċidiet li jekk l-akkwist u ċ-ċessjoni ta' għadd kbir ta' ishma miftiehma minn qabel bejn żewġ persuni ma jistgħux jitqiesu, fihom nfushom, bħala r-riżultat ta' sfruttament ta' informazzjoni minn ġewwa, il-manipulazzjonijiet imwettqa mir-rikorrenti flimkien mal-membri tal-grupp Georgakis ma jaqgħux taħt l-isfera ta applikazzjoni ta' l-imsemmija Direttiva u d-Digriet Nru 53/1992.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>L-amministrazzjoni fiskali ppreżentat appell fil-kassazzjoni kontra din is-sentenza quddiem is-Symvoulio tis Epikrateias (il-Kunsill ta' l-Istat Grieg).</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Jirriżulta mill-informazzjoni li tinsab fiddigriet tar-rinviju tal-Kunsill ta' l-Istat Grieg li t-tranżazzjonijiet imwettqa bejn il-membri tal-grupp Georgakis ġew miftiehma minn qabel u li dawn il-membri kienu jafu li l-valur ta l-ishma tal-kumpannija Parnassos kien ser jiġi affettwat mid-domanda artifiċjali li kienu ħolqu huma stess, li kienet ibbażata fuq finanzjament fuq skala kbira permezz ta' diversi metodi.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwalifika ta' l-aġir in kwistjoni bħala każ ta' sfruttament ta' informazzjoni minn ġewwa, il-qorti tar-rinviju qieset li l-interpretazzjoni tad-dispożizzjoni-jiet tad-Direttiva 89/592 mogħtija fil-kawża prinċipali kienet suġġetta għal dubji raġone-voli, b'mod partikolari fir-rigward tal-kun-ċetti ta' informazzjoni minn ġewwa u ta'<?PAGE NO="I-3749"?> detentur ta' informazzjoni minn ġewwa, kif ukoll fir-rigward tal-portata tal-projbizzjoni imposta fuq l-imsemmi detentur biex iwettaq ċerti atti. Għaldaqstant il-Kunsill ta' l-Istat Grieg iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel is-segwenti domanda għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>Fl-ipoteżi fejn isiru, bejn persuni jew gruppi ta' persuni li jkollhom waħda mill-kwalitajiet msemmija fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/592 [...], tranżazzjonijiet tal-Borża miftiehma minn qabel ta' l-ishma li jinvolvu ż-żieda artifiċjali fil-prezz ta' titoli trasferibbli, il-partijiet f'dawn it-tranżazzjonijiet għand-hom jitqiesu li huma detenturi ta' informazzjoni minn ġewwa skond l-Artikoli 1 u 2 ta' limsemmija Direttiva, li b'hekk jaqgħu taħt il-projbizzjoni, magħmula fl-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Direttiva - li jisfruttaw informazzjoni minn ġewwa, jew le?<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV —</NO.P><TXT>Proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Il-konvenut fil-kawża prinċipali, il-Gvern Grieg, il-Gvern Taljan u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, skond l-Artikolu 23 ta' l-Istatut. Dawn il-partijiet instemgħu wkoll matul isseduta li saret fit-<DATE ISO="20060713">13 ta' Lulju 2006</DATE>, ħlief għall-Gvern Taljan li ma kienx irrappreżen-tat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V —</NO.P><TXT>Eżami tad-domanda preliminari</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandhom jiġu identifikati ċerti elementi li, minn qari tad-domanda preliminari u tad-digriet tar-rinviju, jidhru li huma paċifiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-fatti tal-każ, li seħħew fl-1996, żvolġew fl-ambitu tad-Direttiva 89/592 u tal-leġiżlazzjoni Griega li permezz tagħha ġiet trasposta. Il-Qorti tal-Ġustizzja b'hekk ma ntalbitx tinterpreta d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20030128">28 ta' Jannar 2003</DATE> dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq)<NOTE NOTE.ID="E0003" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="096" DATE.PUB="2003" PAGE.FIRST="16">ĠU L 96, p. 16</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, li, fil-jum tad-dħul fis-seħħ tagħha fit-<DATE ISO="20030412">12 ta' April 2003</DATE>, irrevokat id-Direttiva 89/592, skond l-Artikoli 20 u 21 tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huwa paċifiku li l-membri tal-grupp Georgakis jaqgħu fil-kamp ta applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> tad-Direttiva 89/592 u tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha hija trasposta, fuq il-bażi tal-kwalità tagħhom bħala membri tal-korpi amministrattivi jew ta' direzzjoni tal-kumpanniji<?PAGE NO="I-3750"?