|
7.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 215/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/972
tat-2 ta’ Lulju 2020
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1407/2013 fir-rigward tal-estensjoni tiegħu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 651/2014 fir-rigward tal-estensjoni tiegħu u l-aġġustamenti rilevanti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 108(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta’ Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali (1), u b’mod partikolari l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar l-Għajnuna mill-Istat,
Billi:
|
(1) |
Għadd ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat adottati bħala parti mill-inizjattiva tal-2012 dwar il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat għandhom jiskadu sa tmiem l-2020. B’mod partikolari, ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 (2) u (UE) Nru 651/2014 (3) se jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2020. |
|
(2) |
Sabiex tipprovdi prevedibbiltà u ċertezza legali, filwaqt li tħejji għal aġġornament possibbli fil-futur tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat adottati bħala parti mill-inizjattiva Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni se tieħu azzjoni f’żewġ fażijiet. |
|
(3) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni għandha testendi b’sentejn il-perjodu ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, li kieku kienu jiskadu sa tmiem l-2020. It-tieni, f’konformità mal-Linji Gwida tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar (4), il-Kummissjoni se tevalwa dawk ir-regoli flimkien mar-regoli l-oħra dwar l-għajnuna mill-Istat, li ġew adottati bħala parti mill-inizjattiva tal-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni nediet l-evalwazzjoni ta’ dawn ir-regoli fis-7 ta’ Jannar 2019 fil-forma ta’ “kontroll tal-idoneità”. Fil-kuntest tal-Patt Ekoloġiku Ewropew (5) u l-Aġenda Diġitali Ewropea, il-Kummissjoni diġà ħabbret l-intenzjoni tagħha li tirrevedi serje ta’ linji gwida sa tmiem l-2021. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni se tiddeċiedi jekk testendix aktar jew taġġorna r-regoli. |
|
(4) |
Meta jitqies l-ambitu wiesa’ tal-kontroll tal-idoneità u l-fatt li r-riżultati tal-evalwazzjonijiet mhux se jkunu disponibbli qabel tard fl-2020, ma tistax tittieħed deċiżjoni ta’ politika fil-ħin dwar it-tfassil tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ta’ wara l-2020 biex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-istabbiltà għall-partijiet ikkonċernati fir-rigward tar-regoli applikabbli wara l-2020. Għalhekk hija meħtieġa estensjoni biex tippermetti valutazzjoni xierqa tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u tiżgura l-prevedibbiltà u l-istabbiltà ta’ dawn ir-regoli għall-Istati Membri. |
|
(5) |
Għalhekk, il-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1407/2013 u (UE) Nru 651/2014 għandu jiġi estiż bi tliet snin sal-31 ta’ Diċembru 2023. |
|
(6) |
Ir-Regolamenti (UE) Nru 1407/2013 u (UE) Nru 651/2014 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ. |
|
(7) |
Bħala konsegwenza tal-estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 651/2014, xi Stati Membri jistgħu jixtiequ jestendu l-validità tal-miżuri ta’ għajnuna eżentati skont dak ir-Regolament u dwar liema informazzjoni sommarja ġiet ipprovduta skont il-punt (a) tal-Artikolu 11 ta’ dak ir-Regolament. Sabiex tiġi pprovduta trasparenza, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni mqassra aġġornata rigward l-estensjoni ta’ dawk il-miżuri. |
|
(8) |
L-iskemi stabbiliti fit-Taqsimiet 1 (bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 15), 2, 3, 4, 7 (bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 44) u 10 tal-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 651/2014, li għandhom baġit annwali medju tal-għajnuna mill-Istat li jaqbeż il-EUR 150 miljun, li ġew eżentati għal aktar minn sitt xhur skont deċiżjoni tal-Kummissjoni u li l-Istat Membru rispettiv jixtieq jestendi għall-perjodu wara l-31 ta’ Diċembru 2020, għandhom ikomplu jiġu eżentati sal-31 ta’ Diċembru 2023, sakemm l-Istati Membri jkunu pprovdew lill-Kummissjoni bl-informazzjoni sommarja aġġornata u jkunu ssottomettew rapport ta’ evalwazzjoni finali f’konformità mal-pjan ta’ evalwazzjoni approvat mill-Kummissjoni. |
