|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2472 |
5.12.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/2472
tal-4 ta’ Diċembru 2025
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1599 dwar Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-3 ta’ Awwissu 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1599 (1), li stabbiliet Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (l-“Inizjattiva”) fil-Benin u l-Ghana għal perjodu ta’ sentejn mit-tnedija tagħha. |
|
(2) |
Fil-25 ta’ Settembru 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2066 (2), li stabbiliet l-Inizjattiva fit-Togo u l-Kosta tal-Avorju wkoll. |
|
(3) |
Fil-11 ta’ Diċembru 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2786 (3) li nediet l-Inizjattiva. |
|
(4) |
Fid-9 ta’ Lulju 2025, fil-kuntest tar-Rieżami Strateġiku tal-Inizjattiva, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà qabel li jenħtieġ li l-Inizjattiva tiġi estiża sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
|
(5) |
L-Inizjattiva hija stabbilita b’pilastru ċivili u pilastru militari. Skont l-Artikolu 41(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), in-nefqa operazzjonali li tirriżulta mill-pilastru ċivili tal-Inizjattiva titħallas mill-baġit tal-Unjoni, filwaqt li n-nefqa operazzjonali li tirriżulta mill-pilastru militari tagħha titħallas mill-Istati Membri f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 (4). Għalhekk, jenħtieġ li l-Inizjattiva tkun mogħnija għall-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2027 b’ammont ta’ referenza għall-pilastru ċivili u ammont ta’ referenza għall-pilastru militari. |
|
(6) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1599 tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
L-Inizjattiva ser titwettaq fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ twaqqaf il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stipulati fl-Artikolu 21 tat-TUE, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2023/1599 hija b’dan emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 10(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-pilastru ċivili għall-perjodu mill-11 ta’ Diċembru 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2027 għandu jkun ta’ EUR 9 676 375,90.” ; |
|
(2) |
fl-Artikolu 15, jiżdied il-paragrafu li ġej: “4. L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-pilastru militari għall-perjodu mill-11 ta’ Diċembru 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2027 għandu jkun ta’ EUR 10 589 000. Il-perċentwal tal-ammont ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 51(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 għandu jkun ta’ 0 % għall-impenji u 0 % għall-ħlasijiet.” |
|
(3) |
l-Artikolu 22(2) huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2027.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
T. DANIELSEN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1599 tat-3 ta’ Awwissu 2023 dwar Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (ĠU L 196, 4.8.2023, p. 25, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1599/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2066 tal-25 ta’ Settembru 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1599 dwar Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (ĠU L 238, 27.9.2023, p. 141, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2066/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2786 tal-11 ta’ Diċembru 2023 li tniedi l-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (ĠU L, 2023/2786, 12.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2786/oj).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 tat-22 ta’ Marzu 2021 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 (ĠU L 102, 24.3.2021, p. 14, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/509/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2472/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)