<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-468/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CC0468</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:649">EU:C:2019:649</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Szpunar – Kawża C‑468/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">R (Ġurisdizzjoni, responsabbiltà tal-ġenituri u obbligu ta’ manteniment)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Szpunar</HT></P><P>ippreżentati fid-<DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑468/18</HT></P><P>R</P><P>vs</P><P>P</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Constanţa (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Constanţa, ir-Rumanija))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet f’materji ta’ obbligi ta’ manteniment</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 4/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(a)</KEYWORD><KEYWORD>Qorti tar-residenza abitwali tal-konvenut</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(d)</KEYWORD><KEYWORD>Qorti li għandha ġurisdizzjoni f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5</KEYWORD><KEYWORD>Dehra tal-konvenut</KEYWORD><KEYWORD>Qorti adita fl-istess waqt b’talba għal divorzju u l-konsegwenzi tiegħu f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri kif ukoll talba għal manteniment dwar il-wild komuni</KEYWORD><KEYWORD>Sentenza ta’ din il-qorti li tiċħad il-ġurisdizzjoni tagħha f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tat-talba dwar l-obbligu tal-manteniment fir-rigward tal-wild</KEYWORD><KEYWORD>Qorti fl-aħjar pożizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tal-kawża</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(a) u (d), kif ukoll tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-<DATE ISO="20081218">18 ta’ Diċembru 2008</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="007" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 7, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn R, residenti fir-Renju Unit, u P, residenti fir-Rumanija, dwar talba għal pensjoni tal-manteniment għall-manteniment tat-tifla komuni tagħhom, ippreżentata fil-kors ta’ proċedura ta’ divorzju u f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-kawża prinċipali toffri l-opportunità lill-Qorti tal-Ġustizzja, minn naħa, li tippreċiża l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 3(a) u (d) kif ukoll tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 4/2009 u, min-naħa l-oħra, li tiddeċiedi fuq l-obbligu tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni f’materji ta’ obbligi ta’ manteniment li tiffavorixxi l-konċentrazzjoni tal-kawżi skont l-interess superjuri tal-wild, li hija diġà ħadet inkunsiderazzjoni sabiex tiddikjara li ma għandhiex ġurisdizzjoni f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 2201/2003</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-premessi 5, 11 u 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-<DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1347/2000<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243.</P></NOTE>, jipprovdu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>(5)</NO.P><TXT>Sabiex l-ugwaljanza għal minuri kollha tkun assigurata, dan ir-Regolament ikopri d-deċizjonijiet kollha dwar ir-responsabbilità ta’ l-ġenituri, inkluzi l-miżuri ta’ protezzjoni għall-minuri, indipendentement minn xi konnessjoni ma’ xi proċedura matrimonjali.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT>L-obligazzjonijiet ta’ manteniment huma esklużi mill-iskop ta’ dan ir-Regolament peress li dawn huma diġà koperti mir-Regolament ta’ l-Kunsill Nru 44/2001 [tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE> dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.</P></NOTE>]. Il-qrati li għandhom il-ġurisdizzjoni taħt dan ir-Regolament ġeneralment għandhom il-ġurisdizzjoni biex jiddeċiedu dwar l-obbliġazzjonijiet ta’ manteniment billi japplikaw l-Artikolu 5(2) tar-Regolament [Nru 44/2001]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Ir-raġunijiet ta’ l-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbilità ta’ l-ġenituri stabbiliti fir-Regolament preżenti huma fformati fi ħdan l-aqwa interessi għall-minuri, u partikolarment dwar il-kriterju ta’ l-qrubija. Dan ifisser li l-ġurisdizzjoni għandha toqgħod l-ewwelnett ma’ l-Istat Membru tar-residenza abitwali ta’ l-minuri, ħlief għal ċerti każijiet fejn hemm tibdil fir-residenza ta’ l-minuri jew skond ftehim bejn dawk il-ġenituri li huma d-detenturi tar-responsabilità.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament għandu japplika, tkun xi tkun in-natura ta’ l-qorti jew tribunal, fi kwistjonijiet ċivili dwar:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>id-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieġ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-attribuzzjoni, l-ezerċizzju, id-delegazzjoni, ir-restrizzjoni jew it-terminazzjoni tar-responsabbilità ta’ l-ġenituri.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:</P><P>[...]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>l-obbliġazzjonijiet ta’ manteniment;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(7) tal-imsemmi regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><P>[...]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT>il-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>responsabbilità ta’ l-ġenituri<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> għandhom ifissru d-drittijiet u r-responsabbilitajiet kollha dwar il-persuna jew il-proprjetà ta’ l-minuri li huma moghtija lil persuna jew persuna legali b’sentenza, bl-operazzjoni ta’ l-liġi jew b’xi fteħim li għandu effetti legali. Il-kliem se jinkludu d-drittijiet ta’ kustodja u d-drittijiet ta’ l-aċċess.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1)(b) tal-istess regolament, għandhom ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu fuq kwistjonijiet dwar id-divorzju l-qrati tal-Istat Membru li tiegħu ż-żewġ konjuġi għandhom in-nazzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 2201/2003 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-qrati ta’ Stat Membru għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbilità ta’ l-ġenituri dwar minuri li huma abitwalment residenti f’dak l-Istat Membru fiż-żmien li l-qorti tkun ħadet il-pussess.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-paragrafu 1 għandu jkun bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 9, 10 u 12.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(1) ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Il-qrati ta’ xi Stat Membru li jeżerċitaw l-ġurisdizzjoni bis-saħħa ta’ l-Artikolu 3 dwar l-applikazzjoni għad-divorzju, għas-separazzjoni legali jew għall-annullament taż-żwieg għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni dwar kwalsijasi kwistjoni dwar ir-responsabbilità ta’ l-ġenituri li għandha x’taqsam ma’ dik l-applikazzjoni fejn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>mill-inqas wieħed mill-konjuġi għandu jew għandha r-responsabbilità bħala ġenituri fir-rigward tal-minuri</TXT><P>u</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-ġurisdizzjoni ta’ l-qrati ġiet aċċettata espressament jew xort’oħra f’mod inekwivokabbli mill-konjuġi u bejn dawk il-ġenituri li huma d-detenturi tar-responsabilità, fil-ħin li l-qorti tieħu pussess ta’ dan, u tkun fl-aqwa nteressi ta’ l-minuri.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 4/2009</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Dan ir-regolament jissostitwixxi d-dispożizzjonijiet dwar l-obbligi ta’ manteniment tar-Regolament Nru 44/2001<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara, fir-rigward tar-rilevanza tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar ir-regolament, fil-qasam, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Sanders u Huber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑400/13 u C‑408/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2461">EU:C:2014:2461</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Huwa jissostitwixxi wkoll, f’materji li jirrigwardaw obbligi ta’ manteniment, ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE> li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar għal talbiet mhux kontestati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 38.</P></NOTE>, bl-eċċezzjoni tat-titoli eżekuttivi Ewropej<?PAGE NO="4"?