<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-249/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CC0249</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:231">EU:C:2020:231</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Tanchev – Kawża C‑249/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">JE (Liġi applikabbli għad-divorzju)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Tanchev</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑249/19</HT></P><P>JE</P><P>vs</P><P>KF</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Bucureşti (il-Qorti tal-Muniċipalità ta’ Bukarest, ir-Rumanija))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Talba għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Regolament UE Nru 1259/2010</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 10</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni tal-liġi tal-forum</KEYWORD><KEYWORD>Interpretazzjoni tal-frażi <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>ma tipprevedix id-divorzju<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Kriterji għall-evalwazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Interpretazzjoni stretta jew wiesgħa</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fir-rinviju tagħha għal deċiżjoni preliminari, it-Tribunalul Bucureşti (il-Qorti tal-Muniċipalità ta’ Bukarest, ir-Rumanija) titlob l-interpretazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Regolament tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20101220">20 ta’ Diċembru 2010</DATE> li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="343" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 343, p. 10</REF.DOC.OJ>, magħruf ukoll bħala r-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Regolament Ruma III<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</P></NOTE>, dispożizzjoni li għadha ma ġietx interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Għandu jingħad li l-Qorti tal-Ġustizzja ntalbet tiddeċiedi dwar din id-dispożizzjoni fil-kawżi li taw lok għad-digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160512">12 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Sahyouni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑281/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:343">EU:C:2016:343</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u għas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Sahyouni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑372/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:988">EU:C:2017:988</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Fid-digriet imsemmi l-ewwel, il-Qorti tal-Ġustizzja, madankollu, iddikjarat li ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għad-domandi magħmula u, fis-sentenza msemmija l-aħħar, il-Qorti tal-Ġustizzja ma kinitx mitluba tiddeċiedi dwar l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. Ara wkoll in-nota ta’ qiegħ il-paġna 12 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Il-kawża prinċipali tirrigwarda tilwima bejn JE u KF dwar id-determinazzjoni tal-liġi applikabbli għall-proċedura tagħhom ta’ divorzju. Dan ir-regolament, l-ewwel strument tad-dritt privat internazzjonali fl-istorja tal-Unjoni Ewropea li ġie adottat taħt il-proċedura ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>kooperazzjoni msaħħa<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, huwa deskritt mill-kummentaturi legali bħala storja ta’ suċċess u bħala wieħed li jikkostitwixxi l-pedament tad-dritt futur tal-Unjoni dwar il-familja<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Għall-parti l-kbira tal-Istati parteċipanti, ir-regolament ġab miegħu mill-inqas żewġ bidliet fundamentali: l-introduzzjoni tal-awtonomija tal-partijiet, minn naħa, u s-sostituzzjoni tar-residenza abitwali minflok in-nazzjonalità, min-naħa l-oħra, bħala l-fatturi primarji ta’ rabta li huma rilevanti fl-assenza ta’ klawżola dwar l-għażla kuntrattwali ta’ liġi. Ara Basedow, J., <HT TYPE="ITALIC">European Divorce Law</HT>: <HT TYPE="ITALIC">Comments on</HT> <HT TYPE="ITALIC">the Rome III Regulation</HT>, f’Verbeke, A.‑L., Scherpe, J.M., Declerck, C., Helms, T. u Senaeve, P., <HT TYPE="ITALIC">Confronting the Frontiers of Family and Succession Law</HT> – <HT TYPE="ITALIC">Liber Amicorum Walter Pintens</HT>, Intersentia, 2012, p. 150.</P></NOTE>. Ir-Rumanija hija wieħed mis-sbatax‑il Stat Membru li jipparteċipaw f’din il-kooperazzjoni msaħħa.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 2201/2003</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Regolament tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="082" PAGE.FIRST="63" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 82, p. 63</REF.DOC.OJ>, magħruf ukoll bħala r-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Regolament Brussell IIa<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</P></NOTE> jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Fi kwistjonijiet dwar id-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieġ, il-ġurisdizzjoni ħa taqa’ taħt il-kompetenza ta’ l-qrati ta’ l-Istat Membru:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>dwar in-nazzjonalità taż-żewg konjuġi jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, dwar <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>id-domiċilju<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> taz-żewġ konjuġi.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (UE) Nru 1259/2010</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1259/2010<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Regolament tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20101220">20 ta’ Diċembru 2010</DATE> li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="343" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 343, p. 10</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Għażla tal-liġi applikabbli mill-partijiet<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-konjuġi jistgħu jiftiehmu li jagħżlu l-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali sakemm hija tkun waħda mil-liġijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-liġi tal-Istat fejn il-konjuġi ikunu abitwalment residenti fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-liġi tal-Istat fejn il-konjuġi kienu abitwalment residenti l-aħħar, sa fejn wieħed minnhom ikun għadu residenti hemm fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>il-liġi tal-Istat taċ-ċittadinanza ta’ xi wieħed mill-konjuġi fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>il-liġi tal-forum.