|
25.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/47 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/331
tal-24 ta’ Frar 2021
dwar ir-rappurtar ta’ abbużi mwettqa minn intermedjarji kummerċjali li jipprovdu servizzi ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar skont ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 15(5) u 16(10) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2018/1240 jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (European Travel Information and Authorisation System, “ETIAS”) għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma eżentati mir-rekwiżit li jkollhom viża fil-pussess tagħhom għall-finijiet tad-dħul u s-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri. |
|
(2) |
Biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, l-applikazzjoni trid tiġi ppreżentata mill-applikant direttament, jew minn persuna terza jew intermedjarju kummerċjali awtorizzat mill-applikant biex jippreżenta l-applikazzjoni f’ismu. |
|
(3) |
Fil-kuntest ta’ sistemi komparabbli rigward l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, huwa magħruf li l-intermedjarji kummerċjali jwettqu prattiki abbużivi. L-abbużi jistgħu jieħdu ħafna forom differenti fosthom: it-tentattiv li l-applikanti jiġu ingannati biex jemmnu li s-sit tagħhom huwa s-sit web pubbliku uffiċjali jew l-applikazzjoni għal apparati mobbli dedikati għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni, u b’hekk tingħata l-impressjoni falza li l-ħlas żejjed mitlub mill-intermedjarju kummerċjali huwa parti obbligatorja tal-proċess ta’ applikazzjoni aktar milli kunsiderazzjoni għall-użu volontarju ta’ servizz kummerċjali; l-użu frodulenti tad-data personali jew finanzjarja li jipprovdi l-applikant; il-fatturazzjoni ta’ prezz eċċessivament għoli għas-servizz, jew l-applikazzjoni ma tintalabx fil-ħin, fil-format u fil-kwalità meħtieġa f’isem l-applikant. |
|
(4) |
Sabiex jiġu identifikati l-prattiki abbużivi u jiġi evitat milli jerġgħu jseħħu, jenħtieġ li formola online għar-rappurtar ta’ abbuż minn intermedjarji kummerċjali tkun aċċessibbli permezz tas-sit web pubbliku u l-applikazzjoni għal apparati mobbli ddedikati. Sabiex tikber is-sensibilizzazzjoni dwar il-possibbiltà li wieħed jirrapporta abbuż u biex jiġi ffaċilitat dan ir-rappurtar, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar il-proċess li għandu jiġi segwit tkun tidher b’mod ċar fuq is-sit web pubbliku u fuq l-applikazzjoni għal apparati mobbli. Jenħtieġ li l-formola jkun fiha kampi standardizzati u tkun titlob lill-utenti biex idaħħlu d-dettalji tal-imġiba abbużiva. |
|
(5) |
Sabiex jiġi żgurat li l-applikanti jkunu infurmati biżżejjed dwar in-natura u l-għan tal-faċilità ta’ rapportar, jenħtieġ li l-formola tkun tiċċara li s-sistema ta’ rapportar hija għal finijiet ta’ monitoraġġ, ma tiġbor l-ebda data personali u ma tikkostitwixxix mezz biex isiru appelli dwar deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-applikazzjonijiet, jew li sservi ta’ sostitut għall-insegwiment ta’ rimedji skont il-liġi amministrattiva, ċivili jew kriminali. |
|
(6) |
Jenħtieġ li l-Unità Ċentrali tal-ETIAS tirċievi u tivvaluta tali rapporti, filwaqt li tqis is-similaritajiet tal-abbużi u l-abbużi ripetuti li jiġu rrappurtati. Jenħtieġ li l-Unità Ċentrali tal-ETIAS tirrapporta regolarment lill-Kummissjoni, kif meħtieġ, dwar l-abbużi rrappurtati u l-valutazzjonijiet li jkunu saru. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis dawn il-valutazzjonijiet meta tiżviluppa kampanji ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 72 tar-Regolament (UE) 2018/1240. Abbażi tal-valutazzjonijiet, jenħtieġ li l-Unità Ċentrali tal-ETIAS timmodifika, kif xieraq, l-informazzjoni lill-pubbliku ġenerali msemmija fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2018/1240, u b’mod partikolari lill-applikanti. |
|
(7) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”) u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, (“TFUE”), id-Danimarka ma pparteċipatx fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1240 u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Madankollu, peress li r-Regolament (UE) 2018/1240 jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, fil-21 ta’ Diċembru 2018, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, id-Danimarka nnotifikat id-deċiżjoni tagħha li timplimenta r-Regolament (UE) 2018/1240 fil-liġi nazzjonali tagħha. |
|
(8) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda ma tipparteċipax, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (2); għalhekk l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
|
(9) |
Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (3), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (4). |
|
(10) |
Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (5), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (6). |
|
(11) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (7), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (8). |
|
(12) |
Fir-rigward ta’ Ċipru, il-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, jew huwa marbut mod ieħor miegħu, fit-tifsira, rispettivament, tal-Artikolu 3(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, l-Artikolu 4(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005 u l-Artikolu 4(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2011. |
|
(13) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u ta l-opinjoni tiegħu fl-4 ta’ Settembru 2020. |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Fruntieri Intelliġenti (ETIAS), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Formola għar-rappurtar ta’ abbuż
1. Ir-rappurtar ta’ abbuż minn intermedjarju kummerċjali għandu jsir bl-użu ta’ formola li jkun fiha l-informazzjoni u li tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fil-punti minn 1 sa 7 tal-Anness.