> dwar l-obbligi ta’ manteniment maħruġa mill-Istati Membri li ma humiex marbuta bil-Protokoll ta’ Den Haag tat-<DATE ISO="20071123">23 ta’ Novembru 2007</DATE> fuq il-liġi applikabbli għall-obbligi ta’ manteniment, approvat, f’isem il-Komunità Ewropea, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/941/KE tat-<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="331" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 331, p. 17</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Protokoll ta’ Den Haag tal-2007<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</P></NOTE>, jiġifieri r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq u r-Renju tad-Danimarka<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Dan il-Protokoll ġie rratifikat mill-Unjoni Ewropea fit-<DATE ISO="20100408">8 ta’ April 2010</DATE> f’isem l-Istati Membri, bl-eċċezzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati, li ma aderixxewx għalih. Ara, f’dan ir-rigward, il-lista tal-Istati partijiet fil-<DATE ISO="20170331">31 ta’ Marzu 2017</DATE>, disponibbli fuq is-sit internet tal-Konferenza ta’ Den Haag: https://www.hcch.net/fr/instruments/conventions/status-table/?cid=133.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Minħabba d-data tal-applikazzjoni tal-Protokoll ta’ Den Haag tal‑2007 fl-Unjoni, ir-Regolament Nru 4/2009 huwa applikabbli wara t-<DATE ISO="20110618">18 ta’ Ġunju 2011</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 4/2009. Għandha ssir distinzjoni bejn id-data ta’ applikazzjoni u d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ta’ Den Haag tal‑2007, iffissata għall-<DATE ISO="20130801">1 ta’ Awwissu 2013</DATE> bejn l-Istati partijiet kollha. Ara, ukoll, Gaudemet‑Tallon, H. u Ancel, M.‑E., <HT TYPE="ITALIC">Compétence et exécution des jugements en Europe, Règlements 44/2001 et 1215/2012, Conventions de Bruxelles (1968) et de Lugano (1998 et 2007)</HT>, is-sitt edizzjoni, Librairie générale de droit et de jurisprudence, collection <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Droit des affaires<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, Pariġi, 2018, punt 216, p. 318.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Konformement mal-premessi 1 u 2 tiegħu, ir-Regolament Nru 4/2009 kif ukoll, b’mod partikolari, ir-Regolamenti Nri 44/2001 u 2201/2003 huma intiżi għall-adozzjoni ta’ miżuri li jaqgħu fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-materji ċivili li għandhom effetti transkonfinali u intiżi, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, sabiex jiffavorixxu l-kompatibbiltà tar-regoli applikabbli fl-Istati Membri f’materji ta’ kunflitti tal-liġijiet u tal-ġurisdizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Il-premessi 9, 10 u 15 tar-Regolament Nru 4/2009 jipprovdu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>(9)</NO.P><TXT>Kreditur ta’ manteniment għandu jkun jista’ jikseb faċilment, fi Stat Membru, deċiżjoni li tkun awtomatikament eżegwibbli fi Stat Membru ieħor mingħajr il-ħtieġa ta’ ebda formalità oħra.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, huwa xieraq li jiġi stabbilit att komunitarju fil-qasam tal-obbligi ta’ manteniment li jiġbor id-dispożizzjonijiet dwar il-kunflitti ta’ ġurisdizzjonijiet, il-kunflitti ta’ liġijiet, ir-rikonoxximent u l-eżekutorjetà, l-eżekuzzjoni, l-għajnuna legali u l-kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Ċentrali.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(15)</NO.P><TXT>Sabiex jiġu protetti l-interessi tal-kredituri ta’ manteniment u tiġi promossa l-amministrazzjoni ġusta tal-ġustizzja [fl-Unjoni], għandhom jiġu adattati r-regoli relatati mal-ġurisdizzjoni, kif jirriżultaw mir-Regolament [Nru 44/2001]. Il-fatt li konvenut ikollu r-residenza abitwali tiegħu fi Stat Terz m’għandux jibqa’ fattur għall-esklużjoni ta’ l-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-kompetenza, u m’għandhiex tibqa’ ssir l-ebda referenza għal-liġi nazzjonali. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jiddetermina l-każijiet li fihom qorti ta’ Stat Membru tista’ teżerċita kompetenza sussidjarja.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fil-punt 10 tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 4/2009, il-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>kreditur<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> hija ddefinita bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>kwalunkwe individwu li huwa dovut manteniment jew li jallega li huwa dovut<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Fi kwistjonijiet relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, fl-Istati Membri, il-ġurisdizzjoni għandha tkun f’idejn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-qorti tal-post fejn il-konvenut għandu r-residenza abitwali tiegħu, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-qorti tal-post fejn il-kreditur għandu r-residenza abitwali tiegħu, jew</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>il-qorti li, skont il-liġi tagħha stess, għandha l-ġurisdizzjoni biex twettaq proċedimenti li jikkonċernaw l-istatus ta’ persuna jekk il-kwistjoni relatata ma’ manteniment tkun anċillari għal dawk il-proċedimenti, sakemm dik il-ġurisdizzjoni ma tkunx ibbażata unikament fuq iċ-ċittadinanza ta’ waħda mill-partijiet, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>il-qorti li, skont il-liġi tagħha stess għandha l-ġurisdizzjoni biex iżżomm proċeduri li jikkonċernaw ir-responsabbiltà ta’ ġenitur jekk il-kwistjoni relatata ma’ manteniment tkun anċillari għal dawk il-proċeduri, sakemm dik il-ġurisdizzjoni ma tkunx ibbażata unikament fuq in-nazzjonalità ta’ waħda mill-partijiet.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Ġurisdizzjoni bbażata fuq il-preżenza tal-konvenut<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Apparti mill-ġurisdizzjoni li toħroġ minn dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament, qorti ta’ Stat Membru fejn il-konvenut ikun deher għandha jkollha l-ġurisdizzjoni. Din ir-regola m’għandhiex tapplika jekk il-preżenza saret biex tkun ikkontestata l-ġurisdizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Verifika tal-ġurisdizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Fejn qorti ta’ Stat Membru hija invokata għal każ li fir-rigward tiegħu ma għandha l-ebda ġurisdizzjoni skont dan ir-Regolament hija għandha tiddikjara hi stess li ma għandha l-ebda ġurisdizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fl-Artikoli 12, 13 u 14 tar-Regolament Nru 4/2009 huma stabbiliti r-regoli, rispettivament dwar il-<HT TYPE="ITALIC">lis pendens</HT>, azzjonijiet relatati kif ukoll miżuri provviżorji u protettivi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Rumen</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Skont id-digriet tar-rinviju, qorti Rumena li ddikjarat li għandha ġurisdizzjoni tista’ teżamina l-ġurisdizzjoni tagħha mill-ġdid, <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jew fuq talba tal-partijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara, f’dan ir-rigward, l-Artikolu 1071 tal-Codul de procedură civilă (Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili) iċċitat fid-digriet tar-rinviju tal-kawża OF (C‑759/18), attwalment pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (p. 5).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>R u P, ċittadini Rumeni, iżżewġu fil-<DATE ISO="20150815">15 ta’ Awwissu 2015</DATE> fir-Rumanija. Huma rispettivament missier u omm tifla li twieldet fit-<DATE ISO="20151108">8 ta’ Novembru 2015</DATE> f’Belfast (ir-Renju Unit) fejn huma għexu qabel isseparaw fl-2016. P irritorna r-Rumanija, filwaqt li R baqgħet f’Belfast flimkien mal-wild.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors tad-<DATE ISO="20160929">29 ta’ Settembru 2016</DATE>, R ħarrket lil P quddiem il-Judecătoria Constanța (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Constanța, ir-Rumanija) sabiex tikseb id-divorzju, l-istabbiliment tad-domiċilju tat-tifla magħha, l-awtorizzazzjoni sabiex teżerċita waħedha l-awtorità tal-ġenituri u l-kundanna sabiex P iħallas pensjoni tal-manteniment favur it-tifla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>P ikkontesta l-ġurisdizzjoni ta’ din il-qorti. Hija ddikjarat ruħha li għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tat-talba għal divorzju, minħabba n-nazzjonalità tal-konjuġi, b’applikazzjoni tal-Artikolu 3(b) tar-Regolament Nru 2201/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Wara s-sentenza mogħtija fit-<DATE ISO="20170608">8 ta’ Ġunju 2017</DATE> li permezz tagħha dik il-qorti sseparat it-talbiet ta’ R, infetħu żewġ kawżi ġodda li għandhom l-għan, f’waħda minnhom, ir-responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward tat-tifla kif ukoll il-fissazzjoni tad-domiċilju tagħha mal-attriċi, u fl-oħra, il-kundanna ta’ P għall-ħlas ta’ pensjoni tal-manteniment favur din it-tifla.