|
8.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 123/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/926
tal-24 ta’ April 2023
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet (EU-OSHA)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 153(2), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (il-“Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet. |
|
(3) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE tiġi estiża sabiex tinkludi r-Regolament (UE) 2019/126 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(4) |
Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2023. |
|
(5) |
Għalhekk, il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ April 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3) Ir-Regolament (UE) 2019/126 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 (ĠU L 30, 31.1.2019, p. 58).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru … TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
ta’ …
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-"Ftehim ŻEE"), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE tiġi estiża sabiex tinkludi r-Regolament (UE) 2019/126 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2019/126 iħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 (2), li huwa inkluż fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(3) |
Għalhekk il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2023, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-test tal-paragrafu 11 tal-Artikolu 5 tal-Protokoll 31 għandu jiġi sostitwit bis-segwenti:
|
"(a) |
L-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ fl-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-“Aġenzija”, kif stipulat fl-att tal-Unjoni li ġej:
|
|
(b) |
L-Istati tal-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament għall-attivitajiet imsemmija f'(a) skont l-Artikolu 82(1)(a) u l-Protokoll 32 tal-Ftehim. |
|
(c) |
L-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ fil-Bord tat-Tmexxija u fi ħdanu għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi bħall-Istati Membri tal-UE, ħlief id-dritt tal-vot. |
|
(d) |
It-terminu ‘Stat(i) Membru/i’ u termini oħra li jagħmlu referenza għall-entitajiet pubbliċi tagħhom imsemmija fl-Artikoli 12 tar-Regolament għandhom jinftiehmu b’tali mod li, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, ikunu jinkludu lill-Istati tal-EFTA u lill-entitajiet pubbliċi tagħhom. |
|
(e) |
L-Aġenzija għandu jkollha personalità ġuridika. Fl-Istati kollha tal-Partijiet Kontraenti, hija għandha tgawdi il-kapaċità ġuridika l-aktar estensiva li tingħata lill-persuni ġuridiċi skont il-liġijiet tagħhom. |
|
(f) |
L-Istati tal-EFTA għandhom jikkonċedu lill-Aġenzija privileġġi u immunitajiet ekwivalenti għal dawk li jinsabu fil-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea. |
|
(g) |
B’deroga mill-Artikolu 12(2)(a) u 82(3)(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, ċittadini tal-Istati tal-EFTA li jgawdu d-drittijiet sħaħ tagħhom bħala ċittadini jistgħu jiġu impjegati b’kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija. |
|
(h) |
B’deroga mill-Artikoli 12(2)(e), 82(3)(e) u 85(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, il-lingwi msemmijin fl-Artikolu 129(1) tal-Ftehim għandhom jitqiesu mill-Aġenzija, fir-rigward tal-persunal tagħha, bħala l-lingwi tal-Unjoni msemmijin fl-Artikolu 55(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
|
(i) |
Bis-saħħa tal-Artikolu 79(3) tal-Ftehim, Taqsima VII (Dispożizzjonijiet Istituzzjonali) tal-Ftehim għandu japplika għal dan il-paragrafu. |
|
(j) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (3), għall-fini ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/126, għandu japplika wkoll għal kull dokument tal-Aġenzija rigward l-Istati Membri tal-EFTA.". |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2023.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, ….
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji
Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(1) ĠU L 30, 31.1.2019, p. 58.
(2) ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.
(3) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
(*) [Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]
Dikjarazzjoni Konġunta tal-Partijiet Kontraenti għad-Deċiżjoni Nru …/…
li tinkorpora r-Regolament (UE) 2019/126 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-Ftehim
Il-partijiet jirrikonoxxu li l-inkorporazzjoni ta’ dan l-att hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni diretta tal-Protokoll 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għaċ-ċittadini tal-Istati tal-EFTA fit-territorju ta’ kull Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 11 ta’ dak il-Protokoll.