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, ftehim li jagħżel il-liġi applikabbli jista’ jiġi konkluż u modifikat fi kwalunkwe mument, iżda mhux aktar tard mill-mument meta jinġieb il-każ quddiem il-qorti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-liġi tal-forum tipprevedi hekk, il-konjuġi jistgħu jagħżlu wkoll il-liġi applikabbli quddiem il-qorti waqt il-proċedimenti. F’dak il-każ, tali għażla għandha tiġi rreġistrata fil-qorti taħt il-liġi tal-forum.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Liġi applikabbli fin-nuqqas ta’ għażla mill-parijiet<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprevedi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Fin-nuqqas ta’ għażla taħt l-Artikolu 5, id-divorzju u s-separazzjoni legali għandhom ikunu suġġetti għal-liġi tal-Istat:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fejn il-konjuġi jkunu residenti abitwali fiż-żmien li jinġieb il-każ quddiem il-Qorti; jew, fin-nuqqas ta’ dan,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>fejn il-konjuġi kienu residenti abitwali l-aħħar, sakemm il-perijodu ta’ residenza ma ntemmx aktar minn sena qabel li nġieb il-każ quddiem il-Qorti, sa fejn wieħed mill-konjuġi jkun għadu jirrisjedi f’dak l-Istat fiż-żmien meta jinġieb il-każ quddiem il-qorti; jew, fin-nuqqas ta’ dan,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>li tiegħu ż-żewġ konjuġi jkunu ċittadini fiż-żmien li jinġieb il-każ quddiem il-Qorti; jew, fin-nuqqas ta’ dan,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>fejn jinġieb il-każ quddiem il-Qorti.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Applikazzjoni tal-liġi tal-forum<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Fejn il-liġi applikabbli taħt l-Artikolu 5 jew l-Artikolu 8 ma tipprevedix id-divorzju jew ma tagħtix lil wieħed mill-konjuġi aċċess indaqs għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali minħabba s-sess tagħhom, għandha tapplika l-liġi tal-forum.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Ordni pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprevedi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>L-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tal-liġi magħżula permezz ta’ dan ir-Regolament tista’ tiġi miċħuda biss fejn tali applikazzjoni tkun manifestament inkompatibbli mal-ordni pubbliku tal-forum.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Rumen</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2600(2) u (3) tal-Kodiċi Ċivili Rumen:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="260.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>2)</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-liġi barranija ddeterminata b’dan il-mod ma tippermettix id-divorzju, jew tippermettih biss f’ċirkustanzi estremament limitati, il-liġi Rumena għandha tapplika meta wieħed mill-konjuġi jkollu, fid-data tat-talba għal divorzju, in-nazzjonalità Rumena jew ikollu r-residenza abitwali tiegħu fir-Rumanija.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="260.003"><NO.PARAG>3)</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom japplikaw ukoll fil-każ li d-divorzju jkun irregolat mil-liġi magħżula mill-konjuġi.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li taw lok għat-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domanda magħmula għal deċiżjoni preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>JE u KF iżżewġu f’Iași, ir-Rumanija, fit-<DATE ISO="20010902">2 ta’ Settembru 2001</DATE> u din ir-relazzjoni ħolqot wild, imwieled f’Verona, l-Italja, fit-<DATE ISO="20050623">23 ta’ Ġunju 2005</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>JE ressaq azzjoni quddiem il-Judecătoria Iași (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Iași, ir-Rumanija) fit-<DATE ISO="20161013">13 ta’ Ottubru 2016</DATE>, intiża sabiex jitlob id-divorzju minn ma’ KF.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza f’materji ċivili tal-<DATE ISO="20170531">31 ta’ Mejju 2017</DATE>, din il-qorti rrifjutat il-ġurisdizzjoni sabiex tisma’ t-tilwima favur il-Judecătoria Sectorului 5 București (il-Qorti tal-Ewwel Istanza, il-Ħames Distrett ta’ Bukarest, ir-Rumanija), fejn il-kawża ġiet irreġistrata fid-<DATE ISO="20170809">9 ta’ Awwissu 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza f’materji ċivili tal-<DATE ISO="20180220">20 ta’ Frar 2018</DATE>, il-qorti msemmija hawn fuq stabbilixxiet il-ġurisdizzjoni ġenerali tal-qrati Rumeni fir-rigward tal-proċeduri ta’ divorzju inkwistjoni skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003. Barra minn hekk, hija stabbilixxiet li l-liġi applikabbli għat-tilwima kienet il-liġi Taljana, skont l-Artikolu 8(a) tar-Regolament Nru 1259/2010, peress li – fid-data li fiha l-qorti ġiet adita b’talba għal divorzju – il-partijiet kellhom ir-residenza abitwali tagħhom fl-Italja (il-partijiet irrisjedew fl-Italja għal żmien kunsiderevoli).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Judecătoria Sectorului 5 București indikat li, skont id-dritt Taljan, talba għal divorzju bħal dik imressqa minn JE tista’ ssir biss fejn kien hemm separazzjoni legali stabbilita jew ordnata minn qorti, u mill-inqas tliet snin għandhom ikunu għaddew bejn is-separazzjoni legali u l-mument li fih il-qorti ġiet adita b’talba għal divorzju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Peress li ma kienx ġie pprovat li deċiżjoni ta’ qorti kienet ittieħdet sabiex issir is-separazzjoni legali tal-partijiet u peress li l-liġi Rumena ma tipprevedix proċeduri għas-separazzjoni legali, il-qorti msemmija hawn fuq iddeċidiet li dawn il-proċeduri kellhom jitmexxew quddiem il-qrati Taljani u, konsegwentement, kwalunkwe talba f’dan is-sens magħmula quddiem il-qrati Rumeni kienet inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>JE appella minn din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju, fejn sostna li l-qorti tal-ewwel istanza kellha tapplika l-Artikolu 2600(2) tal-Kodiċi Ċivili Rumen, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>jikkostitwixxi t-traspożizzjoni fid-dritt Rumen tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1259/2010<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>JE invoka wkoll l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1259/2010, billi sostna li l-applikazzjoni tad-dritt Taljan hija manifestament inkompatibbli mal-ordni pubbliku tal-forum li għandu ġurisdizzjoni, u għalhekk tirrendi neċessarju li tiġi eskluża l-applikazzjoni tal-liġi barranija normalment applikabbli u li tiġi applikata l-liġi Rumena dwar id-divorzju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li t-Tribunalul Bucureşti (il-Qorti tal-Muniċipalità ta’ Bukarest, ir-Rumanija) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Talba għal interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1259/2010, li jipprevedi li [<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>f]ejn il-liġi applikabbli taħt l-Artikolu 5 jew l-Artikolu 8 ma tipprevedix id-divorzju jew ma tagħtix lil wieħed mill-konjuġi aċċess indaqs għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali minħabba s-sess tagħhom, għandha tapplika l-liġi tal-forum’, intiża sabiex jiġi ddeterminat jekk il-frażi ‘il-liġi applikabbli taħt l-Artikolu 5 jew l-Artikolu 8 ma tipprevedix id-divorzju<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/>: għandhiex tiġi interpretata b’mod restrittiv u litterali, jiġifieri bħala li tirrigwarda biss is-sitwazzjonijiet li fihom il-liġi barranija applikabbli ma tkun tipprevedi l-ebda forma ta’ divorzju, jew inkella jekk għandiex tiġi interpretata b’mod iktar wiesa’, fis-sens li tinkludi wkoll is-sitwazzjonijiet li fihom il-liġi barranija applikabbli tipprevedi d-divorzju, iżda biss taħt kundizzjonijiet estremament restrittivi, li timplika proċedura obbligatorja ta’ separazzjoni personali qabel id-divorzju, proċedura li fir-rigward tagħha il-liġi tal-forum ma tipprovdix dispożizzjonijiet proċedurali ekwivalenti.