18.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9864 — CPPIB/KKR/Axel Springer)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 273/05)

1.   

Fil-11 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Canada Pension Plan Investment Board ("CPPIB", il-Kanada),

—

KKR & Co. Inc. ("KKR", l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Axel Springer SE ("Axel Springer", il-Ġermanja).

CPPIB u KKR jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Axel Springer.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

CCPIB: organizzazzjoni ta’ ġestjoni ta’ investiment li tinvesti l-fondi trasferiti lilha mill-Fond tal-Pensjonijiet tal-Kanada (Canada Pension Plan Fund, “CPP Fund”) li mhumiex meħtieġa mis-CPP Fund biex jitħallsu benefiċċji kurrenti lil 20 miljun kontributur u benefiċjarji.

—

KKR: ditta tal-investiment li tipprovdi servizzi ta’ ġestjoni tal-assi u soluzzjonijiet għas-swieq tal-kapital.

—

Axel Springer: kumpanija tal-media attiva f’aktar minn 40 pajjiż, tħaddem diversi ditti tal-media (pereż., BILD u WELT Group, Insider Inc., Politico.eu) u l-portali ta’ avviżi klassifikati (pereż. StepStone, Seloger, Immowelt).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9864 — CPPIB/KKR/Axel Springer

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir- “Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.