European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/1390

1.12.2023

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(C/2023/1390)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Ştefăneşti”

PDO-RO-A1309-AM01

Data tal-komunikazzjoni: 25 ta’ Settembru 2023

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Żieda ta’ lokalitajiet ġodda maż-żona ta’ produzzjoni ġeografika

Iż-żona ta’ produzzjoni ġeografika definita indikata fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet emendata biż-żieda ta’ lokalitajiet ġodda fil-viċinat, b’kundizzjonijiet ambjentali u pedoklimatiċi simili għal dawk diġà koperti mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Dawn il-lokalitajiet huma produtturi tradizzjonali tal-inbid ta’ kwalità DOP Ștefănești u jissemmew fl-atti leġiżlattivi nazzjonali speċifiċi għall-vinja u s-settur tal-inbid.

Żdiedu l-ibliet/il-muniċipalitajiet/l-irħula li ġejjin li jinsabu fil-kontea ta’ Argeș:

—

il-belt ta’ Costeşti — l-irħula ta’ Costești, Broşteni, Stârci, Smei, Podu Broşteni, Lăceni u Pârvu Roşu;

—

il-muniċipalità ta’ Lunca Corbului — l-irħula ta’ Lunca Corbului, Silişteni, Lăngești, Mârghia de Jos, Mârghia de Sus, Cătane, Cieşti u Pădureţi;

—

il-muniċipalità ta’ Suseni — l-irħula ta’ Suseni, Țuțuleşti, Odăeni, Strâmbeni, Cerşani, Burdeşti u Gălăeşeşti;

—

il-muniċipalità ta’ Buzoești — l-irħula ta’ Buzoeşti, Vulpeşti, Redea, Ioneşti, Tomşanca, Bujoreni, Şerboeni, Cornăţel, Curteanca, Podeni u Vlăduţa;

—

il-muniċipalità ta’ Negrași — l-irħula ta’ Negrași, Buta, Bârlogu u Mozacu.

Dawn il-lokalitajiet fihom vinji li huma elenkati fir-reġistru nazzjonali tad-dwieli. Dawn ġew innominati fil-livell nazzjonali bħala xierqa għat-tħawwil tal-varjetajiet ta’ għeneb nobbli permessi fil-livell nazzonjali taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ.

Peress li l-Ordni Nru 732/2005 tal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Iżvilupp Rurali dwar l-approvazzjoni tal-lista ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini kkontrollati użati fir-Rumanija għal inbid bla gass, kif emendat, jipprevedi wkoll l-użu tas-subdenominazzjoni ta’ oriġini Costești fi ħdan id-DOP Ștefănești, bħala subdenominazzjoni li tista’ takkumpanja d-denominazzjoni ta’ oriġini Ștefănești, din is-subdenominazzjoni ta’ oriġini, li tinkludi l-lokalitajiet li qed jiżdiedu maż-żona, għandha tiġi indikatata wkoll.

Is-subdenominazzjoni ta’ oriġini Costești tħalliet barra bi żball mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott mibgħuta lill-Kummissjoni Ewropea biex issir applikazzjoni għall-protezzjoni. B’hekk, issa trid tiżdied biex tiġi f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirreferi għal din is-subdenominazzjoni ta’ oriġini, li tista’ tintuża fil-livell nazzjonali, u biex tingħata risposta għat-talbiet tal-produtturi mil-lokalitajiet imsemmija taħt is-subdenominazzjoni ta’ oriġini Costești.

Il-Kapitolu III tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 6 tad-Dokument Uniku ġew emendati.

2.   Indikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet ġodda tat-tikkettar

Żdiedet dispożizzjoni tat-tikkettar ġdida mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott — l-isem Costești jista’ jiżdied mat-tikketta flimkien mal-isem obbligatorju Ștefănești, f’każ li l-produtturi jkunu jixtiequ hekk, għal inbejjed mil-lokalitajiet imsemmija hawn fuq, billi Costești (l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar miż-żona definita tad-DOK) hija msemmija fil-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ bħala subdenominazzjoni fi ħdan id-DOK Ștefănești protetta (l-Ordni Nru 732/2005 tal-Ministeru għall-Agrikoltura, kif emendat).