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-Gvern Rumen, minn dak Ġermaniż, u minn dak Portugiż kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea. Il-partijiet ma talbux li jkun hemm smigħ u dan ma nżammx.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Risposta għad-domanda preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li l-partijiet kollha intervenjenti f’din il-proċedura jsostnu li l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1259/2010 għandu jiġi interpretat b’mod <HT TYPE="ITALIC">strett</HT>, fis-sens li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>[f]ejn il-liġi applikabbli taħt l-Artikolu 5 jew l-Artikolu 8 ma tipprevedix id-divorzju<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, li huwa jinkludi, tirrigwarda biss is-sitwazzjonijiet fejn il-liġi barranija applikabbli ma tipprevedix id-divorzju, taħt l-ebda forma; jiġifieri li huwa ma jipprevedix l-istituzzjoni tad-divorzju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>F’dawn il-konklużjonijiet, jiena wasalt għall-konklużjoni li din l-interpretazzjoni hija manifestament korretta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1259/2010 jeskludi l-applikazzjoni tal-liġi stabbilita skont l-Artikolu 5 jew l-Artikolu 8 ta’ dan ir-regolament f’każijiet fejn, b’mod partikolari, din il-liġi ma tipprevedix id-divorzju (l-ewwel alternattiva li tinsab fl-Artikolu 10, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>dispożizzjoni inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>). Ma huwiex probabbli li din l-alternattiva tiġi invokata ta’ spiss fil-prattika peress li hija tipprova tirrimedja l-każ rari fejn ma jkunx hemm liġi nazzjonali li tirregola d-divorzju (fi ħdan l-Unjoni, Malta kienet l-aħħar Stat Membru li introduċa l-liġi dwar id-divorzju wara referendum li sar fl-2011<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>L-Artikolu 66 B tal-Kodiċi Ċivili introdott bl-Att biex jemenda l-Kodiċi Ċivili, Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru 18784 tad-<DATE ISO="20110729">29 ta’ Lulju 2011</DATE>.</P></NOTE>). Fil-prattika, l-Istati kollha għandhom liġi dwar id-divorzju, bl-eċċezzjoni tal-Filippini u tal-Belt tal-Vatikan, fejn biss l-annullament taż-żwieġ huwa awtorizzat. L-Artikolu 10 jissalvagwardja dritt għad-divorzju u jien nenfasizza li dispożizzjonijiet simili (li wkoll jagħtu dritt għad-divorzju bħala standard minimu) jeżistu wkoll fir-regoli nazzjonali dwar il-kunflitt ta’ liġijiet li ispiraw din id-dispożizzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara, pereżempju, għal Spanja: il-punt c tat-tieni sentenza tal-Artikolu 107(2) tal-Código Civil; għall-Ġermanja: it-tieni sentenza tal-Artikolu 17(1) tal-liġi introduttiva tal-Bürgerliches Gesetzbuch (BGB); għall-Italja: l-Artikolu 31(2) tal-legge <DATE ISO="19950531">31.5.1995</DATE>, no. 218 – Riforma del sistema italiano di diritto internazionale privato; għall-Belġju: l-Artikolu 55(3) tal-Kodiċi tad-dritt internazzjonali privat tal-2004. Ara Lein, E., f’Calliess, G.-P., <HT TYPE="ITALIC">Rome Regulations</HT>: <HT TYPE="ITALIC">Commentary</HT>, Second Edition, Kluwer, 2015, 916, Pereira, P., <HT TYPE="ITALIC">Rome III</HT>: <HT TYPE="ITALIC">la</HT> <HT TYPE="ITALIC">compétence juridictionnelle et la loi applicable en matière matrimoniale</HT>, RMCUE, 2007, p. 394 u Basedow, J., <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>., p. 148.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Id-domanda tal-qorti tar-rinviju tirriżulta mill-fatt li l-liġi applikabbli għall-kawża fil-proċedura prinċipali hija, skont l-Artikolu 8(a) tar-Regolament Nru 1259/2010, il-liġi Taljana. Skont il-liġi Taljana, id-divorzju jista’ jintalab biss fejn is-separazzjoni legali tkun ġiet stabbilita jew ordnata minn qorti minn qabel, filwaqt li l-liġi tal-forum (jiġifieri, il-liġi Rumena) ma tipprevedix tali proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Biex inżid ma’ dak li ntqal fil-punt 14 ta’ dawn il-konklużjonijiet, nenfasizza li r-Regolament Nru 1259/2010 huwa direttament applikabbli u ma jeżiġix traspożizzjoni jew ekwivalenza fid-dritt nazzjonali. Għaldaqstant, sabiex tiġi ddeterminata l-liġi applikabbli għal talba għal divorzju bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-qrati Rumeni jistgħu japplikaw biss ir-Regolament Nru 1259/2010 u l-qorti tar-rinviju ma għandhiex tirreferi għall-Kodiċi Ċivili Rumen f’dan ir-rigward<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Bħalma l-qorti tar-rinviju ssemmi fil-punt 15 tad-digriet tar-rinviju (taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli f’dan il-każ<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>).</P></NOTE> għaliex ma huwiex rilevanti f’dawn iċ-ċirkustanzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tosserva li, skont il-ġurisprudenza nazzjonali, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni f’dan il-każ, fejn il-qrati Rumeni ġew aditi b’talba għal separazzjoni legali jew talba għal divorzju, li ma ġietx ippreċeduta b’separazzjoni legali stabbilita jew ordnata b’mod konformi mal-liġi Taljana, il-qrati Rumeni jiċħdu tali talbiet bħala, rispettivament: (a) inammissibbli (għaliex il-liġi Rumena ma<?PAGE NO="6"?> tipprevedix proċedura għal separazzjoni legali); (b) prematura (abbażi tal-fatt li qiegħed jintalab divorzju direttament quddiem il-qrati Rumeni, mingħajr ma ngħatat minn qabel separazzjoni legali mill-qrati Taljani); jew (c) infondata, bħal f’dan il-każ (abbażi ta’ dawn iż-żewġ motivi kkombinati flimkien<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ir-raġunament tal-qorti tal-ewwel istanza kien jirreferi kemm għall-fatt li l-partijiet ma kinux isseparaw legalment minn qabel bis-saħħa ta’ digriet ta’ qorti u għall-fatt li tali separazzjoni hija inammissibbli peress li l-ebda dispożizzjoni ma tipprevedi proċedura ta’ separazzjoni legali taħt id-dritt Rumen. Ara d-digriet tar-rinviju, punti 14 u 26.