2. Għandu jkun possibbli li l-formola timtela bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni.
3. Qabel ma jippreżentaw il-formola, l-applikanti għandhom jintalbu jipprovdu konferma li fehmu u taw il-kunsens tagħhom għall-kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-preżentazzjoni ta’ rapport dwar l-abbuż, inkluż li l-applikant ma jenħtieġ jipprovdi l-ebda data personali fir-rapport tiegħu, kif ukoll l-iskopijiet li għalihom għandha tintuża l-informazzjoni pprovduta, kif stabbilit fil-punt 7 tal-Anness.
4. Ladarba tiġi ppreżentata, il-formola għandha tintbagħat awtomatikament lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS.
Artikolu 2
Dokumentazzjoni addizzjonali
Il-limitazzjonijiet fuq l-għadd u d-daqs tal-fajls addizzjonali li jistgħu li jistgħu jiġu applowdjati għandhom jiġu stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 73(3) tar-Regolament (UE) 2018/1240.
Artikolu 3
Notifika lill-applikanti
1. Notifika li rapport tal-abbuż ikun ġie riċevut għandha tidher awtomatikament fuq l-iskrin tal-applikant. L-applikant għandu jingħata l-possibbiltà li jsalva lokalment jew jistampa d-dikjarazzjoni tar-riċevuta.
2. In-notifiki għandhom ta’ mill-inqas jinkludu dan li ġej:
|
(a) |
dikjarazzjoni tar-riċevuta tar-rapport u konferma tad-data u l-ħin li fihom ġiet ippreżentata l-formola |
|
(b) |
tfakkira dwar l-informazzjoni rilevanti kollha b’rabta mal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar kif imsemmi fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2018/1240; |
|
(c) |
informazzjoni li r-rapport ta’ abbuż għandu jintuża biex jassisti l-monitoraġġ u t-titjib tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar. B’kuntrast ma’ dan, il-faċilità ta’ rapportar mhijiex maħsuba biex tipprovdi rimedji f’każijiet individwali u mhijiex sostitut għall-insegwiment ta’ xi pretensjoni fil-liġi amministrattiva, ċivili jew kriminali li tista’ tkun prevista skont il-liġi nazzjonali applikabbli. |
Artikolu 4
Rwoli tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS
1. L-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha:
|
(a) |
timmonitorja, tipproċessa u tanalizza r-rapporti kollha ta’ abbuż; |
|
(b) |
tippubblika fuq is-sit web pubbliku ddedikat u fl-applikazzjoni għal apparati mobbli informazzjoni rilevanti sabiex jiġu evitati l-abbużi. |
2. Darba fis-sena, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni, li tal-anqas għandu jinkludi:
|
(a) |
deskrizzjoni anonimizzata tal-każijiet ta’ abbuż irrappurtati, inklużi similaritajiet bejn il-każijiet, ir-rikorrenzi, ix-xejriet u l-karatteristiċi; |
|
(b) |
ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet li ttieħdu biex l-informazzjoni tiġi adattata għall-pubbliku ġenerali u għall-applikanti. |
Artikolu 5
Miżuri speċifiċi ta’ sigurtà
Il-forma għar-rappurtar tal-abbużi għandha titfassal u tiġi implimentata biex jiġu ggarantiti l-kunfidenzjalità, l-integrità, id-disponibbiltà, il-protezzjoni tad-data personali u n-nonripudju tat-tranżazzjonijiet kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 (10). L-implimentazzjoni teknika u organizzattiva tagħha għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-pjan ta’ sigurtà tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar, previst fl-Artikolu 59(3) tar-Regolament (UE) 2018/1240 u tar-regoli dwar il-protezzjoni u s-sigurtà tad-data applikabbli għas-sit web pubbliku u għall-applikazzjoni għal apparati mobbli previsti fl-Artikolu 16(10) tar-Regolament (UE) 2018/1240.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(3) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(5) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(7) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).
