IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 10.4.2026
COM(2026) 450 final
2026/0090(BUD)
ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU Nru 1
GĦALL-BAĠIT ĠENERALI 2026
DĦUL TAS-SURPLUS TAS-SENA FINANZJARJA 2025
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 10.4.2026
COM(2026) 450 final
2026/0090(BUD)
ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU Nru 1
GĦALL-BAĠIT ĠENERALI 2026
DĦUL TAS-SURPLUS TAS-SENA FINANZJARJA 2025
Wara li kkunsidrat:
‒it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
‒id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea 1 , daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2021,
‒Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni) 2 , u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
‒il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2026, kif adottat fis-26 ta’ Novembru 2025 3 ,
Il-Kummissjoni Ewropea b’dan tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1 tal-baġit tal-2026.
BIDLIET GĦAD-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U TAN-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA
Il-bidliet fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u fit-taqsima individwali III huma disponibbli fil-EUR-Lex ( https://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm ).
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
L-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) Nru 1/2026 huwa maħsub biex idaħħal fil-baġit 2026 is-surplus li jirriżulta mill-implimentazzjoni tas-sena baġitarja 2025. Kif previst fl-Artikolu 18(3) tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni 4 (“ir-Regolament Finanzjarju”), il-bilanċ mill-2025 huwa l-uniku suġġett ta’ dan l-ABE. Dan l-ABE għandu jiġi ppreżentat fi żmien 15-il jum mill-preżentazzjoni tal-kontijiet proviżorji, li jseħħ fi tmiem Marzu 2026.
1.L-implimentazzjoni tas-sena baġitarja 2025 turi surplus ta’ EUR 2,1 biljun, li għalhekk jiddaħħal bħala dħul fil-baġit 2026.
(f’EUR)
|
Tqassim tal-eżitu tal-2025 |
|
|
Surplus ġej mid-Dħul |
1 994 486 750 |
|
Surplus ġej min-Nefqa |
100 751 398 |
|
Surplus totali |
2 095 238 148 |
2.L-ibbaġitjar tas-surplus se jnaqqas il-kontribuzzjoni totali tal-Istati Membri għall-iffinanzjar tal-baġit tal-2026 kif dovut. Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri se jkunu influwenzati wkoll mill-previżjoni riveduta tar-riżorsi proprji li se jkun disponibbli wara l-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji aktar tard fl-2026 u li se tkun inkluża f’Abbozz ta’ Baġit Emendatorju sussegwenti skont l-Artikolu 44(1)(b) tar-Regolament Finanzjarju.
3.It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta tqassim tal-eżitu tal-2025 f’termini tal-implimentazzjoni tad-dħul:
(f’EUR)
|
Tqassim tal-eżitu tal-2025 |
Baġit
|
Eżitu |
Varjazzjoni |
|
|
Subtotal tad-Dħul |
161 162 528 615 |
163 157 015 365 |
1 994 486 750 |
|
|
— |
Titolu 1 - Riżorsi proprji |
154 321 516 047 |
155 418 364 980 |
1 096 848 933 |
|
|
Imposti u dazji oħra fis-settur taz-zokkor |
0 |
0 |
0 |
|
|
Dazji doganali |
22 178 600 000 |
23 038 328 690 |
859 728 690 |
|
|
Riżorsi proprji provenjenti mill-VAT |
23 814 511 650 |