</P></NOTE>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, il-qorti tar-rinviju tispjega li ostakoli proċedurali (li jirriżultaw mill-assenza ta’ proċedura għal separazzjoni legali fid-dritt Rumen) wasslu għal soluzzjonijiet proċedurali f’dawk il-każijiet li ma kinux jippermettu analiżi tas-sustanza ta’ dawn it-talbiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Kif ser nispjega iktar ’il quddiem, id-domanda tal-qorti tar-rinviju għandha tingħata risposta fis-sens li l-ewwel alternattiva li tinsab fl-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1259/2010 għandha tiġi interpretata b’mod strett.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-formulazzjoni u l-istruttura tad-dispożizzjoni inkwistjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Il-formulazzjoni tal-ewwel alternattiva tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1259/2010 hija ċara. Il-liġi tal-forum tapplika biss <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>[f]ejn il-liġi applikabbli taħt l-Artikolu 5 jew l-Artikolu 8 ma tipprevedix id-divorzju<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> (jiġifieri, fejn koppja miżżewġa ma jkollha l-ebda possibbiltà għal divorzju). Ma hemm xejn li jissuġġerixxi li din l-alternattiva tkun tapplika wkoll fejn il-liġi barranija applikabbli tippermetti d-divorzju, iżda tissuġġettah għal kundizzjonijiet restrittivi (pereżempju, separazzjoni legali minn qabel).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-formulazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>ma tipprevedix id-divorzju<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> ma tistax tfisser li l-liġi applikabbli <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>tipprevedi d-divorzju taħt ċerti kundizzjonijiet (sostantivi jew proċedurali)<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif il-Kummissjoni enfasizzat, minkejja li l-Istati Membri għandhom ir-regoli proprji tagħhom rigward id-divorzju, il-kundizzjonijiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor u huwa ċar li s-sempliċi fatt li l-liġi applikabbli tkun iktar restrittiva (mil-liġi tal-forum) ma jfissirx li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>ma tipprevedix id-divorzju<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> għaliex, sakemm il-kundizzjonijiet tagħha jiġu ssodisfatti, id-divorzju jista’ jiġi ddikjarat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Mill-formulazzjoni tal-ewwel alternattiva li tinsab fl-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1259/2010 jirriżulta li din tirreferi biss għall-każijiet fejn il-liġi barranija applikabbli ma tirrikonoxxix sistema legali għad-divorzju<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Din l-interpretazzjoni hija ġeneralment difiża fil-kummentarji legali. Fil-fatt, ma sibt l-ebda letteratura li ssostni l-interpretazzjoni kuntrarja. Ara, pereżempju, Helms, T., f’Rauscher, T., <HT TYPE="ITALIC">Europäisches Zivilprozess- und Kollisionsrecht</HT>: <HT TYPE="ITALIC">EuZPR/EuIPR</HT> – Kommentar, Band V, ir-raba’ edizzjoni, ottoschmidt, 2016, p. 885. Qiegħed nikkwota letteratura addizzjonali iktar ’il quddiem f’dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Dan huwa kkonfermat permezz tal-premessa 24 ta’ dan ir-regolament<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Rigward id-diversi verżjonijiet lingwistiċi ta’ din il-premessa, ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Saugmandsgaard Øe fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Sahyouni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-372/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:686">EU:C:2017:686</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u Lein, E., <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>., p. 920.</P></NOTE>, li tipprevedi li l-liġi tal-qorti adita għandha tapplika biss meta l-liġi applikabbli <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>ma tipprevedix id-divorzju<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>. Hawnhekk ukoll, ma hemm xejn li jissuġġerixxi li, fid-dawl ta’ din il-premessa, l-Artikolu 10 jirrigwarda wkoll is-sitwazzjonijiet fejn id-divorzju huwa awtorizzat, iżda huwa suġġett għal kundizzjonijiet restrittivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>L-ewwel alternattiva li tinsab fl-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1259/2010 hija r-riżultat tal-applikazzjoni universali tar-regoli tal-Unjoni dwar il-kunflitt ta’ liġijiet fil-qasam tad-divorzju u tas-separazzjoni legali, skont l-Artikolu 4 tal-istess regolament: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Il-liġi magħżula minn dan ir-Regolament għandha tapplika irrispettivament milli tkun jew ma tkunx il-liġi ta’ Stat Membru parteċipant<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. Din id-dispożizzjoni tippreżumi li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>possibbiltà ta’ divorzju<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> hija aspett ġenerali u pożittiv<?PAGE NO="7"?> tar-regoli tal-Unjoni dwar il-kunflitt ta’ liġijiet fil-qasam tad-divorzju u tas-separazzjoni legali u, <HT TYPE="ITALIC">in concreto</HT> tad-dritt internazzjonali tal-familja. Il-<HT TYPE="ITALIC">favor divortii</HT> fir-Regolament Nru 1259/2010 huwa msaħħaħ permezz tal-prinċipji tal-awtonomija tal-partijiet u tar-rabta l-iktar mill-qrib mal-partijiet. Dawn ir-regoli tal-Unjoni jeżiġu, biex ngħidu hekk, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>dritt effettiv u inevitabbli għad-divorzju<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Ein wirksames und unverzichtbares Grundrecht auf Scheidung<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="2019" ID="QE0030"/> (ara Gruber, U. P., <HT TYPE="ITALIC">Scheidung auf Europäisch – die Rom III-Verordnung</HT>, IPRax 2012, p. 391, u de Maizière, N., <HT TYPE="ITALIC">Das Europäische Scheidungskollisionsrecht nach der Rom III-Verordnung</HT>, Jenaer Wissenschaftliche Verlagsgesellschaft, 2017, p. 244).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni tiegħi tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1259/2010 hija sostnuta mill-kummentarji legali, li jgħidu li din id-dispożizzjoni tkopri s-sitwazzjoni fejn il-liġi applikabbli taħt l-Artikoli 5 jew 8 ta’ dan ir-regolament <HT TYPE="ITALIC">ma tirrikonoxxi l-ebda sistema legali għad-divorzju</HT> u fejn id-divorzju sempliċement ma jkunx possibbli. <HT TYPE="ITALIC">Għaldaqstant, id-dispożizzjoni ma tkoprix il-każ fejn żwieġ ma jistax jintemm għaliex ċerti prerekwiżiti ma jiġux issodisfatti: pereżempju, fejn il-liġi applikabbli tistabbilixxi motivi stretti għad-divorzju bħar-rekwiżiti ta’ perijodu (iktar) twil ta’ separazzjoni</HT>. <HT TYPE="ITALIC">Din l-applikazzjoni tal-Artikolu 10 tkun prekluża wkoll fejn il-liġi ta’ Stat tistabbilixxi rekwiżiti li huma wisq eżiġenti għad-divorzju</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Tolani, M., f’Althammer, C., <HT TYPE="ITALIC">Brussels IIa [and] Rome III</HT>, Beck, 2019, p. 360.