(9) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(10) Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta’ Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea (ĠU L 6, 11.1.2017, p. 40).
ANNESS
|
FORMOLA GĦAR-RAPPURTAR TA’ ABBUŻ MINN INTERMEDJARJI KUMMERĊJALI LI JIPPREŻENTAW APPLIKAZZJONI GĦAL AWTORIZZAZZJONI F’ISEM APPLIKANT BIEX JIVVJAĠĠA |
1. Introduzzjoni
|
(a) |
Il-formola għar-rappurtar ta’ abbuż minn intermedjarji kummerċjali għandu jkollha t-titlu li ġej:
|
|
(b) |
L-avviż introduttorju li ġej għandu jidher fil-bidu ta’ din il-formola:
|
|
(c) |
Il-formola trid tinkludi suġġerimenti li jitolbu u jippermettu li jiddaħħlu l-elementi tad-data stabbiliti fit-tabella ta’ hawn taħt (għalkemm mhux neċessarjament fl-ordni elenkata) skont l-istandards, il-formati u r-rekwiżiti indikati. |
2. Ċirkustanzi tal-abbuż
|
Ċirkustanzi tal-abbuż |
Standard |
Format |
Rekwiżit |
||||||
|
L-applikant irid jingħata l-possibbiltà li jindika jekk l-ilment tiegħu jkunx irriżulta f’waħda jew aktar miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
Mhux applikabbli. |
Kaxxi tal-immarkar: |
Obbligatorju. |
||||||
|
Jekk ir-risposta għal “ċirkostanzi tal-abbuż” hija “oħrajn”. |
Mhux applikabbli. |
Test liberu, inklużi: karattri tal-alfabett Latin A-Z, spazji, dijakritiċi, apostrofi u singijiet biss. [Għadd ta’ karattri permess: 255] |
Obbligatorju. |
3. Informazzjoni dwar il-vjaġġatur li qed jirrapporta l-abbuż
|
Informazzjoni |
Standard |
Format |
Rekwiżit |
|
Pajjiż tat-twelid |
ISO 3166-1 |
Lista tal-għażla tal-pajjiżi kollha, inklużi pajjiżi li ma għadhomx jeżistu. |
Obbligatorju. L-opzjoni “Mhux magħruf” għandha tkun disponibbli. |
|
Nazzjonalità |
ISO 3166-1 |
Lista tal-għażla tal-pajjiżi kollha, inklużi pajjiżi li ma għadhomx jeżistu. |
Obbligatorju. L-opzjoni “Mhux magħruf” għandha tkun disponibbli. |
|
Grupp tal-età |
Mhux applikabbli |
18-25 26-40 41-55 > 55 |
Fakultattiv. |
|
Sess |
|
Kaxxi tal-immarkar: Raġel/Mara/Ieħor |
Fakultattiv. |
4. Dettalji tal-abbuż
|
Dettalji tal-abbuż |
Standard |
Format |
Rekwiżit |
|
Data tal-abbuż |
Mhux applikabbli. |
JJ Xahar bħala kelma/SSSS |
Fakultattiv. Obbligatorju. |
|
Deskrizzjoni u konsegwenzi tal-abbuż |
Mhux applikabbli. |
Test liberu, inklużi: karattri tal-alfabett Latin A-Z, ċifri, spazji, dijakritiċi, apostrofi u singijiet biss. [Għadd ta’ karattri permess: għad irid jiġi definit] |
Obbligatorju. |
|
Awtorizzazzjoni ta’ vjaġġ riċevuta |
Mhux applikabbli. |
Kaxxi tal-immarkar: iva/le/ma nafx. |
Obbligatorju. |
|
It-tariffa totali mitluba għall-awtorizzazzjoni ta’ vjaġġ u l-forniment ta’ servizzi intermedjarji |
Mhux applikabbli. |
Test liberu (ċifri u munita). |
Obbligatorju. L-għażla “mhux applikabbli” għandha tkun disponibbli. |
|
Metodu ta’ pagament tat-tariffa |
Mhux applikabbli. |
Test liberu. |
Obbligatorju. L-għażla “mhux applikabbli” għandha tkun disponibbli. |
5. Informazzjoni dwar l-intermedjarju kummerċjali
|
Informazzjoni |
Standard |
Format |
Rekwiżit |
||
|
Isem kummerċjali tal-intermedjarju kummerċjali |
|
Test liberu, inklużi: karattri tal-alfabett Latin A-Z, ċifri, spazji, dijakritiċi, apostrofi u singijiet. Karattri speċjali oħra: “!”, “@”, “#”, “$”, “&”, “*”, “?”. |
Obbligatorju. |
||
|
Attivitajiet kummerċjali ewlenin |
Mhux applikabbli. |