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kawża dwar l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri, il-Judecătoria Constanța (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Constanța) iddikjarat li ma għandhiex ġurisdizzjoni, b’applikazzjoni tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 2201/2003, billi ħadet inkunsiderazzjoni l-interess superjuri tat-tifla. Barra minn hekk, dik il-qorti ddeċidiet li huma l-qrati tar-Renju Unit li għandhom ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu fuq din it-talba, konformement mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 2201/2003, minħabba r-residenza abitwali tat-tifla f’dan l-Istat Membru sa mit-twelid tagħha. Il-partijiet ma ressqux appell kontra din is-sentenza ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kawża dwar il-pensjoni tal-manteniment favur it-tifla, il-qorti tar-rinviju ddikjarat li għandha ġurisdizzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 4/2009, fid-dawl tar-residenza abitwali tal-konvenut, P. Din il-qorti ssostni li P deher quddiemha mingħajr ma qajjem eċċezzjoni li ma għandhiex ġurisdizzjoni, imma tiddikjara li għandha tressaq rinviju għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Din il-qorti żżid li l-partijiet fil-proċedura, R u P, qablu li jkun opportun li ssir din it-talba ta’ interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni applikabbli. Din l-istess qorti taqbel ma’ din l-analiżi, billi tħoss li, qabel kull eżami tal-mertu tat-talba dwar l-obbligu tal-manteniment dwar it-tifla u kull stadju tal-proċedura, hija tista’ dejjem teżamina l-ġurisdizzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar ir-relazzjoni bejn tliet dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 4/2009, jiġifieri l-Artikolu 3(a) u (d), kif ukoll l-Artikolu 5.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Din il-qorti tistaqsi jekk, minħabba l-fatt li t-talba dwar l-obbligu tal-manteniment hija aċċessorja għat-talba dwar responsabbiltà tal-ġenituri, l-uniku kriterju applikabbli sabiex tiġi ddeterminata liema hija l-qorti li għandha ġurisdizzjoni fl-Istati Membri huwiex dak previst mill-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 4/2009, bl-esklużjoni tal-kriterji l-oħra previsti fl-Artikolu 3(a), jew fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament li jistgħu jservu ta’ bażi għall-ġurisdizzjoni tagħha, jiġifieri r-residenza abitwali tal-konvenut jew il-preżenza tiegħu quddiemha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tesprimi l-fehma li soluzzjoni li tadotta dawn l-aħħar żewġ kriterji ta’ ġurisdizzjoni tkun qiegħda tqiegħed fid-diskussjoni n-natura aċċessorja tat-talba għal pensjoni tal-manteniment u ser tkun kontra l-interess superjuri tal-wild li minħabba fih hija ċaħdet il-ġurisdizzjoni tagħha f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri. Raġunijiet ta’ natura prattika marbuta mal-ġbir tal-provi u l-ħeffa tal-proċedura wkoll jiffavorixxu din is-soluzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Din il-qorti tqis, barra minn hekk, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 4/2009, li dan il-kap ta’ ġurisdizzjoni għandu jkun eskluż jekk il-fatt li t-talba dwar l-obbligu tal-manteniment hija aċċessorja għal dik dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri għandu jkollu effetti fuq il-kontestazzjoni minn P tal-ġurisdizzjoni tagħha fl-eżami ta’ din it-talba f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara l-punt 22 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Insostenn ta’ dawn l-argumenti, il-qorti tar-rinviju tirreferi għas-sentenza tas-<DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, A<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>C‑184/14, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>A<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></NAME.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:479">EU:C:2015:479</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, imma tesprimi dubji dwar il-portata tagħha minħabba d-differenza ta’ ċerti ċirkustanzi ta’ fatt ma’ dawk tal-kawża prinċipali. Hija tinnota l-assenza ta’ kontestazzjoni tal-ġurisdizzjoni tagħha mill-konvenut, P, u l-fatt li hija l-unika qorti adita bil-kawżi tal-familja, minkejja s-sentenza ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni bbażata fuq il-post tar-residenza abitwali tal-bint.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Judecătoria Constanța (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Constanța) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja s-segwenti domandi preliminari:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1)</NO.P><TXT>Meta qorti ta’ Stat Membru tkun adita, permezz ta’ rikors wieħed, bi tliet talbiet, jiġifieri dwar ix-xoljiment taż-żwieġ tal-ġenituri ta’ wild minuri, dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward ta’ dan il-wild u dwar l-obbligu ta’ manteniment lejh, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(a) u (d), u tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 4/2009, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li l-qorti li tiddeċiedi dwar id-divorzju, li hija wkoll il-qorti tal-post tar-residenza abitwali tal-konvenut u l-qorti li quddiemha deher il-konvenut, tista’ tiddeċiedi fuq it-talba dwar il-pensjoni tal-manteniment favur il-wild, anki jekk din il-qorti iddikjarat lilha nnifisha bħala li ma għandhiex ġurisidizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward ta’ dan il-wild, jew inkella [fis-sens li] hija biss il-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tat-talba dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward tal-wild li tista’ tiddeċiedi fuq it-talba dwar il-pensjoni tal-manteniment?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fl-istess sitwazzjoni f’dak li jikkonċerna t-tressiq tal-kawża quddiem il-qorti nazzjonali, it-talba dwar il-pensjoni tal-manteniment favur il-wild iżżomm in-natura anċillari tagħha meta mqabbla mal-azzjoni dwar ir-responsabbiltà talġenituri, fis-sens tal-Artikolu 3(d) tal-imsemmi regolament?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ li tingħata risposta negattiva għat-tieni domanda, huwa fl-aħjar interessi tal-minuri li qorti ta’ Stat Membru li jkollha ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 4/2009 tiddeċiedi fuq it-talba dwar l-obbligu ta’ manteniment tal-ġenitur lejn il-wild minuri li ħareġ miż-żwieġ li tiegħu qed jintalab ix-xoljiment, filwaqt li din il-qorti ddikjarat ruħha li ma għandhiex ġurisidizzjoni f’dak li jikkonċerna l-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri, billi, permezz ta’ deċiżjoni li għandha l-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>, ikkonkudiet li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 12 tar-Regolament [Nru 2201/2003] ma kinux issodisfatt?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi preliminari tagħha, li jiena nipproponi li neżamina lkoll flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3(a) u l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 4/2009 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li huma jopponu li qorti ta’ Stat Membru li għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ kawża dwar obbligu tal-manteniment indirizzata kontra konvenut abitwalment residenti f’dan l-Istat Membru jew li jidher quddiem din il-qorti tirrinunzja milli teżerċita din il-ġurisdizzjoni għar-raġuni li din it-talba hija aċċessorja għal talba f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, fis-sens tal-Artikolu 3(d) ta’ dan ir-regolament, u li l-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ din l-aħħar talba għandha tkun fl-aħjar pożizzjoni, meħud inkunsiderazzjoni l-interess superjuri tal-wild, sabiex tiddeċiedi fuq dawn it-talbiet.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandhom jiġu nnotati xi elementi dwar il-kuntest li fih oriġinat din id-domanda.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, bħal f’kawżi oħra numerużi preċedenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi A (punti 15 sa 17), u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>A</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑489/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:654">EU:C:2015:654</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll id-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180116">16 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>PM</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑604/17</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:10">EU:C:2018:10</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>IQ</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑478/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:812">EU:C:2018:812</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara, barra minn hekk, it-talba għal deċiżjoni preliminari fil-kawża OF (C-759/18), attwalment pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li, fil-punt 13, issemmi kawżi numerużi li jixxiebhu dwar ċittadini Rumeni abitwalment residenti fi Stat Membru ieħor, f’dak il-każ l-Italja, li tirrigwarda l-ġurisdizzjoni tal-qorti adita b’materja ta’ responsabbiltà tal-ġenituri u ta’ obbligu tal-manteniment, fl-istess kundizzjonijiet bħal dawk tal-kawża prinċipali.