> Parnassos u ATEMKE, jew fuq il-bażi tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-kapital ta' dawn il-kumpanniji.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-ishma li kienu suġ-ġetti għat-tranżazzjonijiet in kwistjoni fil-kawża prinċipali jikkostitwixxu titoli trasferibbli, skond id-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 89/592.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, jirriżulta mill-fatti esposti mill-qorti tar-rinviju li t-tranżazzjonijiet imwettqa bejn il-persuni in kwistjoni u miftiehma minn qabel kellhom l-effett li jżidu artifiċjalment il-prezzijiet tat-titoli trasferibbli nnegozjati.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Dan premess, id-domanda ppreżentata mill-qorti tar-rinviju tistieden, effettivament, lill-Qorti tal-Ġustizzja tindika jekk persuni li jistgħu jitqiesu li huma persuni li jkollhom informazzjoni minn ġewwa, skond id-Direttiva 89/592, għandhomx jitqiesu li kellhom pussess ta', jew sfruttaw informazzjoni minn ġewwa, għall-finijiet ta' l-istess Direttiva, minħabba l-fatt li huma jkunu kkonkludew tranżazzjonijiet fis-suq ta' l-ishma miftiehma minn qabel li wasslu għal żieda artifiċjali tal-prezzijiet tat-titoli ttrasferiti.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Għandu jiġi mfakkar fl-ewwel lok li l-pussess ta' informazzjoni minn ġewwa mill-persuni msemmija fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva m'huwiex, fih innifisu, ipprojbit mid-Direttiva 89/592, iżda huwa l-isfruttament ta din l-informazzjoni minn ġewwa b'mod konsapevoli li huwa pprojbit<NOTE NOTE.ID="E0004" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/592.</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà fakkret dan fis-sentenza Verdonck<NOTE NOTE.ID="E0005" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20010503">3 ta' Mejju 2001</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-28/99" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-3399">C-28/99, Ġabra p. I-3399, punt 29</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Jirriżulta b'mod partikolari mill-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/592 li l-isfruttament ta' informazzjoni minn ġewwa jeħtieġ l-eżis-tenza materjali ta' din l-informazzjoni. L-informazzjoni minn ġewwa b'hekk trid teżisti qabel ma tiġi sfruttata. Din l-informazzjoni minn ġewwa tista' tiġi sfruttata biss minn persuna <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>primarja<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/> li jkollha informazzjoni minn ġewwa, jiġifieri li tkun tissodisfa lkwalitajiet elenkati fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/592, jew persuna <QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>sekondarja<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/> li jkollha informazzjoni minn ġewwa, skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Il-partijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja ma jaqblux dwar jekk persuni li jwettqu t-tranżazzjonijiet in kwistjoni fil-kawża prinċipali kellhomx informazzjoni minn ġewwa, fis-sens tad-Direttiva 89/592, li l-isfruttament tagħha hija pprojbita mill-istess Direttiva.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3751"?><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Skond C Georgakis, li huwa l-konvenut fil-kawża prinċipali, kif ukoll il-Kummissjoni, sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali ma taqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 89/592.