|
(9) |
Fid-dawl tal-konsegwenzi ekonomiċi u finanzjarji li għandha l-pandemija tal-COVID-19 fuq l-impriżi u biex tiġi żgurata l-konsistenza mar-rispons ta’ politika ġenerali adottat mill-Kummissjoni, l-aktar fil-perjodu 2020-2021, ir-Regolament (UE) Nru 651/2014 għandu jiġi emendati skont dan. B’mod partikolari, l-impriżi li saru impriżi f’diffikultà bħala konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19, għandhom jibqgħu eliġibbli taħt ir-Regolament (UE) Nru 651/2014 għal perjodu limitat ta’ żmien. Bl-istess mod, l-impriżi, li temporanjament jew b’mod permanenti jagħtu s-sensja lill-persunal minħabba t-tifqigħa COVID-19, ma għandhomx jitqiesu li kisru l-impenji ta’ rilokazzjoni mogħtija qabel il-31 ta’ Diċembru 2019 meta jirċievu l-għajnuna reġjonali. Dawk id-dispożizzjonijiet eċċezzjonali għandhom japplikaw għal perjodu limitat mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021. |
|
(10) |
Ir-Regolamenti (UE) Nru 1407/2013 u (UE) Nru 651/2014 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1407/2013, it-tieni paragrafu jiġi mibdul b’dan li ġej:
“Għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2023 ”.
Artikolu 2
Ir-Regolament (UE) Nru 651/2014 jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-Artikolu 1 jiġi emendat kif ġej:
|
|
2. |
fl-Artikolu 2, il-punt (27) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
3. |
L-Artikolu 11 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 11 Rapportar 1. L-Istati Membri jew alternattivament, fil-każ tal-għajnuna mogħtija għal proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea skont l-Artikolu 20, l-Istat Membru fejn tkun tinsab l-Awtorità Maniġerjali, kif imsemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013, għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni:
2. Fejn, bħala konsegwenza tal-estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sal-31 ta’ Diċembru 2023 bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/972 (*2) Stat Membru jippjana li jestendi l-miżuri li fir-rigward tagħhom tkun ġiet ippreżentata l-informazzjoni fil-qosor lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dak l-Istat Membru għandu jaġġorna dik l-informazzjoni fil-qosor rigward l-estensjoni ta’ dawk il-miżuri u jikkomunika dak l-aġġornament lill-Kummissjoni fi żmien 20 jum tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ tal-att li jestendi l-miżura rispettiva mill-Istat Membru. (*1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1)." (*2) Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/972 tat-2 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1407/2013 fir-rigward tal-estensjoni tiegħu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 651/2014 fir-rigward tal-estensjoni tiegħu u l-aġġustamenti rilevanti (ĠU L 215, 7.7.2020, p. 3).”;" |
|
4. |
fl-Artikolu 14(16), tiżdied is-sentenza li ġejja: “Fir-rigward tal-impenji mogħtija qabel il-31 ta’ Diċembru 2019, kwalunkwe telf ta’ impjiegi, fl-istess attività jew simili f’wieħed mill-istabbilimenti inizjali tal-benefiċjarju fiż-ŻEE bejn l-1 ta’ Jannar 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021, ma għandux jitqies bħala trasferiment skont it-tifsira tal-Artikolu 2(61a) ta’ dan ir-Regolament.” |
|
5. |
fl-Artikolu 59, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2023.” |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 248, 24.9.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
(4) Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni “Better Regulation Guidelines” (Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar) tas-7 ta’ Lulju 2017, SWD (2017) 350.
(5) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew”, COM(2019) 640 final.