</P></NOTE>, il-kawża intiża sabiex tikseb ix-xoljiment tar-rabta taż-żwieġ, f’dan il-każ id-divorzju, kif ukoll sabiex torganizza l-konsegwenzi għall-wild tal-koppja miżżewġa, inbdiet quddiem il-qorti kompetenti sabiex tiddeċiedi fuq ix-xoljiment, minħabba n-nazzjonalità komuni tal-miżżewġin, filwaqt li r-residenza abitwali ta’ parti minnhom, tal-inqas, u tal-wild kienet stabbilita fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>F’każ bħal dan, l-għażla tar-rikorrenti li jadixxi qorti waħda għat-talbiet kollha tiegħu hija ġeneralment iggwidata mix-xewqa li jibbenefika mill-vantaġġi tal-konċentrazzjoni tal-kawżi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tfakkar li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>[k]onformement mad-dritt nazzjonali, f’ipoteżi bħal din, l-awtorità tal-ġenitur u l-pensjoni tal-manteniment huma aċċessorji fil-konfront tal-kap tat-talba dwar id-divorzju (Artikolu 931(2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura [Ċivili])<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. L-għażla tal-kriterju tan-nazzjonalità tal-miżżewġin tista’ wkoll tkun iġġustifika bl-għażla tal-liġi applikabbli għas-separazzjoni. F’dan ir-rigward, jista’ jiġi nnotat li r-Renju Unit ma huwiex marbut bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010 tal-<DATE ISO="20101220">20 ta’ Diċembru 2010</DATE> li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="343" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 343, p. 10</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Billi dan huwa każ ta’ tilwima matrimonjali li għandha effetti transkonfinali, l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 2201/2003 li jipprevedi proroga ta’ ġurisdizzjoni f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 4/2009 jippermettu lir-rikorrenti li jilħaq dan l-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, wara l-kontestazzjoni inizjali tal-ġurisdizzjoni tal-qorti tar-rinviju, jiġifieri l-qorti Rumena, mill-konvenut, P, missier it-tifla<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara l-punt 22 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, din iddikjarat li għandha ġurisdizzjoni fir-rigward tad-divorzju, imma li ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri, meħud inkunsiderazzjoni l-interess superjuri tal-wild.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Konsegwentement għandu jiġi vverifikat skont liema kriterji meħuda mill-Artikoli 3 u 5 tar-Regolament Nru 4/2009, li huma biss applikabbli f’dan il-każ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>L-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 4/2009, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Għażla tal-qorti<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, ma huwiex applikabbli f’kawża dwar obbligu tal-manteniment fir-rigward ta’ wild ta’ inqas minn 18-il sena, konformement mas-subartikolu 3 tiegħu. L-Artikolu 6 ta’ dan ir-regolament jipprevedi ġurisdizzjoni sussidjarja bbażata fuq in-nazzjonalità komuni tal-partijiet, filwaqt li l-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament joħloq <HT TYPE="ITALIC">forum necessitatis</HT>.</P></NOTE>, din il-qorti tista’ tieħu konjizzjoni tal-kawża dwar l-obbligu tal-manteniment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara, fir-rigward tal-assenza ta’ kontestazzjoni mill-missier tal-ġurisdizzjoni tal-qorti adita fil-kuntest ta’ din il-proċedura, il-punt 25 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-kriterji meħuda mill-Artikoli 3 u 5 tar-Regolament Nru 4/2009</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament jikkontjeni żewġ kategoriji ta’ kriterji, waħda marbuta mar-residenza ta’ waħda mill-partijiet (sub-paragrafu (a) għall-konvenut jew subparagrafu (b) għall-kreditur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju, ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Sanders u Huber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑400/13 u C‑408/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2461">EU:C:2014:2461</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, u, speċjalment, fuq il-ġustifikazzjoni ta’ dan il-kriterju, punt 34).</P></NOTE>), l-oħra li torganizza l-konċentrazzjoni tal-kawżi (subparagrafu (ċ) f’każ ta’ kawża dwar l-istat tal-persuni jew subparagrafu (d) f’każ ta’ kawża dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Billi l-kreditur ta’ manteniment, jiġifieri, f’dan il-każ, il-bint minuri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara d-definizzjoni tal-kreditur ta’ manteniment li tidher fil-punt 10 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 4/2009. Din għandha titqabbel mal-Artikolu 46 ta’ dan ir-regolament dwar għajnuna legali b’xejn dwar applikazzjoni għall-manteniment dovut lill-ulied. Ara, ukoll, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040115">15 ta’ Jannar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Blijdenstein</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑433/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:21">EU:C:2004:21</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, minn fejn jirriżulta li l-kreditur ta’ manteniment huwa dik il-persuna li l-bżonnijiet tagħha għandhom jiġu stabbiliti mill-qorti adita). Ara, barra minn hekk, Fongaro, E. u Hector, P., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Obligation alimentaire<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, <HT TYPE="ITALIC">Répertoire de droit européen, Encyclopédie juridique Dalloz</HT>, Dalloz, Pariġi, 2018, punt 97, kif ukoll Ancel, B. u Muir Watt, H., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Aliments sans frontières<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, <HT TYPE="ITALIC">Revue critique de droit international privé</HT>, Dalloz, Pariġi, 2010, Nru 3, pp. 457 sa 484, b’mod partikolari punt 4, nota ta’ qiegħ il-paġna 9 (p. 460), u punt 8 (pp. 463 u 464). Ara, f’dan l-istess sens, Hellner, M., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Maintenance obligations<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, <HT TYPE="ITALIC">Encyclopedia of Private International Law</HT>, Edward Elgar Publishing, Cheltenham, 2017, pp. 1185 sa 1194, b’mod partikolari p. 1190.</P></NOTE>, li f’isimha nbdiet il-kawża minn ommha, R, hija abitwalment residenti fir-Renju Unit, il-qorti tar-rinviju korrettement iddikjarat li għandha ġurisdizzjoni, wara s-separazzjoni tal-kawżi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Għandha titqabbel is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>IQ</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑478/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:812">EU:C:2018:812</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, sabiex tiddeċiedi fuq it-talba għal manteniment, b’applikazzjoni tal-kriterju previst fl-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 4/2009 minħabba l-post fejn il-konvenut, P, għandu r-residenza abitwali tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Jista’ jiġi nnotat li dan il-kriterju ma tteħidx inkunsiderazzjoni għad-divorzju.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Billi l-bint hija residenti fi Stat Membru ieħor, il-ġurisdizzjoni tal-qorti tar-rinviju ma setgħetx tkun ibbażata fuq l-Artikolu 3(b) ta’ dan ir-regolament. Il-kriterji l-oħra ta’ natura proċedurali li huma suxxettibbli li jiġġustifikaw il-ġurisdizzjoni tal-qorti tar-rinviju huma applikabbli?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Billi hija qorti tar-Renju Unit li għandha tkun adita bit-talba f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara punti 24 u 31 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, għandha tibqa’ l-ġurisdizzjoni tal-qorti tar-rinviju, li għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tad-divorzju, ibbażata fuq l-Artikolu 3(ċ) ta’ dan ir-regolament. Il-Qorti tal-Ġustizzja eskludiet din il-possibbiltà fis-sentenza A, li kienet tirrigwarda ċirkustanzi ta’ fatt simili għal dawk tal-kawża prinċipali. Hija l-portata essenzjali ta’ din is-sentenza, mogħtija f’kuntest proċedurali differenti, li twassal sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja jkollha tiddetermina għal liema kawża dik dwar il-manteniment li jikkonċerna l-bint kienet aċċessorja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>F’din il-kawża, il-miżżewġin kif ukoll iż-żewġ uliedhom minorenni kienu Taljani u jgħixu permanentement f’Londra (ir-Renju Unit). Qorti Taljana kienet ġiet adita b’talba dwar ir-rabta matrimonjali u l-konsegwenzi tagħha għall-ulied, filwaqt li iktar tard inbdiet proċedura mill-istess rikorrenti quddiem Qorti Ingliża intiża sabiex tiddefinixxi l-kundizzjonijiet tal-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri. L-ewwel qorti adita kienet iddeduċiet mill-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 2201/2003 li l-qrati Ingliżi biss kellhom ġurisdizzjoni sabiex jieħdu konjizzjoni tal-kwistjonijiet marbuta mar-responsabbiltà tal-ġenituri, fis-sens tal-punt 7 tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, minħabba r-residenza abitwali tat-tfal f’Londra.