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Skond C. Georgakis, id-Direttiva 89/592 għandha l-għan li teskludi l-possibbiltà li l-persuni li jkollhom informazzjoni minn ġewwa minħabba l-funzjonijiet tagħhom jisfruttaw din l-informazzjoni għall-vantaġġ tagħhom u bi ħsara għal terzi. Għaldaqstant, waħda mill-kundizzjonijiet li għaliha huma suġġetti dawn id-dispożizzjonijiet hi li lkontroparti tad-detentur ta' l-informazzjoni minn ġewwa ma tkunx taf b'din l-informazzjoni. Dan ma jirriżultax fil-kawża prinċipali. Fil-fatt, f'din il-kawża l-partijiet kollha li pparteċipaw fit-tranżazzjoni kienu kodetenturi, iżda wkoll persuni li ħolqu l-informazzjoni komuni dwar titolu fuq is-suq ta' l-ishma. Għaldaqstant, din l-informazzjoni ma tistax titqies <QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>minn ġewwa<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/> fir-rigward tagħ-hom, waqt li min-naħa l-oħra, huma ma setgħux jużaw din l-<QUOT.START ID="QS0016" REF.END="QE0016" CODE="201C"/>informazzjoni minn ġewwa<QUOT.END ID="QE0016" REF.START="QS0016" CODE="201D"/> kontra xulxin.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni hija tal-fehma li ma jirriżultax mill-fatti esposti mill-qorti tarrinviju li l-informazzjoni minn ġewwa wasslet lill-membri tal-grupp Georgakis biex jikkonkludu t-tranżazzjonijiet in kwistjoni. Għall-kuntrarju, hija tosserva li dawn it-tranżazzjonijiet twettqu fuq il-bażi tad-deċiż-joni tal-grupp Georgakis li jsostni l-valur ta' l-ishma tal-kumpannija Parnassos, fuq proposta tal-konsulenti finanzjarji tiegħu. Għal-daqstant, dawn it-tranżazzjonijiet fihom infushom ma jużawx informazzjoni minn ġewwa. Il-Kummissjoni tgħid ukoll li tran-żazzjonijiet ibbażati fuq deċiżjoni ta' ċerti membri tal-Bord tad-Diretturi ta' emittent biex jiġi sostnut il-valur ta' l-ishma fil-borża jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2003/6, sa fejn din tirrigwarda operazzjonijiet ta' manipulazzjoni tas-suq, li madankollu m'hijiex applikabbli għall-każ preżenti.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Gvernijiet tal-Greċja u ta' l-Italja jsostnu li sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali taqa' taħt id-Direttiva 89/592.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Il-Gvern Grieg jinsisti fuq il-fatt li liskambji miftiehma ta' ishma ta' l-istess kumpannija jew l-akkwisti u ċessjonijiet fittizzji bejn l-istess persuni bil-għan li jiżdied il-potenzjal li jiġu nnegozjati l-ishma u l-prezz tagħhom, jikkostitwwixxu informazzjoni ta' importanza deċiżiva, li l-isfruttament tagħha tista' tagħmel ħsara kbira littrasparenza tas-suq. L-element deċiżiv ta' informazzjoni minn ġewwa li jkollhom il-membri ta' grupp li jkunu ftiehmu jikkonsisti fil-fatt li l-prezz attwali tat-titolu jirriżulta minn inflazzjoni artifiċjali tad-domanda mill-membri tal-grupp stess u mhux minn żvilupp jew prospetti ta' żvilupp favorevoli tal-parametri finanzjarji tal-kumpannija in kwistoni, u li b'mod evidenti dan ma jirriżultax minn żieda fil-potenzjal ta' negozju tat-titolu kkwotat fil-borża. Skond dan il-Gvern, il-kunċett ta' pussess ta' informazzjoni minn ġewwa jinkludi mhux<?PAGE NO="I-3752"?> biss l-akkwist tagħha, iżda wkoll il-ħolqien. L-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-insider dealing b'hekk m'hijiex eskluża meta l-persuni jisfruttaw informazzjoni li jkunu ħolqu huma stess. Matul is-seduta, il-Gvern Grieg qal ukoll li sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali tista' tiġi kklassifikata kemm bħala sfruttament ta' informazzjoni minn ġewwa kif ukoll bħala manipulazzjoni tassuq.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Il-Gvern Taljan jikkunsidra, essenzjalment, li fl-isfond ta' l-obbjettivi tad-Direttiva 89/592 li tikseb trasparenza massima fil-ħidma tas-swieq finanzjarji u li tiżgura li l-investituri joperaw taħt kundizzjonijiet ugwali, anki l-persuni li jkunu ddeċidew li jwettqu operazzjoni jew serje ta' operazzjonijiet ta' sostenn artifiċjali tal-valur ta' titoli kkwotati fil-borża għandhom jitqiesu li huma detenturi ta' l-informazzjoni in kwistjoni, jiġifieri l-programm ta' bejgħ u ta' akkwist ta' titoli trasferibbli, miftiehem minn qabel, bil-għan li jingħata sostenn artifiċjali għall-valur ta' titolu kkwotat fil-borża mingħajr l-għarfien tal-pubbliku. Huwa jsostni li dan il-programm jikkostitwixxi informazzjoni minn ġewwa fis-sens tad-Direttiva hawn fuq imsemmija, li l-isfruttament tagħha huwa pprojbit.