23 859 879 480 |
45 367 830 |
|
|
Riżorsi proprji bbażati fuq l-ING |
101 480 252 237 |
101 682 108 926 |
201 856 689 |
|
|
Korrezzjoni tal-iżbilanċi tal-baġit mogħtija lir-Renju Unit |
0 |
|
0 |
|
|
Tnaqqis gross fil-kontribuzzjoni annwali bbażata fuq l-ING konċess lil xi SM |
0 |
-25 166 048 |
-25 166 048 |
|
|
Riżorsi proprji bbażati fuq l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik mhux riċiklat |
6 848 152 160 |
6 863 213 931 |
15 061 771 |
|
— |
Titolu 2 - Surpluses, bilanċi u aġġustamenti |
1 344 533 139 |
1 362 014 115 |
17 480 976 |
|
— |
Titolu 3 - Dħul amministrattiv |
2 425 480 258 |
2 425 758 039 |
277 781 |
|
— |
Titolu 4 - Dħul finanzjarju, imgħax ta’ inadempjenza, u multi |
1 658 657 407 |
2 499 021 068 |
840 363 661 |
|
— |
Titolu 5 - Garanziji baġitarji, operazzjonijiet ta’ għoti u teħid b’self |
0 |
0 |
0 |
|
— |
Titolu 6 - Dħul, kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet relatati ma’ politiki tal-Unjoni |
1 412 341 764 |
1 451 857 163 |
39 515 399 |
4.Il-varjazzjonijiet netti fit-total tat-Titolu 1 (Riżorsi Proprji) EUR 1,1 biljun. Din id-differenza pożittiva hija xprunata b’mod predominanti minn ammont ogħla milli mistenni ta’ dazji doganali disponibbli għall-baġit tal-UE. Il-previżjoni għad-dazji doganali ġiet riveduta darbtejn matul l-2025 permezz tal-baġits emendatorji 2/2025 u 3/2025, biex jitqies il-volum reali tad-dazji miġbura fl-ewwel parti tas-sena. Dan żied l-ammont ibbaġitjat b’ammont nett ta’ EUR 1,1 biljun. Is-surplus finali għad-dazji doganali kien ta’ EUR 860 miljun.
5.Il-parti li jifdal tas-surplus għal dan it-titolu hija spjegata mid-differenzi fir-rati tal-kambju ġġenerati meta jitħallsu l-kontribuzzjonijiet tar-riżorsi proprji.
6.It-Titolu 4 (Dħul finanzjarju, imgħax ta’ inadempjenza, u multi) jinkludi dħul mill-multi tal-kompetizzjoni u mgħax ta’ inadempjenza, pagamenti ta’ penali oħra u mgħax marbut ma’ multi u pagamenti ta’ penali. Il-varjazzjonijiet fit-Titolu 4 jammontaw għal EUR 840 miljun; it-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta tqassim ta’ dawn skont il-kapitolu/l-artikolu rilevanti:
(f’EUR)
|
Tqassim tal-eżitu tal-2025 |
Baġit (inkl. AB1-3) |
Eżitu |
Varjazzjoni |
|
|
4 0 |
Dħul minn investimenti u kontabilità |
76 961 995 |
135 048 176 |
58 086 181 |
|
4 1 |
Imgħax ta’ inadempjenza |
5 000 000 |
224 719 873 |
219 719 873 |
|
4 2 |
Multi u penali |
1 576 695 412 |
2 139 253 019 |
562 557 607 |
|
4 2 0 |
Multi b’rabta mal-implimentazzjoni tar-regoli fuq il-kompetizzjoni |
1 063 547 301 |
1 388 818 258 |
325 270 957 |
|
4 2 1 |
Pagamenti ta’ penali u somom f’daqqa imposti fuq Stat Membru |
563 936 638 |
741 003 723 |
177 067 085 |
|
4 2 4 |
Imgħax marbut mal-multi u mal-pagamenti ta’ penali |
2 764 975 |
62 990 211 |
60 225 236 |
|
4 2 5 |
Imgħax, imposti oħra dovuti u redditi negattivi dwar multi kkanċellati jew imnaqqsa |
-53 553 502 |
-53 979 331 |
-425 829 |
|
4 2 9 |
Pagamenti ta’ multi u penali oħrajn mhux assenjati |
- |
420 158 |
420 158 |
|
Titolu Totali 4 - Dħul finanzjarju, imgħax ta’ inadempjenza, u multi |
1 658 657 407 |
2 499 021 068 |
840 363 661 |
|