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>[l]-Artikolu 3(ċ) u (d) tar-Regolament Nru 4/2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fejn qorti ta’ Stat Membru <HT TYPE="ITALIC">tkun adita</HT> b’azzjoni dwar is-separazzjoni jew it-tmiem tar-rabta konjugali bejn il-ġenituri ta’ wild minuri u qorti ta’ Stat Membru ieħor <HT TYPE="ITALIC">tkun adita</HT> b’azzjoni għar-responsabbiltà tal-ġenituri li tikkonċerna lil dan il-wild, talba dwar obbligu ta’ manteniment li tikkonċerna lil dan l-istess wild hija anċillari biss għall-azzjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, fis-sens tal-Artikolu 3(d) ta’ dan ir-regolament<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza A (punt 48). Korsiv miżjud minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Jirriżulta għaldaqstant mill-analiżi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 4/2009 li, fil-kawża prinċipali, wieħed minnhom biss, dak stabbilit fis-subparagrafu (a) ta’ dan l-artikolu, jippermetti lill-qorti tar-rinviju li tiddeċiedi f’materji ta’ obbligi ta’ manteniment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Konsegwentement, fl-ewwel lok, għandu jiġi ppreċiżat li l-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament, invokat mill-qorti tar-rinviju minħabba l-preżenza tal-konvenut, ma huwiex applikabbli għar-raġuni li din id-dispożizzjoni tipprevedi kap ta’ ġurisdizzjoni applikabbli f’każ ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti adita<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Naqbel mal-opinjoni espressa mill-Kummissjoni Ewropea li dan l-artikolu jikkostitwixxi speċi ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>proroga taċita<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> ta’ ġurisdizzjoni. F’dan l-istess sens, ara, b’mod partikolari, Gallant, E., <HT TYPE="ITALIC">Droit processuel civil de l’Union européenne</HT>, LexisNexis, Pariġi, 2011, punt 319, p. 109, li juża l-istess frażi u jippreċiża li din ir-regola tawtorizza qorti li ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi f’materji ta’ obbligi ta’ manteniment. Għandu jitqabbel l-Artikolu 26(1) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1215/2012 tat-<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-kawża prinċipali turi perfettament il-fatt li, meta l-qorti għandha ġurisdizzjoni minħabba r-residenza abitwali tal-konvenut, il-kriterju bbażat fuq id-dehra personali quddiem il-qorti adita mingħajr ma jikkontesta l-ġurisdizzjoni tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Dan huwa l-każ, fil-fehma tiegħi, f’dan il-każ fil-kuntest tal-kawża dwar l-obbligu tal-manteniment wara s-separazzjoni tal-kawżi u, konsegwentement, tal-proċeduri. Ara, f’dan ir-rigward, il-mistoqsijiet tal-qorti tar-rinviju mfakkra fil-punt 30 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE> ma tippreżentax interess partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-effetti li l-qorti tar-rinviju tixtieq tiġbed min-natura aċċessorja tat-talba dwar l-obbligu tal-manteniment fil-konfront ta’ dik dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, għandu qabelxejn jiġi nnotat li, fil-kawża prinċipali, il-konstatazzjoni tal-assenza ta’ referenza ta’ qorti tar-Renju Unit sabiex tieħu konjizzjoni ta’ tali talba u, jekk ikun il-każ, ta’ dik dwar l-obbligu tal-manteniment, wara s-separazzjoni tal-azzjonijiet inizjali, hija suffiċjenti sabiex telimina kull dubju dwar l-applikazzjoni tal-uniku kriterju ta’ ġurisdizzjoni, jiġifieri dak ibbażat fuq l-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 4/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Sussegwentement, jista’ jiġi nnotat li, f’dawn il-kundizzjonijiet, ma hemm l-ebda raġuni sabiex jiġu investigati l-konsegwenzi possibbli tad-dispożizzjonijiet dwar <HT TYPE="ITALIC">lis pendens</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 4/2009.</P></NOTE> u l-konnessjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 4/2009.</P></NOTE> mat-tieni qorti adita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-ebda soluzzjoni ma tista’, lanqas, tiġi dedotta mill-motivi tas-sentenza A fis-sens issuġġerit mill-qorti tar-rinviju u sostnut, ukoll, mill-Gvern Rumen. Fil-fatt, dawn jikkunsidraw li, f’każ ta’ azzjonijiet magħquda dwar il-wild komuni marbuta mar-responsabbiltà tal-ġenituri u mal-obbligu tal-manteniment, il-qorti tal-Istat Membru li fih dan il-wild għandu r-residenza abitwali tiegħu għandu jkollha ġurisdizzjoni esklużiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju nnotat li l-Qorti tal-Ġustizzja kienet iddeċidiet li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>[m]in-natura tagħha, talba dwar l-obbligi ta’ manteniment li jikkonċernaw l-ulied minuri hija [...] intrinsikament marbuta mal-azzjoni għar-responsabbiltà tal-ġenituri<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>l-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tal-azzjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-ġenitur, kif iddefinita fl-Artikolu 2(7) tar-Regolament Nru 2201/2003, tkun fl-aħjar pożizzjoni sabiex tevalwa <HT TYPE="ITALIC">in concreto</HT> il-kwistjonijiet li jqumu mit-talba dwar obbligu ta’ manteniment favur wild, tiffissa l-ammont tal-imsemmi obbligu intiż sabiex jikkontribwixxi għall-ispejjeż ta’ manteniment u tal-edukazzjoni tal-wild, billi tadattah skont il-metodu ta’ kustodja stabbilit, konġunta jew esklużiva, skont id-dritt ta’ żjara, it-tul ta’ dan id-dritt u l-elementi l-oħra ta’ natura fattwali relatati mal-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri mressqa quddiemha<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Sentenza A (punti 40 u 43).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>B’hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja impliċitament ikkunsidrat li, fiċ-ċirkustanzi kollha, il-kriterju tar-residenza abitwali tal-wild, u għaldaqstant tal-kreditur ta’ manteniment, għandu jkun ipprivileġġat minħabba r-riskju ta’ inkonsistenza bejn is-sentenza tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni f’materji ta’ obbligi ta’ manteniment u dik tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni esklużivament sabiex tiddeċiedi fuq ir-responsabbiltà tal-ġenituri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara, f’dan is-sens, Gallant, <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>., punt 313, p. 108.</P></NOTE>?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, jista’ jiġi dedott mis-sentenza A li l-qorti, li ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq it-talba ta’ responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward ta’ wild, għandha tirrinunzja milli teżerċita l-ġurisdizzjoni tagħha f’materji ta’ obbligi ta’ manteniment li jikkonċernawh favur qorti li għandha tkun fl-aħjar pożizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq din it-talba?</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Jien ma naħsibx li dan huwa l-każ. Għalkemm is-sentenza A kkjarifikat ir-relazzjoni bejn il-kriterji li jissemmew fl-Artikolu 3(ċ) u (d) tar-Regolament Nru 4/2009, hija ma ddeċidietx fuq il-kriterji l-oħra ta’ ġurisdizzjoni previsti f’dan l-Artikolu 3 jew fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament. Eżami ta’ dawn tal-aħħar, fil-fatt, ma kienx utli għall-qorti tar-rinviju, għaliex, kuntrarjament għaċ-ċirkustanzi ta’ fatt tal-kawża prinċipali, il-miżżewġin, ġenituri tat-tfal kredituri ta’ manteniment, kellhom ir-residenza abitwali tagħhom fl-istess Stat Membru ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Għalhekk, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-interess superjuri tal-wild kien neċessarju sabiex jiġu interpretati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(ċ) u (d) tar-Regolament Nru 4/2009 bl-għan li ssir distinzjoni bejniethom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara s-sentenza A (punti 43 sa 46 u, b’mod partikolari, dan l-aħħar punt).