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat ukoll li l-partijiet li pparteċipaw fis-seduta jaqblu li l-operazzjonijiet imwettqa mill-grupp Georgakis jaqgħu taħt il-prattika msejħa bħala <QUOT.START ID="QS0017" REF.END="QE0017" CODE="201C"/>painting the tape<QUOT.END ID="QE0017" REF.START="QS0017" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fid-dinja finanzjarja u tas-swieq ta' l-ishma, din il-prattika hija ġeneralment iddefinita bħala prattika li permezz tagħha ċerti investituri jeżerċitaw bejniethom serje ta' tranżazzjonijiet fuq titoli trasferibbli speċifiċi, u b'hekk joħolqu l-illużjoni ta' negozju għoli u ta' interess sinjifikattiv mill-investituri f'dawn l-ishma, li tista' twassal lil investituri terzi jixtru t-titoli trasferibbli in kwistjoni u li b'hekk tista twassal ukoll għal żieda fil-valur ta dawn it-titoli<NOTE NOTE.ID="E0006" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, per eżempju, id-definizzjonijiet mogħtija fis-siti www. investorwords.com u www.investopedia.com.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet mogħtija iktar 'il quddiem, jiena inklinat li nikkunsidra li, meta jitqiesu l-elementi fattwali li hemm għad-dispożizzjoni, sitwazzjoni bħal dik imsemmija mill-qorti tar-rinviju ma taqax taħt lisfera ta' applikazzjoni tad-Direttiva 89/592.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Għandu jiġi mfakkar li l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/592 jipprojbixxi l-isfruttament b'konsapevolezza ta' informazzjoni minn ġewwa. Fil-fehma tiegħi, <QUOT.START ID="QS0018" REF.END="QE0018" CODE="201C"/>l-isfruttament b'konsapevolezza<QUOT.END ID="QE0018" REF.START="QS0018" CODE="201D"/> ta' l-informazzjoni minn ġewwa hija kkaratterizzata mill-pre-żenza ta' żewġ elementi distinti: minn naħa waħda, element intenzjonali, u min-naħa l-oħra, element materjali. L-element intenzjonali jikkonsisti fl-intenzjoni (jew id-deċiż-joni) li tiġi sfruttata xjentement informazzjoni<?PAGE NO="I-3753"?> li wieħed ikun jaf li hija informazzjoni minn ġewwa. L-element materjali jikkonsisti fit-twettiq ta' din l-intenzjoni jew deċiżjoni biex isiru tranżazzjonijiet ta' titoli trasferibbli jew direttament, jew bl-involviment ta' intermedjarju finanzarju<NOTE NOTE.ID="E0007" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Huwa irrilevanti, f'dan ir-rigward, li ż-żewġ elementi hawn fuq imsemmija jitwettqu f'mumenti li jkunu qrib ħafna ta' xulxin, jew kważi simultanjament. Barra minn hekk, l-element intenzjonali ta' sfruttament ta' informazzjoni li wieħed ikun jaf li hija informazzjoni minn ġewwa ma jeħtieġx neċessarja-ment li jkun hemm X-animo lucrandi.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>F'dan il-kuntest, peress li, kif diġà ġie osservat fil-punt 39 aktar 'il fuq, l-eżistenza ta' informazzjoni minn ġewwa hija, instrinsikament, prerekwiżit għal sfruttament tagħha, l-informazzjoni minn ġewwa trid tkun teżisti qabel l-element intenzjonali ta' sfruttament ta' din l-informazzjoni, jiġifieri l-intenzjoni jew id-deċiżjoni li tiġi sfruttata l-informazzjoni, kif ukoll l-element materjali tagħha, jiġifieri t-twettiq ta' din l-intenzjoni jew deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Mill-fatti esposti fid-digriet tar-rinviju, jidher li d-deċiżjoni tal-membri tal-grupp Georgakis, li ttieħdet fil-bidu tas-sena 1996, li jitwettqu tranżazzjonijiet bil-għan li <QUOT.START ID="QS0019" REF.END="QE0019" CODE="201C"/>jsostnu<QUOT.END ID="QE0019" REF.START="QS0019" CODE="201D"/> l-valur ta' l-ishma tal-kumpannija Parnassos, ġiet adottata wara proposta mill-konsulenti finanzjarji tagħhom. Fin-nuqqas ta' dettalji fattwali oħrajn, id-deċiżjoni tal-membri tal-grupp Georgakis ma tidhirx li ttieħdet