Fl-imgħoddi, l-isem Costești kien jevoka tradizzjoni ta’ tkabbir tal-għeneb u produzzjoni tal-inbid, billi dan kien fejn ġie stabbilit u fejn kien jopera l-konsorzju tal-produzzjoni tal-inbid.

Iż-żieda tal-isem Costești jġib l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi l-ismijiet tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta (DOP) Rumeni għal inbejjed ta’ kwalità.

Id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Ştefăneşti tista’ tkun akkumpanjata kif xieraq mis-subdenominazzjoni Costești, kif huwa indikat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-użu tad-DOK Ştefăneşti, f’każ li l-produtturi jkunu jixtiequ dan.

Barra minn hekk, waħda mid-denominazzjonijiet ta’ vinji uniċi li ġejjin (unitajiet ġeografiċi iżgħar miż-żona definita) ukoll jistgħu jiżdiedu mad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata ŞTEFĂNEŞTI, f’każ li l-produtturi jkunu jixtiequ jagħmlu hekk: FLORICA, IZVORANI, GOLEASCA, VĂLENI, DEALUL SCHITULUI, VRĂNEŞTI, GORGANU, TOPOLOVENI jew SILIŞTENI.

Il-Kapitolu XII tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 9 tad-Dokument Uniku ġew emendati skont dan.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Ştefăneşti

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP — Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   DESKRIZZJONI TAL-INBID/INBEJJED

1.   Karatteristiċi organolettiċi

DESKRIZZJONI QASIRA

L-inbejjed bojod — l-inbejjed mhux imqaddmin huma ta’ lewn isfar ħadrani, wara sena jew sentejn ta’ maturazzjoni dawn ibiddlu l-kulur għal isfar lewn it-tiben tal-qamħ, isfar lewn it-tiben għal inbejjed maturati, isfar ikanġi fl-aħdar, isfar lewn it-tiben ikanġi fl-aħdar jgħajjat, kemxejn safrani jagħti fl-isfar dehbi, isfar dehbi, isfar ħadrani bi ħjiel ta’ deheb.

Riħa: aroma sottili u friska tipika tal-fjuri selvaġġi; aroma floreali karatteristika tal-għeneb misjur u ta’ tiben maqtugħ, għeneb qed isir, fjur tad-dwieli lixx u aroma tal-fjuri tas-sebuqa fi nbejjed imqaddma, frott floreali u eżotiku (grapefruit), aroma sottili ta’ vanilla, ta’ ġonna bis-siġar tal-frott li qed jiffjorixxu arrikkit bir-riħa ta’ lewż, butir frisk, b’karattru rikk u armonjuż, żejtni, aċiduż b’mod pjaċevoli u bellusi.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

15,00

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,00

Aċidità totali minima

3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

200

2.   Karatteristiċi organolettiċi

DESKRIZZJONI QASIRA

Inbejjed ħomor — il-kulur tagħhom ivarja minn aħmar intens, jgħajjat, kulur il-granata; aħmar lewn ir-rubin għal aħmar jgħajjat, aħmar skur, kemxejn aggressiv, bit-tqaddim jinbidlu għal aħmar lewn il-briks, minn lewn ir-rubin ċar għal lewn ir-rubin intens, aħmar lewn ir-rubin għal aħmar kemxejn lewn il-briks.

Riħa: minn frott aħmar għal noti ta’ vanilla u ċikkulata, aroma kumplessa, b’noti ta’ bżar aħdar, it-tqaddim iġib ribes iswed u pruna, aroma intensa ta’ frott tal-foresta (mirtilli, lampun) u ħjiel ta’ ċirasa sewda, aroma ta’ ċikkulata u bi ħjiel ta’ kannella, reżina tas-siġar tal-frott u ċirasa.