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fejn il-liġi applikabbli, stabbilita taħt l-Artikoli 5 jew 8 tar-Regolament Nru 1259/2010 <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>ma tipprevedix id-divorzju<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, l-ewwel alternattiva li tinsab fl-Artikolu 10 ta’ dan ir-regolament tirrimedja din il-lakuna billi tindika l-<HT TYPE="ITALIC">lex fori</HT>. Sabiex nagħti eżempju, u b’kuntrast ma’ din il-kawża, kieku d-dritt tal-Filippini (li tipprevedi biss s-separazzjoni legali, u mhux id-divorzju) kellu japplika għal proċedura ta’ divorzju quddiem il-qorti tar-rinviju, din tal-aħħar tkun tista’ ddur għad-dritt Rumen sabiex tiddikjara d-divorzju<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara Lein, E., <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>., p. 919. Għal eżempji oħra, ara Henrich, D., <HT TYPE="ITALIC">Zur Parteiautonomie im Europäisierten Internationalen Familienrecht</HT>, f’Verbeke, A.‑L., Scherpe, J. M., Declerck, C., Helms, T., u Senaeve, P., <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>., p. 707.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Naqbel mal-pożizzjoni tal-Gvern Ġermaniż li l-qari ta’ dawn id-dispożizzjonijiet flimkien ma’ dispożizzjonijiet oħra tar-Regolament Nru 1259/2010 jsaħħaħ l-interpretazzjoni tal-ewwel alternattiva li tinsab fl-Artikolu 10 ta’ dan ir-regolament bħala mhux effettiva meta l-liġi barranija applikabbli tippermetti d-divorzju bil-kundizzjoni ta’ separazzjoni legali obbligatorja u minn qabel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1259/2010 jirriżulta li dan ir-regolament japplika għad-divorzju <HT TYPE="ITALIC">u</HT> għas-separazzjoni legali. Meta dispożizzjonijiet individwali ta’ dan ir-regolament japplikaw (ukoll) għas-separazzjoni legali, dan huwa msemmi b’mod espliċitu fil-formulazzjoni ta’ dawn l-artikoli<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara, pereżempju, it-tieni alternattiva li tinsab fl-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1259/2010 li tirreferi għal sitwazzjonjiet fejn il-liġi applikabbli: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>ma tagħtix lil wieħed mill-konjuġi aċċess indaqs għad-divorzju jew <HT TYPE="ITALIC">għas-separazzjoni legali</HT> minħabba s-sess tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> (enfasi miżjuda).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-Regolament Nru 1259/2010 ma jqigħedx is-separazzjoni legali fi rwol minuri. Jekk l-ewwel alternattiva li tinsab fl-Artikolu 10 ta’ dan ir-regolament kellha tapplika wkoll għal sitwazzjonijiet fejn id-divorzju huwa awtorizzat iżda jkun suġġett għal separazzjoni legali minn qabel, ikollna għalhekk nippreżumu li l-leġiżlatur tal-Unjoni kien jilleġiżla b’mod espliċitu f’dan is-sens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-liġi Taljana, inkwantu l-liġi applikabbli, ma tipprojbixxix id-divorzju; hija sempliċement tissuġġettah għal ċerti rekwiżiti, li huwa fil-kompetenza tagħha fil-qasam tad-dritt sostantiv dwar il-familja. Għaldaqstant, f’dan il-każ, il-liġi applikabbli għandha tiġi stabbilita skont l-Artikoli 5 jew 8 tar-Regolament Nru 1259/2010 u mhux skont l-Artikolu 10 ta’ dan.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Interpretazzjoni fid-dawl tal-istruttura u tal-kuntest tad-dispożizzjoni inkwistjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Inqis (kif jagħmel il-Gvern Portugiż) li huwa rilevanti li jsir riferiment ukoll għall-Artikolu 13 u għall-premessa 26 tar-Regolament Nru 1259/2010. Dawn id-dispożizzjonijiet iservu sabiex isostnu l-argument kontra interpretazzjoni tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>ma tipprevedix id-divorzju<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> fis-sens li l-liġi barranija applikabbli tissuġġettah għal ċerti kundizzjonijiet, iżda jsostnu l-opinjoni li d-dispożizzjoni inkwistjoni tfisser li l-liġi applikabbli ma tipprevedi d-divorzju fl-ebda każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1259/2010 jipprevedi li l-ebda dispożizzjoni f’dan ir-regolament ma tobbliga lill-qrati ta’ Stat Membru parteċipanti li l-liġi tiegħu ma tipprevedix id-divorzju sabiex jiddikjaraw divorzju. Inqis (kif tagħmel il-Kummissjoni) li din id-dispożizzjoni għandha sempliċement valur dikjaratorju, u mhux normattiv. Ir-rilevanza tagħha f’dan il-każ tinsab fl-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>ma tipprevedix id-divorzju<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, li tirriproduċi l-formulazzjoni tal-Artikolu 10.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 huwa spjegat fil-premessa 26 tar-Regolament Nru 1259/2010. Hija tgħid li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>[f]ejn dan ir-Regolament jirriferi għall-fatt li l-liġi tal-Istat Membru parteċipanti, li quddiem il-Qorti tiegħu jinġieb il-każ, ma tipprevedix id-divorzju, dan għandu jiġi interpretat li jfisser li l-liġi ta’ dan l-Istat Membru m’għandhiex l-istituzzjoni tad-divorzju<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Il-premessa 26 tagħti spjegazzjoni ċara li tmur lil hinn mill-kuntest speċifiku tal-Artikolu 13 dwar l-interpretazzjoni tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>ma tipprevedix id-divorzju<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>. L-ispjegazzjoni f’din il-premessa tapplika wkoll għall-Artikolu 10, li juża l-istess espressjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-kummentaturi legali jsostnu li, minkejja li l-premessa 26 tirrigwarda l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1259/2010, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 10 tisfa iktar ċara jekk id-dispożizzjoni tinqara flimkien ma’ din il-premessa. Mill-premessa 26 jirriżulta li jekk id-divorzju huwa kunċett magħruf taħt il-liġi applikabbli, iżda ma jkunx disponibbli għall-konjuġi fiċ-ċirkustanzi partikolari tar-relazzjoni tagħhom, l-Artikolu 10 ma japplikax u t-tilwima tista’ tiġi evalwata biss taħt l-Artikolu 12 ta’ dan ir-regolament<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Lein, E., <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>., p. 920. Ara wkoll Helms, T., <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>., p. 885 (b’riferimenti għal letteratura legali oħra li tiddefendi din l-opinjoni fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 19 ta’ dan ix-xogħol). Ara wkoll Gruber, U. P., <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>., p. 390.