|
15.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 76/51 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 163/2011
tad-19 ta’ Diċembru 2011
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIII mal-Ftehim kien emendat b'Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2011 tat-2 ta’ Diċembru 2011 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (2) għandu bħala l-għan prinċipali tiegħu li jiġi stabbilit u miżmum livell uniformi għoli ta’ sikurezza fl-avjazzjoni ċivili fi ħdan l-Unjoni. |
|
(3) |
L-attivitajiet tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jistgħu jaffettwaw il-livell tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 għandu għalhekk ikun inkorporat fil-Ftehim sabiex tkun permessa l-parteċipazzjoni sħiħa mill-Istati tal-EFTA fl-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li ġie inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar taħt il-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XIII mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-20 ta’ Diċembru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) Ara paġna 36 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(*1) Ħtiġijiet kostituzzjonali indikati.
Dikjarazzjoni mill-Istati tal-EFTA mad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 163/2011 li tinkorpora fil-Ftehim ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE
“Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jittratta fost affarijiet oħra dwar l-awtorità li jiġu imposti multi u ħlasijiet penali perjodiċi fil-kamp tas-sikurezza tal-avjazzjoni. L-inkorporazzjoni ta’ dan ir-Regolament hija mingħajr preġudizzju għas-soluzzjonijiet istituzzjonali rigward atti futuri li jagħtu setgħat biex jiġu imposti sanzjonijiet.”
ANNESS
L-Anness XIII mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punti 66a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91) u 66r (id-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
2. |
Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 68a (Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE): “, kif emendat permezz ta':
|
|
3. |
It-test ta’ punt 66n (ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: “ 32008 R 0216: Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1). Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
|