Togħma: iffurmata tajjeb, tfakkar fil-ħaxix, b’tannini qawwija, iżda b’astrinġenza moderata, bellusija mal-maturazzjoni, li ssir saħansitra aktar armonjuża permezz tal-maturazzjoni u t-tqaddim, bi fwieħa ċara, b’potenzjal eċċezzjonali ta’ tqaddim, bi ftit tannini, bellusija, b’aroma ta’ ċirasa qarsa, żejtnija.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

15,00

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,00

Aċidità totali minima

3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

20

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

Prattika enoloġika speċifika

L-ebda dispożizzjoni addizzjonali.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.   l-għeneb li jinħasad malli jkun sar għalkollox — Riesling italian, Fetească regală, Burgund mare, Merlot

10 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

2.   l-għeneb li jinħasad malli jkun sar għalkollox — Sauvignon, Chardonnay, Fetească albă, Pinot gris, Pinot noir

8 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

3.   l-għeneb li jinħasad malli jkun sar għalkollox — Muscat Ottonel, Tămaioasă romanească, Cabernet Sauvignon, Fetească neagră

7 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

4.   l-għeneb li jinħasad tard — Muscat Ottonel, Tămâioasă românească, Cabernet Sauvignon, Fetească neagră, Sauvignon, Chardonnay, Fetească albă, Pinot gris

6 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

5.   l-għeneb li jinħasad malli jkun sar għalkollox — Riesling italian, Fetească regală, Burgund mare, Merlot

65 ettolitru għal kull ettaru

6.   l-għeneb li jinħasad malli jkun sar għalkollox — Sauvignon, Chardonnay, Fetească albă, Pinot gris, Pinot noir

52 ettolitru għal kull ettaru

7.   l-għeneb li jinħasad malli jkun sar għalkollox — Muscat Ottonel, Tămaioasă romanească, Cabernet Sauvignon, Fetească neagră

47 ettolitru għal kull ettaru

8.   l-għeneb li jinħasad tard — Muscat Ottonel, Tămâioasă românească, Cabernet Sauvignon, Fetească neagră, Sauvignon, Chardonnay, Fetească albă, Pinot gris

47 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Il-kontea ta’ Argeş:

—

il-belt ta’ Stefăneşti — l-irħula ta’ Ştefăneşti, Valea Mare-Podgoria, Ştefăneştii Noi, Izvorani u Viişoara;

—

il-muniċipalità ta’ Călineşti — l-irħula ta’ Ciocăneşti, Văleni-Podgoria, Radu Negru, Vrăneşti, Gorganu, Călineşti, Râncăciov, Urlucea u Glodu;

—

il-belt ta’ Topoloveni — l-irħula ta’ Ţigăneşti, Botârcani, Gorăneşti u Crinteşti;

—

il-muniċipalità ta’ Leordeni — l-irħula ta’ Leordeni, Cârciumereşti, Băila,

—

Schitu-Scoiceşti, Glodu, Budişteni, Ciulniţa, Glâmbocata, Glâmbocata-Deal, Ciolceşti u Bantău;

—

il-muniċipalità ta’ Bogaţi — l-irħula ta’ Bogaţi, Glâmbocelu, Chiteşti u Glămbocel.

Id-DOK Ştefăneşti, bis-subdenominazzjoni ta’ oriġini Costești jew mingħajrha:

—

għall-belt ta’ Costeşti — l-irħula ta’ Costești, Broşteni, Stârci, Smei, Podu Broşteni, Lăceni u Pârvu Roşu;

—

għall-muniċipalità ta’ Lunca Corbului — l-irħula ta’ Lunca Corbului, Silişteni, Lăngești, Mârghia de Jos, Mârghia de Sus, Cătane, Cieşti u Pădureţi;

—

għall-muniċipalità ta’ Suseni — l-irħula ta’ Suseni, Țuțuleşti, Odăeni, Strâmbeni, Cerşani, Burdeşti u Gălăeşeşti;