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Artikolu 10 ma jirreferix għal sitwazzjonijiet fejn iż-żwieġ ma jistax jiġi xolt minħabba li ċerti rekwiżiti ma jiġux issodisfatti, pereżempju minħabba li l-prerekwiżiti stretti ma jiġux issodisfatti (bħalma huwa perijodu (iktar) twil ta’ separazzjoni impost mil-liġi dwar id-divorzju li hija applikabbli). Barra minn hekk, l-Artikolu 10 ma huwiex applikabbli fejn il-liġi tal-Istat tipprevedi rekwiżiti wisq eżiġenti għal divorzju<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Tolani, M., f’Althammer, C., <HT TYPE="ITALIC">Brüssel IIa [und] Rom III</HT>: Kommentar, Beck, 2014, p. 362.</P></NOTE>. Peress li l-istituzzjoni tad-divorzju teżisti fid-dritt Taljan, l-Artikolu 10 ma jistax japplika f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Interpretazzjoni storika tad-dispożizzjoni inkwistjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Interpretazzjoni storika tfisser li dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-istorja tagħha, b’teħid inkunsiderazzjoni tad-diversi stadji li wasslu għall-adozzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Il-proposta inizjali għal regolament li jemenda r-Regolament Nru 2201/2003<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>COM(2006) 399 final.</P></NOTE> ma kienet tinkludi l-ebda dispożizzjoni komparabbli mal-Artikolu 10 attwali tar-Regolament Nru 1259/2010. Waqt in-negozjar sussegwenti, diversi Stati Membri ddefendew l-opinjoni li d-divorzju huwa dritt, li għandu jiġi ggarantit fis-sistema legali nazzjonali tagħhom<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara d-dokument tal-Kunsill 8364/07 (Presse 77), p. 11 tal-verżjoni bil-lingwa Ġermaniża.</P></NOTE>. Peress li ma seta’ jintlaħaq l-ebda ftehim fuq din il-proposta, fl-2010 il-Kummissjoni adottat proposta għal regolament tal-Kunsill li jdaħħal fis-seħħ koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>COM(2010) 105/2 final.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>It-test li sar l-Artikolu 10 kien jinsab preċedentement fil-proposta tal-Kummissjoni tal-2010 bħala l-abbozz tal-Artikolu 5 u l-kontenut tal-artikolu baqa’ l-istess fil-proċess leġiżlattiv. Fil-preambolu, ir-raġuni mogħtija sabiex id-dispożizzjoni tiddaħħal kienet sabiex tiġi evitata diskriminazzjoni. Il-premessa 20 tal-proposta kienet tinkludi l-istess formulazzjoni bħall-premessa 24 attwali, iżda ma kienet tinkludi l-ebda riferiment għad-dispożizzjoni ta’ ordni pubbliku<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara Lein, E., <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>., p. 919.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni storika tikkonferma l-interpretazzjoni stretta tad-dispożizzjoni inkwistjoni li qiegħed niddefendi f’dawn il-konklużjonijiet. Fil-fatt, l-ewwel alternattiva li tinsab fl-Artikolu 10 ġiet introdotta, qabel kollox, fid-dawl tad-dritt Malti (peress li, fiż-żmien tar-redazzjoni tar-regolament, Malta ma kinitx tipprevedi l-għoti ta’ divorzju<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Għall-istess interpretazzjoni, ara Helms, T., <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>., p. 885.</P></NOTE>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Kif osserva l-Gvern Portugiż, id-dispożizzjoni inkwistjoni hija l-espressjoni tal-prinċipju <HT TYPE="ITALIC">favor divortii</HT>, fis-sens li hija tipprojbixxi l-applikazzjoni ta’ liġi sostantiva, li ma tippermettix id-divorzju, anki jekk din il-liġi tkun intgħażlet bi ftehim komuni bejn iż-żewġ konjuġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, la x-xogħol preparatorju u lanqas il-premessa 24 ta’ dan ir-regolament ma jinkludu kwalunkwe indikazzjoni li l-Artikolu 10 għandu jkun applikabbli meta l-liġi barranija tipprevedi d-divorzju, iżda tissuġġettah għal kundizzjonijiet restrittivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Minflok, kif ġie osservat fil-punt 40 ta’ dawn il-konklużjonijiet u kif enfasizzat mill-Kummissjoni, il-leġiżlatur tal-Unjoni ċċara, fil-premessa 26 ta’ dan ir-regolament, li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>ma tipprevedix id-divorzju<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, użat fl-Artikolu 13 u fl-Artikolu 10, għandu jiġi interpretat fil-kuntest tal-Artikolu 10 fis-sens li l-liġi tal-forum tapplika meta l-liġi applikabbli ma tipprevedix l-istituzzjoni tad-divorzju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">4.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-ispirtu u l-għan tad-dispożizzjoni inkwistjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Jien tal-istess fehma bħall-Gvern Ġermaniż u bħall-Gvern Rumen li l-interpretazzjoni stretta tal-ewwel alternattiva li tinsab fl-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1259/2010 tirriżulta, b’mod partikolari, min-natura ta’ deroga ta’ din id-dispożizzjoni (jiġifieri, li tidderoga mir-regoli previsti fl-Artikoli 5 u 8 ta’ dan ir-regolament) kif ukoll mill-premessi 24 u 26 ta’ dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Artikolu 10 ma jagħti lill-qorti li għandha ġurisdizzjoni l-ebda setgħa diskrezzjonali u jippreżentalha alternattiva sempliċi u oġġettiva: jew il-liġi applikabbli tipprevedi l-istituzzjoni tad-divorzju jew le.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata permezz tal-għanijiet tar-Regolament Nru 1259/2010, li huma espressi b’mod ċar fil-premessi 9 u 29 tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Dawn huma intiżi sabiex jarmonizzaw ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet fil-qasam tad-divorzju u tas-separazzjoni legali sabiex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali (l-Artikoli 5 u 8 tar-Regolament Nru 1259/2010 jiddefinixxu b’mod ċar liema liġi hija applikabbli għal divorzju jew għal separazzjoni legali), il-prevedibbiltà u l-flessibbiltà filwaqt li jiġi evitat ir-riskju ta’ forum shopping (jiġifieri, li titfittex il-qorti l-iktar favorevoli bejn l-Istati Membri) u, għaldaqstant, huma jipprovaw jiffaċilitaw il-moviment liberu tal-persuni fi ħdan l-Unjoni. Il-prevedibbiltà tal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Istati Membri parteċipanti tista’ tikkostitwixxi wkoll mezz sabiex jitnaqqas l-inċentiv ta’ forum shopping, li kien iffaċilitat bl-għażla wiesgħa ta’ istanzi prevista taħt l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2201/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat, kif għamlet il-Kummissjoni, li permezz tal-adozzjoni ta’ regoli komuni dwar il-kunflitt ta’ liġijiet, l-Istati Membri parteċipanti aċċettaw il-prinċipju li l-qrati tagħhom jistgħu jkunu obbligati japplikaw liġi barranija minkejja d-differenzi li