|
6.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 230/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1525
tal-4 ta' Settembru 2017
li temenda d-Deċiżjoni 2014/256/UE, sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għall-prodotti tal-karta ttrasformata
(notifikata bid-dokument C(2017) 5948)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3)(c) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Bord tal-Unjoni Ewropea għat-Tikkettar Ekoloġiku,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/256/UE (2) tiskadi nhar it-2 ta' Mejju 2017. |
|
(2) |
Saret valutazzjoni li kkonfermat ir-rilevanza u l-adegwatezza tal-kriterji ekoloġiċi attwali, kif ukoll ir-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati, li huma stabbiliti mid-Deċiżjoni 2014/256/UE. Għalhekk, id-Deċiżjoni 2014/256/UE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2014/256/UE jinbidel b'li ġej:
“Artikolu 4
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘prodotti tal-karta ttrasformata’, u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2020.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Karmenu VELLA
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/256/UE tat-2 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal prodotti tal-karta ttrasformata (ĠU L 135, 8.5.2014, p. 24).