—

għall-muniċipalità ta’ Buzoești — l-irħula ta’ Buzoeşti, Vulpeşti, Redea, Ioneşti, Tomşanca, Bujoreni, Şerboeni, Cornăţel, Curteanca, Podeni u Vlăduţa;

—

għall-muniċipalità ta’ Negrași — l-irħula ta’ Negrași, Buta, Bârlogu u Mozacu.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

Burgund Mare N — Grosser burgunder, Blaufrankisch, Kekfrankos, Frankovka, Limberger

Cabernet Sauvignon N — Petit Vidure, Burdeos tinto

Chardonnay B — Gentil blanc, Pinot blanc Chardonnay

Fetească albă B — Păsărească albă, Poama fetei, Mädchentraube, Leanyka, Leanka

Fetească neagră N — Schwarze Mädchentraube, Poama fetei neagră, Păsărească neagră, Coada rândunicii

Fetească regală B — Königliche Mädchentraube, Königsast, Kiralyleanka, Dănășană, Galbenă de Ardeal

Merlot N — Bigney rouge, Plant Medoc

Muscat Ottonel B — Muscat Ottonel blanc

Pinot Gris G — Affumé, Grauer Burgunder, Grauburgunder, Grauer Mönch, Pinot cendré, Pinot Grigio, Ruländer

Pinot noir N — Blauer Spätburgunder, Blauer Burgunder, Burgund mic, Burgunder roter, Klăvner Morillon Noir

Pinot noir N — Spätburgunder, Pinot nero

Riesling italian B — Olasz Riesling, Olaszriesling, Welschriesling

Tămâioasă românească B — Busuioacă de Moldova, Muscat blanc à petit grains

Tămâioasă românească B — Rumänische Weihrauchtraube, Tamianka, Tămâioasă albă de Drăgășani

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Rabta maż-żona demarkata

Il-vinji ta’ Argeş jestendu fiż-żona bl-għoljiet tal-Oltenia tal-Lvant, b’għadd ta’ vinji bħal Valea Mare-Podgoria, Izvorani, Viişoara, Leordeni u Costeşti fuq l-inklinazzjonijiet tan-Nofsinhar tal-għoljiet b’altitudnijiet ta’ 250-300 metru, li jinsabu fuq ħamrija tal-foresta kannella u griża, ħamrija medja podżolika, u ħamrija tal-foresta tat-tafal qisha lom, ta' lewn kannella jagħti fl-aħmar u rikka fil-kalċju.

L-aqwa nbejjed jinkisbu minn varjetajiet bħal Fetească albă, Riesling italian, Sauvignon u, b’mod partikolari, Tămâioasă românească, filwaqt li l-Cabernet Sauvignon jispikka fost l-inbejjed ħomor.

Il-kwalità tal-inbejjed ħomor hija dovuta kemm għall-varjetajiet ikkultivati, kif ukoll għall-ambjent naturali. L-inbid miksub mill-varjetajiet Fetească regală, Riesling italian u Aligoté huwa magħruf sew u apprezzat ferm, u l-inbejjed ħomor minn Valea Mare u Topoloveni, bħall-Cabernet Sauvignon jew Burgund mare, kisbu fama bis-saħħa tal-kwalitajiet mogħtija mill-ambjent naturali.

Il-fatt li l-monasteri u l-familji nobbli f’din iż-żona kienu interessati fl-iżvilupp tal-kultivazzjoni tad-dwieli huwa prova tal-eżistenza tal-vinji f’din iż-żona, li fl-imgħoddi kienet magħrufa bħala Dealurile Piteștilor [l-Għoljiet ta’ Pitești]. Rekords li jmorru lura għall-1902 fihom dettalji dwar it-tradizzjoni tal-ħsad tal-għeneb minn żmien Constantin Brâncoveanu u referenzi għal perjodi oħra tal-istorja, li jiddeskrivu kif il-voivode Matei Basarab ħareġ digrieti biex jgħin lill-vitikulturi jiksbu ħsad tajjeb.