L-ammont globali għat-Titolu 4 jinkludi ammonti li ddaħħlu bħala dħul negattiv fil-baġit tal-2025 f’konformità mal-Artikolu 48(2), il-punt (b) tar-Regolament Finanzjarju, għal total ta’ EUR 54,0 miljun. Dan l-ammont ikopri pagamenti lil 11-il impriża magħmula skont il-ftehimiet ta’ riżoluzzjoni konklużi u mħallsa fl-2025, f’konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-11 ta’ Ġunju 2024 fil-Kawża C-221/22 P Deutsche Telekom vs Il-Kummissjoni. Is-sentenza tirrigwarda l-ħlas lura tal-multi tal-kompetizzjoni li ġew annullati jew imnaqqsa mill-Qrati tal-Unjoni, kif stabbilit fit-tabella ta’ hawn taħt:
|
Każ tal-multa – isem il-kumpanija |
Referenza tas-Sentenza/ tal-Kawża/ tar-Riżoluzzjoni |
Ammont imħallas fl-2025 |
|
AT.39523 Slovak Telekom |
C(2024) 9150 - riżoluzzjoni |
123 205 |
|
COMP/AT.39258 - Singapore Airlines |
C(2025) 139 - riżoluzzjoni |
19 545 599 |
|
COMP/37956 - Ferriere Nord SpA |
C(2025) 1152 - riżoluzzjoni |
1 376 052 |
|
COMP/37956 - Feralpi Holding SpA |
C(2025) 1155 - riżoluzzjoni |
3 516 538 |
|
COMP/AT.39258 - BRITISH AIRWAYS |
C(2025) 1154 - riżoluzzjoni |
3 715 710 |
|
AT.39612 - PERINDOPRIL - Servier |
C(2025) 1833 - riżoluzzjoni |
5 531 677 |
|
COMP/39258 - Cathay Pacific Airways |
C(2025) 1997 - riżoluzzjoni |
16 066 155 |
|
COMP/AT.39258 - Cathay Pacific Airways |
C(2025) 1997 - riżoluzzjoni |
1 917 322 |
|
AT.39914 - Credit Agricole |
T-113/17 - soluzzjoni |
1 176 130 |
|
COMP/AT.39258 - Air Canada |
T-326/17 - riżoluzzjoni |
585 115 |
|
AT.40324 EGB - Nomura Holdings, Inc. |
T-455/21- dispożizzjonijiet FR 2024 |
199 470 |
|
AT.40324 EGB - UniCredit Bank GmbH |
T-453/21- dispożizzjonijiet FR 2024 |
226 359 |
|
Total |
53 979 331 |
|
7.L-erba’ titoli li jifdal (Titoli 2, 3, 5 u 6) jiġġeneraw surplus ta’ EUR 57,3 miljun.
8.It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta tqassim tal-eżitu għall-2025 f’termini ta’ implimentazzjoni tal-baġit tan-nefqa għall-istituzzjonijiet kollha:
(f’EUR)
|
Tqassim tal-eżitu tal-2025 |
Baġit
|
Eżitu |
Varjazzjoni |
|
|
Subtotal tan-Nefqa |
161 162 528 615 |
161 061 777 217 |
-100 751 398 |
|
|
Approprjazzjonijiet tal-eżitu awtorizzati fil-baġit |
161 162 528 615 |
161 051 162 355 |
-111 366 260 |
|
|
— |
Kummissjoni Ewropea |
155 913 937 424 |
155 858 594 486 |
-55 342 938 |
|
|
Intestatura 1 - Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali |
20 459 264 037 |
20 235 039 247 |
-20 172 862 |
|
|
Intestatura 2a - Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali |
35 960 377 346 |
35 953 975 385 |
-3 032 392 |
|
|
Intestatura 2b - Reżiljenza u Valuri |
11 186 421 091 |
11 182 882 952 |
-841 351 |
|
|
Intestatura 3 - Riżorsi Naturali u Ambjent |
55 583 117 959 |
56 022 848 156 |
-16 446 004 |
|
|
Intestatura 4 - Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri |
3 513 087 909 |
3 562 949 705 |
-1 138 204 |
|
|
Intestatura 5 - Sigurtà u Difiża |
2 143 154 694 |
1 836 316 686 |
-2 597 002 |
|
|
Intestatura 6 - Il-Viċinat u d-Dinja |
14 426 257 975 |
15 001 919 060 |
-7 871 234 |
|
|
Intestatura 7 - Amministrazzjoni Pubblika Ewropea |
7 517 660 571 |
7 514 488 889 |
-3 171 682 |
|
|
Strumenti speċjali tematiċi |
5 124 595 842 |
4 548 174 405 |
-72 207 |
|
— |