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Din l-analiżi tal-portata tas-sentenza A hija kkorroborata bid-digrieti reċenti tas-<DATE ISO="20180116">16 ta’ Jannar 2018</DATE>, PM<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑604/17</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:10">EU:C:2018:10</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, u tal-<DATE ISO="20180410">10 ta’ April 2018</DATE>, CV<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑85/18 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:220">EU:C:2018:220</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. Minn dawn jirriżulta li, jekk qorti ma hijiex dik li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq talba f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward ta’ wild minuri u għalhekk ma hijiex dik li għandha ġurisdizzjoni fuq il-mertu tal-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 4/2009 sabiex tiddeċiedi fuq talba dwar obbligu tal-manteniment favur dan il-wild, jeħtieġ, madankollu, li jiġi vverifikat jekk hija tistax tkun dik li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq din l-aħħar talba bis-saħħa ta’ xi titolu ieħor taħt dan ir-regolament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara d-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180116">16 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>PM</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑604/17</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:10">EU:C:2018:10</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u d-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180410">10 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>CV</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑85/18 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:220">EU:C:2018:220</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kwalunkwe interpretazzjoni oħra tas-sentenza A, fis-sens issuġġerit mill-qorti tar-rinviju, ser twassal, minn naħa, sabiex jiġi ttraskurat li l-motivi ta’ din is-sentenza jservu prinċipalment sabiex jiġġustifikaw it-tagħqid mill-ġdid tat-talba dwar l-obbligu tal-manteniment ma’ dik dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri pjuttost milli ma’ dik dwar ir-rabta konjugali. Min-naħa l-oħra, portata bħal din mogħtija lill-imsemmija sentenza ma hijiex ser tieħu inkunsiderazzjoni la l-kliem u lanqas il-kuntest tar-Regolament Nru 4/2009 u lanqas l-għanijiet imfittxija minnu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara, b’mod partikolari, għal tifkira reċenti tal-metodu ta’ interpretazzjoni abitwalment adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180621">21 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Oberle</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑20/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:485">EU:C:2018:485</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kliem tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkonstatat, fis-sentenza A, li l-kriterji ta’ ġurisdizzjoni huma alternattivi u, illum, wara din is-sentenza, ġie eliminat kull dubju fuq l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni fil-każ li qorti tiġi adita b’azzjoni dwar l-istatus tal-persuni u r-responsabbiltà tal-ġenituri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara s-sentenza A (punti 33, 34 u 48).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kuntest u l-għanijiet imfittxija, għandu jitfakkar, fl-ewwel lok, li ż-żieda, fir-Regolament Nru 4/2009, tal-Artikolu 3(d) mad-dispożizzjonijiet preċedenti, kontenuta fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 44/2001<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Dan l-artikolu jirrepeti mingħajr emenda t-test tal-Artikolu 5(2) tal-Konvenzjoni tas-<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni ġudizzjarja u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet f’materji ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="1972">ĠU 1972, L 299, p. 32</REF.DOC.OJ>) kif emendat bil-konvenzjonijiet suċċessivi dwar l-adeżjoni tal-Istati Membri ġodda għal din il-konvenzjoni (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Konvenzjoni ta’ Brussell<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>) li tinkludi ż-żieda tal-1978 tal-ġurisdizzjoni tal-qorti adita b’azzjoni dwar l-istat tal-persuni. Ara, ukoll, Gaudemet-Tallon u Ancel, <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>., punt 219, p. 320.</P></NOTE>, li għandha biss l-interess li torganizza l-konċentrazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qorti fil-każ fejn il-kriterju tar-residenza abitwali tal-kreditur, tkun dik prevista fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament Nru 4/2009, ma hijiex applikabbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara, f’dan is-sens, Boiché, A., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Les règles de compétence judiciaire<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fajl <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Recouvrement des obligations alimentaires dans l’Union<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, <HT TYPE="ITALIC">Actualité juridique : famille</HT>, Dalloz, Pariġi, 2009, Nru 3, pp. 107 sa 112, b’mod partikolari l-kummentarju fuq l-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 4/2009.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, wara l-Konvenzjoni ta’ Brussell, li fetħet alternattivi ta’ ġurisdizzjoni billi pprevediet kriterji ta’ ġurisdizzjoni speċjali, li jidderogaw għal dak tad-domiċilju tal-konvenut, sabiex tiffavorixxi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>prossimità territorjali jew proċedurali skont il-każ<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Frażi li tirrepeti l-ġustifikazzjoni tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni speċjali użati minn Gaudemet-Tallon u Ancel, <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>., punt 180, p. 246.</P></NOTE>, il-kriterji ta’ ġurisdizzjoni speċifiċi għat-tilwim fuq l-obbligi ta’ manteniment ġew iddeteriminati bl-għan li jilħqu żewġ għanijiet, jiġifieri wieħed li jippreżerva l-interessi tal-kredituri, kif anki l-Qorti tal-Ġustizzja fakkret, u l-ieħor li jiffavorixxi amministrazzjoni tal-ġustizzja tajba<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Sanders u Huber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑400/13 u C‑408/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2461">EU:C:2014:2461</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara, ukoll, il-premessa 15 tar-Regolament Nru 4/2009.</P></NOTE>. Għandu għaldaqstant jiġi deċiż li l-kriterji ta’ ġurisdizzjoni huma alternattivi u l-għażla tar-rikorrenti għandha tkun ipprivileġġata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Ara, b’mod partikolari, fir-rigward tal-favur irriżervat lill-kreditur fid-determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni, Joubert, N., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>La mise en œuvre de l’obligation alimentaire en présence d’un élément d’extranéité dans les relations entre parents et enfants<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, <HT TYPE="ITALIC">Droit de la famille</HT>, LexisNexis, Pariġi, 2018, Nru 1, fajl 3, punt 7. Ara, ukoll, Farge, M., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Promotion transfrontière du droit à obtenir des aliments : l’apport du règlement (CE) no 4/2009 du <DATE ISO="20081218">18 décembre 2008</DATE> (1ère partie)<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, <HT TYPE="ITALIC">Droit de la famille</HT>, LexisNexis, Pariġi, 2011, Nru 9, Studju 18, punt 16.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, l-istess bħall-Kummissjoni, nosserva li l-għoti ta’ prijorità partikolari lill-konċentrazzjoni tal-kawżi inkunsiderazzjoni tal-post tar-residenza tal-wild ser iwassal, fl-assenza ta’ kawża oħra dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri mressqa fl-Istat Membru kkonċernat, għal ċaħda tal-ġustizzja, fir-rigward tat-talba pendenti dwar l-obbligu tal-manteniment, li ser ikun kuntrarju għall-interess superjuri tal-wild u ser jippreġudika l-prinċipju ta’ prevedibbiltà tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Konsegwentement għandu jiġi konkluż li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 4/2009, b’mod partikolari dawk dwar il-ġurisdizzjoni, huma intiżi sabiex jippermettu lill-kreditur ta’ manteniment li jikseb il-ħlas f’kundizzjonijiet protetturi fuq il-bażi ta’ kriterji restrittivi u mhux ġerarkikament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandha tiġi nnotata d-differenza bejn l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 4/2009 u l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 2201/2003. Jekk huma jipprevedu li l-qorti li quddiemha tressqet hija żbaljata meta tiddikjara <HT TYPE="ITALIC">ex ufficio</HT> li ma għandhiex ġurisdizzjoni fil-każ ta’ azzjoni dwar manteniment il-qorti ma għandhiex tivverifika jekk qorti ta’ Stat Membru ieħor għandhiex ġurisdizzjoni. Minħabba n-natura eżawrjenti tal-kriterji ta’ ġurisdizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ara, ukoll, f’dan is-sens, Boiché, <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>., b’mod partikolari l-kummentarju fuq l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 4/2009.