fuq il-bażi ta' informazzjoni minn ġewwa, fis-sens tad-Direttiva 89/592. Lanqas ma jirriżulta mid-digriet tar-rinviju li l-proposta tal-konsulenti finanzjarji tal-grupp Georgakis ġiet issuġġerita fuq il-bażi ta' informazzjoni minn ġewwa, fis-sens ta' l-imsemmija Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fsitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, il-persuni li jkunu wettqu t-tranżazzjonijiet in kwistjoni ma jistgħux, fil-prinċipju, jitqiesu li sfruttaw informazzjoni minn ġewwa, peress li l-espożizzjoni tal-fatti kif saret mill-qorti tar-rinviju ma tippermettix li tiġi identifikata l-informazzjoni privi-leġġata li wasslitha biex teffettwa dawn it-tranżazzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-argument tal-Gvernijiet intervenjenti, li jsostni essenzjalment li d-deċiżjoni tal-membri tal-grupp Georgakis li jikkonkludu tranżazzjonijiet bil-għan li jsostnu artifiċjalment il-valur ta' l-ishma mingħajr l-għarfien tal-pubbliku tikkostitwixxi, fiha nnifisha, informazzjoni minn ġewwa li l-isfruttament tagħha huwa pprojbit, m'huwiex konvinċenti.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Fil-fatt, li l-possibilità li d-deċiżjoni stess tal-membri tal-grupp Georgakis li jikkonkludu t-tranżazzjonijiet in kwistjoni fil-kawża<?PAGE NO="I-3754"?> prinċipali titqies, fiha nifisha, li hija informazzjoni minn ġewwa tidher li hija eskluża mill-prinċipju bażilari tal-ħdax u t-tnax-il premessi tad-Direttiva 89/592.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Għandu jiġi mfakkar li, skond il-ħdax-il premessa tad-Direttiva 89/592, <QUOT.START ID="QS0020" REF.END="QE0020" CODE="201C"/>peress li l-akkwist u ċ-ċessjoni ta' titoli trasferibbli neċessarjament jippresupponu deċiżjoni minn qabel ta' akkwist jew ċessjoni min-naħa tal-persuna li twettaq waħda minn dawn l-atti, il-fatt li jsir dan l-akkwist jew ċessjoni m'għandux jitqies fih innifsu li jikkostitwixxi użu ta' informazzjoni minn ġewwa.<QUOT.END ID="QE0020" REF.START="QS0020" CODE="201D"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Rigward it-tnax-il premessa tad-Direttiva 89/592, din tispeċifika li <QUOT.START ID="QS0021" REF.END="QE0021" CODE="201C"/>l-insider dealing jimplika li wieħed jisfrutta informazzjoni minn ġewwa<QUOT.END ID="QE0021" REF.START="QS0021" CODE="201D"/> u li, għaldaqstant, <QUOT.START ID="QS0022" REF.END="QE0022" CODE="201C"/>għandu jiġi kkunsidrat li l-fatt li jsiru tranżazzjonijiet bil-għan li jiġu rregolati l-valuri ta' titoli trasferibbli li jkunu għadhom kemm inħarġu jew li jkunu nnegozjati fil-kuntest ta' offerta sekondarja ma jikkostitwixxix fih innifsu użu ta' informazzjoni minn ġewwa.<QUOT.END ID="QE0022" REF.START="QS0022" CODE="201D"/>[traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, dawn il-premessi għandhom jiġu interpretati b'mod li, fiż-żewġ sitwazzjonijiet hawn fuq imsemmija, iddeċiżjoni minn qabel li jitwettqu t-tranżaz-zjonijiet previsti ma tistax, fiha nnifisha, titqies li hija informazzjoni minn ġewwa.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Kieku wieħed kellu jargumenta l-kuntrarju, l-investituri, il-kumpanniji li joħorġu titoli trasferibbli jew il-korpi tagħhom ma jkunux jistgħu jwettqu d-deċiżjonijiet tagħ-hom li jipproċedu għat-tranżazzjonijiet in kwistjoni, billi dawn l-operaturi jsibu ruħ-hom taħt suspett li qed jisfruttaw informazzjoni minn ġewwa meta huma jwettqu l-imsemmija tranżazzjonijiet. Din l-interpretazzjoni mingħajr ebda dubju tagħmel ħsara lill-ħidma tajba tas-suq tat-titoli trasferibbli. Dan żgur m'huwiex l-għan tad-Direttiva 89/592.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Ċertament, huwa minnu li sitwazzjoni bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali ma tistax titqabbel għal kollox ma dawk imsemmija fil-ħdax u t-tnax-il premessi tad-Direttiva 89/592.