Istituzzjonijiet Oħra |
5 248 591 191 |
5 192 567 869 |
-56 023 322 |
|
|
Parlament Ewropew |
2 527 491 841 |
2 517 767 307 |
-9 724 534 |
|
|
Kunsill u Kunsill Ewropew |
714 268 858 |
691 007 559 |
-23 261 299 |
|
|
Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
537 155 503 |
520 763 478 |
-16 392 025 |
|
|
Qorti Ewropea tal-Awdituri |
194 015 847 |
191 438 453 |
-2 577 394 |
|
|
Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
173 684 051 |
172 645 707 |
-1 038 344 |
|
|
Kumitat tar-Reġjuni |
130 002 946 |
129 813 772 |
-189 174 |
|
|
Ombudsman Ewropew |
15 477 918 |
14 667 882 |
-810 036 |
|
|
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data |
26 973 970 |
24 951 754 |
-2 022 216 |
|
|
Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna |
929 520 257 |
929 511 957 |
-8 300 |
|
Kanċellament ta’ approprjazzjonijiet riportati mis-snin preċedenti |
0 |
-137 025 591 |
-137 025 591 |
|
|
— |
Kummissjoni Ewropea |
0 |
-75 505 779 |
-75 505 779 |
|
|
Kanċellament ta’ approprjazzjonijiet mhux użati riportati mis-snin preċedenti (skont l-Art. 12(7) tar-Regolament Finanzjarju) |
0 |
-66 966 212 |
-66 966 212 |
|
|
Kanċellament ta’ approprjazzjonijiet mhux użati riportati mis-snin preċedenti (b’mod awtomatiku u permezz ta’ deċiżjoni) |
0 |
-8 539 568 |
-8 539 568 |
|
— |
Istituzzjonijiet Oħra |
0 |
-61 519 812 |
-61 519 812 |
|
|
Parlament Ewropew |
0 |
-29 894 459 |
-29 894 459 |
|
|
Kunsill u Kunsill Ewropew |
0 |
-4 479 120 |
-4 479 120 |
|
|
Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
0 |
-4 118 282 |
-4 118 282 |
|
|
Qorti Ewropea tal-Awdituri |
0 |
-1 147 578 |
-1 147 578 |
|
|
Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
0 |
-1 638 308 |
-1 638 308 |
|
|
Kumitat tar-Reġjuni |
0 |
-1 214 462 |
-1 214 462 |
|
|
Ombudsman Ewropew |
0 |
-57 369 |
-57 369 |
|
|
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data |
0 |
-592 394 |
-592 394 |
|
|
Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna |
0 |
-18 377 840 |
-18 377 840 |
|
Varjazzjonijiet tar-rata tal-kambju fuq in-nefqa |
0 |
147 640 454 |
147 640 454 |
|
9.L-ammont ta’ approprjazzjonijiet tal-baġit ivvotat mhux implimentat mill-istituzzjonijiet kollha kkombinati kien ta’ EUR 111,4 miljun. Il-Kummissjoni implimentat 99,96 % tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament awtorizzati (inklużi r-riporti għall-2026). Is-sottoimplimentazzjoni tal-Kummissjoni kkonċernat ammont ta’ EUR 55,3 miljun ta’ approprjazzjonijiet ivvotati, kif ukoll EUR 75,5 miljun ta’ approprjazzjonijiet riportati mis-snin preċedenti.
10.Bl-istess mod, is-sottoimplimentazzjoni u l-kanċellazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-istituzzjonijiet l-oħra baqgħu baxxi fl-2025.
11.Il-varjazzjonijiet fir-rata tal-kambju fuq in-nefqa ammontaw għal defiċit ta’ EUR 147,6 miljun, li minnhom EUR 145,8 miljun kienu relatati mal-Kummissjoni Ewropea. Din iċ-ċifra tal-aħħar hija magħmula prinċipalment minn tliet elementi: ir-rivalwazzjoni tar-riżorsi ta’ bilanċ (EUR 82,1 miljun); rivalwazzjonijiet relatati ma’ strumenti finanzjarji (EUR 28,4 miljun); u l-impatt mill-apprezzament/deprezzament ta’ muniti oħrajn (EUR 35,3 miljun).