din tista’ tippreżenta meta mqabbla mal-liġi nazzjonali tagħhom, u, li l-uniċi eċċezzjonijiet minn dan il-prinċipju huma dawk previsti fl-Artikoli 10, 12 u 13 tar-Regolament Nru 1259/2010. Għaldaqstant, il-possibbiltà li tiġi applikata l-liġi tal-forum, kif prevista fl-Artikolu 10 ta’ dan ir-regolament, tikkostitwixxi <HT TYPE="ITALIC">eċċezzjoni</HT> minn dan il-prinċipju li għandha, inkwantu tali, tiġi interpretata b’mod strett<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190606">6 ta’ Ġunju 2019</DATE> <NAME.CASE>fil-kawża Weil</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-361/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:473">EU:C:2019:473</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>B’mod differenti, interpretazzjoni wiesgħa tad-dispożizzjoni inkwistjoni, kif prevista fid-domanda preliminari, iġġib fix-xejn l-awtonomija tal-konjuġi fir-rigward tad-divorzju tas-separazzjoni legali (prevista taħt l-Artikolu 5 tar-Regolament) u tipprekludi l-applikazzjoni (skont l-Artikolu 8 tar-Regolament, fl-assenza ta’ għażla mill-partijiet) tal-liġi li hija marbuta l-iktar mill-qrib magħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni wiesgħa tmur ukoll kontra l-għan tar-Regolament li jipprovdi ċertezza legali liċ-ċittadini u għandha mnejn tinkoraġġixxi l-forum shopping, peress li l-parti li titlob id-divorzju tkun tista’ tressaq talba quddiem il-qrati ta’ Stat Membru fejn il-liġi tipprevedi kundizzjonijiet inqas restrittivi għall-għoti tad-divorzju. Fil-fatt, hija tikkomprometti wkoll l-għan ta’ prevedibbiltà mixtieq mir-Regolament sa fejn hija tkun titlob analiżi ta’ każ b’każ tal-kundizzjonijiet li fihom ikun jista’ jingħata divorzju skont il-liġi applikabbli u evalwazzjoni suġġettiva ta’ sa fejn dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jiġu kklassifikati bħala restrittivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif osserva l-Gvern Ġermaniż, id-divorzju li huwa awtorizzat biss taħt ċerti kundizzjonijiet jikkostitwixxi, fil-prinċipju, ir-regola pjuttost milli l-eċċezzjoni u, f’dan il-każ, il-kundizzjonijiet previsti mil-liġi Taljana huma, fil-fehma tiegħi, mhux tant restrittivi li jirrendu impossibbli l-ksib ta’ divorzju fil-prattika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Konsegwenzi tar-risposta għad-domanda preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>B’teħid inkunsiderazzjoni: (i) tal-fatt li, fid-domanda preliminari, il-qorti tar-rinviju tqajjem id-diffikultà li d-dritt Rumen ma jirrikonoxxix il-kunċett ta’ separazzjoni legali u, għaldaqstant, ma jinkludix ċerti dispożizzjonijiet proċedurali applikabbli għal tali proċeduri; (ii) tal-approċċ tal-qrati Rumeni msemmi fil-punt 23 ta’ dawn il-konklużjonijiet; u (iii) sabiex tingħata risposta kompleta u utli lill-qorti tar-rinviju, inqis li huwa neċessarju li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti wkoll gwida dwar il-konsegwenzi tar-risposta proposta għad-domanda preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Inqis li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>sabiex il-qorti nazzjonali tingħata risposta xierqa [u utli] għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dritt [tal-Unjoni] fit-tilwima mressqa quddiemha<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19780628">28 ta’ Ġunju 1978</DATE>, <NAME.CASE>Simmenthal</NAME.CASE> (<NO.CASE>70/77</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1978:139">EU:C:1978:139</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, għandha tiġi eżaminata l-kwistjoni dwar sa fejn il-qorti tar-rinviju għandha tapplika l-liġi Taljana dwar id-divorzju, jekk din tal-aħħar teżiġi separazzjoni legali obbligatorja, proċedura li għaliha la teżisti dispożizzjoni u lanqas miżura ekwivalenti fid-dritt Rumen.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fil-fatt, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tipprovdi lill-qorti nazzjonali bl-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>elementi kollha ta’ intepretazzjoni li jistgħu jkunu utli sabiex tiġi deċiża l-kawża li biha hija adita, irrispettivament minn jekk din il-qorti rreferietx għalihom fid-domandi tagħha<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160929">29 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Essent Belgium</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-492/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:732">EU:C:2016:732</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Qabel kollox, skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tar-Regolament Nru 2201/2003, meta l-qorti ta’ Stat Membru tkun adita b’talba għal divorzju, hija ma tistax tirrifjuta l-ġurisdizzjoni (b’mod differenti minn qorti adita fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri, li għandha setgħa diskrezzjonali sabiex tindirizza l-qrati ta’ Stat Membru ieħor, skont l-Artikolu 15 ta’ dan ir-regolament) u għandha tiddeċiedi dwar din it-talba għal divorzju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Naqbel mal-opinjoni tal-Gvern Ġermaniż li l-Istati Membri parteċipanti fil-kooperazzjoni msaħħa implimentata permezz tar-Regolament Nru 1259/2010 għandhom jiżguraw li kemm id-divorzju kif ukoll is-separazzjoni legali jistgħu jingħataw mill-qrati tagħhom. Għaldaqstant, minflok ma jqisu li s-separazzjoni legali għandha qabel kollox tiġi stabbilita jew ordnata mill-qrati Taljani, il-qrati Rumeni għandhom, kif nifhimha jien, jippermettu tali proċedura u japplikaw, b’analoġija, ir-regoli proċedurali nazzjonali rigward id-divorzji jew saħansitra jadattaw ir-regoli proċedurali barranin (Taljani) rigward is-separazzjoni legali (flimkien mar-regoli nazzjonali Rumeni). Fin-nuqqas ta’ dan, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1259/2010 jkunu parzjalment ineffettivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, is-separazzjoni legali tikkostitwixxi element ċentrali tar-Regolament Nru 1259/2010 u, it-tieni, ma hemm xejn mhux tas-soltu fil-fatt li qorti tintalab, skont il-liġi applikabbli taħt dan ir-regolament, tiddeċiedi dwar separazzjoni legali. Għalhekk il-qorti tar-rinviju ma tistax tirrifjuta li tiddeċiedi dwar it-talba fil-kawża prinċipali abbażi tal-Artikolu 12 tar-regolament imsemmi hawn fuq (li huwa rriżervat għal każijiet eċċezzjonali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara l-premessa 25 tar-Regolament Nru 1259/2010.