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Madankollu, ma jidhirlix illi l-leġiżlatur Komunitarju, meta llimita ruħu li jsemmi ż-żewġ sitwazzjonijiet hawn fuq iċċitati fil-ħdax u t-tnax-il premessi tad-Direttiva 89/592, kellu l-intenzjoni li, għall-kuntrarju, f'kull sitwazzjoni oħra, inkluża f'sitwazzjoni<?PAGE NO="I-3755"?> bħal dik fil-kawża prinċipali, id-deċiżjoni minn qabel li jsiru tranżazzjonijiet ta' titoli trasferibbli għandha titqies, fiha nnifisha, li tkun informazzjoni minn ġewwa.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma tidhirx li hija wisq konvinċenti l-allegazzjoni f'dan is-sens tal-Gvern Taljan li l-ħdax-il premessa tad-Direttiva, billi ssemmi biss il-bejgħ <QUOT.START ID="QS0023" REF.END="QE0023" CODE="201C"/>jew<QUOT.END ID="QE0023" REF.START="QS0023" CODE="201D"/> iċ-ċessjoni ta' titoli trasferibbli, ma tkoprix sitwazzjonijiet fejn jitwettqu għadd ta' operazzjonijiet fis-suq ta' l-ishma u li, għaldaqs-tant, għandu jiġi kkunsidrat li t-tranżazzjo-nijiet imwettqa mill-grupp Georgakis jikkostitwixxu l-isfruttament ta' informazzjoni minn ġewwa. Fil-fatt, l-użu tal-konġuntiv <QUOT.START ID="QS0024" REF.END="QE0024" CODE="201C"/>jew<QUOT.END ID="QE0024" REF.START="QS0024" CODE="201D"/> fl-imsemmija ħdax-il premessa juri li din hija indikattiva u mhux eżawrjenti, kif jidher li huwa kkonfermat mill-użu fil-plural tat-terminu <QUOT.START ID="QS0025" REF.END="QE0025" CODE="201C"/>tranżazzjonijiet<QUOT.END ID="QE0025" REF.START="QS0025" CODE="201D"/> fit-tnax-il premessa ta' l-istess Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li t-tranżazzjo-nijiet in kwistjoni kienu ġew miftiehma minn qabel ma jidhirlix li għandu jwassal għall-konsegwenza li d-deċiżjoni tal-grupp Georgakis tiġi kkunsidrata li hija informazzjoni minn ġewwa. Fil-fatt, il-kriterju ta' l-ippjanar bil-quddiem ta' tranżazzjonijiet fil-borża ta' l-ishma jgħodd, ta' mill-inqas, anki fsitwazzjonijiet fejn tiġi pproġettata stabilizzazzjoni (vera u proprja) tal-prezz ta' titoli trasferibbli, li fil-fatt tissemma fit-tnax-il premessa tad-Direttiva 89/592.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Jidhirli, min-naħa l-oħra, li l-ħdax u t-tnax-il premessi tad-Direttiva 89/592 għand-hom l-iskop li juru l-prinċipju li bih id-deċiżjoni minn qabel li jsiru tranżazzjonijiet ta titoli trasferibbli m'hijiex, fiha nnifisha, informazzjoni minn ġewwa.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Deċiżjoni ta' dan it-tip madankollu tista' tikkostiwixxi l-element intenzjonali ta' sfruttament ta' informazzjoni minn ġewwa meta din id-deċiżjoni tkun ibbażata fuq l-imsemmija informazzjoni. Barra minn hekk, meta t-tranżazzjonijiet ikunu mqassma fuq medda ta żmien, l-intervent ta' informazzjoni minn ġewwa, li jista' jimmodifika d-deċiżjoni meħuda inizjalment mill-investituri, jista' jwassal li t-tranżazzjonijiet imwettqa wara li tkun saret magħrufa din l-informazzjoni, u l-użu tagħha, jikkostitwixxu sfruttament ta' l-istess informazzjoni għall-finijiet tad-Direttiva 89/592.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Madankollu, kif diġà ġie indikat aktar 'il fuq, meta jitqiesu l-fatti esposti mill-qorti tar-rinviju, ma tirriżultax l-eżistenza ta'<?PAGE NO="I-3756"?> informazzjoni minn ġewwa fil-kawża prinċi-pali.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Din l-evalwazzjoni ma tistax, fil-fehma tiegħi, titpoġġa f'dubju mill-argument tal-Gvernijiet intervenjenti li l-obbjettivi tad-Direttiva 89/592 li tiżgura t-trasparenza tas-suq u l-ugwaljanza bejn l-investituri, imfittxija mid-Direttiva 89/592, għandhom jippermettu li sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 89/592.