|
22.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 374/54 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1853
tat-18 ta’ Ottubru 2021
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-estensjoni tal-validità tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu sakemm jiġu adottati Prijoritajiet tas-Sħubija aġġornati ġodda mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 217 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra (1) (il-‘Ftehim’) ġie ffirmat fil-25 ta’ Ġunju 2001 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2004. |
|
(2) |
Fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni tal-25 ta’ Lulju 2017, l-Unjoni Ewropea u l-Eġittu qablu dwar il-Prijoritajiet tas-Sħubija, kif stipulati fir-Rakkomandazzjoni Nru 1/2017 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni (2). |
|
(3) |
Iż-żewġ naħat qablu li jenħtieġ li tiġi estiża l-validità tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu bħala dokument ta’ gwida biex tiġi kkonsolidata s-sħubija sakemm jiġu adottati Prijoritajiet tas-Sħubija aġġornati ġodda. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 76 tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu s-setgħa jieħu deċiżjonijiet għall-finijiet li jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim. |
|
(5) |
Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu jadotta rakkomandazzjoni permezz tal-proċedura bil-miktub biex jestendi l-validità tal-Prijoritajiet tas-Sħubija sakemm jiġu adottati Prijoritajiet tas-Sħubija aġġornati ġodda mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni. |
|
(6) |
Għalhekk, ikun xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, billi r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ser ikollha effetti legali. |
|
(7) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għalhekk jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-estensjoni tal-validità tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu sakemm jiġu adottati Prijoritajiet tas-Sħubija aġġornati ġodda mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni (3).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) ĠU L 304, 30.9.2004, p. 39.
(2) Ir-Rakkomandazzjoni Nru 1/2017 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Eġittu tal-25 ta’ Lulju 2017 dwar qbil dwar il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu (ĠU L 255, 3.10.2017, p. 26).
(3) Ara d-dokument ST 12260/21 fuq http://register.consilium.europa.eu.