</P></NOTE>) għar-raġuni li l-liġi nazzjonali tagħha ma tipprevedix is-separazzjoni legali jew regoli proċedurali għas-separazzjoni legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Bħala soluzzjoni konkreta f’dan il-każ, il-Kummissjoni pproponiet li l-qorti adita tapplika l-kundizzjonijiet sostantivi previsti mil-liġi applikabbli u tirrinunzja l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe kundizzjoni proċedurali prevista minn din il-liġi, f’ċirkustanzi fejn il-liġi proċedurali tal-forum ma tippermettix li dawn il-kundizzjonijiet proċedurali jiġu ssodisfatti. Għaldaqstant, jekk, f’każ speċifiku, il-kundizzjonijiet sostantivi għal digriet ta’ separazzjoni legali jiġu ssodisfatti, il-qorti tal-forum tista’ tirrimedja l-fatt li din il-qorti ma tistax hija nnifisha tagħti tali digriet billi tirrinunzja għal din il-kundizzjoni proċedurali barranija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Jien naqbel. Fil-fehma tiegħi, tali soluzzjoni tkun ibbilanċjata u tkun tikkorrispondi mal-intenzjoni impliċita tal-leġiżlatur tal-Unjoni. L-ewwel nett, ma tkunx tinkoraġġixxi b’mod indebitu l-forum shopping, għaliex tkun teżiġi li l-kundizzjonijiet sostantivi tal-liġi applikabbli jiġu ssodisfatti. L-applikant ma jkunx jista’ jevita dawn il-kundizzjonijiet billi jadixxi qorti oħra taħt ir-regoli ġenerużi ħafna tar-Regolament Nru 2201/2003 u billi jitlob li d-dritt proprju tagħha jiġi applikat (il-partijiet jistgħu jevitaw dawn il-kundizzjonijiet pjuttost faċilment jekk huma jaqblu dwar l-għażla tal-liġi tal-forum).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>It-tieni, din is-soluzzjoni tkun konsistenti mal-prinċipju fundamentali fil-qasam tal-kunflitt tal-liġijiet skont liema kwistjoni proċedurali taqa’ taħt il-liġi tal-forum. Dan il-prinċipju huwa rifless fil-prinċipju tad-dritt tal-Unjoni li jgħid li, sakemm ma jkunx indikat b’differenti, il-proċeduri huma indirizzati lill-qrati u lill-awtoritajiet li jkunu qegħdin jittrattaw kawża, suġġett għall-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070607">7 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>van de Weerd <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-222/05 sa C-225/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:318">EU:C:2007:318</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, ara, b’mod partikolari, il-punt 28).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’diversi strumenti legali reċenti, il-leġiżlatur tal-Unjoni ġie kkonfrontat bil-kwistjoni dwar x’inhu l-aħjar mod kif għandha tiġi ggarantita l-osservanza tas-sustanza ta<HT TYPE="ITALIC">l-liġi applikabbli fl-Istat tal-forum</HT>, anki fejn il-liġi ta’ dan tal-aħħar ma jkollha l-ebda kunċett (sostantiv) ekwivalenti fid-dritt. Dawn l-istrumenti jipprevedu mekkaniżmi għall-adattament tad-dritt nazzjonali sostantiv u proċedurali sabiex jiġi ggarantit ir-riżultat korrett taħt il-liġi applikabbli. Jista’ jsir riferiment, pereżempju, għar-regoli dwar il-liġi applikabbli fir-Regolament (UE) Nru 650/2012<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20120704">4 ta’ Lulju 2012</DATE> dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="201" PAGE.FIRST="107" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 201, p. 107</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="344" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 344, p. 3</REF.DOC.OJ>, u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="060" PAGE.FIRST="140" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 60, p. 140</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, dwar l-adattament tad-drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> (Artikolu 31), il-ħatra u s-setgħat ta’ amministratur ta’ suċċessjoni f’ċerti sitwazzjonijiet (Artikolu 29), kif ukoll fir-Regolament (UE) Nru 2016/1103<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Regolament tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20160624">24 ta’ Ġunju 2016</DATE> li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet f’materji ta’ reġimi ta’ proprjetà matrimonjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="183" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 183, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="113" PAGE.FIRST="62" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 113, p. 62</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="167" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 167, p. 36</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> u fir-Regolament (UE) Nru 2016/1104<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Regolament tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20160624">24 ta’ Ġunju 2016</DATE> li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet f’materji tal-konsegwenzi patrimonjali ta’ sħubijiet reġistrati (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="183" PAGE.FIRST="30" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 183, p. 30</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="113" PAGE.FIRST="62" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 113, p. 62</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, dwar l-adattament tad-drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> (Artikolu 29).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Filwaqt li r-Regolament Nru 1259/2010 ma jipprevedix b’mod speċifiku għal tali adattament, huwa lanqas ma jipprojbixxih b’mod espliċitu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tirrispondi għad-domanda preliminari magħmula mit-Tribunalul Bucureşti (il-Qorti tal-Muniċipalità ta’ Bukarest, ir-Rumanija) kif ġej:</TXT><P>L-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010 tal-<DATE ISO="20101220">20 ta’ Diċembru 2010</DATE> li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali għandu jiġi interpretat fis-sens li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>[f]ejn il-liġi applikabbli taħt l-Artikolu 5 jew l-Artikolu 8 ma tipprevedix id-divorzju<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> hija applikabbli biss fejn il-liġi barranija applikabbli ma tipprevedi l-ebda forma ta’ divorzju; fi kliem ieħor, hija <HT TYPE="ITALIC">ma tirrikonoxxix l-istituzzjoni tad-divorzju</HT>.</P><P>Madankollu, meta l-liġi applikabbli tistabbilixxi kundizzjoni li tirriżulta mid-dritt proċedurali tagħha — kundizzjoni li l-qorti adita ma tistax tapplika minħabba l-limitazzjonijiet imposti mid-dritt proċedurali tagħha — il-qorti adita tista’ tirrinunzja għal din il-kundizzjoni jekk il-kundizzjonijiet previsti fid-dritt sostantiv tal-<HT TYPE="ITALIC">lex causae</HT> jkunu ssodisfatti fil-kawża quddiemha.</P><P>F’dan il-każ, il-qorti adita ma hijiex mitluba, permezz ta’ proċedura separata, li tirrikonoxxi s-separazzjoni legali tal-partijiet matul perijodu ta’ tliet snin qabel id-divorzju. Hija għandha, madankollu, tikkonferma fid-deċiżjoni tagħha fil-proċedura tad-divorzju li din il-kundizzjoni ta’ separazzjoni legali ġiet issodisfatta. Sabiex tikseb prova tal-osservanza ta’ din il-kundizzjoni, il-qorti adita għandha, sa fejn huwa neċessarju, tadatta l-liġi proċedurali tal-forum.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>