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Għalkemm il-qrati Komunitarji spiss irrikorrew għall-metodu ta' interpretazzjoni teleoloġika tad-dispożizzjonijiet ta' atti Komunitarji, insostni li dan ma jippermettix, fil-każ preżenti, li jitwessa l-kamp ta' applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tad-Direttiva 89/592 fl-isfond ta' l-obbjettivi ferm ġeneriċi ddikjarati fil-premessi ta' din id-Direttiva. Fil-fatt, anki jekk il-fatti in kwistjoni tal-kawża prinċipali ċertament jagħmlu ħsara lill-ħidma tajba tas-suq, il-metodu ssuġġerit mill-Gvernijiet intervenjenti jinjora l-kundizzjonijiet intrinsiċi ta' l-applikabbiltà tad-Direttiva 89/592, b'mod partikolari dawk relatati ma' l-eżistenza ta' informazzjoni minn ġewwa li hija l-oriġini ta' l-isfruttament, fid-dimensjoni intenzjonali u materjali tagħha, ta' tali informazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-kamp ta' applikazzjoni ta' att Komunitarju normalment huwa ddefinit mid-dispożizzjonijiet tiegħu stess u ma jistax, fil-prinċipju, jiġi estiż għal sitwazzjonijiet oħrajn minbarra dawk li huwa intiż li jkopri<NOTE NOTE.ID="E0008" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, fir-rigward tar-regolament, is-sentenza tat-<DATE ISO="19851212">12 ta' Diċembru 1985</DATE>, Krohn, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="165/84" YEAR="1985" PAGE.ECR="3997">165/84, Ġabra p. 3997, punt 13</REF.DOC.ECR>, u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>. Fil-każ preżenti, ma jidhirx li d-Direttiva 89/592 kienet intiża li tkopri sitwazzjoni magħrufa bħala <QUOT.START ID="QS0026" REF.END="QE0026" CODE="201C"/>painting the tape<QUOT.END ID="QE0026" REF.START="QS0026" CODE="201D"/> u, b'mod aktar ġenerali, il-manipulazzjoni tas-suq.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, irrid nirrimarka li, bladozzjoni tad-Direttiva 2003/6 hawn fuq imsemmija, li għandha l-istess obbjettivi ta' trasparenza u integrità tas-suq bħad-Diret-tiva 89/592<NOTE NOTE.ID="E0009" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara b'mod partikolari l-premessi 2, 11, 12, 15, 27, 41 u 43 tad-Direttiva 89/592.</P></NOTE>, il-leġiżlatur Komunitarju kellu preċiżament l-iskop, bis-sostituzzjoni ta' din ta l-aħħar u l-inklużjoni fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva l-ġdida l-ġlieda kontra l-manipulazzjoni tas-suq, li jsir progress flarmonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri billi jiġu ppenalizzati forom ta' aġir li l-esperjenza wriet li jistgħu jaħdmu kontra<?PAGE NO="I-3757"?> l-fiduċja tal-pubbliku u għalhekk jippreġudi-kaw it-tħaddim bla xkiel tas-swieq<NOTE NOTE.ID="E0010" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, f'dan is-sens, it-tlettax-il premessa tad-Direttiva 2003/6. Ara, barra minn hekk, il-ħdax-il premessa ta' l-istess Direttiva, li tispeċifika li <QUOT.START ID="QS0027" REF.END="QE0027" CODE="201C"/>il-kwadru legali eżistenti Komunitarju għall-protezzjoni ta' l-integrità tas-suq huwa inkom-plet<QUOT.END ID="QE0027" REF.START="QS0027" CODE="201D"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu l(2)(a) tad-Direttiva 2003/6, <QUOT.START ID="QS0028" REF.END="QE0028" CODE="201C"/>manipulazzjoni tas-suq<QUOT.END ID="QE0028" REF.START="QS0028" CODE="201D"/> tfisser b'mod partikolari <QUOT.START ID="QS0029" REF.END="QE0029" CODE="201C"/>operazzjonijiet jew ordnijiet għal kummerċ li jassiguraw, permezz ta' persuna, jew persuni li jaġixxu f'kollaboraz-zjoni, il-prezz ta' strument finanzjarju wieħed jew iktar fuq livell anormali jew artifiċjali, sakemm il-persuna li daħlet fl-operazzjonijiet jew ħarġet l-ordnijiet għal kummerċ ma tistabbilixxix li r-raġunijiet tagħha biex tagħmel dan huma leġittimi u li dawn l-operazzjonijiet jew l-ordnijiet għal kummerċ ma jikkonformawx ma' prattiċi aċċettati tas-suq dwar is-suq regolat ikkonċernat<QUOT.END ID="QE0029" REF.START="QS0029" CODE="201D"/>. Din id-definizzjoni b'hekk tidher li tkopri prattiċi bħal dawk magħrufa bħala <QUOT.START ID="QS0030" REF.END="QE0030" CODE="201C"/>painting the tape<QUOT.END ID="QE0030" REF.START="QS0030" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0011" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Għandu jiġi osservat, f'dan ir-rigward, li fil-proposta tad-Direttiva, il-Kummissjoni kienet issuġġeriet li d-definizzjoni ta' manipulazzjoni tas-suq tkun issostanzjata b'eżempji speċifiċi, anness mat-test tal-proposta tad-Direttiva, sabiex tiġi