Il-kroniku Moldovan Miron Costin faħħar l-inbejjed mill-vinji ta’ Ștefănești fix-xogħlijiet tiegħu, filwaqt li jirreferi għal: “Pitești, bl-inbejjed famużi tagħha”.

Fl-1635, Paul ta’ Aleppo, fil-kitbiet tiegħu li jiddeskrivu l-vjaġġ tiegħu fl-artijiet Rumeni, irrefera għall-inbejjed ta’ kwalità minn Wallachia.

8.2.   Rabta kawżali bejn iż-żona u l-prodott

Il-kwalità tal-inbejjed ħomor hija dovuta kemm għall-varjetajiet ikkultivati, kif ukoll għall-ambjent naturali. L-inbid miksub mill-varjetajiet Fetească regală, Riesling italian u Aligoté huwa magħruf sew u apprezzat ferm, u l-inbejjed ħomor minn Valea Mare u Topoloveni, bħall-Cabernet Sauvignon jew Burgund mare, kisbu fama bis-saħħa tal-kwalitajiet mogħtija mill-ambjent naturali. Il-fatt li l-monasteri u l-familji nobbli f’din iż-żona kienu interessati fl-iżvilupp tal-kultivazzjoni tad-dwieli huwa prova tal-eżistenza tal-vinji f’din iż-żona, li fl-imgħoddi kienet magħrufa bħala Dealurile Piteștilor [l-Għoljiet ta’ Pitești]. Rekords li jmorru lura għall-1902 fihom dettalji dwar it-tradizzjoni tal-ħsad tal-għeneb minn żmien Constantin Brâncoveanu u referenzi għal perjodi oħra tal-istorja, li jiddeskrivu kif il-voivode Matei Basarab ħareġ digrieti biex jgħin lill-vitikulturi jiksbu ħsad tajjeb.

Il-kroniku Moldovan Miron Costin faħħar l-inbejjed mill-vinji ta’ Ștefănești fix-xogħlijiet tiegħu, filwaqt li jirreferi għal: “Pitești, bl-inbejjed famużi tagħha”.

Fl-1635, Paul ta’ Aleppo, fil-kitbiet tiegħu li jiddeskrivu l-vjaġġ tiegħu fl-artijiet Rumeni, irrefera għall-inbejjed ta’ kwalità minn Wallachia.

8.3.   Dettalji dwar il-fatturi umani

Il-vinji li minnhom jinkiseb l-għeneb għall-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata ȘTEFĂNEȘTI jrid ikollhom purità varjetali ta’ mill-inqas 85 %. F’dawn il-vinji, ir-riżomi minn varjetajiet oħrajn jistgħu jiġu biss minn varjetajiet tal-ġeneru Vitis vinifera. L-għeneb li jappartjeni għal varjetajiet bħal dawn irid jinħasad b’mod separat mill-għeneb tal-varjetà bażika li tintuża għall-produzzjoni tal-inbid li għalih tingħata d-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni (tikkettar)

Qafas legali:

fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Fuq it-tikketta tal-inbid, id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Ştefăneşti tista’ tkun akkumpanjata mis-subdenominazzjoni Costești, kif huwa indikat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi l-użu tad-DOK Ştefăneşti, skont ix-xewqat tal-produtturi fiż-żona koperta mill-isem Costești (żona definita li hija iżgħar miż-żona tad-DOP), li jista’ jkun indikat.

Waħda mid-denominazzjonijiet ta’ vinji uniċi li ġejjin tista’ tiżdied ukoll mad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata ŞTEFĂNEŞTI, f’każ li l-produtturi jkunu jixtiequ dan: FLORICA, IZVORANI, GOLEASCA, VĂLENI, DEALUL SCHITULUI, VRĂNEŞTI, GORGANU, TOPOLOVENI jew SILIŞTENI.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.onvpv.ro/sites/default/files/caiet_de_sarcini_doc_stefanesti_modif_cf_cererii_1011_20.05.2022_cf_raspuns_notif_com_20.09.2023_no_track_changes.pdf


(1)   ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1390/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)