</P></NOTE>, il-qorti li għandha ġurisdizzjoni f’materji ta’ manteniment għandha tiddeċiedi. Fin-nuqqas, tista’ madankollu tiddeċiedi fuq talba għal miżuri provviżorji jew kawtelatorji, bħal dawk previsti mil-liġi tal-Istat Membru kkonċernat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Ara l-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 4/2009.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Għalhekk, fin-nuqqas ta’ fakultà offruta lir-rikorrent li jagħżel kriterju ieħor ta’ ġurisdizzjoni, id-determinazzjoni tal-kawżi hija imposta fuq il-qorti adita bit-talba ta’ manteniment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak sostnut mill-qorti tar-rinviju u mill-Gvern Rumen, b’mod partikolari rigward ir-rekwiżiti tal-provi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Ara l-punt 29 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, diversi argumenti, konformi mal-għanijiet imfittxija bir-Regolament Nru 4/2009, jistgħu jiġu avvanzati sabiex jiġġustifikaw l-applikazzjoni tal-kriterju ta’ ġurisdizzjoni previst fl-Artikolu 3(a) ta’ dan ir-regolament fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Argumenti li jiġġustifikaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 4/2009</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, kif tosserva l-Kummissjoni, il-kriterju tar-residenza tal-konvenut seta’ ġie magħżul konxjament mill-kreditur, irrappreżentat minn wieħed mill-ġenituri tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, din l-għażla tista’ tkun iġġustifikata minn għarfien tajjeb tal-kapaċitajiet kontributtivi tal-ġenitur debitur tal-obbligu tal-manteniment mill-qorti tal-post fejn dan għandu r-residenza abitwali tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat l-ammont tal-pensjoni tal-manteniment mitlub, jidher inqas diffiċli li jkunu magħrufa l-bżonnijiet tal-wild milli jiġu vverifikati l-kapaċitajiet kontributtivi tad-debitur. Fil-fatt, jekk titressaq azzjoni f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, il-qorti li għandha ġurisdizzjoni f’materji ta’ obbligi ta’ manteniment għandha tastjeni milli tiddeċiedi biss sakemm tistenna sentenza li sservi ta’ bażi għat-talba għal manteniment tal-kreditur. Min-naħa l-oħra, il-qorti li għandha ġurisdizzjoni f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri tista’ tkun rinfaċċjata b’diffikultajiet serji sabiex tiġbor u tivverifika d-dokumenti ġustifikattivi dwar ir-riżorsi u d-debiti tal-ġenitur debitur, speċjalment fil-każ fejn dan ikun organizza l-insolvibbiltà tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, l-assenza ta’ sentenza fuq l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri ma tistax tipprekludi qorti milli tevalwa l-bżonnijiet tal-wild, kif juru, b’mod partikolari, il-kriterji l-oħra ta’ ġurisdizzjoni previsti mil-leġiżlatur tal-Unjoni. Huwa possibbli li jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll ftehim tal-ġenituri fuq iż-żamma tar-residenza abitwali tal-minuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Jistgħu jiġu esposti wkoll argumenti oħra miġbuda mir-regoli dwar il-mertu tas-sentenza u l-eżekuzzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jitfakkar li r-Renju Unit, bħar-Renju tad-Danimarka, ma aderixxiex għall-Protokoll ta’ Den Haag tal-2007<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 8 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Konsegwentement, minn naħa, dawn l-Istati ma humiex marbuta bir-regoli li jindikaw il-liġi applikabbli stabbiliti fih<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Jiġifieri, jekk l-Istat Membru kkonċernat huwa marbut b’dan il-Protokoll, l-għażla mill-kreditur ta’ qorti tal-Istat Membru li fih jirrisjedi abitwalment il-konvenut tiggarantixxi l-applikazzjoni tal-liġi tal-forum, b’applikazzjoni tal-Artikolu 4(3) tal-imsemmi Protokoll.</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, is-sentenzi mogħtija f’dawn l-Istati Membri ma jibbenefikawx minn eżenzjoni ta’ <HT TYPE="ITALIC">exequatur</HT> fl-Istati Membri l-oħra. Huma għandhom ikunu s-suġġett ta’ talba ta’ dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Ara l-artikoli 23 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. tar-Regolament Nru 4/2009. Ara, ukoll, fir-rigward tal-konsegwenzi ta’ Brexit li ser iwasslu sabiex ir-Renju Unit jiġi kkunsidrat bħala Stat terz u tal-assenza ta’ effett f’materja ta’ rikonoxximent tad-deċiżjonijiet għaliex, fiċ-ċirkustanzi attwali, id-deċiżjonijiet mogħtija fir-Renju Unit ma jibbenefikawx mill-<HT TYPE="ITALIC">exequatur</HT>, Farge, M., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>Conjectures sur le Brexit…<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> fi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>Droit de la famille<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, <HT TYPE="ITALIC">La Semaine juridique, Édition générale</HT>, LexisNexis, Pariġi, 2016, Nru 38, pp. 1723 sa 1729, b’mod partikolari p. 1725. Ara, ukoll, Pilich, M., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>Brexit and EU private international law: May the UK stay in?<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, <HT TYPE="ITALIC">Maastricht Journal of European and Comparative Law</HT>, Sage Publishing, New York, 2017, Vol. 24, Nru 3, pp. 382 sa 398, b’mod partikolari pp. 391 sa 393.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-għażla tal-kriterju tar-residenza tal-konvenut tista’ tkun ukoll motivata minn tħassib marbut mal-irkupru tad-dejn ta’ manteniment f’kundizzjonijiet favorevoli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170209">9 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>S</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑283/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:104">EU:C:2017:104</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll il-premessa 9 tar-Regolament Nru 4/2009, għal tifkira tal-għanijiet ta’ sempliċità u ħeffa mfittxija minnu.</P></NOTE>, billi dawn ma għandhomx jittardjaw minħabba diskussjoni fuq ir-rikonoxximent jew fuq in-natura eżekuttiva tas-sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Ara, għal tifkira tal-għanijiet tar-Regolament Nru 4/2009 intiżi sabiex jiżguraw l-irkupru effettiv tal-krediti ta’ manteniment f’sitwazzjonijiet transkonfinali, il-premessa 15 ta’ dan ir-regolament kif ukoll is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Sanders u Huber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑400/13 u C‑408/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2461">EU:C:2014:2461</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara, ukoll, għal espożizzjoni ddettaljata tar-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru mhux marbut bil-Protokoll ta’ Den Haag tal-2007, b’mod partikolari, Fongaro u Hector, <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>., punti 78 sa 90.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Konsegwentement, fid-dawl ta’ dawn l-elementi preċedenti kollha, jiena tal-fehma li l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 4/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li t-talba dwar l-obbligu tal-manteniment tkun aċċessorja għal talba f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, fis-sens tal-Artikolu 3(d) ta’ dan ir-regolament, ma għandux l-effett li jeskludi l-ġurisdizzjoni tal-qorti ta’ Stat Membru bbażata fuq l-Artikolu 3(a) tal-imsemmi regolament, jew, fin-nuqqas, fuq l-Artikolu 5 tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi żgurat li din l-interpretazzjoni tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni ma sseħħx b’mod kuntrarju għall-interess superjuri tal-wild.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">D.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">It-teħid inkunsiderazzjoni tal-interess superjuri tal-wild</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Kif fakkret il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza A, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>l-implementazzjoni tar-Regolament Nru 4/2009 għandu jsir skont l-Artikolu 24(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jgħid li, fl-azzjonijiet kollha relatati mat-tfal, kemm jekk jittieħdu minn awtoritajiet pubbliċi jew minn istituzzjonijiet privati, l-aħjar interess tat-tfal għandu jkun kunsiderazzjoni primarja<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Ara s-sentenza A (punt 46).