ffaċilitata l-interpretazzjoni ta' din id-definizzjoni. Taħt lintestatura <QUOT.START ID="QS0031" REF.END="QE0031" CODE="201C"/>operazzjonijiet intiżi li jagħtu impressjoni falza ta' l-attività<QUOT.END ID="QE0031" REF.START="QS0031" CODE="201D"/> tat-taqsima B ta' l-Anness kienet tissemma' wkoll il-prattika ta' <QUOT.START ID="QS0032" REF.END="QE0032" CODE="201C"/>painting the tape<QUOT.END ID="QE0032" REF.START="QS0032" CODE="201D"/> [ara l-proposta tad-Direttiva tat-<DATE ISO="20010530">30.05.2001</DATE>, KUMM (2001) 288 finali, p. 25]. Wara l-oppożizzjoni tal-Parlament Ewropew għall-użu ta' l-hekk imsejjaħ metodu ta' <QUOT.START ID="QS0033" REF.END="QE0033" CODE="201C"/>kumitatoloġija<QUOT.END ID="QE0033" REF.START="QS0033" CODE="201D"/>, previst mill-proposta tad-Direttiva, biex jiġu emendati d-dispożizzjonijiet ta' l-anness (ara, f'dan ir-rigward, ir-rapport tal-Kummissjoni Ekonomika u Monetarja tal-Parlament, dokument A5/2002/69, tas-<DATE ISO="20020227">27 ta' Frar 2002</DATE>), it-test finalment adottat mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma fih ebda anness.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-proċess leġiżlattiv Komunitarju fil-qasam ta' l-abbuż tas-suq<NOTE NOTE.ID="E0012" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Skond id-Direttiva 2003/6, l-abbuż tas-suq jinkludi kemm linsider dealing kif ukoll il-manipulazzjoni tas-suq.</P></NOTE>, ma jidhirx li jista' jiġi aċċettat l-argument tal-Gvernijiet intervenjenti li jwessgħu l-isfera ta applikazzjoni tad-Direttiva 89/592 jew, skond il-preċiżazzjoni sottomessa mill-Gvern Grieg matul is-seduta, <QUOT.START ID="QS0034" REF.END="QE0034" CODE="201C"/>li [dan l-att] jingħata interpretazzjoni aktar flessibbli<QUOT.END ID="QE0034" REF.START="QS0034" CODE="201D"/>, b'mod li din id-Direttiva tipprojbixxi prattiċi bħal dawk fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-interpretazzjoni proposta mill-Gvernijiet intervenjenti tinjora n-natura sparpaljata tal-qafas Komunitarju li kien jeżisti fil-mument ta' l-applikazzjoni tad-Direttiva 89/592, billi jagħtu lil din ta' l-aħħar portata li tista' tidħol fil-kompetenza residwa ta' l-Istati Membri biex jirregolamentaw u jippenalizzaw il-manipulazzjonijiet tas-suq.</TXT></NP><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jingħad li, fiż-żmien meta seħħu l-fatti fil-kawża prinċipali, il-Greċja<NOTE NOTE.ID="E0013" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, l-Artikolu 34 tal-liġi Nru 3632/1928 iċċitata fil-punt 18 ta' dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, kif ukoll il-maġġoranza kbira ta' l-Istati Membri, kienu jirregolaw u jippenalizzaw kriminalment il-prattiċi ta' manipulazzjoni tas-suq<NOTE NOTE.ID="E0014" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Jidher li l-Awstrija u l-Iżvezja biss, u sa grad inqas l-Olanda, ma jippenalizzawx il-manipulazzjonijiet tas-suq.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-3758"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>VI —</NO.P><TXT>Konklużjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet suesposti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi skond kif ġej għad-domanda preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias (il-Kunsill ta' l-Istat Grieg):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0035" REF.END="QE0035" CODE="201C"/>Il-persuni jew gruppi ta' persuni, li jkollhom waħda mill-kwalitajiet msemmija fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/592/KEE, tat-<DATE ISO="19891113">13 ta' Novembru 1989</DATE>, dwar il-koordinazzjoni tar-regolamenti dwar l-insider dealing, li jikkonkludu tranżaz-zjonijiet fil-borża ta' l-ishma miftiehma minn qabel u li jwasslu għaż-żieda artifiċjali tal-prezzijiet tat-titoli trasferibbli ċeduti, m'għandhomx jitqiesu li għandhom informazzjoni minn ġewwa fis-sens ta' l-Artikolu 2 ta' l-imsemmija Direttiva.<QUOT.END ID="QE0035" REF.START="QS0035" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>