Test liberu, inklużi: karattri tal-alfabett Latin A-Z, ċifri, spazji, dijakritiċi, apostrofi u singijiet. Karattri speċjali oħra: “!”, “@”, “#”, “$”, “&”, “*”, “?”. |
Obbligatorju. L-għażla “Mhux applikabbli” għandha tkun disponibbli. |
||
|
Indirizz tal-Internet |
Mhux applikabbli. |
Test liberu, inklużi: karattri tal-alfabett Latin A-Z, ċifri, spazji, dijakritiċi, karattri oblikwi u singijiet biss. |
Obbligatorju. L-għażla “Mhux applikabbli” għandha tkun disponibbli. |
||
|
Posta elettronika |
Mhux applikabbli. |
Local-part@domain |
Obbligatorju. L-għażla “mhux applikabbli” għandha tkun disponibbli. |
||
|
Numru tat-telefon tax-xogħol |
ITU T, E.123 u E.164 (kodiċijiet tal-pajjiżi) |
Lista tal-għażla bil-kodiċijiet kollha tal-pajjiżi, u test liberu (ċifri biss). |
Obbligatorju. L-għażla “Mhux applikabbli” għandha tkun disponibbli. |
||
|
Indirizz postali
|
Mhux applikabbli. |
Test liberu, inklużi: karattri tal-alfabett Latin A-Z, ċifri, spazji, dijakritiċi, apostrofi, karattri oblikwi u singijiet biss. |
Obbligatorju. L-għażla “Mhux applikabbli” għandha tkun disponibbli. |
||
|
Indirizz postali:
|
Mhux applikabbli. |
Test liberu, inklużi: karattri tal-alfabett Latin A-Z, ċifri, spazji, dijakritiċi, karattri oblikwi u singijiet biss. |
Obbligatorju. L-għażla “Mhux applikabbli” għandha tkun disponibbli. |
||
|
Indirizz postali:
|
Mhux applikabbli. |
Test liberu, inklużi: karattri tal-alfabett Latin A-Z, ċifri, spazji, dijakritiċi, karattri oblikwi u singijiet biss.. |
Obbligatorju. L-għażla “Mhux applikabbli” għandha tkun disponibbli. |
||
|
Indirizz postali:
|
Mhux applikabbli. |
Test liberu, inklużi: karattri tal-alfabett Latin A-Z, ċifri, spazji, dijakritiċi, apostrofi, karattri oblikwi u singijiet biss. |
Obbligatorju. L-għażla “Mhux applikabbli” għandha tkun disponibbli. |
||
|
Indirizz postali:
|
Mhux applikabbli. |
Test liberu, inklużi: karattri tal-alfabett Latin A-Z, ċifri, spazji, dijakritiċi, apostrofi u singijiet biss. |
Obbligatorju. L-għażla “Mhux applikabbli” għandha tkun disponibbli. |
||
|
Indirizz postali:
|
Mhux applikabbli. |
Test liberu, inklużi: karattri tal-alfabett Latin A-Z, ċifri, spazji, dijakritiċi, karattri oblikwi u singijiet biss. |
Obbligatorju. L-għażla “Mhux applikabbli” għandha tkun disponibbli. |
||
|
Indirizz postali:
|
ISO 3166-1 |
Lista tal-għażla ta’ pajjiżi, territorji dipendenti u żoni speċjali ta’ interess ġeografiku. |
Obbligatorju. L-għażla “Mhux applikabbli” għandha tkun disponibbli. |
6. Dokumentazzjoni ta’ sostenn
|
Dokumentazzjoni ta’ sostenn |
Standard |
Format |
Rekwiżit |
|
L-applikant għandu jingħata l-possibbiltà li japplowdja dokumenti ta’ sostenn għar-rapport (meta disponibbli). L-applikant irid jirrikonoxxi li d-dokumenti li se japplowdja ma fihom l-ebda data personali, jew li ħa ħsieb li jħassar id-data personali qabel ma japplowdja d-dokumenti. |
Mhux applikabbli. |
Kaxxa tal-applowdjar Kaxxa tal-immarkar |
Id-daqs u l-għadd ta’ fajls addizzjonali li jistgħu jiġu applowdjati. Formati aċċettati: Portable Document Format (PDF); Joint Photographic Experts Group (JPEG); Portable Network Graphics (PNG)). |
7. Avviż u kunsens
|
Avviż u kunsens |
Standard |
Format |
Rekwiżit |
||||||
|
Qabel il-preżentazzjoni, l-applikant għandu jingħata l-possibbiltà li jikkonferma:
|
Mhux applikabbli. |
Kaxxa tal-immarkar |
Obbligatorju. |