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Imma, kif turi, b’mod paradossali, il-kawża prinċipali, ir-rikorrent f’talba għal manteniment jista’ jsib imposta fuqu, meħud inkunsiderazzjoni l-interess superjuri tal-wild, separazzjoni tat-talbiet li huwa jkun ressaq quddiem qorti waħda wara d-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni li tkun ingħatat minnha f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Għalkemm jidhirli li l-inkonvenjenzi tas-sentenza fuq l-assenza ta’ proroga ta’ ġurisdizzjoni abbażi tal-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 2201/2003 huma mimimi, <HT TYPE="ITALIC">in abstracto</HT>, kif enfasizzajt preċedentement, in-neċessità li jittieħed inkunsiderazzjoni l-interess superjuri tal-wild tiġġustifika l-eżami, <HT TYPE="ITALIC">in concreto</HT>, tal-konsegwenzi tal-fatt li għandhom jiġu aditi żewġ qrati sabiex jinkisbu suċċessivament sentenza fuq it-talba dwar responsabbiltà tal-ġenituri, imbagħad sentenza dwar it-talba għal manteniment, peress li din hija aċċessorja għal dik tal-ewwel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-pożizzjoni ta’ R, ir-rikorrenti, fuq l-opportunità li tiġi adita l-Qorti tal-Ġustizzja b’rinviju għal deċiżjoni preliminari, tindika preċiżament ix-xewqa tagħha li tiġi kkonfermata l-għażla inizjali tagħha li tadixxi biss qorti waħda li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq it-talba għal divorzju kif ukoll fuq il-konsegwenzi kollha tagħha fuq it-tifla komuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif osserva l-Gvern Rumen fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Ara l-punt 31 ta’ dawn l-osservazzjonijiet.</P></NOTE>, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li talba ġdida għal manteniment ippreżentata quddiem qorti oħra tista’ ċċaħħad lill-kreditur mid-dritt li jikseb manteniment b’effett mid-data tal-ewwel talba tiegħu, jiġifieri, f’dan il-każ, mid-<DATE ISO="20160929">29 ta’ Settembru 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Għalhekk, din is-separazzjoni tal-kawżi imposta fuq il-kreditur ta’ manteniment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Ara, għal osservazzjonijiet fuq il-konsegwenzi tas-sistema magħżula fir-Regolament Nru 2201/2003, Ancel, B. u Muir Watt, H., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>L’intérêt supérieur de l’enfant dans le concert des juridictions : le Règlement Bruxelles II bis<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, <HT TYPE="ITALIC">Revue critique de droit international privé</HT>, Dalloz, Pariġi, 2005, Nru 4, pp. 569 sa 606, b’mod partikolari n-nota ta’ qiegħ il-paġna 7 u r-referenza għall-premessa 6 ta’ dan ir-regolament.</P></NOTE>, wara l-assenza ta’ proroga ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti adita b’talba għal divorzju, f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, kif ukoll l-inkonvenjent ta’ rtirar tat-talba inizjali, anki jekk dan huwa ammissibbli skont il-liġi tal-forum<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Fil-fatt, f’dan il-kuntest proċedurali, irtirar ta’ kap tal-kawża quddiem il-qorti adita inizjalment, li għandha ġurisdizzjoni, jista’ jitqies bħala rinunzja għall-obbligu tal-manteniment, kuntrarju għall-ordni pubbliku tal-forum.</P></NOTE>, iwasslu għal dubji qawwija dwar kemm ser jiġu osservati l-interessi tiegħu. F’dawn il-kundizzjonijiet, jiena naqbel mal-preokkupazzjonijiet espressi mill-qorti tar-rinviju kif ukoll mill-Gvern Rumen.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Għalhekk, fil-fehma tiegħi, għandha tinstab soluzzjoni li tipproteġi l-interessi tal-kreditur konformement mal-għanijiet tar-Regolament Nru 4/2009 u mal-Artikolu 24(2) tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, is-sentenza A tikkostitwixxi bażi rilevanti għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tar-Regolament Nru 4/2009 għaliex tosserva l-interess tal-konċentrazzjoni tal-kawżi dwar il-konsegwenzi finanzjarji, għall-ulied, tas-separazzjoni tal-ġenituri tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Ara s-sentenza A (punt 43).</P></NOTE>. Dan jgħodd ukoll għall-assenza ta’ koordinazzjoni bejn dan ir-regolament u l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 2201/2003 kif ukoll għall-ineffettività tar-regoli dwar il-<HT TYPE="ITALIC">lis pendens</HT> jew il-konnessjoni tal-kawżi f’każ simili<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>F’dan ir-rigward, tista’ ssir approssimazzjoni mas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>IQ</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑478/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:812">EU:C:2018:812</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Konsegwentement, jidhirli li huwa konċepibbli, fl-osservanza tal-loġika tar-Regolament Nru 4/2009 u meħud inkunsiderazzjoni l-interess superjuri tal-wild, li l-qorti adita b’talba dwar l-obbligu tal-manteniment mill-kreditur tkun tista’, minħabba d-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni li hija tkun ħadet f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, tinforma lir-rikorrent li hija l-qorti li għandha ġurisdizzjoni abbażi tal-Artikolu 3(a) ta’ dan ir-regolament u tistaqsih dwar iż-żamma tat-talba tiegħu f’materji ta’ manteniment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi adottati mil-leġiżlatur tal-Unjoni fir-Regolament Nru 4/2009<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>Ara, f’dan ir-rigward, il-motivazzjoni tal-assenza ta’ antiċipazzjoni tad-diffikultajiet attwali tat-trattazzjoni riżultanti mill-konstatazzjoni li tidher fil-premessa 11 tar-Regolament Nru 2201/2003, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>[l]-qrati li għandhom il-ġurisdizzjoni taħt dan ir-Regolament ġeneralment għandhom il-ġurisdizzjoni biex jiddeċiedu dwar l-obbliġazzjonijiet ta’ manteniment<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, imfakkar fil-ktieb aħdar tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="20040415">15 ta’ April 2004</DATE> fuq l-obbligazzjonijiet ta’ manteniment (COM(2004) 254 finali), punt 5.1.1, p. 14.</P></NOTE>, bħal dawk li jidhru fl-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 2201/2003<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Dan l-artikolu introduċa regola ispirata mit-teorija tal-<HT TYPE="ITALIC">forum non conveniens</HT>. Din tinsab ukoll fl-Artikoli 8 u 9 tal-Konvenzjoni tal-Konferenza ta’ Den Haag tad-<DATE ISO="19961019">19 ta’ Ottubru 1996</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent, l-eżekuzzjoni u l-kooperazzjoni f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenitur u ta’ miżuri ta’ protezzjoni tal-ulied (aċċessibbli fuq is-sit internet segwenti: https://assets.hcch.net/docs/e74e817b-1faa-4aa9-bd29-3ff68da03f43.pdf) li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>taqsam il-mekkaniżmu fi trasferiment jew talba ta’ ġurisdizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, fi kliem Gallant, E., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>Le forum non conveniens de l’article 15 du règlement Bruxelles II bis<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, <HT TYPE="ITALIC">Revue critique de droit international privé</HT>, Dalloz, Pariġi, 2017, Nru 3, pp. 464 sa 471, punt 2.</P></NOTE>, li jiżguraw il-koordinazzjoni mal-Artikolu 12 ta’ dan ir-regolament, il-qorti adita ma tistax tirrinunzja milli teżerċita l-ġurisdizzjoni tagħha favur qorti fl-aħjar pożizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq it-talbiet kollha li jikkonċernaw il-wild.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm il-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ azzjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri ser tkun fl-aħjar pożizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq it-talba dwar obbligu tal-manteniment li ser tkun aċċessorja, ma narax kif l-interess superjuri tal-wild jista’ jiġġustifika li l-kreditur ta’ manteniment ikun obbligat li jibdel l-għażla tiegħu tal-qorti kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Din l-analiżi hija imposta b’iktar saħħa meta, bħal f’dan il-każ, ma tkun ġiet adita l-ebda qorti oħra.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mill-Judecătoria Constanța (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Constanța, ir-Rumanija) bil-mod segwenti:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-<DATE ISO="20081218">18 ta’ Diċembru 2008</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li t-talba dwar l-obbligu tal-manteniment tkun aċċessorja għal talba f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, fis-sens tal-Artikolu 3(d) ta’ dan ir-regolament, ma għandux l-effett li jeskludi l-ġurisdizzjoni tal-qorti ta’ Stat Membru bbażata fuq l-Artikolu 3(a) tal-imsemmi regolament, jew, fin-nuqqas, fuq l-Artikolu 5 tal-istess regolament.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="16"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi adottati mil-leġiżlatur tal-Unjoni fir-Regolament Nru 4/2009, bħal dawk li jidhru fl-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-<DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, li jiżguraw il-koordinazzjoni mal-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 2201/2003, il-qorti adita ma tistax tirrinunzja milli teżerċita l-ġurisdizzjoni tagħha favur qorti fl-aħjar pożizzjoni sabiex tiddeċiedi.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>