|
16.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 244/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 69/2010
tal-11 ta’ Ġunju 2010
li temenda l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness IV tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 140/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar programm Komunitarju ta’ tikkettar dwar l-effiċjenza tal-enerġija għal-tagħmir tal-uffiċċju (verżjoni mfassla mill-ġdid) (2) għandha tiġi inkluża fil-Ftehim. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 106/2008 jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2422/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li hu inkluż fil-Ftehim u għalhekk għandu jiġi rrevokat skont il-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness IV tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
It-test tal-punt 18 (ir-Regolament (KE) Nru 2422/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jitħassar. |
|
2. |
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 29 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/74/KE):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 106/2008 li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-12 ta’ Ġunju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 62, 11.3.2010, p. 34.
(3) ĠU L 332, 15.12.2001, p. 1.
(*1) Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.